EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01962R0031-20090101

Consolidated text: Regulation No 31 (EEC), 11 (EAEC), laying down the Staff Regulations of Officials and the Conditions of Employment of Other Servants of the European Economic Community and the European Atomic Energy Community

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1962/31(1)/2009-01-01

1962R0031 — MT — 01.01.2009 — 007.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGULATION No 31 (EEC), 11 (EAEC),

laying down the Staff Regulations of Officials and the Conditions of Employment of Other Servants of the European Economic Community and the European Atomic Energy Community

(ĠU P 045, 14.6.1962, p.1385)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

RÈGLEMENTNo 1/63/EURATOM DU CONSEIL du 26 février 1963 (*)

  P 35

524

6.3.1963

 M2

RÈGLEMENTNo 2/63/EURATOM DU CONSEIL du 26 février 1963 (*)

  P 35

526

6.3.1963

►M3

RÈGLEMENTNo 17/63/CEE DU CONSEIL du 26 février 1963 (*)

  P 35

528

6.3.1963

 M4

REGULATION No 18/63/EEC OF THE COUNCIL of 26 February 1963 (*)

  P 35

529

6.3.1963

►M5

REGULATION No 5/64/EURATOM OF THE COUNCIL of 10 November 1964 (*)

  P 190

2971

21.11.1964

 M6

REGULATION No 182/64/EEC OF THE COUNCIL of 10 November 1964 (*)

  P 190

2971

21.11.1964

 M7

RÈGLEMENTNo 2/65/EURATOM DU CONSEIL du 11 janvier 1965 (*)

  P 18

242

4.2.1965

 M8

RÈGLEMENTNo 8/65/CEE DU CONSEIL du 11 janvier 1965 (*)

  P 18

242

4.2.1965

►M9

REGULATION No 4/65/EURATOM OF THE COUNCIL of 16 March 1965 (*)

  P 47

701

24.3.1965

 M10

REGULATION No 30/65/EEC OF THE COUNCIL of 16 March 1965 (*)

  P 47

701

24.3.1965

 M11

RÈGLEMENTNo 1/66/EURATOM DU CONSEIL du 28 décembre 1965 (*)

  P 31

461

19.2.1966

 M12

RÈGLEMENTNo 14/66/CEE DU CONSEIL du 28 décembre 1965 (*)

  P 31

461

19.2.1966

 M13

RÈGLEMENTNo 10/66/EURATOM DU CONSEIL du 24 novembre 1966 (*)

  P 225

3814

6.12.1966

 M14

RÈGLEMENTNo 198/66/CEE DU CONSEIL du 24 novembre 1966 (*)

  P 225

3814

6.12.1966

►M15

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEE) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968

  L 56

1

4.3.1968

►M16

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2278/69  (*)

  L 289

1

17.11.1969

 M17

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 95/70  (*)

  L 15

1

21.1.1970

 M18

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 96/70  (*)

  L 15

4

21.1.1970

 M19

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 16/71  (*)

  L 5

1

7.1.1971

 M20

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2653/71  (*)

  L 276

1

16.12.1971

 M21

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2654/71  (*)

  L 276

6

16.12.1971

►M22

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 1369/72  (*)

  L 149

1

1.7.1972

►M23

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 1473/72  (*)

  L 160

1

16.7.1972

 M24

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2647/72  (*)

  L 283

1

20.12.1972

►M25

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 558/73  (*)

  L 55

1

28.2.1973

 M26

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2188/73  (*)

  L 223

1

11.8.1973

 M27

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2/74  (*)

  L 2

1

3.1.1974

 M28

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 3191/74  (*)

  L 341

1

20.12.1974

►M29

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 711/75  (*)

  L 71

1

20.3.1975

►M30

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 1009/75  (*)

  L 98

1

19.4.1975

►M31

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 1601/75  (*)

  L 164

1

27.6.1975

 M32

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2577/75  (*)

  L 263

1

11.10.1975

►M33

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2615/76  (*)

  L 299

1

29.10.1976

 M34

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3177/76  (*)

  L 359

1

30.12.1976

 M35

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3178/76  (*)

  L 359

9

30.12.1976

 M36

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 1376/77  (*)

  L 157

1

28.6.1977

 M37

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2687/77  (*)

  L 314

1

8.12.1977

 M38

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2859/77  (*)

  L 330

1

23.12.1977

►M39

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 912/78  (*)

  L 119

1

3.5.1978

 M40

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 914/78  (*)

  L 119

8

3.5.1978

 M41

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2711/78  (*)

  L 328

1

23.11.1978

 M42

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 3084/78  (*)

  L 369

1

29.12.1978

►M43

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 3085/78  (*)

  L 369

6

29.12.1978

 M44

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2955/79  (*)

  L 336

1

29.12.1979

 M45

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 160/80  (*)

  L 20

1

26.1.1980

 M46

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 161/80  (*)

  L 20

5

26.1.1980

 M47

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 187/81  (*)

  L 21

18

24.1.1981

 M48

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 397/81  (*)

  L 46

1

19.2.1981

 M49

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2780/81  (*)

  L 271

1

26.9.1981

►M50

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 3821/81  (*)

  L 386

1

31.12.1981

 M51

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 371/82  (*)

  L 47

8

19.2.1982

 M52

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 372/82  (*)

  L 47

13

19.2.1982

 M53

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3139/82  (*)

  L 331

1

26.11.1982

 M54

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 440/83  (*)

  L 53

1

26.2.1983

 M55

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 1819/83  (*)

  L 180

1

5.7.1983

►M56

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2074/83  (*)

  L 203

1

27.7.1983

 M57

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 3647/83  (*)

  L 361

1

24.12.1983

 M58

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 419/85  (*)

  L 51

1

21.2.1985

 M59

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 420/85  (*)

  L 51

6

21.2.1985

►M60

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1578/85  (*)

  L 154

1

13.6.1985

 M61

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1915/85  (*)

  L 180

3

12.7.1985

►M62

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2799/85  (*)

  L 265

1

8.10.1985

 M63

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3580/85  (*)

  L 343

1

20.12.1985

 M64

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 3855/86  (*)

  L 359

1

19.12.1986

 M65

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 3856/86  (*)

  L 359

5

19.12.1986

 M66

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 793/87  (*)

  L 79

1

21.3.1987

►M67

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 3019/87  (*)

  L 286

3

9.10.1987

 M68

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 3212/87  (*)

  L 307

1

29.10.1987

 M69

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 3784/87  (*)

  L 356

1

18.12.1987

 M70

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2338/88  (*)

  L 204

1

29.7.1988

 M71

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2339/88  (*)

  L 204

5

29.7.1988

 M72

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3982/88  (*)

  L 354

1

22.12.1988

 M73

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2187/89  (*)

  L 209

1

21.7.1989

 M74

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 3728/89  (*)

  L 364

1

14.12.1989

 M75

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2258/90  (*)

  L 204

1

2.8.1990

 M76

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 3736/90  (*)

  L 360

1

22.12.1990

 M77

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2232/91  (*)

  L 204

1

27.7.1991

►M78

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3830/91  (*)

  L 361

1

31.12.1991

 M79

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3831/91  (*)

  L 361

7

31.12.1991

 M80

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3832/91  (*)

  L 361

9

31.12.1991

 M81

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3833/91  (*)

  L 361

10

31.12.1991

 M82

IR-REGOLAMENT (KEFA, KEE, Euratom) Nru 3834/91  (*)

  L 361

13

31.12.1991

►M83

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 571/92  (*)

  L 62

1

7.3.1992

 M84

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 3761/92  (*)

  L 383

1

29.12.1992

►M85

IR-REGOLAMENT (KEE, Euratom, KEFA) Nru 3947/92  (*)

  L 404

1

31.12.1992

 M86

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KEE) Nru 3608/93  (*)

  L 328

1

29.12.1993

 M87

IR-REGOLAMENT (KEFA, KE, Euratom) Nru 3161/94  (*)

  L 335

1

23.12.1994

 M88

IR-REGOLAMENT (KEFA, KE, Euratom) Nru 2963/95  (*)

  L 310

1

22.12.1995

 M89

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KE) Nru 1354/96  (*)

  L 175

1

13.7.1996

 M90

IR-REGOLAMENT (Euratom, KEFA, KE) Nru 2485/96  (*)

  L 338

1

28.12.1996

►M91

IR-REGOLAMENT (KEFA, KE, Euratom) Nru 2192/97  (*)

  L 301

5

5.11.1997

 M92

IR-REGOLAMENT (KEFA, KE, Euratom) Nru 2591/97  (*)

  L 351

1

23.12.1997

►M93

IR-REGOLAMENT (KE, KEFA, Euratom) Nru 781/98  (*)

  L 113

4

15.4.1998

►M94

IR-REGOLAMENT (KE, KEFA, Euratom) Nru 2458/98  (*)

  L 307

1

17.11.1998

►M95

IR-REGOLAMENT (KE, KEFA, Euratom) Nru 2594/98  (*)

  L 325

1

3.12.1998

 M96

IR-REGOLAMENT (KE, KEFA, Euratom) Nru 2762/98  (*)

  L 346

1

22.12.1998

►M97

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-istituzzjonijiet oħra dwar il-konverzjoni f' euro ta' ammonti provduti fir-Regolamenti tal-Persunal  (1999/C 60/09) (*)

  C 60

11

2.3.1999

 M98

IR-REGOLAMENT (KE, KEFA, Euratom) Nru 620/1999  (*)

  L 78

1

24.3.1999

 M99

IR-REGOLAMENT (KE, KEFA, Euratom) Nru 1238/1999  (*)

  L 150

1

17.6.1999

 M100

IR-REGOLAMENT (KE, KEFA, Euratom) Nru 2700/1999  (*)

  L 327

1

21.12.1999

 M101

IR-REGOLAMENT (KE, KEFA, Euratom) Nru 212/2000  (*)

  L 24

1

29.1.2000

►M102

IR-REGOLAMENT (KE, KEFA, Euratom) Nru 628/2000  (*)

  L 76

1

25.3.2000

 M103

IR-REGOLAMENT (KE, KEFA, Euratom) Nru 2804/2000  (*)

  L 326

3

22.12.2000

 M104

IR-REGOLAMENT (KE, KEFA, Euratom) Nru 2805/2000  (*)

  L 326

7

22.12.2000

 M105

IR-REGOLAMENT (KE, KEFA, Euratom) Nru 1986/2001  (*)

  L 271

1

12.10.2001

 M106

IR-REGOLAMENT (KE, KEFA, Euratom) Nru 2581/2001  (*)

  L 345

1

29.12.2001

 M107

IR-REGOLAMENT (KE, KEFA, Euratom) Nru 490/2002  (*)

  L 77

1

20.3.2002

 M108

IR-REGOLAMENT (KE, Euratom) Nru 2265/2002  (*)

  L 347

1

20.12.2002

 M109

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 2148/2003 tal-5 ta' Diċembru 2003

  L 323

1

10.12.2003

 M110

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 2181/2003 tat-8 ta' Diċembru 2003

  L 327

1

16.12.2003

 M111

IR-REGOLAMENT (KE, Euratom) Nru 2182/2003 TAL-KUNSILL tat-8 ta' Diċembru 2003

  L 327

3

16.12.2003

►M112

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 723/2004 tat-22 ta' Marzu 2004

  L 124

1

27.4.2004

►M113

REGOLAMENT (KE, Euratom) Nru 23/2005 TAL-KUNSILL ta' l-20 ta' Diċembru 2004

  L 6

1

8.1.2005

 M114

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, Euratom) Nru 31/2005 ta' l-20 ta' Diċembru 2004

  L 8

1

12.1.2005

 M115

REGOLAMENT Nru 1972/2005 TAL-KUNSILL (KE, Euratom) tad-29 ta’ Novembru 2005

  L 317

1

3.12.2005

 M116

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, Euratom) Nru 2104/2005 ta' l-20 ta’ Diċembru 2005

  L 175M

249

29.6.2006

 M117

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, Euratom) Nru 1066/2006 tas-27 ta’ Ġunju 2006

  L 194

1

14.7.2006

 M118

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, Euratom) Nru 1895/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006

  L 397

6

30.12.2006

►M119

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, Euratom) Nru 337/2007 tas-27 ta' Mrazu 2007

  L 90

1

30.3.2007

 M120

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, Euratom) Nru 1558/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007

  L 340

1

22.12.2007

 M121

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, Euratom) Nru 420/2008 ta’ l-14 ta’ Mejju 2008

  L 127

1

15.5.2008

►M122

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, Euratom) Nru 1323/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008

  L 345

10

23.12.2008

►M123

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, Euratom) Nru 1324/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008

  L 345

17

23.12.2008


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 248, 22.9.2007, p. 27  (259/68)

►C2

Rettifika, ĠU L 248, 22.9.2007, p. 26  (723/04)



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

REGULATION No 31 (EEC), 11 (EAEC),

laying down the Staff Regulations of Officials and the Conditions of Employment of Other Servants of the European Economic Community and the European Atomic Energy Community



THE COUNCIL OF THE EUROPEAN ECONOMIC COMMUNITY,

THE COUNCIL OF THE EUROPEAN ATOMIC ENERGY COMMUNITY,

Having regard to the Treaty establishing the European Economic Community, and in particular Articles 179, 212 and 215 thereof;

Having regard to the Treaty establishing the European Atomic Energy Community, and in particular Articles 152, 186 and 188 thereof;

Having regard to the Protocol on the Privileges and Immunities of the European Economic Community, and in particular Articles 6 and 14 thereof;

Having regard to the Protocol on the Privileges and Immunities of the European Atomic Energy Community, and in particular Articles 6 and 14 thereof;

Having regard to the proposals submitted by the Commissions in accordance with Article 14 of the Protocols on the Privileges and Immunities of the European Economic Community and of the European Atomic Energy Community;

Having regard to the Opinion of the European Parliament;

Having regard to the Opinion of the Court of Justice of the European Communities;

Whereas it is for the Councils, acting unanimously, in co-operation with the Commissions and after consulting the other institutions concerned, to lay down the Staff Regulations of officials and the Conditions of Employment of other servants of the European Economic Community and the European Atomic Energy Community;

Whereas those Staff Regulations and Conditions of Employment should be such as to secure for the Communities the services of staff of the highest standard of independence, ability, efficiency and integrity, recruited on the broadest possible geographical basis from among nations of Member States of the Communities, and at the same time to enable such staff to discharge their duties in conditions which will ensure maximum efficiency;

HAS ADOPTED THIS REGULATION:



Sole Article

The Staff Regulations of officials and the Conditions of Employment of other servants of the European Economic Community and the European Atomic Energy Community are laid down in the Annex, which forms an integral part of this Regulation.

This Regulation shall enter into force on 1 January 1962.

This Regulation shall be binding in its entirety and directly applicable in all Member States.




▼M15

REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL TA' L-UFFIĊJALI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

▼B

LISTA TAL-KONTENUT

It-Titolu I:

Dispożizzjonijiet ġenerali

1 – 10c

It-Titolu II:

Drittijiet u obbligi ta' l-uffiċjali

11 – 26a

It-Titolu III:

Karriera ta' l-uffiċjali

Il-Kapitolu 1:

Reklutaġġ

27 – 34

Il-Kapitolu 2:

Stat amministrattiv

35

Taqsima 1:

Mpieg attiv

36

Taqsima 2:

Sekondar

37 – 39

Taqsima 3:

leavefuq raġunijiet personali

40

Taqsima 4:

Stat mhux attiv

41

Taqsima 5:

leave għal servizz militari

42

Taqsima 6:

vakanzi parentali jew vakanzi tal-familja

42a – 42b

Il-Kapitolu 3:

Rapporti, avvanzament għal skala ogħla u promozzjoni

43 – 46

Il-Kapitolu 4:

Tmiem tas-servizz

47

Taqsima 1:

Riżenja

48

Taqsima 2:

Riżenja ta' bilfors

49

Taqsima 3:

Irtirar fl-interessi tas-servizz

50

Taqsima 4:

Proċeduri f'każ ta' inkompetenza

51

Taqsima 5:

Irtirar

52 – 53

Taqsima 6:

Grad onorarju

54

Titolu IV:

Kondizzjonijiet tax-xogħol ta' l-uffiċjali

Il-Kapitolu 1:

Siegħat ta' xogħol

55 – 56c

Il-Kapitolu 2:

leave

57 – 60

Il-Kapitolu 3:

Vakanzi pubbliċi

61

Titolu V:

Emolumenti u benefiċċji tas-sigurtà soċjali ta' l-uffiċjali

Il-Kapitolu 1:

Remunerazzjoni u spejjeż

Taqsima 1:

Remunerazzjoni

62 – 70

Taqsima 2:

L-Ispejjeż

71

Il-Kapitolu 2:

Benefiċċji tas-sigurtà soċjali

72 – 76a

Il-Kapitolu 3:

Pensjonijiet u benefiċċju ta' l-invalidità

77 – 84

Il-Kapitolu 4:

Rkuprar ta' pagament mhux dovut

85

Il-Kapitolu 5:

Subrogazzjoni favur il-komunitajiet

85a

Titolu VI:

Miżuri dixxiplinari

86

Titolu VII:

Appelli

90 – 91a

Titolu VIII:

Diposizzjonijiet speċjali applikabbli għall-uffiċjali fis-servizzi xjentifiċi jew tekniċi tal-komunitajiet

92 – 94

Titolu VIIIA:

Disposizzjonijiet speċjali u eċċezzjonali applikabbli għall-uffiċjali li jservu f'pajjiż terz

101a

Titolu IX:

Disposizzjonijiet transitorji u finali

Il-Kapitolu 1:

Disposizzjonijiet transitorji

107a

Il-Kapitolu 2:

Disposizzjonijiet finali

110

Anness I:

A. Tipi ta' posizzjonijiet f'kull grupp tal-funzjoni, kif ipprovdut fl-Artikolu 5(3)

B. Ir-rati tal-moltiplikazzjoni għall-gwida ta' l-ekwivalenza tal-karriera medja

Anness II:

Komposizzjoni u proċedura tal-korpi pprovduti fl-Artikolu 9 tar-Regolamenti tal-Persunal

Anness III

Kompetizzjonijiet

Anness IV

Allowances taħt l-Artikoli 41 u 50 tar-Regolamenti tal-Persunal

Anness IVa

Xogħol part-time

Anness V

Leave

Anness VI

leave ta' kumpens u remunerazzjoni ta' sahra

Anness VII

Ir-remunerazzjoni u r-Rimborsar ta' spejjeż

Anness VIII

Skema tal-pensjoni

Anness IX

Proċeduri dixxiplinarji

Anness X

Disposizzjonijiet speċjali u eċċezzjonali applikabbli għall-uffiċjali li jservu f'pajjiż terz

Anness XI

Regoli biex ikunu implimentati l-artikolu 64 u 65 tar-regolamenti tal-persunal

Anness XII

Regoli għall-implimentazzjoni ta' l-artikolu 83a tar-regolamenti tal-persunal

Anness XIII

Miżuri transitorji applikabbli għall-uffiċjali tal-Komunitajiet (l-artikolu 107a tar-Regolamenti tal-Persunal)

Anness XIII.1

Tipi ta' posizzjonijiet matul il-perjodu transitorju

TITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

▼M112

L-Artikolu 1

Dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom jgħoddu għall-uffiċjali tal-Komunitajiet.

Artikolu 1a

1.  Għall-iskopijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, “l-uffiċjal tal-Komunitajiet”; tfisser kull persuna li kien maħtur, kif ipprovdut f'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, għal posizzjoni stabbilita fil-persunal ta' waħda mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet b'istrument maħruġ mill-Awtorità tal-Ħatra ta' dik l-istituzzjoni.

2.  Din id-definizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tgħodd ukoll għall-persuni maħtura mill-korpi tal-Komunità, li japplikaw għalihom dawn ir-Regolamenti tal-Persunal taħt l-atti tal-Komunità li tistabbilixxihom (minn issa 'l quddiem “l-aġenziji”;). Kull riferenza għal “istituzzjonijiet”; f'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom jgħoddu għall-aġenziji, għajr jekk ipprovdut mod ieħor f'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

▼M112

L-Artikolu 1b

Għajr jekk ipprovdut mod ieħor f'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal,

(a) il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

(b) il-Kumitat tar-Reġjuni,

(ċ) l-Ombudsman Ewropew, u

(d) is-Supervżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data

għandhom, għall-iskopijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, jitqiesu bħala istituzzjonijiet tal-Komunitajiet.

Artikolu 1c

Kull riferenza f'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għal persuna tas-sess maskil għandha tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi riferenza għal persuna tas-sess femminil, u viċe-versa, sakemm il-kuntest ma jindikax fiċ-ċar mod ieħor.

▼M93

L-Artikolu ►M112  1d ◄

▼M112

1.  Fl-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, kull diskriminazzjoni bbażata fuq kull raġuni, bħas-sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, fatturi ġenetiċi, ilsien, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kull opinjoni oħra, sħubija f'minorita nazzjonali, proprjetà, twelid, disabilità, età, jew orjentazzjoni sesswali, hija pprojbita.

Għall-iskopijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, sħubija mhux maritali għandha tkun ittrattata bħala żwieġ sakemm il-kondizzjonijiet kollha mniżżla fl-Artikolu 1(2)(ċ) ta' l-Anness VII jitħarsu.

▼M93

2.  Bil-ħsieb li tkun żgurata ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn rġiel u nisa fil-ħajja tax-xogħol, ►M112  li għandu jkun element essenzali li għandu jkun ikkunsidrat fl-implimentazzjoni ta' l-aspetti kollha ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal ◄ il-prinċipju ta' trattament indaqs m'għandux jipprojbixxi l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej milli jżommu jew jadottaw miżuri li jipprovdu vantaġġi speċifiċi sabiex jagħmluha aktar faċli għas-sess li m'għandux rappreżentanza li jfittex attivita' vokazzjonali jew sabiex jipprevjenu jew jikkompensaw għal svantaġġi f'karrieri professjonali.

3.  L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu, bi ftehim, wara li jikkonsultaw il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal, il-miżuri u l-azzjonijiet biex jippromwovu opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa fl-oqsma koperti minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, u għandhom jadottaw id-disposizzjonijiet xierqa li jindirizzaw mill-ġdid it-tali de factoinugwaljanzi li jfixxklu opportunitajiet lin-nisa f'dawn l-oqsma.

▼M112

4.  Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, persuna għandha diabilità jekk għandha nuqqas fisiku jew mentali li huwa, jew x'aktarx huwa, permanenti. In-nuqqas ikun stabbilit skond il-proċedura ppreżentata fl-Artikolu 33.

Persuna b'disabilità jaqa' taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 28(e) jekk jista' jwettaq il-funzjonijiet essenzali tax-xogħol meta ssir akkomodazzjoni raġonevoli.

“Akkomodazzjoni raġonevoli”, dwar il-funzjonijiet essenzali tax-xogħol, għandha tfisser il-miżuri xierqa, meta meħtieġa, li jippermettu persuna b'disabilità li jkollha aċċess għal, tieħu sehem fi, jew tavvanza fl-impieg, jew li tgħaddi minn taħriġ, sakemm it-tali miżuri ma jkunux jimponu piż sporporzjonat fuq min iħaddem.

5.  Meta persuni koperti minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, li jikkunsidraw li saret inġustizzja magħhom għax il-prinċipju tat-trattament indaqs kif ipreżentat hawn fuq ma kienx applikat magħhom, jistabbilixxu l-fatti li jista' jkun presunt li kien hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta, ikun fuq l-istituzzjoni li tipprova li ma kienx hemm ksur fil-prinċipju tat-trattament indaqs. Din id-disposizzjoni ma tgħoddx fil-proċeduri dixxiplinarji.

6.  Waqt li jkun irrispettat il-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni u l-prinċipju tal-proporzjonalità, kull limitazzjoni fl-applikazzjoni tagħhom trid tkun iġġustifikata fuq bażijiet oġġettivi u raġonevoli, u trid tkun immirata lejn oġġetti leġittimi fl-interess ġenerali fil-qafas tal-politika tal-persunal. It-tali oġġettivi jistgħu partikolarment jiġġustifikaw li tkun stipulata età mandatarja ta' rtirar u età minima biex tieħu pensjoni ta' rtirar.

L-Artikolu 1e

1.  L-uffiċjali f'impieg attiv għandhom ikollhom aċċess għall-miżuri ta' natura soċjali adottati mill-istituzzjonijiet, u għas-servizzi pprovduti mill-korpi tal-qagħda soċjali, riferuti fl-Artikolu 9. Dawk li qabel kienu uffiċjali, jistgħu jkollhom aċċess għal miżuri speċifiċi limitati ta' natura soċjali.

2.  L-uffiċjali f'impieġ atti għandhom jingħataw l-kondizzjonijiet tax-xogħol, konformi ma' l-istandards xierqa tas-saħħa u tas-sigurtà, mill-anqas ekwivalenti għall-ħtiġijiet minimi applikabbli taħt il-miżuri adottati f'dawn l-oqsma skond it-Trattati.

3.  Il-miżuri ta' natura soċjali adottati skond dan l-Artikolu għandhom ikunu implimentati minn kull istituzzjoni f'koperazzjoni mill-viċin mal-Kumitat tal-Persunal, fuq il-bażi ta' l-azzjonijiet multi-annwali proposti. Dawn l-azzjonijiet proposti għandhom ikunu trasmessi kull sena lill-awtorità ta' l-estimi fil-qafas tal-proċedura ta' l-estimi.

▼B

L-Artikolu 2

►M112  1. ◄   Kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi min ġewwa fiha għandu jeserċita s-setgħat mogħtija minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal fuq l-awtorità tal-ħatra.

▼M112 —————

▼M112

2.  Iżda, istituzzjoni waħda jew aktar tista' tafda lil kull wieħed minnhom jew korp inter-istituzzjonali l-eserċizzju ta' xi setgħat jew is-setgħat kollha mogħtija lill-Awtorità tal-ħatra, minbarra d-deċiżjonijiet dwar il-ħatriet, promozzjonijiet jew trasferimenti ta' l-uffiċjali.

▼B

Artikolu 3

L-istrument li jaħtar uffiċjal għandu juri d-data ta' meta l-ħatra tidħol fis-seħħ; din id-data m'għandhiex tkun qabel id-data meta l-uffiċjal jibda d-dmirijiet tiegħu.

Artikolu 4

L-ebda ħatra jew promozzjoni m'għandha ssir għal xi skop ieħor barra dak biex jimtela post vojt kif provdut f'dawn ir-Regolament tal-Persunal.

Postijiet vojta f'istituzzjoni għandhom ikunu notifikati lill-persunal ta' dik l-istituzzjoni hekk kif l-awtorità tal-ħatra tiddeċiedi li l-post għandu jimtela.

▼M112

Jekk il-post battal ma jistax jimtela minn trasferiment, ħatra għal posizzjoni skond l-Artikolu 45a, jew promozzjoni, dan ikun notifikat lill-persunal ta' istituzzjonijiet oħra, u/jew kompetizzjoni interna tkun organizzata.

L-Artikolu 5

1.  Il-posizzjonijiet koperti minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kklassifikati, skond in-natura u l-importanza tad-dmirijiet li għalihom jirrelataw, fi grupp tal-funzjoni ta' amministraturi (minn issa 'quddiem “AD”) u grupp tal-funzjoni ta' l-assistenti (minn issa 'l quddiem “AST”).

2.  Il-grupp tal-funzjoni AD għandu jkun fih tnax-il grad, li jikkorrospondu mad-dmirijiet amministrattivi, ta' konsulenza, lingwistiċi u xjentifiċi. Il-funzjoni tal-grupp AST għandu jkun fih ħdax-il grad, li jikkorrospondu mad-dmirijiet esekuttivi, tekniċi u klerikali.

3.  Il-ħatra għandha teħtieġ mill-anqas:

(a) fi grupp tal-funzjoni AST:

(i) livell ta' edukazzjoni post-sekondarja ċċertifikat b'diploma, jew

(ii) livell ta' edukazzjoni sekondarja ċċertifikat b'diploma, li jagħti aċċess għal edukazzjoni post-sekonndarja, u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-anqas tliet snin, jew

(iii) fejn iġġustifikat fl-interessi tas-servizz, taħriġ professjonali jew esperjenza professjonali ta' livell ekwivalenti.

(b) fil-gruppi tal-funzjoni AD għall-gradi 5 u 6:

(i) livell ta' edukazzjoni li jikkorrospondi ma' studi universitarji kkompletati ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikat b'diploma, jew

(ii) fejn iġġustifikat fl-interess tas-servizz, taħriġ professjonali ta' livell ekwivalenti.

(ċ) fil-gruppi tal-funzjoni AD għall-gradi 7 sa 16:

(i) livell ta' edukazzjoni li jikkorrospondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikat b'diploma meta l-perjodu normali ta' l-edukazzjoni universitarja hija erba' snin jew aktar, jew

(ii) livell ta' edukazzjoni li jikkorrospondi ma' studji universitarji kkompletati, iċċertifikat b'diploma, esperjenza professjonali xierqa ta' mill-anqas sena, meta l-perjodu normali ta' l-edukazzjoni universitarja hija mill-anqas tliet snin jew aktar, jew

(iii) fejn iġġustifikat fl-interessi tas-servizz, taħriġ professjonali ta' livell ekwivalenti.

4.  Tabella li turi t-tipi ta' posizzjonijiet tingħata fl-Anness I, punt A. B'riferenza għal din it-tabella, kull istituzzjoni għandha tiddefinixxi d-dmirijiet u s-setgħat marbutin ma' kull tip ta' posizzjoni wara li tikkonsulta l-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal.

5.  Kondizzjonijiet identiċi għar-reklutaġġ u s-servizz ta' karriera għandhom japplikaw għall-uffiċjali kollha ta' l-istess grupp tal-funzjoni.

Artikolu 6

1.  Il-pjan ta' stabbiliment mehmuż mat-taqsima ta' l-estimi relatat ma' kull istituzzjoni għandu jindika n-numru ta' posizzjoniijiet f'kull grad u grupp tal-funzjoni.

2.  Biex tkun żgurata ekwivalenza tal-karriera medja fl-istruttura tal-karrieri qabel l-1 ta' Mejju 2004 (minn issa 'l-quddiem “l-istruttura l-qadima tal-karrieri”) u mill-1 ta' Mejju 2004 (minn issa 'l-quddiem “l-istruttura l-ġdida tal-karrieri”), u mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-promozzjoni bbżata fuq mertu kif imniżżel fl-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal, dan il-pjan għandu jiżgura li għal kull istituzzjoni, in-numru ta' posizzjonijiet battala f'kull grad tal-pjan ta' l-istabbiliment fl-1 ta' Jannar ta' kull sena jikkorrospondi man-numru ta' uffiċjali fil-grad iżgħar ta' l-impieg attiv fl-1 ta' Jannar tas-sena ta' qabel, immoltiplikat bir-rati mniżżla fl-Anness I, punt B, għal dak il-grad. Dawn ir-rati għandhom ikunu applikati fuq bażi medja fuq ħames snin mill-1 ta' Mejju 2004.

3.  Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-metodoloġija definita fil-paragrafu 5, tibgħat rapport lill-awtorità ta' l-estimi kull sena, dwar l-evoluzzjoni tal-karrieri medji fiż-żewġ grupi tal-funzjoni fl-istituzzjonijiet kollha, li għandu jgħid jekk il-prinċipju ta' l-ekwivalenza kienx rispettat u, jekk le, sa liema punt inkiser. Jekk ma kienx rispettat, l-awtorità ta' l-estimi tista' tieħu t-tali azzjoni korrettiva tas-salvagwardji, li hemm bżonn biex terġa' tkun stabbilita l-ekwivalenza.

4.  Biex ikun żgurat li din is-sistema tibqa' konsistenti mal-pjan ta' l-istabbiliment, konsistenti ma' l-ekwivalenza bejn l-istruttura l-qadima u l-ġdida tal-karriera u konsistenti mad-dixxiplina ta' l-estimi, ir-rati mniżżla fl-Anness I, punt B, għandhom ikunu riveduti lejn l-aħħar tal-perjodu ta' ħames snin, li jibda fl-1 ta' Mejju 2004 fuq il-bażi ta' rapport, mibgħut mill-Kummissjoni lill-Kunsill, u proposta mill-Kummissjoni.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi skond l-Artikolu 283 tat-Trattat tal-KE.

5.  L-ekwivalenza għandha tkun eżaminata, bħala riżultat tal-promozzjoni u s-senjorità fuq perjodu relevanti ta' riferenzi fuq is-supposizzjoni li n-numru tal-persunal jibqa' ma jinbidilx, bejn karriera medja qabel l-1 ta' Mejju 2004 u l-karriera medja ta' l-uffiċjali reklutati wara.

Artikolu 7

1.  L-Awtorità tal-Ħatra għandha, waqt li taġixxi biss fl-interess tas-servizz u mingħajr kas tan-nazzjonalità, tassenja kull uffiċjal b'ħatra jew trasferiment għall-posizzjoni fil-grupp tal-funzjoni tiegħu li jikkorrospondi mal-grad tiegħu.

Uffiċjal jista' japplika għal trasferiment ġewwa l-istituzzjoni tiegħu.

2.  Uffiċjal jista' jissejjaħ biex jieħu posizzjoni temporanjament fi grad fil-grupp tal-funzjoni tiegħu li huwa ogħla mill-grad sostantiv tiegħu. Mill-bidu tar-raba' xahar tat-tali posizzjoni temporanja, huwa għandu jirċievi benefiċċju tad-differenza li huwa daqs id-differenza bejn ir-remunerazzjoni konnessa mal-grad u l-iskala sostantivi tiegħu, u r-remunerazzjoni li kieku jirċievi fl-iskala li kien ikun ikklassifikat jekk jinħatar għall-grad tal-posizzjoni temporanja tiegħu.

It-tul ta' żmien tal-posizzjoni temporanja m'għandux jaqbeż is-sena, ħlief fejn, direttament jew indirettament, il-posizzjoni hija biex jinbidel uffiċjal li huwa sekondat għal posizzjoni oħra fl-interessi tas-servizz, imsejjaħ għal servizz militari jew assenti fuq vakanzi ta' mard fit-tul.

▼B

Artikolu 8

Uffiċjal sekondat għal istituzzjoni oħra tal-Komunitajiet Ewropew jista', wara perjodu ta' sitt xhur, japplika biex ikun trasferit għal dik l-istituzzjoni.

Jekk l-istituzzjon ewlenija ta' l-uffiċjal u l-istituzzjoni li kien sekondat fiha t-tnejn jaċċettaw it-trasferiment, l-uffiċjal għandu jitqies li serva s-servizz kollu tal-karriera tiegħu fil-Komunità f'din l-istituzzjoni l-aħħar imsemmija. Huwa m'għandux jirċievi bis-saħħa tat-tali trasferiment xi benefiċċju finanzjarju li uffiċjal huwa intitolat li jirċievi taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal mat-tmiem tas-servizz minn ma' waħda mill-istituzzjonijiet tal- Komunitajiet.

Jekk id-deċiżjoni li tagħti l-applikazzjoni tinvolvi stabbiliment fi grad ogħla minn dak okkupat mill-istituzzjoni ewlenija, din għandha tgħodd bħala promozzjoni; it-tali deċiżjoni tista' tittieħed biss skond it-termini ta' l-Artikolu 45.

Artikolu 9

1.  Għandu jiġi stabbilit:

(a) ġewwa kull istituzzjoni:

 Kumitat tal-Persunal, li jista' jkun organiżżat f'taqsimiet għall-postijiet differenti ta' l-impieg;

 Kumitat Konġunt wieħed jew aktar, kif xieraq għan-numru ta' uffiċjali fil-postijiet ta' l-impieg;

 Bord tad-Dixxiplina wieħed jew aktar, kif xieraq għan-numru ta' uffiċjali fil-postijiet ta' l-impieg;

▼M112

 Kumitat Konġunt wieħed jew aktar ta' Konsulenza dwar inkompetenza professjonali, kif xieraq għan-numru ta' l-uffiċjali fil-postijiet ta' l-impieg;

▼B

 Kumitat tar-Rapporti, jekk meħtieġ

(b) għall-Komunitajiet:

 Kumitat ta' Invalidità,

li għandhom iwettqu l-funzjonijiet assenjati lilhom minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

▼M85

1a.  Għall-applikazzjoni ta' ċerti disposizzjonijiet ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, Kumitat Konġunt komuni jista' jkun stabbilit għal żewġ istituzzjonijiet jew aktar.

▼B

2.  Il-komposizzjoni u l-proċedura tal-korpi għandha tkun stabbilita minn kull istituzzjoni skond id-disposizzjonijiet ta' l-Anness II.

▼M112

Il-persunal ta' l-istituzzjoni għandu jkun notifikat bil-lista tal-membri ta' dawn il-korpi.

▼B

3.  Il-Kumitat tal-Persunal għandu jirrappreżenta l-interessi tal-persunal rigward l-istituzzjoni tagħhom u jżomm kuntatt kontinwu bejn l-istituzzjoni u l-persunal. Għandu jikkontribwixxi għall-operazzjoni tajba tas-servizz billi jipprovdi mezz ta' espressjoni ta' l-opinjoni tal-persunal.

Għandu jġib għall-attenzjoni tal-korpi kompetenti ta' l-istituzzjoni kull diffikulta li jkollha implikazzjonijiet ġenerali dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. Jista' jkun ikkonsultat fuq kull diffikulta ta' dan it-tip.

Il-Kumitat għandu jibgħat lill-korpi kompetenti ta' l-istituzzjoni suġġerimenti dwar l-organizzazzjoni u l-operazzjoni tas-servizz u proposti għat-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal jew il-kondizzjonijiet ġenerali ta' l-għajxien.

Il-Kumitat għandu jieħu sehem fl-amministrazzjoni u superviżjoni tal-korpi ta' assistenza soċjali mwaqqfa mill-istituzzjoni fl-interessi tal-persunal tagħha. Jista', bil-kunsens ta' l-istituzzjoni, jistabbilixxi t-tali servizzi ta' assistenza soċjali.

4.  Barra l-funzjonijiet assenjati lilhom minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, il-Kumitat jew il-Kumitati Konġunti jista' jkunu kkonsultati mill-awtorità tal-ħatra jew mill-Kumitat tal-Persunal dwar mistoqsijiet ta' natura ġenerali li wieħed minn ta' l-aħħar jaħseb li għandhom isiru.

▼M112

5.  L-opinjoni tal-Kumitat tar-Rapporti għandha tinkiseb:

(a) dwar azzjoni wara li jitlesta servizz probatorju; u

(b) dwar l-għażla tal-persunal li għandhom ikunu affettwati minn xi tnaqqis fl-istabbiliment.

Tista' tingħata struzzjonijiet mill-Awtorità tal-Ħatra biex tiżgura li r-rapporti perjodiċi tal-membri tal-persunal isiru b'mod uniformi fl-istituzzjoni.

▼M112

6.  L-opinjoni tal-Kumitat Konġunt tal-Konsulenza dwar inkompetenza professjonali għandha tinkiseb għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 51.

▼M112

L-Artikolu 10

Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun stabbilit li jikkonsisti minn rappreżentanti ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet u numru ndaqs ta' rappreżentanti tal-Kumitati tal-Persunal tagħhom. Il-proċedura biex jinħatru membri tal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tkun deċiża bil-qbil komuni ta' l-istituzzjonijiet. L-aġenziji għandhom ikunu rrappreżentati flimkien skond ir-regoli li għandhom ikunu stabbiliti bejniethom u l-Kummissjoni.

Il-Kumitat għandu jkun ikkonsultat mill-Kummissjoni fuq il-proposti kollha għar-reviżjoni tar-Regolamenti tal-Persunal; għandu jwassal l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-Kummissjoni. Barra l-funzjonijiet mogħtija lill-Kumitat b'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, jista' jagħti suġġerimenti għar-reviżjoni tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-Kumitat għandu jiltaqa' fuq it-talba tal-President tiegħu, istituzzjoni jew il-kumitat tal-persunal ta' istituzzjoni.

Il-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat għandhom ikunu kkomunikati lill-korpi xierqa.

▼M23

Artikolu 10a

L-istituzzjoni għandha tippreskrivi l-perjodi li matulhom il-Kumitat tal-Persunal, il-Kumitat Konġunt jew il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal iridu jwasslu opinjonijiet mitluba minnhom; dawn il-perjodi m'għandhomx ikunu anqas minn 15-il ġurnata ta' xogħol. Jekk l-ebda opinjoni ma titwassal matul il-perjodu preskritt l-istituzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha.

▼M112

Artikolu 10b

It-trade unions u l-assoċjazzjonijiet tal-persunal riferuti fl-Artikolu 24b għandhom jaġixxu fl-interess ġenerali tal-persunal, mingħajr preġudizzju għas-setgħat statutorji tal-kumitati tal-persunal.

Il-proposti tal-Kummissjoni riferuti fl-Artikolu 10 jistgħu jkunu s-suġġett tal-konsultazzjonijiet mit-trade unions u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tal-persunal.

Artikolu 10c

Kull istituzzjoni tista' tikkonkludi ftehim dwar il-persunal tagħha mat-trade unions u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħha tal-persunal. It-tali ftehim ma jistax ikun fihom emendi tar-Regolamenti tal-Persunal jew xi impennji ta' estimi, lanqas ma jistgħu jaffettwaw l-ħidma ta' l-istituzzjoni kkonċernata. It-trade unions u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tal-persunal, li huma firmatarji, għandhom joperaw f'kull istituzzjoni, suġġetti għas-setgħat statutorji tal-kumitat tal-persunal.

▼B



TITOLU II

DRITTIJIET U OBBLIGI TA' L-UFFIĊJALI

Artikolu 11

Uffiċjal għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu u jġib ruħu biss bl-interessi tal-Komunitajiet f'moħħu; la għandu jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet minn kwalunkwe gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra l-istituzzjoni tiegħu. ►M112  Huwa għandu jwettaq id-dmirijiet assenjati lilu, oġġettivament, bl-imparzjalità, u li jżomm id-dmir tiegħu ta' lealtà lejn il-Komunitajiet. ◄

Uffiċjal m'għandux, mingħajr il-permess ta' l-awtorità tal-ħatra, jaċċetta minn kwalunkwe gvern jew minn kwalunkwe sors ieħor barra l-istituzzjoni tiegħu xi unur, dekorazzjoni, favur, rigal jew ħlas ta' kull tip li jkun, ħlief għal servizzi li saru jew qabel il-ħatra tiegħu jew matul leavespeċjali għal militar jew servizz nazzjonali ieħor u għal dak it-tali servizz.

▼M112

L-Artikolu 11a

1.  Uffiċjal m'għandux, fil-qadi ta' dmirijietu u għajr kif ipprovdut minn hawn 'l quddiem, jieħu ħieb affari li fihom, direttament jew indirettament, għandu xi interess personali tali li jfixkel l-indipendenza tiegħu, u, partikolarment, l-interessi tal-familja jew finanzjarji.

2.  Kull uffiċjal li jkollu, fil-qadi ta' dmirijietu, jieħu ħsieb affari kif riferuta hawn fuq, għandu minnufih javża lill-Awtorità tal-Ħatra. L-Awtorità tal-Ħatra għandha tieħu kull miżura xierqa, u tista' partikolarment tneħħi l-uffiċjal mir-responsabbiltà ta' din l-affari.

3.  Uffiċjal la jista' jżomm lanqas jakkwista, direttament jew indirettament, f'impriżi li huma suġġetti għall-awtorità ta' l-istituzzjoni tiegħu jew li kellhom x'jaqsmu ma' dik l-istituzzjoni, xi interess tat-tali tip jew kwantità li tista' tfixkel l-indipendenza fil-qadi ta' dmirijietu.

▼M112

L-Artikolu 12

Uffiċjal jista' jieqaf minn kull azzjoni jew imġiba li tista' tirrifletti ħażin fuq il-posizzjoni tiegħu.

▼M112

L-Artikolu 12a

1.  Uffiċjali jistgħu jżommu lura minn kull forma ta' turment psikoloġiku jew sesswali.

2.  Uffiċjal li kien vittma ta' turment psikoloġiku jew sesswali, m'għandux isofri xi effetti ta' preġudizzju min-naħa ta' l-istituzzjoni. Uffiċjal li ngħata evidenza dwar turment psikoloġiku jew sesswali, m'għandux isofri xi effetti ta' preġudizzju min-naħa ta' l-istituzzjoni, sakemm l-uffiċjal aġixxa b'onestà.

3.  “Turment psikoloġiku”; ifisser kull imġiba mhux xierqa li ssir tul perjodu, hija ripetittiva jew sitematika u tinvolvi atteġġament fisku, lingwa mlissna jew miktuba, azzjonijiet jew atti oħra li huma intenzjonali u li jistgħu jbaxxu l-personalità, dinjità, jew integrità fisika jew psikoloġika ta' xi persuna.

4.  “Turment sesswali”; tfisser imġiba relatata mas-sess li ma tridhiex il-persuna li hija diretta għaliha, u li għandha l-iskop jew l-effett li toffendi dik il-persuna jew toħloq ambjent ta' intimidazzjoni, ostili, offensiva jew disturbat. It-turment sesswali għandu jkun ittrattat bħala diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess.

Artikolu 12b

1.  Suġġett għall-Artikolu 15, uffiċjal li jixtieq jingaġġa f'attivita' barranija, kemm jekk bil-ħlas jew le, jew li jwettaq xi inkarigu barra l-Komunitajiet, għandu l-ewwel jikseb il-permess ta' l-Awtorità tal-Ħatra. Il-permess għandu jkun irrifjutat jekk l-attività jew l-inkarigu in kwestjoni huwa tali li jfixkel l-qadi fid-dmirijiet ta' l-uffiċjal, jew huwa inkompatibbli ma' l-interessi ta' l-istituzzjoni.

2.  Uffiċjal jista' javża lill-Awtorità tal-Ħatra b'kull bidla fl-attività jew inkarigu barrani permess, li tiġri wara li l-uffiċjal talab għall-permess ta' l-Awtorità tal-Ħatra taħt il-paragrafu 1. Il-permess jista' jkun irtirat jekk l-attività jew l-inkarigu ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet riferuti fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 1.

▼B

Artikolu 13

Jekk mart uffiċjal għandha mpieg bi qligħ, l-uffiċjal għandu jinforma l-awtorità tal-ħatra ta' l-istituzzjoni tiegħu. Jekk in-natura ta' l-impieg tirriżulta li hija inkompatibbli ma' dik ta' l-uffiċjal u jekk l-uffiċjal mhux kapaċi jagħti garanzija li se jieqaf f'perjodu speċifikat, l-awtorità tal-ħatra għandha, wara li tikkonsulta l-Kumitat Konġunt, tiddeċiedi jekk l-uffiċjal għandux ►M112  ikompli fil-posizzjoni tiegħu, jew ikun ittrasferit għal posizzjoni oħra ◄ .

▼M112 —————

▼M112

L-Artikolu 15

1.  Uffiċjal li bi ħsiebu jikkontesta għall-uffiċċju pubbliku għandu javża lill-Awtorità tal-Ħatra. L-Awtorità tal-Ħatra għandha tiddeċiedi, fuq bażi ta' l-interessi tas-servizz, jekk l-uffiċjal ikkonċernat:

(a) għandux jintalab japplika għal vakanzi għal raġunijiet personali, jew

(b) għandux jingħata vakanzi annwali, jew

(ċ) jistax ikun awtorizzat li jaqdi dmirijiet fuq bażi part-time, jew

(d) jistax ikompli jaqdi dmirijietu bħal qabel.

2.  Uffiċjal elett jew maħtur għall-uffiċċju pubbliku għandu minnufih javża lill-Awtorità tal-Ħatra. L-Awtorità tal-Ħatra għandha, wara li tikkunsidra l-interessi tas-servizz, l-importanza ta' l-uffiċċju, id-dmirijiet marbutin miegħu, u r-remunerazzjoni u rrimborżar ta' l-ispejjez li ntefqu biex jitwettqu dawk id-dmirijiet, tieħu waħda mid-deċiżjonijiet riferuti fil-paragrafu 1. Jekk l-uffiċjal huwa mitlub jieħu l-vakanzi għal raġunijiet personali, jew huwa awtorizzat jaqdi dmirijietu fuq bażi part-time, il-perjodu tat-tali vakanzi jew il-ħidma fuq bażi part-time għandhom jikkorrospondu mal-perjodu li fih l-uffiċjal iżomm l-uffiċċju.

L-Artikolu 16

Uffiċjal għandu, wara li jħalli s-servizz, ikomplu jkun marbut mid-dmir li jġib ruħu b'integrita' u diskrezzjoni rigward l-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji.

L-uffiċjali li bi ħsiebhom jingaġġaw f'attività ta' okkupazzjoni, kemm jekk bil-qligħ jew le, fi żmien sentejn wara li jitilqu mis-servizz għandhom jinfurmaw dan lill-istituzzjoni tagħhom. Jekk dik l-attività hija marbuta max-xogħol imwettaq mill-uffiċjal matul l-aħħar tliet snin tas-servizz, u tista' twassal għall-konflitt ma' l-interessi leġittimi ta' l-istituzzjoni, l-Awtorità tal-Ħatra tita', wara li tkkunsidra l-interessi tas-servizz, jew ma tħallihx jidħol għaliha, jew tagħti l-approvazzjoni tagħha, suġġetta għal kull kondizzjoni li tqis xierqa. L-istituzzjoni għandha, wara li tikkonsulta l-Kumitat Konġunt, tavża d-deċiżjoni tagħha fi żmien 30 jum utli minn meta tkun informata b'hekk. Jekk it-tali notifika ma saritx sa l-aħħar ta' dak il-perjodu, din titqies li tfisser aċċettazzjoni impliċita.

L-Artikolu 17

1.  Uffiċjal għandu jżomm lura minn kull żvelar mhux awtorizzat ta' l-informazzjoni riċevuta waqt il-qadi ta' dmirijietu, sakemm dik l-informazzjoni mhux diġà magħmula pubblika jew hija aċċessibbli għall-pubbliku.

2.  Uffiċjal għandu jkompli jkun marbut b'dan l-obbligu wara li jitlaq mis-servizz.

▼M112

L-Artikolu 17a

1.  Uffiċjal għandu d-dritt għal-libertà ta' l-espressjoni, b'rispett dovut għall-prinċipji tal-lealtà u l-imparzjalità.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12 u 17, uffiċjal li bi ħiebu jippubblika jew jagħmel biex jippubblika, kemm waħdu jew ma' oħrajn, kull kwestjoni li titratta x-xogħol tal-Komunitajiet, għandu javża lill-Awtorità tal-Ħatra minn qabel.

Meta l-Awtorità tal-Ħatra kapaċi turi li l-kwestjni tista' serjament tippreġudika l-interessi leġittimi tal-Komunitajiet, l-Awtorità tal-Ħatra għandha tinforma lill-uffiċjal bid-deċiżjoni tagħha bil-miktub fi żmien 30 jum utli mill-irċevuta ta' l-informazzjoni. Jekk it-tali deċiżjoni m'hihiex notifikati waqt il-perjodu speċifikat, l-Awtorità tal-Ħatra għandha titqies li m'għandhiex oġġezzjonijiet.

▼M112

L-Artikolu 18

1.  Id-drittijiet kollha f'kull kitba jew xogħol ieħor magħmul minn kull uffiċjal fil-qadi ta' dmirijietu għandhom ikunu l-proprjeta' tal-Komunità li għall-attivitajiet tagħha t-tali kitbiet jew xogħol jirrelata. Il-Komunitajiet għandhom ikollhom id-dritt li bilfors jakkwistaw id-dritt ta' l-awtur fuq it-tali xogħlijiet.

2.  Kull invenzjoni li ssir minn uffiċjal matul jew f'konnessjonimal-qadi ta' dmirijietu għandu jkun il-proprjetà li ma tistax tkun iddubitata, tal-Komunitajiet. L-istituzzjoni tista', taħt l-ispejjeż tagħha u f'isem il-Komunità, tapplika għal u tikseb patenti għalihom fil-pajjiżi kollha. Kull invenzjoni relatata max-xogħol tal-Komunitajiet magħmul minn uffiċjal matul is-sena ta' wara meta skada l-perjodu tad-dmir tiegħu, għandu, sakemm ippruvat mod ieħor, jitqies li sar matul jew f'konnessjoni mal-qadi ta' dmirijietu. Fejn l-invenzjonijiet huma s-suġġett ta' patenti, l-isem ta' l-inventur jew ta' l-inventuri għandu jissemma'.

3.  L-istituzzjoni tista', f'każijiet xierqa, tagħti bonus, li l-ammont tiegħu jkun stabbilit mill-istituzzjoni, lill-uffiċjal li huwa l-awtur ta' invenzjoni patentata.

▼B

Artikolu 19

Uffiċjal m'għandux, mingħajr il-permess ta' l-awtorità tal-ħatra, jiżvela għall-ebda raġuni, fi proċeduri legali informazzjoni li jaf biha minħabba dmirijietu. Il-permess għandu jkun rifjutat biss fejn l-interessi tal-Komunitajiet hekk jeħtieġu u t-tali rifjut ma jġibx konsegwenzi kriminali sa fejn l-uffiċjal huwa kkonċernat. Uffiċjal għandu jkompli jkun marbut b' dan l-obbligu wara li jħalli s-servizz.

Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti m'għandhomx japplikaw għal uffiċjal jew għal min kien uffiċjal li jagħti evidenza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej jew quddiem Bord tad-Dixxiplina ta' istituzzjoni fuq kwistjoni li tikkonċerna aġent jew wieħed li kien aġent ta' waħda mill-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 20

Uffiċjal għandu jgħix jew fil-post fejn huwa mpjegat jew f'distanza mhux aktar il-bogħod milli huwa kompatibbli mal-qadi sew ta' dmirijietu. ►M112  L-uffiċjal għandu javża lill-Awtorità tal-Ħatra bl-indirizz tiegħu u għandu javżaha minnufih b'kull bidla fl-indirizz. ◄

Artikolu 21

Uffiċjal, ikun xi jkun il-grad tiegħu, għandu jassisti u jgħaddi pariri lis-superjuri tiegħu; huwa għandu jkun reponsabbli mill-qadi tad-dmirijiet assenjati lilu.

Uffiċjal responsabbli minn kwalunkwe fergħa tas-servizz għandu jkun responsabbli mas-superjuri tiegħu dwar l-awtorità mogħtija lilu u biex iwettaq l-istruzzjonijiet mogħtija minnu. Ir-responsabbilta' ta' dawk ta' taħtu bl-ebda mod ma tirrilaxxah mir-responsibbilta' tiegħu stess.

▼M112 —————

▼M112

L-Artikolu 21a

1.  Uffiċjal li jirċievi ordnijiet li jikkunsidra li huma irregolari jew x'aktarx se joħolqu diffikoltajiet serji għandu jinforma s-superjur ta' fuqu, li għandu, jekk l-informazzjoni tingħata bil-miktub, iwieġeb bil-miktub. Suġġett għall-paragrafu 2, jekk is-superjur ta' fuqu jikkonferma l-ordnijiet u l-uffiċjal jemmen li t-tali konferma ma tikkostitwix risposta raġonevoli għar-raġunijiet għat-tħassib tiegħu, l-uffiċjal għandu jirreferi l-kwestjoni bil-miktub lill-awtorità tal-ġerarkija ta' fuqħa eżatt. Jekk ta' l-aħħar jikkonferma l-ordnijiet bil-miktub, l-uffiċjal għandu jwettaqhom, sakemm ma jidhrux fiċ-ċar li huma illegali, jew jikkostitwixxu ksur fl-istandards relevanti ta-sigurtà.

2.  Jekk is-superjur ta' fuqu eżatt, jikkunsidra li l-ordnijiet għandhom ikun esegwiti minnufih, l-uffiċjal għandu jwettaqhom, sakemm ma jidhrux fiċ-ċar li huma illegali, jew jikkostitwixxu ksur fl-istandards relevanti ta-sigurtà. Fuq it-talba ta' l-uffiċjal, is-superjur ta' fuqu eżatt għandu jkun obbligat li jagħti t-tali ordnijiet bil-miktub.

▼B

Artikolu 22

Uffiċjal jista' jkun mitlub li jagħmel tajjeb, kompletament jew parzjalment, għal kull ħsara soffruta mill-Komunitajiet minħabba riżultat ta' mġieba ħażina serja min naħa tiegħu fil-kors jew f'konnessjoni mal-qadi tad-dmirijietu.

Deċiżjoni raġunata għandha tingħata mill-awtorità tal-ħatra skond il-proċedura mniżżla rigward kwistjonijiet dixxiplinari.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha ġurisdizzjoni illimitata f'tilwim li jinqala' taħt din id-disposizzjoni.

▼M112

L-Artikolu 22a

1.  Kull uffiċjal li matul jew f'konnessjoni mal-qadi ta' dmirijietu, isir jaf b'xi fatti li joħolqu supposizzjoni għall-eżistenza ta' attività possibbilment illegali, inklużi frodi jew korruzzjoni, li hija detrimentali għall-interessi tal-Komunitajiet, jew ta' kondott relatata mat-twettiq tad-dmirijiet professjonali li jistgħu jikkostitwixxu nuqqas serju biex iħarsu l-obbligi ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet, għandhu mingħajr dewmien javża jew lis-superjur ta' fuqu eżatt jew id-Direttur Ġenerali tiegħu jew, jekk jaħseb li tkun utli, lis-Segretarju Ġenerali, jew il-persuni fil-posizzjonijiet ekwivalenti, jew dirett lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF).

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata bil-miktub.

Dan il-paragrafu għandu wkoll japplika fil-każ ta' nuqqas serju li jitħares obbligu simili min-naħa ta' Membru ta' istituzzjoni jew kull persuna oħra fis-servizz ta' jew li jwettaq xogħol għall-istituzzjoni.

2.  Kull uffiċjali li jirċievi l-informazzjoni riferuta fil-paragrafu 1 għandu mingħajr dewmien jittrasmetti lil OLAF, kull evidenza li jaf biha, li minnha l-eżistenza ta' l-irregolaritajiet riferuti fil-paragrafu 1 tista' tkun preżunta.

3.  Uffiċjal m'għandux isofri minn xi effetti ta' preġudizzju min-naħa ta' l-istituzzjoni, bħala riżultat talli kkomunika l-informazzjoni riferuta fil-paragrafi 1 u 2, sakemm aġixxa raġonevoli u bl-onestà.

4.  Il-paragrafi 1 sa 3 m'għandhomx japplikaw għad-dokumenti, kuntratti, rapporti, noti jew informazzjoni f'liema forma tkun, miżmuma għall-iskopijiet ta', jew maħluqa jew żvelati, lill-uffiċjal waqt li għaddejjin proċeduri f'każijiet legali, kemm jekk pendenti jew magħluqa.

Artikolu 22b

1.  L-uffiċjal li jiżvela aktar, informazzjoni kif definit fl-Artikolu 22a lill-President tal-Kummissjoni jew lill-Qorti ta' l-Awdituri jew tal-Kunsill jew tal-Parlament Ewropew, jew lill-Ombudsman Ewropew, m'għandux isofri xi effetti ta' preġudizzju min-naħa ta' l-istituzzjoni tiegħu, sakemm jitħarsu ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-uffiċjal onestament u bir-raġun jemmen li l-informazzjoni żvelata, u kull allegazzjoni li fiha, huma sostanzjalment vera; u

(b) l-uffiċjal kien żvela l-istess informazzjoni qabel lil OLF jew lill-istituzzjoni tiegħu u ppermetta lil OLAF u lil dik l-istituzzjoni l-perjodu ta' żmien stabbilit mill-Uffiċċju jew l-istituzzjoni, minħabba l-komplessità tal-każ, biex tieħu l-azzjoni xierqa. L-uffiċjal għandu mbagħad jkun informat b'dak il-perjodu ta' żmien matul 60 ġurnata.

2.  Il-perjodu riferut fil-paragrafu 1 m'għandux japplika meta l-uffiċjal jista' juri li mhux raġonevoli wara li jkunu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi tal-każ.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għad-dokumenti, kuntratti, rapporti, noti jew informazzjoni f'liema forma tkun, miżmuma għall-iskopijiet ta', jew maħluqa jew żvelati, lill-uffiċjal waqt li għaddejjin proċeduri f'każijiet legali, kemm jekk pendenti jew magħluqa.

▼B

Artikolu 23

Il-privileġġi u l-immunitajiet li jgawdu l-uffiċjali jingħataw biss fl-interessi tal-Komunitajiet. Suġġetti ►M15  għall-Protokoll dwar ◄ il-Privileġġi u l-Immunitajiet, l-uffiċjali m'għandhomx ikunu eżentati milli jwettqu l-obbligi privati tagħhom jew milli jħarsu l-liġijiet u r-regoli tal-pulizija fis-seħħ.

Meta l-privileġġi u l-immunitajiet huma in kontestazzjoni, l-uffiċjal ikkonċernat għandu minnufih jinforma l-awtorità tal-ħatra.

Il-laissez-passerprovdut ►M15  fil-Protokoll dwar ◄ il-Privileġġi u l-Immunitajiet għandu jinħareġ lill-uffiċjali fil-gradi ►M112  skali AD 12 sa AD 16 ◄ u l-gradi ekwivalenti. ►M39  Fejn l-interessi tas-servizz jeħtieġu hekk, dan il-laissez-passerjista' jinħareġ, b'deċiżjoni speċjali mill-awtorità tal-ħatra, lil uffiċjali fi gradi oħra li l-post tax-xogħol tagħhom jinsab barra t-territorju ta' l-Istati Membri. ◄

Artikolu 24

►M15  Il-Komunitajiet għandhom jassistu kull uffiċjal ◄ , partikolarment fi proċeduri kontra kull persuna li tagħmel theddid, atti jew kliem ta' insult jew defamatorji, jew kull attakk fuq persuna jew proprjeta' li għalihom huwa jew membru mill-familja tiegħu huwa suġġett minħabba l-posizzjoni jew id-dmirijiet tiegħu.

►M15  Huma għandhom jikkumpensaw in solidum  ◄ l-uffiċjal għall-ħsara li sofra fit-tali każijiet, sakemm l-uffiċjal ma kkawżax il-ħsara intenzjonalment jew b'negliġenza gravi u ma kienx kapaċi jikseb kumpens mill-persuna li kkważata.

▼M112

l-Artikolu 24a

▼M23

Għandha tiffaċilita dak it-taħriġ u struzzjoni addizzjonali għall-uffiċjali kif inhu kompatibbli mal-ħidma tajba tas-servizz u ma' l-interessi ►M112  Il-Komunitajiet ◄ stess.

L-imsemmi taħriġ u struzzjoni għandu jkun ikkunsidrat għall-iskopijiet ta' promozzjoni fil-karriera tagħhom.

Artikolu ►M112  24b ◄

L-uffiċjali għandhom ikunu intitolati jeżerċitaw id-dritt ta' assoċjazzjoni; huma jistgħu partikolarment ikunu membri ta' trade unionsjew assoċjazzjonijiet tal-persunal ta' l-uffiċjali Ewropej.

▼B

Artikolu 25

▼M112

L-uffiċjali jistgħu jibagħtu talbiet dwar kwestjonijiet koperti minn dawn ir-Regolament tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra ta' l-istituzzjoni tagħhom.

▼B

Kull deċiżjoni relatata ma' individwu speċifiku li tittieħed taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandha tkun ikkomunikata minnufih bil-miktub lill-uffiċjal konċernat. Kull deċiżjoni li taffettwa ħażin uffiċjal għandha tagħti ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata.

▼M112

Deċiżjonijiet speċifiċi rigward il-ħatra, l-istabbiliment, il-promozzjoni, it-trasferiment, id-determinazzjoni ta' l-istat amministrattiv, u t-tmiem tas-servizz ta' uffiċjal, għandhom ikunu ppubblikati fl-istituzzjoni ta' l-uffiċjal. Il-pubblikazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-persunal kollu għal perjodu xieraq ta' żmien.

▼B

Artikolu 26

Il-fajl personali ta' uffiċjal għandu jkun fih:

(a) id-dokumenti kollha dwar l-istat amministrattiv tiegħu u r-rapporti kollha relatati ma' l-abilita, l-effiċjenza u l-kondotta tiegħu;

(b) kull kumment mill-uffiċjal dwar it-tali dokumenti.

Id-dokumenti għandhom ikunu reġistrati, numerati u merfugħa f'serje; id-dokumenti msemmija fis-subparagrafu (a) ma jistgħux jintużaw jew ikunu kkwotati mill-istituzzjoni kontra uffiċjal sakemm ma kienux kkomunikati lilu qabel ma kienu iffajljati.

Il-komunikazzjoni ta' kull dokument lil uffiċjal għandha tkun evidenzjata billi jiffirma għaliha jew, fin-nuqqas ta' dan, għandha tkun effettwata b'ittra ►M112  lejn l-aħħar indirizz ikkomunikat mill-uffiċjal ◄ reġistrata.

▼M112

Il-file ta' l-uffiċjali m'għandu jkollu l-ebda riferenza għall-attivitajiet u l-opinjonijiet politiċi, tat-trade union, folisofiċi jew reliġjużi tiegħu, jew għall-oriġini razzjali jew etniċi x-xejra seswali tiegħu.

Il-paragrafu ta' qabel iżda m'għandux jipprojbixxi d-dħul fil-file ta' l-atti u d-dokumenti amministrattivi, li jaf bihom l-uffiċjal, li huma meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

▼B

Għandu jkun hemm fajl personali wieħed biss għal kull uffiċjal.

Uffiċal għandu jkollu d-dritt, anke wara li jħalli s-servizz, li jiffamiljarizza ruħu mad-dokumenti kollha fil-fajl tiegħu ►M112  u jagħmel kopji tagħhom ◄ .

Il-fajl personali għandu jkun kunfidenzali u jista' jkun ikkonsultat biss fl-uffiċċji ta' l-amministrazzjoni ►M112  jew fuq medja elettronika żgura ◄ . Madankollu, dan ikun mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej jekk titressaq ►M112  ————— ◄ kawza li tirrigwarda lill-uffiċjal.

▼M112

L-Artikolu 26a

L-uffiċjali għandhom id-dritt li jagħmlu ruħhom familjari mal-files medikali tagħhom, skond l-arranġamenti li għandhom jitniżżlu mill-istituzzjonijiet.

▼B



TITOLU III

KARRIERA TA' L-UFFIĊJALI



KAPITOLU 1

Reklutaġġ

Artikolu 27

Ir-reklutaġġ għandu jkollu l-mira li jiżgura li l-istituzzjoni jkollha s-servizzi ta' uffiċjali ta' l-ogħla livell ta' kapaċita', effiċjenza u integrita, magħżula mill-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunitajiet.

▼M112 —————

▼B

L-ebda post ma jkun riservat għal ċittadini ta' xi Stat Membru speċifiku.

Artikolu 28

Uffiċjal jista' jkun appuntat biss bil-kondizzjoni li:

(a) huwa ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Komunitajiet, sakemm eċċezzjoni ma tkunx awtorizzata mill-awtorità tal-ħatra, u jgawdi mid-drittijiet kollha tiegħu bħala ċittadin;

(b) huwa jkun wettaq kull obbligu mpost fuqu mill-liġijiet dwar is-servizz militari;

(ċ) huwa jipproduċi r-riferenzi ta' karattru xierqa li juru li huwa tajjeb biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu;

(d) huwa, suġġett għall-Artikolu 29(2), għadda minn kompetizzjoni bbażata fuq jew kwalifiki jew eżamijiet, jew kemm kwalifiki kif ukoll eżamijiet, kif provdut fl-Anness III;

(e) huwa fil-forma fiżika xierqa biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu; u

(f) huwa jipproduċi evidenza ta' għarfien komplut ta' waħda mill-lingwi tal-Komunitajiet u ta' għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra tal-Komunitajiet sal-punt meħtieġ biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu.

▼M112

L-Artikolu 29

1.  Qabel ma jimtela posizzjoni battala f'istituzzjoni, l-Awtorità tal-Ħatra għandha l-ewwel tikkunsidra:

(a) jekk il-posizzjoni tistax timtela bi:

(i) trasferiment, jew

(ii) ħatra skond l-Artikolu 45a, jew

(iii) promozzjoni

ġewwa l-istituzzjoni;

(b) jekk talbiet għal trasferiment kienux riċevuti mill-uffiċjali ta' l-istess grad f'istituzzjonijiet oħra, u/jew jekk tinżammx kompetizzjoni interna għall-istituzzjoni, li tkun miftuħa biss għall-uffiċjali u l-persunal temporanju, kif definit fl-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej;

u mbagħad jimxu mal-proċedura tal-kompetizzjonijiet, fuq il-bażi jew ta' kwalifikazzjonijiet jew ta' eżamijiet, jekk ta' kwalifikazzjonijiet kif ukoll ta' eżamijiet. L-Anness III jippreżenta l-proċedura tal-kompetizzjoni.

Il-proċedura tista' l-istess tkun segwita għall-iskop biex tkun kostitwita riserva għall-reklutaġġ futur.

2.  Proċedura oħra barra l-proċedura tal-kompetizzjoni tista' tkun adottata mill-Awtorità tal-Ħatra għar-reklutaġġ ta' l-uffiċjali għolja (Diretturi Ġenerali jew ekwivalenti fil-grad AD 16 jew AD 15, u Diretturi jew ekwivalenti fil-grad AD 15 jew AD 14) u, f'każijiet ta' eċċezzjoni, ukoll għar-reklutaġġ għal posizzjonijiet li jeħtieġu kwalifiki speċjali.

3.  L-istituzzjonijiet jistgħu jorganizzaw kompetizzjonijiet interni għal kull grupp tal-funzjoni fuq il-bażi tal-kwalifiki u l-eżamijiet għall-istituzzjonijiet ikkonċernati, li għandhom ikunu fil-livell tal-grad AST jew ogħla, u f'livell tal-grad AD 9 jew ogħla.

Dawn il-kompetizzjonijet ikunu miftuħin biss għall-membri tal-persunal temporanju ta' dik l-istituzzjoni ingaġġati skond l-Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' Ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej. L-istituzzjonijiet għandhom jeħtieġu bħala kwalifiki minimi għal dawn il-kompetizzjonijiet mill-anqas għaxar snin ta' servizz bħala ħaddiem temporanju, li jkunu reklutati bħala ħaddiema temporanji fuq il-bażi ta' proċedura ta' l-għażla, li tiżgura l-applikazzjoni ta' l-istess standards bħal dawk għall-għażla ta' l-uffiċjali b'konformità ma' l-Artikolu 12(4) tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' ħaddiema oħra. B'deroga mill-paragrafu (1)(a) ta' dan l-Artikolu, l-Awtorità tal-Ħatra ta' l-istituzzjoni li ngaġġat il-ħaddiem temporanju għandha, qabel timla l-posizzjoni battala f'dik l-istituzzjoni, tikkunsidra t-trasferimenti ta' l-uffiċjali ġewwa dik l-istituzzjoni paralleli mal-kandidati li rnexxew minn dawn il-kompetizzjonijiet interni.

4.  Darba kull ħames snin il-Parlament Ewropew għandu jorganizza kompetizzjoni interna fuq il-bażi tal-kwalifiki u l-eżamijiet għal kull grupp tal-funzjoni, li jkunu ta' livell tal-grad AST 6 jew ogħla, u l-livell tal-grad AD 9 jew ogħla, skond il-kondizzjonijiet ippreżentati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.

▼B

Artikolu 30

Għal kull kompetizzoni, kumitat ta' l-għażla jinħatar mill-awtorità tal-ħatra. Dan il-kumitat għandu jħejji lista ta' kandidati xierqa.

L-awtorità tal-ħatra għandha tiddeċiedi liema minn dawn il-kandidati għandha taħtar għall-postijiet battala.

▼M112

L-Artikolu 31

1.  Il-kandidati magħżula għandhom jinħatru għall-grad tal-grupp tal-funzjoni, ippreżentat fl-avviż tal-kompetizzjoni li għaddew minnha.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 29(2), l-uffiċjali għandhom ikunu reklutati biss taħt il-gradi AST 1 sa AST 4, jew AD 5 sa AD 8. Il-grad ta' l-avviż tal-kompetizzjoni għandu jkun stabbilit mill-istituzzjoni skond il-kriterji li ġejjin:

(a) l-iskop tar-reklutaġġ ta' l-uffiċjali sa l-ogħla standard kif definit fl-Artikolu 27;

(b) il-kwalità ta' l-esperjenza professjonali meħtieġa.

Biex ikunu indirizzati l-bżonnijiet speċifiċi ta' l-istituzzjonijiet, il-kondizzjonijiet tas-suq tax-xogħol li jeżistu fil-Komunità jistgħu jkunu kkunsidrati wkoll meta jkunu reklutati l-uffiċjali.

3.  Minkejja l-paragrafu (2), l-istituzzjoni tista', fejn ikun il-każ, tawtorizza l-organizzar ta' kompetizzjoni fil-gradi AD9, AD 10, AD 11 jew, fuq bażi ta' eċċezzjoni, fil-grad AD 12. In-numru totali tal-kandidati maħtura għall-posizzjonijiet battala ta' dawn il-gradi m'għandhomx jaqbżu l-20 % tan-numru totali tal-ħatriet tal-grupp tal-funzjoni AD magħmula għal kull sena, skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 30.

▼B

Artikolu 32

Uffiċjal jista' jkun reklutat fl-ewwel skala tal-grad tiegħu.

▼M112

L-Awtorità tal-Ħatra tista' tippermetti senjorità addizzjonali sa massimu ta' 24 xahar, biex tikkunsidra l-esperjenza professjonali tiegħu. Id-disposizzjonijeit ġeneral ta' l-implimentazzjoni għandhom ikunu adottati biex idaħħlu fis-seħħ dan l-Artikolu.

▼M85

Membri tal-persunal temporanju ggradat skond il-kriterji li bih ikunu ggradati adottati mill-istituzzjoni għandhom iżommu s-senjorita' fl-iskala akkwistata f'dik il-kapaċita' jekk ikunu maħtura uffiċjali fl-istess grad immedjatament wara l-perjodu tas-servizz temporanju.

▼B

Artikolu 33

Qabel il-ħatra, kandidat li jirnexxi għandu jkun eżaminat medikament minn wieħed mill-uffiċjali mediċi ta' l-istituzzjoni sabiex l-istituzzjoni tista' tkun sodisfatta li jaqdi l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 28(e).

▼M39

Fejn opinjoni medika negattiva tingħata bħala riżultat ta' l-eżami mediku pprovdut fl-ewwel paragrafu, il-kandidat jista', fi żmien 20 ġurnata minn meta jkun innotifikat b'din l-opinjoni mill-istituzzjoni, jitlob li l-każ tiegħu tintbagħat għall-opinjoni ta' kumitat mediku kompost minn tlett tobba magħżula mill-awtorità tal-ħatra minn fost l-uffiċjali mediċi ta' l-istituzzjoni. L-uffiċjal mediku responsabbli mill-ewwel opinjoni negattiva għandu jinstema' mill-kumitat mediku. Il-kandidat jista' jirreferi l-opinjoni ta' tabib ta' l-għażla tiegħu lill-kumitat mediku. Fejn l-opinjoni tal-kumitat mediku tikkonferma l-konklużjonijiet ta' l-eżami mediku ipprovdut fl-ewwel paragrafu, il-kandidat għandu jħallas 50 % tal-miżati u ta' l-ispejjeż konnessi.

▼M85

Artikolu 34

1.   ►M112  L-uffiċjali għandhom iservu perjodu ta' probazzjoni ta' disa' xhur, qabel jistgħu jkunu stabbiliti. ◄

Meta, matul il-perjodu ta' prova tiegħu, uffiċjal ma jitħallix, minħabba mard, leavetal-maternita' skond l-Artikolu 58, jew inċident, jaqdi d-dmirijiet tiegħu għal perjodu kontinwu ta' mill-anqas xahar, l-awtorità tal-ħatra tista' ttawwal il-perjodu ta' prova tiegħu bit-tul li jikkorrispondi ta' żmien.

2.  Rapport fuq dak taħt prova jista' jsir f'kull mument matul il-perjdu ta' prova jekk ix-xgħol tiegħu qed jidher ovvjament mhux tajjeb.

Dan ir-rapport għandu jkun ikkomunikat lill-persuna kkonċernata, li għandha jkollha d-dritt li tibgħat il-kummenti tagħha bil-miktub fi żmien perjodu ta' tmint ijiem. Ir-rapport u l-kummenti għandhom ikunu trasmessi minnufih mis-superviżur dirett fuq dak taħt prova lill-awtorità tal-ħatra, li għandu, matul perjodu ta' tlett ġimgħat, jikseb l-opinjoni tal-Kumitat Konġunt tar-Rapporti dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. L-awtorità tal-ħatra tista' tiddeċiedi li tkeċċi lil dak taħt prova qabel ma jintemm il-perjodu ta' prova, u ttiħ notifika ta' xahar; il-perjodu tas-servizz ma jistax, madankollu, jaqbeż il-perjodu normali ta' prova.

Madankollu, l-awtorità tal-ħatra tista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tawtorizza li jkompli l-perjodu ta' prova u tassenja l-uffiċjal f'dipartiment ieħor. F'dan il-każ l-assenjament il-ġdid irid ikun għal mill-anqas sitt xhur; għandu jkun suġġett għal-limiti ppreżentati fil-paragrafu 4.

3.  Xahar wieħed l-aktar tard qabel it-tmiem tal-perjodu ta' prova, rapport għandu jsir dwar l-abilita' ta' dak taħt prova biex jaqdi d-dmirijiet marbutin mal-post tiegħu u wkoll dwar l-effiċjenza tiegħu u l-kondotta fis-servizz. Dan ir-rapport għandu jkun ikkomunikat lil dak taħt prova, li għandu jkollu d-dritt li jibgħat il-kummenti tiegħu bil-miktub fi żmien perjodu ta' tmint ijiem.

Jekk jirrakkomanda tkeċċija jew, f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, estensjoni tal-perjodu ta' prova, ir-rapport u l-kummenti għandhom ikunu trasmessi minnufih mis-superviżur dirett fuq dak taħt prova lill-awtorità tal-ħatra, li għandha, matul perjodu ta' tlett ġimgħat, tikkonsulta l-Kumitat Konġunt tar-Rapporti dwar l-azzjoni li għandha tittieħed.

Dak taħt prova li x-xogħol tiegħu ma kienx tajjeb għall-istabbiliment fil-post tiegħu għadu jitkeċċa. Madankollu, l-awtorità tal-ħatra tista', f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, testendi l-perjodu ta' prova għal massimu sa sitt xhur, u possibilment tassenja dak taħt prova f'dipartiment ieħor.

4.  It-tul totali tal-perjodu ta' prova fl-ebda ċirkostanza m'għandu jaqbeż 15-il xahar.

5.  Ħlief fejn huwa f'posizzjoni ‘l quddiem li jibda mpieg x'imkien ieħor, dak taħt prova li tkeċċa għandu jirċievi kumpens daqs tlett xhur paga bażika jekk huwa għamel aktar minn sena servizz, xahrejn paga bażika jekk għamel mill-anqas sitt xhur servizz u xahar paga bażika jekk għamel anqas minn sitt xhur servizz.

6.  Il-paragrafi 2, 3, 4, u 5 m'għandhomx jgħoddu għall-uffiċjali li jirriżenjaw qabel it-tmiem tal-perjodu ta' prova tagħhom.

▼B



KAPITOLU 2

Stat amministrattiv

Artikolu 35

L-uffiċjali għandhom ikunu assenjati wieħed mill-istati amministrattivi li ġejjin:

(a) mpieg attiv;

(b) sekondar;

(ċ)  leavefuq raġunijiet personali;

(d) stat mhux attiv;

(e)  leavegħal servizz militari;

▼M112

(f) vakanzi parentali jew vakanzi tal-familja.

▼B



Taqsima 1

MPIEG ATTIV

Artikolu 36

Uffiċjal f'impieg attiv huwa wieħed li jwettaq id-dmirijiet tiegħu marbutin mal-post li għalih kien maħtur jew assenjat temporanjament taħt il-kondizzjonijiet fit-Titolu IV.



Taqsima 2

SEKONDAR

Artikolu 37

▼M23

Uffiċjal sekondat ►M56  huwa uffiċjal stabbilit ◄ li, bid-deċiżjoni ta' l-awtorità tal-ħatra:

(a) kien idderiġit fl-interessi tas-servizz:

 biex iservi temporanjament f'post barra l-istituzzjoni tiegħu; jew

▼M112

 li temporanjament tassisti persuna li żżomm uffiċċju pprovdut fit-Trattati jew il-President elett ta' waħda mill-istituzzjonijiet jew organi tal-Komunitajiet, jew wieħed mill-gruppi politiċi fil-Parlament Ewroew jew il-Kumitat tar-Reġjun, jew grupp fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew;

▼M85

 biex iservi temporanjament f'post li huwa nkluż fil-lista ta' postijiet iffinanzjati mill-approprijazzjonijiet tar-riċerka u investiment u li l-awtoritajiet tal-budgetikklassifikaw bħala temporanji.

▼M56

(b) kien fuq talba tiegħu stess:

 tqiegħed għad-disposizzjoni ta' ieħor mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej; jew

 tiegħed għad-disposizzjoni ta' organizzazzjoni devota biex tkabbar l-interessi tal-Komunità u nkluża fuq lista li għandha titħejja fuq ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼B

Uffiċjal sekondat għandu jkompli jgawdi mid-drittijiet kollha tiegħu taħt il-kondizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 38 u 39 u għandu jibqa' suġġett għall-obbligi kollha tiegħu bħala uffiċjal ta' l-istituzzjoni ewlenija. ►M23  Suġġetti għad-disposizzjonijiet tat-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 77 dwar il-pensjoni, madankollu, id-disposizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjal matul is-sekondar imsemmi fit-tieni inċiż ta' (a) fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu dawk applikabbli għal uffiċjal ta' l-istess grad bħal dak assenjat lilu fil-post li għalih huwa sekondat. ◄

▼M112

Kull uffiċjal f'impieg attiv jew fuq vakanzi fuq raġunijiet personali jista' japplika għal, ikun offrut, sekondar fl-interessi tas-servizz. Hekk kif l-uffiċjal jintgħażel, il-vakanzi fuq bażi personali għandhom jintemmu.

▼B

Artikolu 38

Sekondar fl-interessi tas-servizz għandha tkun regolata mir-regoli li ġejjin:

(a) id-deċiżjoni fuq is-sekondar għandha tittieħed mill-awtorità tal-ħatra wara li jinstema' l-uffiċċjal ikkonċernat;

(b) it-tul ta' żmien tas-sekondar għandu jkun stabbilit mill-awtorità tal-ħatra;

(ċ) fl-aħħar ta' kull sitt xhur, l-uffiċjal ikkonċernat jista' jitlob li dan is-sekondar jintemm;

▼M23

(d) uffiċjal sekondat skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 37(a) huwa ntitolat għal pagament differenzali fejn ir-remunerazzjoni totali li jġorr il-post li għalih huwa sekondat hija anqas minn dik li jġorr il-grad tiegħu u l-iskala fl-istituzzjoni ewlenija; huwa għandu l-istess ikun intitolat għal rifużjoni ta' l-ispejjeż addizzjonali kollha marbutin mas-sekondar tiegħu;

(e) uffiċjal sekondat skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 37(a) għandu jkompli jħallas il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni bbażati fuq il-paga ta' mpieg attiv li jġorr il-grad tiegħu u l-iskala ta' l-istituzzjoni ewlenija tiegħu;

▼B

(f) uffiċjal sekondat għandu jżomm postu, id-dritt tiegħu għall-avvanzament għal skala ogħla u l-eliġibilita' tiegħu għal promozzjoni;

(g) meta s-sekondar tiegħu tispiċċa uffiċjal għandu minnufih jerġa' jmur lura fil-post li qabel kien okkupat minnu.

Artikolu 39

Sekondar fuq talba ta' l-uffiċjal innifsu għandha tkun regolata mir-regoli li ġejjin:

(a) id-deċiżjoni fuq is-sekondar għandha tittieħed mill-awtorità tal-ħatra li għandha tistabbilixxi t-tul taż-żmien tagħha;

(b) fi żmien sitt xhur minn meta jibda d-dmirijiet il-ġodda tiegħu uffiċjal jista' jitlob li s–sekondar tiegħu jieqaf; huwa mbagħad għandu jerġa' jitqiegħed minnufih fil-post li kien jokkupa qabel;

(ċ) fl-aħħar ta' dan il-perjodu ta' sitt xhur, persuna oħra tista' tinħatar għall-post tiegħu;

▼M23

(d) matul il-perjodu tas-sekondar, kontribuzzjonijiet tal-pensjoni u kull dritt tal-pensjoni għandhom jinħadmu b'riferenza għall-paga għal impieġ attiv imwettaq mill-grad tiegħu u l-iskala fl-istituzzjoni ewlenija. ►M56  Madankollu, uffiċjal sekondat taħt it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 37(1)(b) li jakkwista drittijiet tal-pensjoni fil-korp li miegħu huwa sekondat ma jibqax magħqud ma' l-iskem tal-pensjoni fl-istituzzjoni oriġinali tiegħu sakemm idum dan is-sekondar.

Uffiċjal li jsir invalidu matul is-sekondar fis-sens ta' l-Artikolu 37(1)(b), it-tieni inċiż, u d-dipendenti ta' uffiċjal li jmut matul l-istess perjodu, għandhom ikunu ntitolati taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal ►M112  il-benefiċċju ta' l-invalidità jew il-pensjoni ta' l-għajxien ◄ għal min jibqa' ħaj imnaqqas b'kull ammonti mħallsa lilhom fuq l-istess bażi u għall-istess perjodu mill-korp li miegħu l-uffiċjal kien sekondat.

Din id-disposizzjoni m'għandhiex tirriżulta fl-uffiċjal jew id-dipendenti tiegħu jkunu ntitolati għal pensjoni totali ogħla mill-ammont massimu li kien jirċievi skond dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. ◄

▼M112

(e) matul il-perjodu tas-sekondar, l-uffiċjal għandu jżomm id-dritt tiegħu biex javanza għal skala ogħla.

▼M23

►M112  (f) ◄  meta s-sekondar tiegħu jintemm uffiċjal għandu jerġa' jitqiegħed fl-ewwel post li jikkorrospondi mal-grad tiegħu li jsir battal ►M112  fil-kategorija jew is-servizz tiegħu ◄ sakemm huwa jissodisfa l-ħtiġiet għal dak il-post. Jekk ma jaċċettax il-post offrut lilu huwa għandu jżomm id-dritt tiegħu biex jerġa' jitqiegħed meta jasal il-post battal li jmiss li jikkorrospondi mal-grad tiegħu ►M112  fil-kategorija jew is-servizz tiegħu ◄ , suġġett għall-istess kondizzjoni; jekk ma jċċettax it-tieni darba, jista' jkun meħtieġ jirriżenja wara li l-Kumitat Konġunt ikun ikkonsultat. Sakemm jerġa' jitqiegħed fil-post effettivament huwa jkompli jkun sekondat iżda bla ħlas.

▼B



Taqsima 3

LEAVEFUQ RAĠUNIJIET PERSONALI

Artikolu 40

1.  Uffiċjal ►M56  stabbilit ◄ jista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali u fuq talba tiegħu stess, jingħata leavegħal raġunijiet personali bla ħlas.

▼M112

2.  Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 15, it-tul tat-tali vakanzi m'għandux jaqbeż sena. Il-vakanzi jistgħu jkunu estiżi għal aktar perjodi.

L-estensjonijiet jistgħu jkunu għall-perjodi li ma jaqbżux sena. It-tul totali tal-vakanzi fuq raġunijiet personali ma jistax jaqbeż il-15-il sena matul il-karriera kollha ta' l-uffiċjal.

Jekk, madankollu, uffiċjal japplika għat-tali vakanzi sabiex ikun jista':

(i) jtella' tifel ikkunsidrat bħala dipendent ta' l-uffiċjal fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) ta' l-Anness VII u li jbati minn nuqqas mentali jew fiżiku serju, rikonoxxut minn uffiċjal mediku u li jeħtieġ attenzjoni jew superviżjoni kostanti; jew

(ii) biex isegwi martu, ta' l-aħħar ukoll tkun uffiċjal jew ħaddiema oħra tal-Komunitajiet meħtieġ matul il-qadi ta' dmirijietu biex jistabbilixxu r-residenza abitwali tiegħu f'tali distanza mill-post ta' l-impieg ma' l-uffiċjal applikant li l-istabbiliment tad-dar konjugali f'tali post li kieku toħloq inkonvenjenza lill-uffiċjal applikant fil-qadi ta' dmirijietu,

il-vakanzi jisgħu jkunu estiżi mingħajr limiti, sakemm, fil-ħin ta' kull estensjoni, il-kondizzjonijiet li jiggarantixxu l-għoti tal-vakanzi jkomplu jitħarsu.

▼B

3.  Matul il-leave, uffiċjal ma jkunx intitolat għal avvanzament għal skala ogħla jew promozzjoni fil-grad; is-sħubija tiegħu fl-iskema tas-sigurtà soċjali pprovduta fl-Artikoli 72 u 73 u kopertura kontra r-riskji taħt l-iskema għandhom ikunu sospiżi.

▼M39

►M112  Iżda, uffiċjal li mhux ingaġġat f'attività bi qligħ jista', mhux aktar tard minn xahar wara dak li fih jibdew l-vakanzi fuq raġunijiet persnali, japplika biex ikompli jkun kopert skond dawk l-artikoli, sakemm iħallas nofs l-ispejjeż tal-kontribuzzjonijiet meħtieġa biex ikopru r-riskji riferuti fl-Artikoli 72(1) u 73(1) għall-ewwel sena tal-vakanzi fuq raġunijiet personali u l-ispiża sħiħa matul il-bqija tat-tali vakanzi. Kopertura skond l-Artikolu 73 għandha tkun disponibbli biss jekk il-kopertura nkisbet skond l-Artikolu 72. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jinħadmu b'riferenza għall-aħħar paga bażika ta' l-uffiċjal. ◄ Aktar minn hekk, l-uffiċjal li juri li ma jistax jakkwista drittijiet tal-pensjoni minn skema oħra tal-pensjoni jista' japplika biex ikompli jakkwista aktar drittijiet tal-pensjoni għal massimu ta' sena, sakemm iħallas l-ispiża tal-kontribuzzjoni daq tlett darbiet ir-rata mniżżla ►M56  fl-Artikolu 83(2); il-kontribuzzjonijiet għndhom jinħadmu b'riferenza għall-paga bażika tal-grad u l-iskala ta' l-uffiċjal ◄ .

▼B

4.  leavefuq bażi personali għandhom ikunu regolati bir-regoli li ġejjin:

(a) jingħataw fuq it-talba ta' l-uffiċjal ikkonċernat mill-awtorità tal-ħatra;

(b) l-applikazzjoni għall-estensjoni għandha ssir xahrejn qabel il-leavejispiċċaw;

(ċ) persuna oħra tista' tinħatar għall-post okkupat mill-uffiċjal;

▼M23

(d) kif jispiċċaw il-leavetiegħu uffiċjal għandu jerġa' jitqiegħed fl-ewwel post li jikkorrospondi mal-grad tiegħu li jsir battal ►M112  grupp tal-funzjoni ◄ tiegħu, sakemm huwa jissodisfa l-ħtiġiet għal dak il-post. Jekk ma jaċċettax il-post offrut lilu, huwa għandu jżomm id-dritt tiegħu biex jerġa' jitqiegħed meta jasal il-post battal li jmiss li jikkorrospondi mal-grad tiegħu ►M112  grupp tal-funzjoni ◄ tiegħu, suġġett għall-istess kondizzjoni; jekk ma jċċettax it-tieni darba, jista' jkun meħtieġ jirriżenja wara li l-Kumitat Konġunt ikun ikkonsultat. Sakemm jerġa' effettivament jitqiegħed fil-post ►M112  jew jitqiegħed fuq sekondar ◄ huwa għandu jibqa' fuq leavefuq bażi personali bla ħlas.

▼B



Taqsima 4

STAT MHUX ATTIV

Artikolu 41

1.  Uffiċjal li għandu stat mhux attiv huwa wieħed li sar żejjed minħabba tnaqqis fin-numru ta' postijiet fl-istituzzjoni tiegħu.

2.  Tnaqqis fin-numru tal-postijiet fi grad partikolari għandu jkun deċiż mill-awtorità xierqa tal-budget taħt il-proċedura tal-budget.

L-awtorità tal-ħatra għandha, wara li tikkonsulta l-Kumitat Konġunt, tiddeċiedi liema tipi ta' postijiet m'għandhomx ikunu effettwati mit-tali miżuri.

L-awtorità tal-ħatra għandha tħejji lista ta' l-uffiċjali li għandhom ikunu effettwati mit-tali miżuri, wara li tikkonsulta l-Kumitat Konġunt, wara li tikkunsidra l-abilita' ta' l-uffiċjali, l-effiċjenza, il-kondotta fis-servizz, iċ-ċirkostanzi tal-familja u s–senjorita'. Kull uffiċjal li jokkupa wieħed mill-postijiet imsemmija fis-subparagrafu ta' qabel li juri x-xewqa li jkun assenjat għal stat mhux attiv għandu awtomatikament jiddaħħal f'din il-lista.

L-uffiċjali li isimhom jidher fuq din il-lista għandhom ikunu assenjati tat mhux attiv mid-deċiżjoni ta' l-awtorità tal-ħatra.

3.  Waqt li jkollu dan l-istat uffiċjal għandu jieqaf jaqdi d-dmirijiet tiegħu u jgawdi d-drittijiet tiegħu għar-remunerazzjoni jew avvanzament għal skala ogħla, iżda għandu jkompli, għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin, jakkumula drittijiet għall-pensjoni ta' l-irtirar ibbażata fuq il-paga marbuta mal-grad u l-iskala tiegħu.

Għal perjdu ta' sentejn mid-data li jkun assenjat stat ta' mhux attiv, uffiċjal għandu jkollu l-prijorita' biex jerġa jitqiegħed f'kull post ►M112  grupp tal-funzjoni ◄ tiegħu li jikkorrospondi mal-grad tiegħu li jista' jitbattal jew jinħoloq, sakemm għandu l-kwalifiki meħtieġa.

Uffiċjal assenjat għal stat mhux attiv għandu jirċievi allowancemaħduma skond l-Anness IV.

▼M23

Introjtu riċevut mill-uffiċjal minn kull impieġ ġdid matul dan il-perjodu għandu jitnaqqas mill-allowanceprovduta fis-subparagrafu ta' qabel jekk dak l-introjtu u l-allowanceflimkien jaqbżu r-remunerazzjoni totali riċevuta l-aħħar mill-uffiċjal, maħduma b'riferenza għat-tabella tal-pagi applikabbli fl-ewwel ġurnata tax-xaħar li għalih l-allowanceqed titħallas.

▼M62

L-uffiċjal għandu jipprovdi t-tali evidenza bil-miktub skond kif jista' jkun meħtieġ u jinforma l-istituzzjoni minn xi fatti li x'aktarx jaffettwaw l-intitolament tiegħu.

▼M112

L-ebda koeffiċjent tal-korrezzjoni m'huwa applikabbli għall-benefiċċju.

Iżda, il-benefiċċju u r-remunerazzjoni totali riċevuti l-aħħar, kif riferuti fir-raba' subparagrafu ta' dan l-Artikolu, għandhom ikunu suġġetti ►C2  tal-peżati riferuti fil-punt (a) ta' l-Artikolu 3(5) ta' l-Anness XI, ◄ bir-rata stabbilita għall-Istat Membru fejn ir-riċevitur jipprova li għandu r-residenza tiegħu, sakemm l-Istat Membru kien l-aħħar post ta' l-impieg tar-riċevitur. Fit-tali każijiet, jekk il-munita ta' l-Istat Membru m'hihiex il-euro, dan il-benefiċċju jinħadem fuq il-bażi tar-rati tal-kambju pprovduti fl-Artikolu 63 ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

▼B

4.  Fl-aħħar tal-perjodu ta' l-intitolament tal-allowancel-uffiċjal għandu bżonn jirriżenja. Huwa għandu, fejn ikun il-każ, jirċievi pensjoni ta' l-irtirar kif provdut fl-iskema tal-pensjoni.

5.  Uffiċjal li qabel jiskadi l-perjodu ta' sentejn speċifikat fil-paragrafu 3 kien offrut post li jikkorrospondi mal-grad tiegħu u ma aċċettaħiex mingħajr raġuni tajba jista', wara li l-Kumitat Konġunt ikun ikkonsultat, jitneħħewlu d-drittijiet tiegħu taħt id-disposizzjonijiet imsemmija qabel u jkun meħtieġ jirriżenja.



Taqsima 5

LEAVE GĦAL SERVIZZ MILITARI

Artikolu 42

Uffiċjal mgħajjat għal servizz militari jew għal taħriġ ta' riservi jew mgħajjat mill-ġdid biex iservi fil-forzi armati għandu jkun assenjat l-istat speċjali ta' “leavegħal servizz militari'.”

Uffiċjal mgħajjat għal servizz militari għandu jieqaf jirċievi r-remunerazzjoni tiegħu iżda għandu jżomm id-dritt tiegħu għall-avvanzament għal skala ogħla u promozzjoni taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. Huwa għandu wkoll iżomm id-dritt tiegħu li jgawdi minn pensjoni ta' l-irtirar jekk, wara li jlesti s-servizz militari tiegħu, iħallas il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tiegħu b'lura.

Uffiċjal mgħajjat għal taħriġ ta' riservi jew mgħajjat mill-ġdid biex iservi fil-forzi armati għandu, matul il-perjodu tat-taħriġ jew is-sejħa mill-ġdid, ikompli jirċievi r-remunerazzjoni tiegħu suġġetta għal tnaqqis daqs il-paga tas-servizz tiegħu.

▼M112



Taqsima 6

VAKANZI PARENTALI JEW VAKANZI TAL-FAMILJA

Artikolu 42a

L-uffiċjal għandu jkun intitolat għal sitt xhur ta' vakanzi paternali mingħajr salarju bażiku għal kull tifel/tifla, li għandhom jittieħdu matul l-ewwel tnax-il snea wara t-twelid jew l-adozzjoni tat-tifel/tifla. It-tul ta' żmien tal-vakanzi jista' jirdoppja għal ġenituri weħidhom, rikonoxxuti taħt id-disposizzjonijiet ġenerali adottati mill-istituzzjonijiet. Il-vakanzi minimi li jittieħdu f'darba waħda ma jkunux anqas minn xahar.

Matul il-vakanzi paternali, is-sħubiħa ta' l-uffiċjal fl-iskema tas-sigurtà soċjali għandha tkompli; l-akkwist tad-drittijiet għall-pensjoni, benefiċċju tat-tfal dependenti u l-benefiċċju ta' l-edukazzjoni għandhom jinżammu. L-uffiċjal għandu jżomm il-posizzjoni tiegħu, u jkompli jkun intitolat biex javanza għal skala ogħla jew promozzjoni fil-grad. Il-vakanzi jistgħu jittieħdu bħala vakanzi fuq bażi full-time jew half-time. Meta l-vakanzi parentali jittieħdu f'forma ta' vakanzi half-time, il-perjodu massimu pprovdut fl-ewwel paragrafu għandu jkun irduppjat. Matul il-vakanzi paternali, l-uffiċjal għandu jkun intitolat għal benefiċċju ta' ►M122  EUR 878,32 ◄ kull xahar, jew 50 % tat-tali somma jekk fuq vakanzi half-time, iżda ma jistax jagħmel xi impieg ieħor bil-qligħ. Il-kontribuzzjoni sħiħa ta' l-iskema tas-sigurtà soċjali pprovduta fl-Artikoli 72 u 73 għandha titħalla mill-istituzzjoni, u tinħadem fuq bażi tas-salarju bażiku ta' l-uffiċjal. Iżda, fil-każ ta' vakanzi half-time, din id-disposizzjoni għandha tapplika biss għad-differenza bejn is-salarju bażiku sħiħ u s-salarju bażiku mnaqqas proporzjonalment. Għall-parti tas-salarju bażiku li verament kien riċevut, il-kontribuzzjoni ta' l-uffiċjal għandha tinħadem billi jintużaw l-istess persentaġġi daqs li kieku kien f'impieg full-time.

Il-benefiċċju għandu jkun ta' ►M122  EUR 1 171,09 ◄ kull xahar, jew 50 % tat-tali somma jekk l-uffiċjal qiegħed fuq vakanzi half-time, għall-ġenituri weħidhom riferuti fl-ewwel paragrafu, u matul l-ewwel tlett xhur tal-vakanzi parentali meta t-tali vganzi jittieħdu mill-missier matul il-vakanzi tal-maternità jew minn wieħed mill-ġenituri eżatt wara l-vakanzi tal-maternità, jew matul jew eżatt wara l-vakanzi ta' l-adozzjoni. L-ammonti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati in linea mar-remunerazzjoni.

Artikolu 42b

Fil-każ ta' mard jew disabilità ċċertifikat medikalment tas-sieħeb ta' l-uffiċjal, qraba ta' qablu, qraba ta' warajh, ħuh jew oħtu, l-uffiċjal għandu jkun intitolat għal perjodu ta' vakanzi tal-familja, mingħajr salarju bażiku. Il-perjodu totali tat-tali vakanzi m'għandux jaqbeż id-disa' xhur tul il-karriera kollha ta' l-uffiċjal.

It-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 42a għandu japplika.

▼B



IL-KAPITOLU 3

Rapporti, avvanzament għal skala ogħla u promozzjoni

▼M112

L-Artikolu 43

L-abilità, l-effiċjenza u l-kondotta fis-servizz ta' kull uffiċjal għandhom ikunu suġġetti għal rapport perjodiku, li jsir mill-anqas darba kull sentejn kif ipprovdut għal kull istituzzjoni skond l-Artikolu 110. Kull istituzzjoni għandha tniżżel id-disposizzjonijiet li jagħtu d-dritt li jintefa' appell taħt il-proċedura ta' l-irrapurtar, li għandu jkun eserċitat qabel jintefa' ilment kif riferut fl-Artikolu 90(2).

Mill-grad 4, għall-uffiċjali fil-grupp tal-funzjoni AST, ir-rapport jista' wkoll ikun fih opinjoni jekk, fuq bażi tar-rendiment, għandux potenzal biex iwettaq il-funzjoni ta' amministratur.

Ir-rapport ġħandu jkun ikkomunikat lill-uffiċjal. Għandu jkun intitolat li jagħmel kull kumment dwaru li jikkunsidra relevanti.

▼B

Artikolu 44

Uffiċjal li kien fi skala waħda fil-grad tiegħu għal sentejn għandu awtomatikament jitla' għall-iskala li jmiss f'dak il-grad.

▼M112

Jekk uffiċjal jinħatar kap ta' dipartiment, direttur jew direttur ġenerali fl-istess grad, u sakemm iwettaq dmirijietu sew biżżejjed matul l-ewwel disa' xhur, huwa għandu jibbenefika b'lura bil-promozzjoni ta' skala waħda f'dak il-grad, minn meta l-ħatra tidħol fis-seħħ. Din il-promozzjoni għandha tfisser żieda fis-salarju bażiku ta' kull xahar tiegħu li tikkorrospondi mal-persentaġġ bejn l-ewwel u t-tieni skala ta' kull grad. Jekk iż-żieda hija anqas, jew jekk l-uffiċjal dak iż-żmie diġà qiegħed fl-aħħar skala tal-grad tiegħu, għandu jirċievi żieda fis-salarju bażiku li tiżgura li ż-żieda bejn l-ewwel u t-tieni skala sal-promozzjoni li jmiss tiegħu tidħol fis-seħħ.

▼M112

L-Artikolu 45

1.  Il-promozzjoni tkun b'deċiżjoni mill-Awtorità tal-Ħatra fuq il-bażi ta' l-Artikolu 6(2). Tkun effettwata bil-ħatra ta' l-uffiċjal għall-grad aktar għoli li jmis fil-grupp tal-funzjoni li miegħu jappartjeni. Il-promozzjoni għandha tkun esklussivament bl-għażla fost l-uffiċjali li għamlu perjodu minimu ta' sentejn fil-grad tagħhom, wara konsiderazzjoni tal-meriti komparabbli ta' l-uffiċjali eliġibbli għal promozzjoni. Meta tikkunsidra l-meriti għall-paragun, l-Awtorità tal-Ħatra għandha tikkunsidra partikolarment ir-rapporti dwar' l-uffiċjali, l-użu tal-lingwi fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom, għajr il-lingwa li għaliha pproduċew evidenza ta' għarfien sew, skond l-Artikolu 28(f) u, fejn ikun il-każ, il-livell tar-responsabbiltajiet eserċitat minnhom.

2.  L-uffiċjali għandhom ikunu meħtieġa juru, qabel l-ewwel promozzjoni tagħhom wara r-reklutaġġ, l-abiltà li jaħdmu b'terza lingwa minn fost dawk riferuti fl-Artikolu 314 tat-Trattat tal-KE. L-istituzzjonijiet għandhom jadottaw regoli komuni bil-qbil bejniethom, biex jimplimentaw dan il-paragrafu. Dawn ir-regoli għandhom bżonn aċċess għal taħriġ għall-uffiċjali f'terza lingwa u jniżżlu l-arranġamenti dettaljati għall-istima ta' l-abiltà ta' l-uffiċjali li jaħdmu b'terza lingwa, skond l-Artikolu 7(2)(d) ta' l-Anness III.

Artikolu 45a

1.  B'mod ta' deroga mill-Artikolu 5(3)(b) u (ċ), uffiċjal fil-grupp tal-funzjoni AST jista', mill-grad 5, jinħatar għal posizzjoni fil-grupp tal-funzjoni AD, bil-kondizzjoni li:

(a) intgħażel skond il-proċedura mniżżla fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu biex jieħu sehem fi programm mandatarju ta' taħriġ, kif ippreżentat fil-punt (b) ta'; dan il-paragrafu,

(b) lesta programm ta' taħriġ definit mill-Awtorità tal-Ħatra, li fih sett moduli mandatarji ta' taħriġ, u

(ċ) qiegħed fuq il-lista mħejjija mill-Awtorità tal-Ħatra tal-kandidati li għaddew minn eżami orali u tal-kitba, fejn juri li ha sehem b'suċċess fil-programm ta' ta' taħriġ imsemmi f'punt (b) ta' dan il-paragrafu. Il-kontenut ta' dan l-eżami jkun stabbilit skond l-Artikolu 7(2)(ċ) ta' l-Anness III.

2.  L-Awtorità tal-Ħatra għandha tħejji abbozz tal-lista ta' l-uffiċjali ta' l-AST li ntgħażlu biex jieħdu sehem fil-programm ta' taħriġ fuq imsemm, fuq il-bażi tar-rapporti perjodiċi tagħhom riferuti fl-Artikolu 43 u l-livell ta' edukazzjoni u taħriġ tagħhom, u wara li jkunu kkusidrati l-ħtiġijiet tas-servizzi. Dan l-abbozz għandu jintbagħat lil kumitat konġunt għall-opinjoni tiegħu.

Dan il-kumitat jista' jisma' l-uffiċjali li applikaw biex jieħdu sehem fil-programm ta' taħriġ imsemmi qabel u r-rappreżentanti ta' l-Awtorità tal-Ħatra. Għandu, b'maġġoranza ta' voti, iwassal opinjoni rraġunata dwar l-abbozz tal-lista proposta mill-Awtorità tal-Ħatra. L-Awtorità tal-Ħatra għandha tadotta l-lista ta' l-uffiċjali li huma intitolati biex jieħdu sehem fil-programm ta' taħriġ fuq imsemmi.

3.  Il-ħatra tal-posizzjoni fil-grupp tal-funzjoni ta' l-AD m'għandhiex taffettwa l-grad u l-iskala okkupati mill-uffiċjal fil-mument tal-ħatra.

4.  In-numru tal-ħatriet tal-posizzjonijiet fil-grupp tal-funzjoni ta' l-AD, kif imniżżel fil-paragrafi (1) sa (3) ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jaqbżu l-20 % tan-numru totali tal-ħatriet li jsiru kull sena skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 30.

5.  L-istituzzjoni għandhom jadottaw disposizzjonijiet ġenerali biex idaħħlu fis-seħħ dan l-Artikolu skond l-Artikolu 110.

Artikolu 46

Uffiċjal maħtur għal skala ogħla skond l-Artikolu 45, għandu jkun ikklassifikat fl-ewwel skala ta' dak il-grad. Iżda, l-uffiċjali fil-gradi AD 9 a AD 13 li jaqdu d-dmirijiet ta' kap tad-dipartiment, li jinħatru għal grad ogħla skond l-Artikolu 45, għandhom jitqegħdu fit-tieni skala tal-grad il-ġdid. L-istess arranġament għandu japplika għal kull uffiċjal:

(a) li mal-promozzjoni, jinħatar direttur jew direttur ġenerali, jew

(b) li huwa direttur jew direttur ġenerali u li għalih tapplika l-aħħar entenza tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 44.

▼B



IL-KAPITOLU 4

Tmiem tas-servizz

Artikolu 47

Is-servizz ġħandu jintemm b':

(a) riżenja;

(b) riżenja ta' bilfors;

(ċ) irtirar fl-interessi tas-servizz;

(d) tkeċċija fuq inkompetenza;

(e) tneħħija mill-post;

(f) irtirar; jew

(g) mewt.



Taqsima 1

RIŻENJA

Artikolu 48

Uffiċjal li jixtieq jirriżenja għandu jistqarr mingħajr dubju bil-miktub l-intenzjoni tiegħu li jitlaq is-servizz ta' l-istituzzjoni definittivament.

L-awtorità tal-ħatra għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha li tikkonferma r-riżenja fi żmien xahar minn meta tirċievi l-ittra tar-riżenja. ►M23   L-awtorità tal-ħatra tista', madankollu, tirrifjuta li taċċetta r-riżenja jekk proċeduri dixxiplinari għaddejjin kontra l-uffiċjal fid-data ta' l-irċevuta ta' l-ittra tar-riżenja jew jekk it-tali proċeduri bdew fi żmien it-30 ġurnata ta' wara. ◄

▼M112

Ir-riżenja ġħandha tidħol fis-seħħ fid-data speċifikata mill-Awtorità tal-Ħatra; dik id-data m'għandhiex tkun aktar minn tlett xhur wara d-data proposta mill-uffiċjal fl-ittra tiegħu tar-riżenja fil-każ ta' l-uffiċjali fil-grupp tal-funzjoni ta' l-AD, u mhux aktar minn xahar fil-każ ta' l-uffiċjali fil-grupp tal-funzjoni ta' l-AST.

▼B



Taqsima 2

RIŻENJA TA' BILFORS

Artikolu 49

Uffiċjal jista' jkun meħtieġ jirriżenza biss meta jieqaf iħares il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 28(a), jew ►M23  fil-każijiet ipprovduti fl-Artikoli ►M112  ————— ◄ 39, 40 u 41(4) u (5) u fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 14 ta' l-Anness VIII. ◄

Deċiżonijiet raġunati li jeħtieġu l-uffiċjali jirriżenjaw għandhom jittieħdu mill-awtorità tal-ħatra wara li tikkonsulta l-Kumitat Konġunt u wara li tisma' l-uffiċjal ikkonċernat.



Taqsima 3

IRTIRAR FL-INTERESSI TAS-SERVIZZ

Artikolu 50

►M112  Uffiċjal għoli kif definit fl-Artikolu 29(2) ◄ jista' jkun irtirat fl-interessi tas-servizz b'deċiżjoni mill-awtorità tal-ħatra.

It-tali rtirar ma jikkostitwix miżura dixxiplinari.

Uffiċal hekk irtirat li mhux assenjat post ieħor ►M112  ————— ◄ li jikkorrospondi mal-grad tiegħu għandu jirċievi allowancemaħduma skond l-Anness IV.

▼M23

Introjtu riċevut mill-uffiċjal minn kull impieg ġdid matul dan il-perjodu għandu jitnaqqas mill-allowancepprovduta fil-paragrafu ta' qabel jekk dak l-introjtu u l-allowanceflimkien jaqbżu r-remunerazzjoni totali l-aħħar riċevut mill-uffiċjal maħdum b'riferenza għat-tabella tal-pagi applikabbli fl-ewwel ġurnata tax-xahar li għalih qed jitħallas l-allowance.

▼M112

Il-persuna kkonċernata għandha tkun meħtieġa tipprovdi, meta mitluba, evidenza bl-miktub u li tavħa l-istituzzjoni tiegħu jew tagħha b'kull fattur li jista' jaffettwa l-intitolament għall-benefiċċju.

Il-benefiċċju għandu jkun suġġett għal koeffiċjent tal-korrezzjoni.

L-Artikolu 45, it-tielet, ir-raba' u l-ħames paragrafi, ta' l-Anness VIII għandhom japplika b'analoġija.

▼B

Meta l-intitolament ta' l-uffiċjal għall-allowancejieqaf, huwa għandu, sakemm għalaq il-55 sena, jkun intitolat li jirċievi pagament tal-pensjoni, l-ebda tnaqqis taħt l-Artikolu 9 ta' l-Anness VIII ma jsir.



Taqsima 4

▼M112

PROĊEDURI F'KAŻ TA' INKOMPETENZA

L-Artikolu 51

1.  Kull istituzzjoni għandha tiddefinixxi l-proċeduri biex ikunu identifikati, jieħdu ħsieb u jirranġaw każijiet ta' inkompetenza b'mod fil-ħin u xieraq. Hekk kif dawn il-proċeduri huma eżawriti, uffiċjal li, fuq il-bażi ta' rapporti perjodiċi konsekuttivi riferuti fl-Artikolu 43, jibqa' inkompetenti fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu jista' jitkeċċa, jitniżżillu l-grad, jew ikun ikklassifikat fi grupp aktar baxx tal-funzjoni fl-istess grad jew grad aktar baxx.

2.  Kull proposta li jitkeċċa, jitniżżillu l-grad, jew li uffiċjal ikun ikklassifikat fi grupp aktar baxx tal-funzjoni, għandha tippreżenta fuq xiex hija bbażata, u għandha tkun ikkomunikata lill-uffiċjal ikkonċernat. Il-proposta mill-Awtorità tal-Ħatra għandha tkun riferuta lill-Kumitat Konġunt tal-Konsulenza, riferut fl-Artikolu 9(6).

3.  L-uffiċjal għandu d-dritt jikseb il-file personali sħiħ tiegħu u jieħu kopja tad-dokumenti kollha dwar il-proċedura. Huwa jkollu mill-anqas ħmistax-il ġurnata mid-data ta' l-irċevuta tal-proposta biex iħejji difiża. Jista' jkun assistit minn persuna ta' l-għażla tiegħu. L-uffiċjal jista' jibgħat kummenti bil-miktub. Huwa għandu jinstema' mill-Kumitat Konġunt tal-Konsulenza. L-uffiċjal jista' jsejjaħ għal xhieda.

4.  L-istituzzjoni għandha tkun irrappreżentata quddiem il-Kumitat Konġunt tal-Konsulenza minn uffiċjal innominat għal dak l-iskop mill-Awtorità tal-Ħatra. Dak l-uffiċjal għandu jkollu l-istess drittijiet bħa' dawk ta' l-uffiċjal ikkonċernat.

5.  Minħabba l-proposta taħt il-paragrafu 2 u kull dikjarazzjoni miktuba jew verbali minn l-uffiċjal ikkonċernat jew mix-xhieda, il-Kumitat Konġunt tal-Konsulenza għandu jwassal, b'maġġoranza, opinjoni rraġunata li tgħid il-miżura li tikkunsidra xierqa fuq il-bażi tal-fatti stabbiliti f'din it-talba. Għandha tgħaddi dik l-opinjoni lill-Awtorità tal-Ħatra u lill-uffiċjal ikkonċernat fi żmien xahrejn mid-data meta l-kwestjoni kienet riferuta lilha. Il-president m'għandux jivvota fuq deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt tal-Konsulenza, għajr fi kwestjonijiet ta' proċedura u fejn il-voti huma ndaqs.

L-Awtorità tal-Ħatra għandha tieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn mill-irċevuta ta' l-opinjoni tal-Kumitat Konġunt tal-Konsulenza, wara li tisma' l-uffiċjal. Id-deċiżjoni għandha tkun sostanzjata. Għandha turi d-data meta tidħol fis-seħħ.

6.  Uffiċjal imkeċċi fuq inkompetenza għandu, għall-perjodu definit fil-paragrafu 7, ikun intitolat għal benefiċċju tat-tkeċċija fix-xahar daqs is-salarju bażiku fix-xahar ta' uffiċjal fl-ewwel skala tal-grad 1. L-uffiċjal għandu wkoll ikun matul l-istess perjodu għall-benefiċċji tal-familja, pprovduti fl-Artikolu 67. Il-benefiċċju tal-familja, għandu jinħadem fuq il-bażi tas-salarju bażiku ta' kull xahar ta' uffiċjal fil-grad 1 skond l-Artikolu 1 ta' l-Anness VII.

Il-benefiċċju m'għandux jitħallas jekk l-uffiċjal jirriżenza wara l-bidu tal-proċedura riferuta fil-paragrafi 1,2, u 3, jew jekk huwa intitolat għall-pagament immedjat ta' pensjoni sħiħa. Jekk huwa intitolat għal benefiċċju tal-qgħad taħt skema nazzjonali tal-qgħad, l-ammont ta' dak il-benefiċċju għandu jitnaqqas mill-benefiċċju msemmi fuq.

7.  Il-perjodu li matulu l-pagamenti riferuti fil-paragrafu 6 għandhom isiru, ikun ta':

(a) tliet xhur meta l-uffiċjal ta anqas minn ħames snin servizz fid-data meta d-deċiżjoni tat-tkeċċija tittieħed;

(b) sitt xhur meta l-uffiċjal ta mill-anqas ħames snin servizz, iżda anqas minn għaxra;

(ċ) disa' xhur meta l-uffiċjal ta mill-anqas għaxar snin servizz, iżda anqas minn għoxrin;

(d) 12-il xahar meta l-uffiċjal ta aktar minn 20 sena ta' servizz.

8.  L-uffiċjal li jitniżżlu fil-grad jew ikunu kklassifikati fi grupp aktar baxx tal-funzjoni fuq raġunijiet ta' inkompetenza jistgħu, wara perjodu ta' sitt snin, jitolbu li r-riferenzi kollha għal dik il-miżura jitħassru mill-file personali tagħhom.

9.  L-uffiċjali għandhom ikunu intitolati għal rifużjoni ta' spejjeż raġonevoli li ntefqu fuq l-inizzjattiva tagħhom waqt il-proċeduri, inklużi l-miżati li jitħallsu lill-konsulent tad-difiża li ma jagħmilx parti mill-istituzzjoni, meta l-proċeduri pprovduti f'dan l-Artikolu jispiċċaw mingħajr ebda deċiżjoni tittieħed dwar li jitkeċċa, jitniżżillu l-grad jew ikun ikklassifikat l-uffiċjal fi grupp aktar baxx tal-funzjoni.

▼B



Taqsima 5

IRTIRAR

▼M112

L-Artikolu 52

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 50, uffiċjal għandu jkun irtirat:

(a) jew awtomatikament fl-aħħar ġurnata tax-xahar li fih jilħaq l-eta' ta' 65 sena, jew

(b) jew fuq it-talba tiegħu stess fl-aħħar ġurnata tax-xahar li għalih intefgħet it-talba fejn għandu mill-anqas 63 sena, jew fejn għandu bejn 55 u 63 sena, u jissodisfa l-ħtiġijiet għal pagament immedjat tal-pensjoni skond l-Artikolu 9 ta' l-Anness VIII. It-tieni sentenza tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 għandha tapplika bħala analoġija.

Iżda, fuq bażi eċċezzjonali, uffiċjal jista' fuq it-talba tiegħu stess u biss fejn l-Awtorità tal-Ħatra tikkunsidraha ġġustifikata fl-interessi tas-servizz, li jkompli jaħdem sa l-età ta' 67, f'liema każ ikun irtirat awtomatikament fl-aħħar ġurnata tax-xahar li fih jagħlaq dak iż-żmien.

▼B

Artikolu 53

Uffiċal li l-Kumitat ta' Invalidità ssib li d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 78 japplikaw għalih ►M62  għandu awtomatikament ikun irtirat fl-aħħar ġurnata tax-xahar li fih l-awtorità li taħtar tirrikonoxxi l-inkapaċita' permanenti tiegħu biex jaqdi d-dmirijiet tiegħu. ◄



Taqsima 6

GRAD ONORARJU

Artikolu 54

Mat-tmiem tas-servizz uffiċjal jista' jingħata grad onorarju ►M112  grad jew il-grad ogħla li jmiss ◄ , b'deċiżjoni ta' l-awtorità tal-ħatra.

L-ebda benefiċċji ta' flus m'għandhom ikunu marbutin mat-tali grad onorarju.



IT-TITOLU IV

KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL TA' L-UFFIĊJALI



IL-KAPITOLU 1

Siegħat ta' xogħol

Artikolu 55

Uffiċjali f'impieg attiv għandhom f'kull ħin ikunu għad-disposizzjoni ta' l-istituzzjoni tagħhom.

Madankollu, il-ġimgħa normali ta' xogħol m'għandhiex taqbeż ►M23  it-42 ◄ siegħa, is-siegħat ta' ġurnata xogħol għandhom ikunu stabbiliti mill-awtorità tal-ħatra. Taħt l-istess limiti, l-awtorità tal-ħatra għandha, wara li tikkonsulta l-Kumitat tal-Persunal, tistabbilixxi s-siegħat li għandhom jinħadmu minn ċerti gruppi ta' uffiċjali imqabbda biex jaħdmu fuq dmirijiet partikolari.

▼M22

Uffiċjal ►M31  ————— ◄ jista', barra minn hekk, ikun meħtieġ minħabba l-esiġenzi tas-servizz jew ir-regoli ta' sigurtà li jibqa' fuq dmirijiet ta' riserva fuq il-post tax-xogħol jew id-dar barra s-siegħat normali ta' xogħol. L-istituzzjoni għandha tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu wara li tikkonsulta l-Kumitat tal-Persunal tagħha.

▼M112

L-Artikolu 55a

1.  Uffiċjal jista' jitlob awtorizzazzjoni biex jaħdem part-time.

L-Awtorità tal-Ħatra tista' tagħti t-tali awtorizzazzjoni jekk din hija kompatibbli ma' l-interessi tas-servizz.

2.  L-uffiċjal għandu jkun intitolat għall-awtorizzazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

(a) biex jieħu ħsieb tife/tifla taħt id-disa' snin,

(b) biex jieħu ħsieb tifel/tifla ta' bejn id-9 u t-12-il sena, jekk it-tnaqqis fil-ħin tax-xogħol mhux aktar minn 20 % tal-ħin normali tax-xogħol,

(ċ) biex jieħu ħsieb is-sieħba li marida serjament jew inkapaċitata, qraba ta' qablu, qraba ta' warajh, ħu jew oħt,

(d) biex jieħu sehem f'aktar taħriġ, jew

(e) mill-età ta' 55 matul l-aħħar ħame snin qabel l-irtirar.

Fejn part-time jintalab sabiex jieħu sehem f'aktar taħriġ, jew mill-età ta' 55 sena, l-Awtorità tal-Ħatra tista' tirrifjuta l-awtorizzazzjoni jew tipposponi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha biss f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni u biex taqbeż raġunijiet relatati mas-servizz.

Meta t-tali intitolament għall-awtorizzazzjoni huwa eserċitat biex jittieħed ħieb tas-sieħba li marida serjament jew inkapaċitata, qraba ta' qablu, qraba ta' warajh, ħu jew oħt, jew biex jittieħed sehem f'aktar taħriġ, it-total tat-tali perjodi kollha m'għandux jaqbeż ħames snin tul il-karriera ta' l-uffiċjal.

3.  L-Awtorità tal-Ħatra għandha twieġeb għat-talba ta' l-uffiċjal fi żmien 60 ġurnata.

4.  Il-regoli li jirregolaw ix-xogħol part-time u l-proċedura biex tingħata l-awtorizzazzjoni, għandhom jitniżżlu fl-Anness IVa.

▼M112

L-Artikolu 55b

Uffiċjal jista' jitlob l-awtorizzazzjoni biex jaħdem half-time f'forma ta' job-sharing f'posizzjoni identifikata mill-Awtorità tal-Ħatra, bħala xieraq għal dak l-iskop. L-awtorizzazzjoni biex jinħadem il-half-time permezz job-sharing m'għandux ikun limitat bil-ħin. Tista', iżda, tkun irtirata mill-Awtorità tal-Ħatra fl-interessi tas-servizz, wara li tagħti n-notifika uffiċjali ta' sitt xhur. Bl-istess mod, l-Awtorità tal-Ħatra tista', ma' l-applikazzjoni ta' l-uffiċjal ikkonċernat u wara li tagħti notifika ta' mill-anqas sitt xhur, tirtira l-awtorizzazzjoni. F'dan il-każ, l-uffiċjal jista' tkun ittrasferit għal posizzjoni differenti.

L-Artikolu 59a u, għajr għat-tielet sentenza tal-paragrafu 2, l-Artikolu 3 ta' l-Anness IVa għandu jgħodd.

L-Awtorità tal-Ħatra tista' tniżżel ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 56

Uffiċjal ma jistax ikun meħtieġ jaħdem sahra ħlief f'każijiet ta' urġenza jew pressjoni eċċezzjonali ta' xogħol; xogħol bil-lejl u kull xogħol fil-Ħdud jew vakanzi pubbliċi jista' jkun awtorizzat biss skond il-proċedura mniżżla mill-awtorità tal-ħatra. ►M23  Is-sahra totali li uffiċjal jista' jintalab jaħdem m'għandhiex taqbeż 150 siegħa f'kull sitt xhur. ◄

Sahra maħduma minn uffiċjali fil- ►M112  grupp tal-funzjoni ta' l-AD, u fil-grupp tal-funzjoni ta' l-AST 5 sa 11. ◄ ma ġġorr l-ebda dritt għal kumpens jew remunerazzjoni.

Kif provdut fl-Anness VI, sahra maħduma minn uffiċjali fil- ►M112  gradi AST 1 sa AST 4 ◄ tintitolahom jew għal leaveta' kumpens jew għal remunerazzjoni fejn il-ħtiġiet tas-servizz ma jippermettux leaveta' kumpens matul ix-xahar ta' wara dak li fih inħadmet is-saħra.

▼M22

Artikolu 56a

Uffiċjal ►M30  ————— ◄ li huwa mistenni jaħdem regolarment bil-lejl, is-Sibtijiet, il-Ħdud jew fil-vakanzi pubbliċi għandu jkun intitolat għal allowancesspeċjali meta jinħadem xogħol bix-shiftli huwa meħtieġ mill-istituzzjoni minħabba l-esiġenzi tas-servizz jew ir-regoli tas-sigurtà u li huwa meqjus minnha bħala karatteristika regolari u permanenti.

▼M30

Waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni mitfugħa wara li kien ikkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-kategoriji ta' l-uffiċjali ntitolati għat-tali allowances, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom.

▼M22

Is-siegħat normali tax-xogħol ta' uffiċjal fuq xogħol ta' shiftm'għandhomx jaqbżu t-total tas-sena tas-siegħat normali tax-xogħol.

Artikolu 56b

Uffiċjal ►M31  ————— ◄ għandu jkun intitolat għal allowancespeċjali meta meħtieġ skond deċiżjoni meħuda mill-awtorità tal-ħatra minħabba l-esiġenzi tas-servizz jew ir-regoli ta' sigurtà li jibqa' fuq dmirijiet ta' riserva fuq il-post tax-xogħol jew id-dar barra s-siegħat normali ta' xogħol.

▼M31

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni mitfugħa wara li kien ikkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal, għandu jistabbilixxi l-kategoriji ta' l-uffiċjali ntitolati għat-tali allowances, il-kondizzjonijiet għall-għoti tal-allowanceu wkoll r-rati tagħhom.

▼M112

L-Artikolu 56c

Benefiċċji speċjali jistgħu jingħataw lil ċerti uffiċjali bħala kumpens għal kondizzjonijiet partikolarment diffiċli ta' xogħol.

Il-Kunsill għandu, fuq proposta mill-Kummissjoni ppreżentata wara li kien ikkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal, jistabbilixxi l-kategoriji tal-benefiċjarji, u r-rati u l-kondizzjonijiet tat-tali benefiċċji speċjali.

▼B



IL-KAPITOLU 2

leave

Artikolu 57

L-uffiċjali għandhom ikunu intitolati għal leavefis-sena ta' mhux anqas minn 24 jiem utli lanqas aktar minn 30 jiem utli għal kull sena kalendarja, skond ir-regoli mniżżla bil-ftehim komuni ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet, wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal.

Barra dan il-leavekull sena uffiċjal, jista', bħala eċċezzjoni b'applikazzjoni, jingħata leavespeċjali. Ir-regoli dwar it-tali leavehuma mniżżla fl-Anness V.

▼M112

L-Artikolu 58

Nisa tqal għandhom, barra l-vakanzi pprovduti fl-Artikolu 57, ikunu intitolati mal-preżentazzjoni ta' ċertifikat mediku għal għoxrin ġimgħa ta' vakanzi. Il-vakanzi ma jibdewx qabel sitt ġimgħat mid-data mistennija tal-ħlaas muri fuq iċ-ċertifikat, u jintemmu mhux qabel minn 14-il ġimgħa wara d-data tal-ħlas. Fil-każ ta' twelid multiplu, jew qabel iż-żmien, jew it-twelid ta' tarbija inkapaċitata, iż-żmien ikun ta' 24 ġimgħa. Twelid qabel iż-żmien, għall-iskopijiet ta' din id-disposizzjoni, huwa twelid li jsir qabel it-tmiem tal-34 ġimgħa tat-tqala.

▼B

Artikolu 59

▼M112

1.  Uffiċjal li jipprovdi evidenza li mhux kapaċi jwettaq id-dmirijiet tiegħu minħabba mard, jew inċident għandu, awtomatikament ikun intitolat għall-vaganzi tal-mard.

L-uffiċjal ikkonċernat għandu jinnotifika l-istituzzjoni tiegħu bl-inkapaċità tiegħu, mill-aktar fis possibbli u fl-istess ġin jiddikjara l-indirizz kurrenti tiegħu. Huwa għandu jipproduċi ċertifikat mediku jekk huwa assenti għal aktar minn tlett ijiem. Dan iċ-ċertifikat irid jintbagħat fil-ħames ġurnata ta' l-assenza l-aktar tard, kif huwa ppruvat mid-data tat-timbru tal-posta. Fin-nuqqas ta' dan, u sakemm jonqos li jibgħat iċ-ċertifikat minħabba raġunijiet barra l-kontroll tiegħu, l-assenza ta' l-uffiċjal għandha tkun ikkunsidrata mhux awtorizzata.

L-uffiċjal, f'kull ħin, jista' jkun meħtieġ li jagħmel eżami mediku rranġat mill-istituzzjoni. Jekk l-eżami ma jistax isir minħabba raġunijiet attribwiti lill-uffiċjal, l-assenza tiegħu titqies mhux awtorizzata mid-data meta l-eżami għandu jsir.

Jekk jinstab fl-eżami li l-uffiċjal kapaċi jwettaq id-dmirijiet tiegħu, l-assenza tiegħu, suġġetta għas-subparagrafu li ġej, għadha titqies li mhux ġustifikata mid-data ta' l-eżami.

Jekk l-uffiċjal jikkunsidra li l-konklużjonijiet ta' l-eżami mediku rranġat mill-Awtorità tal-Ħatra m'humiex iġġustifikati fuq raġunijiet mediċi, huwa jew tabib li jaġixxi f'ismu, jista' fi żmien jumejn jibgħat lill-istituzzjoni talba li l-kwestjoni tkun riferuta lil tabib indipendenti għal opinjoni.

L-istituzzjoni għandha minnufih titrasmetti t-talba għand tabib ieħor, li ftehmu dwaru t-tabib ta' l-uffiċjal u l-uffiċjal mediku ta' l-istituzzjoni. Fin-nuqqas tat-tali ftehim fi żmien ħamest ijiem mit-talba, l-istituzzjoni għandha tagħżel persuna minn lista ta' tobba indipendenti, li tkun stabbilita għal dan l-iskop kull sena bil-kunsens komuni ta' l-Awtorità tal-Ħatra u l-Kumitat tal-Persunal. L-uffiċjal jista' fi żmien jumejn utli joġġezzjona għall-għażla ta' l-istituzzjoni, li minn hemm l-istituzzjoni għandha tagħżel persuna oħra minn fuq il-lista, liema għażla tkun finali.

L-opinjoni tat-tabib indipendenti li tingħata wara konsultazzjoni mat-tabib ta' l-uffiċjal u l-uffiċjal mediku ta' l-istituzzjoni, għandha tkun vinkolanti. Fejn l-opinjoni tat-tabib indipendenti tikkonferma l-konklużjonijiet ta' l-eżami rranġat mill-istituzzjoni, l-assenza titqies li mhux iġġustifikata mid-data ta' dak l-eżami. Fejn l-opinjoni tat-tabib indipendenti ma tikkonfermax il-konklużjonijiet ta' dak l-eżami, l-assenza titqies għall-iskopijiet kollha li ma kenitx iġġustifikata

2.  Jekk, fuq perjodu ta' 12-il xahar, uffiċjal huwa assenti sa tlett ijiem minħabba mard għal total ta' aktar minn 12-il ġurnata, huwa għandu jipproduċi ċertifikat mediku għal kull assenza oħra minħabba mard. L-assenza tiegħu titqies mhux iġġustifikati mit-tlettax-il ġurnata ta' assenza fuq bażi ta' mard, mingħajr ċertifikat mediku.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar proċeduri dixxiplinari, fejn ikun il-każ, kull assenza li titqies mhux iġġustifikata taħt il-paragrafi 1 u 2, għandha titnaqqas mill-vakanzi tas-sena ta' l-uffiċjal ikkonċernat. Fil-każ li l-uffiċjal ma baqalux intitolament għal vakanzi, għandu jitlef il-benefiċċju tar-remunerazzjoni għall-perjodu li jikkorrospondi.

4.  L-Awtorità tal-Ħatra tista' tirreferi lill-Kumitat ta' l-Invalidità, il-każ ta' kull uffiċjal li l-vakanzi tal-mard tiegħu jammontaw għal aktar minn 12-il xahar f'kull perjodu ta' tlett snin.

5.  Uffiċjal jista' jkun meħtieġ jieħu l-vakanzi wara eżami mill-uffiċjal mediku ta' l-istituzzjoni jekk l-istat ta' saħħa tiegħu titlob hekk, jew jekk membru mill-familja tad-dar tiegħu qed isofri minn marda li tittieħed.

Fil-każ ta' tilwima, il-proċedura mniżżla fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tapplika.

6.  L-uffiċjali għandhom jagħmlu eżami mediku kull sena jew għand l-uffiċjal mediku ta' l-istituzzjoni jew għand tabib mediku magħżul minnhom.

Fil-każ ta' l-aħħar, l-ispejjeż tat-tabib għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni sa ammont massimu stabbilit għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin mill-Awtorità tl-Ħatra, wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal.

L-Artikolu 59a

Il-vakanzi ta' kull sena ta' uffiċjal li huwa awtorizzat li jaħdem part-time għandu, sakemm jibqa' awtorizzat hekk, jitnaqqsu proporzjonalment.

▼B

Artikolu 60

Ħlief fil-każ ta' mard jew inċident, uffiċjal ma jistax ikun assenti mingħajr permess minn qabel tas-superjur tiegħu dirett fuqu. Mingħajr preġudizzju għal xi miżuri dixxiplinari li jistgħu japplikaw, kull assenza mhux awtorizzata li hija stabbilita sew għandha titnaqqas mill-leaveta' kull sena ta' l-uffiċjal konċernat. Jekk uża l-leaveta' xogħol tiegħu, għandu jitlef ir-remunerazzjoni tiegħu għal perjodu ekwivalenti.

Jekk uffiċjal jixtieq iqatta' l-leavex'imkien ieħor barra l-post fejn huwa mpjegat għandu jikseb il-permess minn qabel ta' l-awtorità tal-ħatra.



IL-KAPITOLU 3

Vakanzi pubbliċi

Artikolu 61

Lista tal-vakanzi pubbliċi għandha titħejja bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal.



IT-TITOLU V

EMOLUMENTI U BENEFIĊĊJI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI TA' L-UFFIĊJALI



IL-KAPITOLU 1

Remunerazzjoni u spejjeż



Taqima 1

REMUNERAZZJONI

Artikolu 62

Skond l-Anness VII u ħlief kif espressament provdut mod ieħor, uffiċjal li għadu kif jinħatar għandu jkun intitolat għar-remunerazzjoni marbuta mal-grad u l-iskala tiegħu.

Uffiċjal ma jistax ineħħi l-intitolment tiegħu għar-remunerazzjoni.

Ir-remunerazzjoni għandha tkun magħmula mill-paga bażika, allowancestal-familja u allowancesoħra.

▼M43

Artikolu 63

Ir-remunerazzjoni ta' l-uffiċjal għandha tkun espressa bħala ►M94  euro ◄ . Għandha titħallas fil-munita tal-pajjiż li fih l-uffiċjal iwettaq id-dmirijiet tiegħu.

Ir-remunerazzjoni mħallsa f'munita barra ►M94  l-euro ◄ għandha tinħadem fuq il-bażi tar-rati tal-kambju wżati għall-implimentazzjoni tal-budgetġenerali tal-Komunitajiet Ewropej fl- ►M122  1 ta’ Lulju 2008 ◄ .

Din id-data għandha tinbidel, fil-ħin tar-reviżjoni ta' kull sena tar-remunerazzjoni pprovduta fl-Artikolu 65, mill-Kunsill li jaġixxu fuq maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni kif provdut fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikoli 148(2) tat-Trattat tal-KEE u ta' 118(2) tat-Trattat ta' l-Euratom.

Mingħajr preġdizzju ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 64 u 65, il-peżati stabbiliti skond dawn l-Artikoli għandhom, kull meta d-data t'hawn fuq titbiddel, ikunu aġġustati mill-Kunsill, li, waqt li jaġixxi mal-proċedura msemmija fit-tielet paragrafu, għandhom jikkoreġu l-effett tal-varjazzjoni ►M94  fil-euro ◄ fuq ir-rati imsemmija fit-tieni paragrafu.

▼B

Artikolu 64

Ir-remunerazzjoni ta' uffiċjal espressa ►M94  f'euro ◄ għandha, wara li t-tnaqqis ta' bilfors ippreżentati f'dawn ir-Regolmenti tal-Persunal jew kull regolament ta' implimentazzjoni jkunu saru, tkun peżata bir-rata ‘l fuq minn, taħt jew daqs 100 %, skond il-kondizzjonijiet ta' l-għajxien fil-postijiet varji ta' mpieg.

Dawn il-peżati għandhom ikunu adottati mill-Kunsill, li jaġxxi fuq maġġoranza kwalifikata ►M15  fuq proposta mill-Kummissjoni ◄ kif provdut fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 148(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u 118(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. Il-peżati applikabbli għar-remunerazzjoni ta' l-uffiċjali mpjegati f'siġġijiet provviżorji tal-Komunitajiet għandhom ikunu daqs 100 % fl-1 ta' Jannar 1962.

Artikolu 65

1.   ►M15  Il-Kunsill ◄ għandu kull sena jirrevedi r-remunerazzjonijiet ta' l-uffiċjali u mpjegati oħra tal-Komunitajiet. Din ir-reviżjoni għandha ssir f'Settembru minħabba r-rapport konġunt ►M15  tal-Kummissjoni ◄ bbażat fuq indiċi konġunt ippreparat mill-Uffiċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej bi ftehim ma' l-uffiċċji ta' l-Istatistika nazzjonali ta' l-Istati Membri; l-indiċi għandu jirrifletti s-sitwazzjoni fl-1 ta' Lulju ta' kull wieħed mill-pajjiżi tal-Komunitajiet.

Matul din ir-reviżjoni ►M15  l-Kunsill ◄ għandu jikkunsidra jekk, bħala parti mill-politika ekonomika u soċjali tal-Komunitajiet, ir-remunerazzjoni għandha tkun aġġustata. Kunsiderazzjoni partikolari għandha tingħata għal xi żidiet fil-pagi tas-servizz pubbliku u l-ħtiġiet tar-reklutaġġ.

2.  Fil-każ ta' bidla sostanzjali fl-għoli tal-ħajja, ►M15  il-Kunsill għandu jiddeċiedi, fi żmien xahrejn ◄ , x'aġġustamenti għandhom isiru għall-peżati u jekk ikun il-każ japplikawhom b'lura.

3.  Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata ►M15  fuq proposta mill-Kummissjoni ◄ kif provdut fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 148(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u 118(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.

▼M78

Artikolu 65a

Ir-regoli biex ikunu mplimentati l-Artikoli 64 u 65 huma ppreżentati fl-Anness XI.

▼M3

Artikolu 66

▼M16

Il-pagi bażiċi ta' kull xahar huma stabbiliti għal kull grad u skala kif provdut fit-tabella li ġejja (euro):

▼M122



1.7.2008

PASS

GRAD

1

2

3

4

5

16

16 299,08

16 983,99

17 697,68

 
 

15

14 405,66

15 011,01

15 641,79

16 076,97

16 299,08

14

12 732,20

13 267,22

13 824,73

14 209,36

14 405,66

13

11 253,14

11 726,01

12 218,75

12 558,70

12 732,20

12

9 945,89

10 363,83

10 799,33

11 099,79

11 253,14

11

8 790,51

9 159,90

9 544,81

9 810,36

9 945,89

10

7 769,34

8 095,82

8 436,01

8 670,72

8 790,51

9

6 866,80

7 155,35

7 456,03

7 663,46

7 769,34

8

6 069,10

6 324,13

6 589,88

6 773,22

6 866,80

7

5 364,07

5 589,48

5 824,35

5 986,40

6 069,10

6

4 740,94

4 940,16

5 147,76

5 290,97

5 364,07

5

4 190,20

4 366,28

4 549,76

4 676,34

4 740,94

4

3 703,44

3 859,06

4 021,22

4 133,10

4 190,20

3

3 273,22

3 410,76

3 554,09

3 652,97

3 703,44

2

2 892,98

3 014,55

3 141,22

3 228,61

3 273,22

1

2 556,91

2 664,35

2 776,31

2 853,56

2 892,98

▼M112

L-Artikolu 66a

1.  B'mod ta' deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill ta' Frar 1968 li jniżżel il-kondizzjonijiet u l-proċedura biex tkun applikata t-taxxa fuq il-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej, miżura temporanja dwar ir-remunerazzjoni mħallsa mill-Komunitajiet lill-persunal fuq impieg attiv, li għandha tkun magħrufa bħala “s-sisa speċjali”, għandha tkun applikata mill-1 ta' Mejju 2004 sal-31 ta' Diċembru 2012. ( 1 )

2.  



mill-1.5.2004 sal-31.12.2004

2,50 %

mill-1.1.2005 sal-31.12.2005

2,93 %

mill-1.1.2006 sal-31.12.2006

3,36 %

mill-1.1.2007 sal-31.12.2007

3,79 %

mill-1.1.2008 sal-31.12.2008

4,21 %

mill-1.1.2009 sal-31.12.2009

4,64 %

mill-1.1.2010 sal-31.12.2010

5,07 %

mill-1.1.2011 sal-31.12.2012

5,50 %.

3.  

(a) Il-bażi tas-sisa speċjali għandha tkun is-salarju bażiku wżat biex tinħadem ir-remunerazzjoni, bit-tnaqqis ta':

(i) il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u tal-pensjonijiet, u t-taxxa, qabel is-sisa speċjali, imħallsa minn uffiċjal fl-istess grad u skala mingħajr dipendenti, fis-sens ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness VII, u

(ii) ammont daqs is-salarju bażiku ta' uffiċjal fil-grad 1, skala 1.

(b) Il-komponenti wżati biex tkun stabbilita l-bażi tas-sisa speċjali għandhom ikunu espressi f'euro u peżati għal 100.

4.  Is-sisa speċjali għandha titnaqqas fix-xahar minn ras il-għajn; il-qligħ għandu jiddaħħal bħala dħul fl-estimi ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

▼B

Artikolu 67

▼M16

1.  L-allowancestal-familja għandhom ikunu magħmula minn:

▼M56

(a)  allowanceta' numru ta' nies id-dar;

(b)  allowancegħal tfal dipendenti;

▼M16

(ċ)  allowancegħall-edukazzjoni.

▼M23

2.  L-uffiċjali li jirċievu allowancetal-familja speċifikati f'dan l-Artikolu għandhom jiddikjaraw il-benefiċċji ta' l-istess natura mħallsa minn sorsi oħra; it-tali allowanceta' l-aħħar għandhom jitnaqqsu minn dawk imħallsa taħt l-Artikoli 1, 2 u 3 ta' l-Anness VII.

▼M23

3.  L-allowancetat-tfal dipendenti jista' jkun irduppjat b'deċiżjoni raġunata speċjali ta' l-awtorità tal-ħatra ibbażata fuq dokumenti mediċi li jistabbilixxu li t-tifel/tifla konċernat qed isofri minn mankament mentali jew fisiku li jdaħħal l-uffiċjal fi spejjeż kbar.

▼M56

4.   ►M95  Fejn, bis-saħħa ta' l-Artikoli 1, 2 u 3 ta' l-Anness VII, it-tali allowancestal-familja jitħallsu lil persuna barra l-uffiċjal, dawn l-allowancesgħandhom jitħallsu fil-munita tal-pajjiż li fih dik il-persuna hija resident, maħdum fejn aplikabbli fuq il-bażi tar-rati tal-kambju imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 63. Huma għadhom ikunu suġġetti għall-peżati tal-pajjiż in kwistjoni jekk qiegħed ġewwa l-Komunità jew għal peżati daqs 100 jekk il-pajjiż tar-residenza huwa barra l-Komunitajiet. ◄

Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw meta allowancestal-familja jitħallsu lil tali persuna.

▼B

Artikolu 68

▼M23

L-allowancestal-familja speċifikati fl-Artikolu 67(1) għandhom ikomplu jkunu pagabbli meta l-uffiċjal huwa intitolat għal allowancetaħt l-Artikolu 41 jew taħt l-Artikoli 34 jew 42 tar-Regolamenti ta' qabel tal-Persunal tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u ta' l-Azzar.

Il-persuna kkonċernata għandha tiddikjara l-allowanceta' l-istess natura li tirċievi minn sorsi oħra għall-istess tifel; it-tali allowancesgħandhom jitnaqqsu minn dawk imħallsa taħt l-Artikoli 1, 2 u 3 ta' l-Anness VII.

▼M112

L-Artikolu 68a

Uffiċjal li huwa awtorizzat jaħdem part-time għandu jkun intitolat għal remunerazzjoni, maħduma kif provdut fl-Anness IVa.

▼B

Artikolu 69

▼M16

L-allowanceta' l-espatrijazzjoni għandu jkun daqs 16 % tat-total tas-salarju bażiku, ►M25  l-allowancetal-familja ◄ , u l-allowancetat-tfal dipendenti li għalihom huwa intitolat l-uffiċjal. L-allowanceta' l-espatrijazzjoni m'għandux ikun anqas minn ►M122  EUR 486,88 ◄ kull xahar.

▼M112

L-Artikolu 70

Fil-każ tal-mewt ta' uffiċjal, is-sieħba u t-tfal dipendenti li jibqgħu ħajjin, għandhom jirċievu r-remunerazzjoni sħiħa tal-mejjet sa l-aħħar tat-tielet xahar ta' wara x-xahar li fih tiġri l-mewt.

Fil-każ tal-mewt ta' persuna intitolata għal pensjoni jew benefiċċju ta' l-invalidità, id-disposizzjonijiet t'hawn fuq għandhom japplikaw dwar il-pensjoni jew il-benefiċċju tal-mejjet.

▼M112 —————

▼B



Taqsima 2

L-ISPEJJEŻ

Artikolu 71

Uffiċjal għandu jkun intitolat, kif ipprovdut fl-Anness VII, għal Rimborsar ta' l-ispejjeż li ħallas malli jieħu l-ħatra, it-trasferiment jew meta jħalli s-servizz, u wkoll għal Rimborsar ta' l-ispejjeż li ħallas matul u f'konnessjoni mal-qadi tad-dmirijiet tiegħu.



IL-KAPITOLU 2

Benefiċċji tas-sigurtà soċjali

Artikolu 72

▼M56

1.  Uffiċjal, il-konsorti tiegħu, fejn it-tali konsorti mhux eliġibbli għall-benefiċċji ta' l-istess natura u fuq l-istess livell bis-saħħa ta' xi disposizzjoni jew regolament ieħor, it-tfal tiegħu u dipendenti oħra fis-sens ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness VII huma assigurati kontra l-mard sa 80 % ta' l-ispejjeż imħallsa, suġġetti għar-regoli mħejjija mill-ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal. Din ir-rata għandha tiżdied għal 85 % tas-servizzi li ġejjin: konsulenza u viżiti, operazzjonijiet kirurġiċi, ammissjoni fl-isptar, prodotti farmaċewtiċi, radjoloġija, analiżi, testijiet tal-laboratorju, u protesi fuq preskrizzjoni bl-eċċezzjoni ta' protesi dentali. Tiżdied għal 100 % fil-każijiet ta' tuberkulożi, poljomelite, kankru, mard mentali, u mard ieħor rikonoxxut mill-awtorità tal-ħatra bħala ta' serjetà komparabbli, u għal eżami biex jinstab il-mard mill-ewwel u fil-każijiet ta' għeluq. Madankollu, ir-rimburżar ta' 100 % ma japplikax fil-każ ta' mard jew aċċident fuq il-post tax-xogħol li daħħal fis-seħħ l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 73.

▼M112

Is-sieħeb mhux miżżewweġ ta' uffiċjal għandu jitqies bħala miżżewweġ taħt l-iskema ta' l-assigurazzjoni kontra l-mard, fejn l-ewwel tliet kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 1(2)(ċ) ta' l-Anness VII jitħarsu.

L-istituzzjonijiet jistgħu, taħt ir-regoli riferuti fl-ewwel subparagrafu, jagħtu lil wieħed min-numru tagħhom, is-setgħa li jniżżel ir-regoli li jirregolaw r-rimborżar ta' l-ispejjeż, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 110.

▼M56

Terz mill-kontribuzzjoni meħtieġa biex tagħmel tajjeb għat-tali kopertura ta' l-assigurazzjoni titħallas mill-uffiċjal iżda sakemm l-ammont li jħallas ma jaqbiżx it-2 % tas-salarju bażiku tiegħu.

▼M23

1a.  Uffiċjali li jispiċċa s-servizz tiegħu u li jiprovdi evidenza li ►M112  mhux f'impjieg bil-qligħ ◄ , jista' mhux aktar minn xahar wara dak li fih jispiċċa s-servizz tiegħu japplika biex, għal massimu ta' sitt xhur wara li jispiċċa s-servizz, ikompli jkun assigurat kif provdut fil-paragrafu 1. Il-kontribuzzjoni imsemmija fil-paragrafu ta' qabel għandha tinħadem b'riferenza għall-aħħar salarju bażiku li rċieva l-uffiċjal, nofs il-kontribuzzjoni tkun fuqu.

B'deċiżjoni ta' l-awtorità tal-ħatra li tittieħed wara konsultazzjoni ma' l-uffiċjal mediku ta' l-istituzzjoni, il-perjodu ta' xahar biex issir l-applikazzjoni u l-limitu ta' sitt xhur speċifikat fis-subparagrafu ta' qabel ma japplikawx fejn il-persuna kkonċernata qed issofri minn mard serju jew fit-tul li ttieħed qabel ma telqet mis-servizz u fuq liema kienet innotifikat l-istituzzjoni qabel l-aġġar tal-perjodu ta' sitt xhur speċifikat fil-paragrafu ta' qabel, sakemm il-persuna kkonċernata tagħmel eżami mediku rranġat mill-istituzzjoni.

▼M56

1b.  Meta dik li kienet konsorti ta' l-uffiċjal, tifel li ma jibqax dipendenti ta' l-uffiċjal jew persuna li tibqax ittrattata bħala tfal dipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tista' tipprovdi evidenza li ►M112  huwa jew hija m'hijiex f'impjieg bil-qligħ ◄ , hu jew hija tista' tkompli għal massimu ta' sena li tkun assigurata kontra l-mard kif ipprovdut fil-paragrafu 1, fil-kapaċità tiegħu jew tagħha bħala persuni assigurati koperti taħt l-assigurazzjoni ta' dak l-uffiċjal: din il-kopertura ma ġġibx sisa fuq il-kontribuzzjoni. Dan il-perjodu ta' sena jibda mid-data tad-digriet assoluta tad-divorzju jew tat-telf ta' l-istat ta' tifel dipendenti jew ta' persuna ttrattata bħala tifel dipendenti.

▼M112

2.  Uffiċjal li baqa' fis-servizz tal-Komunitajiet sa l-età ta' 63 sena jew li jirċievi benefiċċju ta' l-invalidità, għandu jkun intitolat għall-benefiċċji pprovduti fil-paragrafu 1 wara li jitlaq mis-servizz. L-ammont tal-kontribuzzjoni għandu jinħadem b'riferenza għall-ammont tal-pensjoni jew tal-benefiċċju.

Dawn il-benefiċċji għandhom japplikaw ukoll għall-persuna intitolata għall-pensjoni ta' l-għajxien, wara l-mewt ta' uffiċjal li kien f'impjieg attiv jew li baqa' fis-servizz tal-Komunitajiet s l-età ta' 63 sena, jew il-mewt ta' persuna intitolata għal benefiċċju ta' l-invalidità. L-ammont tal-kontribuzzjoni għandu jinħadem b'riferenza għall-ammont tal-pensjoni ta' l-għajxien.

2a.  Li ġej għandhom l-istess ikunu intitolati għall-benefiċċji pprovduti fil-paragrafu 1, bil-kondizzjoni li m'għandhomx impieg bil-qligħ:

(i) dawk li qabel kienu uffiċjali intitolati għall-pensjonijiet ta' l-irtirar, li jitilqu mis-servizz tal-Komunitajiet qabel jagħlqu t-63 sena,

(ii) persuni intitolati għall-pensjoni ta' l-għajxien, bħala riżultat tal-mewt ta' wieħed li qabel kien uffiċjal, li telaq mis-servizz tal-Komunitajiet qabel għalaq it-63 sena.

Il-kontribuzzjoni riferuta fil-paragrafu 1 għandha tinħadem b'riferenza għall-pensjoni ta' dak li qabel kien uffiċjal, qabel l-applikazzjoni, fejn ikun xieraq, tal-koeffiċjent tat-tnaqqis ipprovdut fl-Artikolu 9 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Iżda, il-persuni intitolati għall-pensjoni ta' ltim, ma jirċevux il-benefiċċju pprovdut fil-paragrafu 1 jekk ma japplikawx għalih. Il-kontribuzzjoni għandu jinħadem b'riferenza għall-ammont tal-pensjoni ta' l-orfni.

▼M112

2b.  Fil-każ ta' persuni intitolati għal pensjoni ta' l-irtirar jew pensjoni ta' l-għajxien, il-kontribuzzjoni riferuta fil-paragrafi 2 u 2a ma tistax tkun anqas minn dik maħduma b'riferenza għas-salarju bażiku li jikkorrospondi ma' l-ewwel skala tal-grad 1.

2c.  L-uffiċjali mkeċċija skond l-Artikolu 51 u mhux intitolati għal pensjoni ta' l-irtirar għandhom l-istess ikunu intitolati għall-benefiċċji pprovduti fil-paragrafu 1, bil-kondizzjoni li m'humiex impjegati bil-qligħ u li jħallsu nofs il-kontribuzzjoni, maħduma b'riferenza għall-aħħar salarju bażiku tagħhom.

▼B

3.  Fejn l-ispiża totali mhux Rimborsata għal kull perjodu ta' 12-il xahar taqbeż nofs is-salarju bażiku jew il-pensjoni fix-xahar ta' l-uffiċjal, Rimborsar speċjali jkun permess mill-awtorità tal-ħatra, wara li jkunu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi tal-familja tal-persuna kkonċernata, fil-mod ipprovdut fir-regoli imsemmija fil-paragrafu 1.

▼M23

4.   ►M56  Il-persuni intitolati għall-benefiċċji għandhom jiddikjaraw l-ammont ta' kull Rimborsar imħallas jew li jistgħu jitolbu taħt xi skema oħra ta' l-assigurazzjoni kontra l-mard ipprovduta mill-liġijiet jew ir-regolament għalihom jew għall-persuni koperti mill-assigurazzjoni tagħhom. ◄

Fejn it-totali li kieku jirċievu b'mod ta' Rimborsar jaqbeż is-somma tar-Rimborsar ipprovdut fil-paragrafu 1, id-differenza għandha titnaqqas mill-ammont li għandu jkun Rimborsat skond il-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tar-Rimborsar miksub taħt skema supplimentari privata ta' l-assigurazzjoni kontra l-mard li tkopri dik il-parti ta' l-ispiża li mhux rimborsata mill-iskema ta' l-assigurazzjoni kontra l-mard tal-Komunitajiet.

▼B

Artikolu 73

1.  Uffiċjal huwa assigurat, mid-data ta' meta jibda s-servizz, kontra r-riskju tal-mard minn fuq il-post tax-xogħol u ta' aċċident suġġett għar-regoli mħejjija mill-ftehim komuni ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal. Huwa għandu jikkontribwixxi għan-nefqa ta' l-assigurazzjoni kontra r-riskji mhux tax-xogħol sa 0.1 % tas-salarju tiegħu.

It-tali regoli għandhom jispeċifikaw liema riskji mhux koperti.

2.  Il-benefiċċji pagabbli jkunu kif ġej:

(a) fil-każ ta' mewt:

Pagament lill-persuni mniżżla hawn taħt ta' somma f'daqqa daqs ħames darbiet is-salarju bażiku fis-sena tal-mejjet maħduma b'riferenza għall-ammonti fix-xahar tas-salarju riċevut matul it-tnax il-xahar qabel l-aċċident:

 lill-konsorti u t-tfal tal-mejjet skond il-liġi tas-suċċessjoni li tirregola l-proprjetà ta' l-uffiċjal; madankollu, l-ammont pagabbli lill-konsorti m'għandux ikun anqas minn 25 % tas-somma f'daqqa;

 fejn m'hemmx persuni tal-kategorija t'hawn fuq, lid-dixxedenti l-oħra skond il-liġi tas-suċċessjoni li tirregola l-proprjetà ta' l-uffiċjal;

 fejn m'hemmx persuni mill-ebda waħda miż-żewġ kategoriji t'hawn fuq, lill-qraba ta' warajh skond il-liġi tas-suċċessjoni li tirregola l-proprjetà ta' l-uffiċjal;

 fejn m'hemmx persuni fl-ebda waħda mit-tliet kategoriji t'hawn fuq, lill-istituzzjoni.

(b) Fil-każ ta' invalidità totali permanenti:

Pagament lill-uffiċjal ta' somma f'daqqa daqs tmien darbiet is-salarju bażiku fis-sena tiegħu maħdum b'riferenza għall-ammonti fix-xahar tas-salarju riċevut matul it-tnax il-xahar qabel l-aċċident.

(ċ) Fil-każ ta' invalidita parzjali permanenti:

Pagament lill-uffiċjal ta' proporzjon tas-somma pprovduta fis-subparagrafu (b), maħdum b'riferenza għall-iskala mniżżla fir-regoli imsemmija fil-paragrafu 1.

Kif ipprovdut f'dawn r-regoli, annwalità tista' tieħu post il-pagamenti pprovduti fuq.

Il-benefiċċji mniżżla hawn fuq jistgħu jitħallsu bl-addizzjoni tal-benefiċċji pprovduti fil-Kapitolu 3.

3.  Dawn li ġejjin għandhom ikunu koperti wkoll fil-mod ipprovdut fir-regoli imsemmija fil-paragrafu 1: spejjeż mediċi, farmaċewtiċi, ta' l-isptar, kirurġiċi, tal-protesi, tar-radjografija, tal-massaġġi, ortopediċi, kliniċi u tat-trasport u kull spiża simili oħra li tħallset bħala riżultat ta' l-aċċident jew il-mard minn fuq il-post tax-xogħol.

Madankollu, ir-Rimborsar għandu jsir biss fejn l-ammont imħallas lill-uffiċjal taħt l-Artikolu 72 ma jkoprix kompletament l-ispejjeż li tħallsu.

▼M62 —————

▼B

Artikolu 74

▼M39

1.  Mat-twelid ta' tarbija ta' uffiċjal, il-persuna li attwalment tieħu ħsieb it-tarbija għandha tirċievi għotja ta' ►M97  198,31 EUR ◄ .

L-istess għotja titħallas lill-uffiċjal li jadotta tifel li għandu anqas minn ħames snin u huwa dipendent fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) ta' l-Anness VII.

▼B

2.  Din l-għotja titħallas ukoll fil-każ li tintemm tqala wara mhux anqas minn seba' xhur.

▼M39

3.  Riċevitur ta' għotja mat-twelid ta' tarbija għandu jiddikjara kull għotja ta' l-istess natura li jirċievi minn sorsi oħra għall-istess tarbija; it-tali għotjiet għandhom jitnaqqsu mis-somma pprovduta hawn fuq. Meta ż-żewġ ġenituri huma uffiċjali tal-Komunitajiet, l-għotja għandha titħallas darba biss.

▼M56

Artikolu 75

Fil-każ tal-mewt ta' uffiċjal, il-konsorti jew tifel dipendenti ta' l-uffiċjal, jew kull persuna dipendenti oħra fis-sens ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness VII li għex bħala parti mill-familja ta' l-uffiċjal, l-istituzzjoni għandu tirrifondi l-ispejjeż involuti fit-trasport tal-katavru mill-post ta' l-impieg ta' l-uffiċjal sal-post ta' l-oriġini tiegħu.

Madankollu, fil-każ tal-mewt ta' uffiċċjal waqt missjoni, l-istituzzjoni għandha tħallas l-ispejjeż involuti biex jinġarr il-katavru mill-post fejn isir il-mewt għall-post ta' l-oriġini ta' l-uffiċjal.

▼B

Artikolu 76

Rigali, self jew avvanzi jistgħu jsiru lill-uffiċjali, lil dawk li qabel kienu uffiċjali, jew fejn uffiċjal miet, lil dawk intitolati taħtu li huma f'posizzjoni partikolarment diffiċli bħala riżultat inter alia ta' mard serju jew fit-tul ►M112  jew minħabba ◄ ċ-ċirkostanzi tal-familja.

▼M112

L-Artikolu 76a

Is-sieħeb li jibqa' ħaj li għandu mard serju jew fit-tul, jew li huwa inkapaċitat, jista' jirċievi għajnuna finanzjarja li żżidlu l-pensjoni mill-istituzzjoni għat-tul tal-mard jew tad-disabilità, fuq bażi ta' eżami taċ-ċirkostanzi soċjali u mediċi tal-persuna kkonċernata. Ir-regoli li jimplimentaw dan l-Artikolu għandhom ikunu stabbiliti bi qbil komuni bejn l-istituzzjonijiet, wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼B



IL-KAPITOLU 3

▼M112

Pensjonijiet u benefiċċju ta' l-invalidità

▼B

Artikolu 77

Uffiċjal li ta mill-anqas 10 snin servizz għandu jkun intitolat għal pensjoni ta' l-irtirar. Madankollu, għandu jkun intitolat għat-tali pensjoni jkun xi jkun it-tul tas-servizz jekk għandu aktar minn ►M112  63 ◄ snin, jekk ma kienx possibbli li jerġa' jingħata posizzjoni matul perjodu ta' stat mhux attiv jew fil-każ ta' rtirar fl-interessi tas-servizz.

▼M23

Il-pensjoni massima ta' l-irtirar għandha tkun 70 % ta' l-aħħar slarju bażiku marbut ma' l-aħħar grad li fih l-uffiċjal kien ikklassifikat għal mill-anqas sena. ►M112  1,90 % ta' dan is-salarju bażiku finali għandu jitħallas lil uffiċjal għal kull sena ta' servizz maħdum skond l-Artikolu 3 ta' l-Anness VIII. ◄

Madankollu, fil-każ ta' l-uffiċjali li kienu qed jgħinu persuna li żżomm uffiċċju pprovdut fit-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet jew it-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet, il-President elett ta' waħda mill-istituzzjonijiet jew organi tal-Komunitajiet jew il-President Elett ta' wieħed mill-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew, l-intitolament għall-pensjonijiet li jikkorrospondu għas-snin tas-servizz tal-pensjoni akkwistati matul il-ħidma f'dik il-kapaċità għandu jinħadem b'riferenza għall-aħħar salarju bażiku riċevut matul dak iż-żmien jekk il-salarju bażiku riċevut jaqbeż dak meħud bħala riferenza għall-iskopijiet tat-tieni paragrafu ta' dan l-Artiklu.

▼B

L-ammont tal-pensjoni ta' l-irtirar ma jridx ikun anqas minn 4 % tal-figura minima tas-sussistenza għal kull sena ta' servizz.

L-età għall-pensjoni għandha tkun ta' ►M112  63 ◄ sena.

▼M112

L-Artikolu 78

Uffiċjal għandu jkun intitolat, fil-mod ipprovdut fl-Artikoli 13 sa 16 ta' l-Anness VIII, għal benefiċċju ta' invalidità fil-każ ta' invalidità permanenti totali, li ma tħallihx jaqdi d-dmirijiet tiegħu li jikkorrospondu għal posizzjoni fil-grupp tal-funzjoni tiegħu.

L-Artikolu 52 għandu japplika b'analoġija għar-riċevituri tal-benefiċċju ta' l-invalidità. Jekk ir-riċevitur ta' benefiċċju ta' l-invalidità, jirtira qabel ma jagħlaq il-65 sena, mingħajr ma rċieva l-intitolament massimu tal-pensjoni, ir-regoli ġenerali dwar il-pensjonijiet ta' l-irtirar għandhom ikunu applikati. L-ammont tal-pensjoni ta' l-irtirar għandu jkun ibbażat fuq is-salarju tal-grad u l-iskala okkupati mill-uffiċjal meta sar invalidu.

Il-benefiċċju ta' l-invalidità għandu jkun daqs 70 % ta' l-aħħar salarju bażiku ta' l-uffiċjal. Iżda, ma jistax ikun anqas mill-ammont minimu tas-sussistenza.

Il-benefiċċju ta' l-invalidità għandu jkun suġġett għall-kontribuzzjonijiet ta' l-iskema tal-pensjoni, maħdum fuq il-bażi ta' dak il-benefiċċju.

Meta l-invalidità tinħoloq minn aċċident matul jew f'konnessjoni mal-qadi tad-dmirijiet ta' l-uffiċjal, minn mard ikkaġunat mix-xogħol, minn att ta' spirtu pubbliku jew meta jipperikola ħajtu biex isalva bniedem ieħor, il-benefiċċju ta' l-invalidità ma jistax ikun anqas minn 120 % ta' l-ammont minimu tas-sussistenza. Fit-tali każijiet, barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet ta' l-iskema tal-pensjoni għandhom jitħallsu kompletament mill-estimi ta' l-istituzzjoni jew il-korp riferut fl-Artikolu 1b.

▼B

Artikolu 79

►M112  Is-sieħba li tibqa' ħajja ◄ ta' uffiċjal jew ta' dak li qabel kien uffiċjal għandha tkun intitolata, fil-mod ipprovdut fil-Kapitolu 4 ta' l-Anness VIII, għal pensjoni għal min jibqa' ħaj daqs ►M5  60 %  ◄ ►M112  tal-pensjoni ta' l-irtirar jew il-benefiċċju ta' l-invalidità ◄ li kienet titħallas lil żewġha, jew li, jkun xi jkun it-tul tas-servizz ►M62  jew ta' l-età ◄ , kieku kieket titħallas lilu li kieku kkwalifika għaliha ►M112  meta miet ◄ .

L-ammont tal-pensjoni għal min jibqa' ħaj pagabbli ►M112  is-sieħba li tibqa' ħajja ◄ ta' l-uffiċjal li miet waqt li kien f'wieħed mill-istati amministrattivi speċifikati fl-Artikolu 35, ►M62  ————— ◄ la għandu jkun anqas mill-figura minima tas-sussistenza u la anqas minn ►M23  35 % ◄ ta' l-aħħar salarju bażiku li rċieva l-uffiċjal.

▼M62

Dan l-ammont m'għandux ikun anqas minn 42 % ta' l-aħħar salarju bażiku li rċieva l-uffiċjal meta l-mewt hija dovuta għal waħda miċ-ċirkostanzi ppreżentati ►M112  il-ħames paragrafu ta' l-Artikolu 78 ◄ .

▼M112 —————

▼B

Artikolu 80

▼M112

Meta uffiċjal jew persuna hija intitolata għal pensjoni ta' l-irtirar jew benefiċċju ta' l-invalidità, imut u ma jħalli l-ebda sieħba intitolata għall-pensjoni ta' l-għajxien, it-tfal dipendenti mill-mejjet fis-sens ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness VII, fil-mument tal-mewt tiegħu għandhom ikunu intitolati għal pensjoni ta' l-orfni skond l-Artikolu 21 ta' l-Anness VIII.

▼B

L-istess intitolment għall-pensjoni għandu japplika għat-tfal li jħarsu l-kondizzjonijiet t'hawn fuq fil-każ tal-mewt jew iż-żwieġ mill-ġdid ►M62  tal-konsorti li jirċievi ◄ pensjoni għal min jibqa' ħaj.

▼M23

Meta jmut uffiċjal jew persuna intitolata għal ►M112  il-pensjoni ta' l-irtirar jew il-benefiċċju ta' l-invalidità ◄ , iżda l-kondizzjonijiet ippreżentati fl-ewwel paragrafu ma jitħarsux, it-tfal dipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness VII għandhom ikunu intitolati għall-pensjoni ta' l-orfni skond l-Artikolu 21 ta' l-Anness VIII; madankollu, il-pensjoni għandha tkun daqs nofs il-pensjoni maħduma skond dak l-Artikolu.

▼M112

Għall-persuni ttrattati bħala tfal dipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 2(4) ta' l-Anness VII, il-pensjoni ta' l-orfni ma jistax jaqbeż ammont daqs id-doppju tal-benefiċċju tat-tfal dipendenti.

▼M112

Fejn tfal kienu adottati, il-mewt tal-ġenitur naturali li nbidel bil-ġenitur adottativ ma jfissirx pagament tal-pensjoni ta' l-orfni.

▼M56

L-intitolament kif ipprovdut fl-ewwel, fit-tieni u t-tielet paragrafi għandhom japplikaw fil-każ tal-mewt ta' dak li qabel kien uffiċjal intitolat għal allowancetaħt l-Artikolu 50 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, l-Artikolu 3 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2530/72 jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1543/73 ►M62  u fil-każ tal-mewt ta' dak li qabel kien uffiċjal li telaq mis-servizz qabel jagħlaq is- ►M112  63 ◄ sena u talab li l-pensjoni tiegħu ta' l-irtirar tkun posposta sa l-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih jagħlaq is- ►M112  63 ◄ sena. ◄

▼M112

Il-persuni li jirċievu pensjoni ta' l-orfni ma jistgħux jirċievu aktar minn waħda tali pensjoni mingħand il-Komunità. Meta tifel/tifla li jibqa' ħaj, huw intitolt għal aktar minn pensjoni waħda tal-Komunità, għandu jirċievi l-pensjoni li tipprovdi l-ogħla jew l-aktar ammont għoli.

▼B

Artikolu 81

▼M112

Persuna intitolata għal pensjoni ta' l-irtirar, jew għall-benefiċċju ta' l-invalidità, jew għall-pensjoni ta' l-għajxien, għandha tkun intitolata, taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Anness VII, għall-benefiċċji tal-familja speċifikati fl-Artikolu 67; il-benefiċċju tal-familja għandu jinħadem b'riferenza għall-pensjoni jew il-benefiċċju tar-riċevitur. Dawn il-benefiċċji għandhom jitħallsu lir-riċevituri tal-pensjoni ta' l-għajxien biss dwar it-tfal dipendenti fuq l-uffiċjal mejjet jew dak li qabel kien uffiċjal fil-mument tal-mewt tiegħu.

▼M23

L-ammont tal-allowancetat-tfal dipendenti pagabbli lil persuna intitolata għal pensjoni għal min jibqa' ħaj għandu, madankollu, jkun id-doppju tal-allowancepprovduta fl-Artikolu 67(1)(b).

▼M62

Artikolu 81a

1.  Minkejja kull disposizzjoni oħra, l-aktar dawk dwar l-ammonti minimi pagabbli lil persuni intitolati għal pensjoni għal min jibqa' ħaj, l-ammont totali pagabbli f'pensjoni għal min jibqa' ħaj bl-addizzjoni tal-allowancetal-familja bit-taxxa mnaqqsa u tnaqqis mandatarju ieħor lill-armla u lil persuni intitolati oħra ma jistgħux jaqbżu dan li ġej:

(a) fil-każ tal-mewt ta' uffiċjal li għandu wieħed mill-istati amministrattivi ppreżentati fl-Artikolu 35, l-ammont tar-remunerazzjoni li l-uffiċjali kien jirċievi fl-istess grad u skala li kieku kien għadu fis-servizz, bl-addizzjoni ta' kull allowancetal-familja li jirċievi f'dak il-każ u bit-taxxa mnaqqsa u tnaqqis mandatarju ieħor;

(b) għall-perjodu ta' wara d-data meta l-uffiċjal imsemmi f'(a) hawn fuq kien jagħlaq is-65 sena, l-ammont tal-pensjoni ta' l-irtirar li jkun intitolat għalih minn hemm ‘il quddiem, li kieku baqa' ħaj, ibbażata fuq l-istess grad u skala ta' meta miet, bl-addizzjoni ta' kull allowancetal-familja li kien jirċievi, bit-taxxa mnaqqsa u tnaqqis mandatarju ieħor;

(ċ) fil-każ tal-mewt ta' dak li qabel kien uffiċjal intitolat għal pensjoni ta' l-irtirar jew għal ►M112  benefiċċju ta' l-invalidità ◄ , l-ammont tal-pensjoni li kien ikun intitolat, li kieku baqa' ħaj, suġġett għall-allowancesu t-tnaqqis imsemmi f'(b);

(d) fil-każ tal-mewt ta' dak li qabel kien uffiċjal li ħalla s-servizz qabel għalaq is- ►M112  63 ◄ sena u li talab li l-pensjoni tiegħu ta' l-irtirar tkun posposta sa l-ewwel jum tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih jagħlaq is- ►M112  63 ◄ sena, l-ammont tal-pensjoni ta' l-irtirar li jkun intitolat għalih meta jagħlaq is- ►M112  63 ◄ sena kieku kien għadu ħaj, suġġett għall-allowanceu t-tnaqqis f'(b);

(e) fil-każ tal-mewt ta' uffiċjal jew ta' dak li qabel kien uffiċjal intitolat, fil-ġurnata tal-mewt tiegħu, għal allowancetaħt l-Artiklu 41 jew 50 ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, l-Artikolu 3 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 2530/72, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1543/73, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2150/82 jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 1679/85, l-ammont tal-allowanceli kieku jkun intitolat għalih, li kieku kien ħaj, suġġett għall-allowanceu t-tnaqqis ippreżentati f'(b);

(f) għall-perjodu ta' wara d-data li fiha dak li qabel kien uffiċjal irreferut f'(e) kien jieqaf li jkun f'dik id-data, li kieku kien għadu ħaj u kien iħares il-ħtiġiet relevanti ta' l-età għall-għoti tad-drittijiet tal-pensjoni, suġġett għall-allowancesu t-tnaqqis ippreżentati f'(b).

2.  Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, il-peżati m'għandhomx ikunu kkunsidrati, li jistgħu jaffettwaw l-ammonti varji in kwistjoni.

3.  L-ammont massimu kif definit fis-subparagrafi (a) sa (f) t'hawn fuq għandu jitqassam fost il-persuni intitolati għal pensjoni għal min jibqa' ħaj fil-proporzjon ta' l-intitolamenti rispettivi tagħhom, il-paragrafu wieħed ma jkunx ikkunsidrat għal dan l-iskop.

It-tieni, ►M112  u t-tielet ◄ subparagrafi ta' l-Artikolu 82(1) għandhom japplikaw għall-ammonti mqassma hekk.

▼M112

L-Artikolu 82

1.  Il-pensjonijiet ipprovduti hawn fuq m'għandhomx jinħadmu b'riferenza għall-iskali tas-salarju fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar li fih jibda l-intitolament.

L-ebda koeffiċjent tal-korrezzjoni m'huwa applikabbli għall-pensjonijiet.

Il-pensjonijiet espressi f'euro għandhom jitħallsu f'waħda mill-muniti riferuti fl-Artikolu 45 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.  Meta l-Kunsill, skond l-Artikolu 65(1), jiddeċiedi li jadatta r-remunerazzjonijiet, l-istess adattament għandu jkun applikat għall-pensjonijiet.

3.  Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw b'analoġija għar-riċevituri tal-benefiċċju ta' l-invalidità.

▼B

Artikolu 83

1.  Il-benefiċċji mħallsa taħt din l-iskema tal-pensjonijiet għandhom jitħallsu mill-estimi tal-Komunitajiet. L-Istati Membri għandhom flimkien jiggarantixxu l-pagament tat-tali benefiċċji skond l-iskala mniżżla għall-iffinanzjar tat-tali spejjeż.

▼M15

It-tħaddim tal-fondi għall-iskema tal-pensjoni imsemmija fl-Artikolu 83(1) tar-Regolamenti ta' qabel tal-Persunal tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar ikun deċiż mill-Kunill li jaġixxi b'mġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni wara li jikkonsulta l-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼B

2.  L-uffiċjali għandhom jikkontribwixxu terz ta' l-ispiża biex tkun iffinanzjat din l-iskema tal-pensjoni. Il-kontribuzzjoni tkun ta' ►M123  10,9 % ◄ tas-salarju bażiku ta' l-uffiċjal, il-peżati pprovduti fl-Artikolu 64 ma jkunux ikkunsidrati. Titnaqqas kull xahar mis-salarji ta' l-uffiċjali. ►M112  Il-kontribuzzjoni għandha tkun aġġustata skond ir-regoli mniżżlin fl-Anness XII. ◄

3.  Il-proċedura biex jinħadmu l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali li qattgħu parti mis-servizz tagħhom mal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar jew li jappartjenu lill-istituzzjonijiet jew organi komuni għall-Komunitajiet, u t-tqassim ta' l-ispiża biex tingħata t-tali għotja bejn il-fond tal-pensjoni tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-estimi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika isir b'Regolament magħmul bil-ftehim bejn il-Kunsill u l-Kumitat tal-Presidenti tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u ta' l-Azzar wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼M112 —————

▼M112

L-Artikolu 83a

1.  L-iskema għandha tinżamm ibbilanċata skond ir-regoli dettaljati ppreżentati fl-Anness XII.

2.  L-aġenziji li ma jirċevux sussidju mill-estimi ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom iħallsu f'dawk l-estimi l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjonijiet meħtieġa biex tkun iffinanzjata dik l-iskema.

3.  Fl-okkażjoni ta' l-istima attwarjali ta' kull ħames snin, skond l-Anness XII u sabiex jiżgura l-bilanċ ta' l-iskema, il-Kunsill għandu jiddeċiedi fuq ir-rata tal-kontribuzzjoni u kull bidla fl-età tal-pensjoni.

4.  Kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kummissjoni verżjoni aġġornata ta' l-istima attwarjali, skond l-Artikolu 1(2) ta' l-Anness XII. Fejn jintwera li hemm qabża ta' mill-anqas 0,25 punti bejn ir-rata tal-kontribuzzjoni applikata bħalissa u r-rata meħtieġa biex jinżamm il-bilanċ attwarjali, il-Kunsill għandu jikkunsidra jekk ir-rata għandhiex tkun applikata, skond l-arranġamenti mniżżla fl-Anness XII.

5.  Għall-iskopijiet tal-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, kif ipprovdut fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 205(2) tat-Trattat tal-KE. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 3, il-proposta tal-Kummissjoni għandha tkun ippreżentati wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼B

Artikolu 84

Regoli dettaljati li jirregolaw l-iskema t'hawn fuq tal-pensjoni qegħdin fl-Anness VIII.



IL-KAPITOLU 4

Rkuprar ta' pagament mhux dovut

Artikolu 85

▼M23

Kull somma li tħallset żejda għandha tkun irkuprata jekk ir-riċevitur ma kienx jaf li ma kien hemm l-ebda raġuna dovuta għall-pagament jew jekk il-fatt tal-ħlas żejjed kien tali evidenti li ma setax jinduna bih.

▼M112

It-talba għall-irkuprar trid issir mhux aktar tard minn ħames snin mid-data meta s-somma tħallset. Fejn l-Awtorità tal-Ħatra kapaċi tistabbilixxi li r-riċevitur deliberatament ta informazzjoni ħażina lill-amministrazzjoni bil-ħsieb li jikseb is-somma kkonċernata, it-talba għall-irkuprar ma tkunx invalidata jekk dan il-perjodu jkun skada.

▼M62



IL-KAPITOLU 5

Subrogazzjoni favur il-komunitajiet

L-Artikolu 85a

1.  Meta l-mewt, weġgħa b'inċident jew mard tal-persuna koperta minn dawn ir-Regolamenti tal-Persunal huwa kkważat minn terza persuna, rigward l-obbligi li għandhom taħt ir-Regolamenti tal-Persunal wara li jiġru t-tali mewt, weġgħa jew mard, Il-Komunitajiet huma subrogati għad-drittijiet, inklużi d-drittijiet għall-azzjoni, tal-vittma jew ta' dawk intitolati taħtu kontra t-terza persuna.

2.  Is-subrogazzjoni pprovduta fil-paragrafu 1 għandha testendi inter aliagħal dan li ġej:

 pagament kontinwu tar-remunerazzjoni skond l-Artikolu 59 lill-uffiċjal matul il-perjodu meta temporanjament mhux tajjeb għax-xogħol,

 pagamenti effettwati skond l-Artikolu 70 wara l-mewt ta' l-uffiċjal jew ta' dak li qabel kien uffiċjal intitolat għal pensjoni,

 benefiċċju mħallsa taħt l-Artikolu 72 u 73 u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħhom, relatati ma' l-assigurazzjoni kontra l-mard u aċċidenti,

 pagament ta' l-ispejjeż involuti biex jinġarr il-katavru, kif imsemmi fl-Artikolu 75,

  allowancessupplimentari tal-familja mħallsa skond l-Artikolu 67(3) u skond l-Artikolu 2(3) u (5) ta' l-Anness VII dwar tfal dipendenti li jbatu minn mard serju, debbulezza jew mankament,

  ►M112  pensjonijiet għall-invalidità ◄ mħallsa fil-każ ta' aċċident jew mard li jirriżulta f'invalidità permanenti li ma tħallix l-uffiċjal iwettaq id-dmirijiet tiegħu,

 pensjonijiet għal min jibqa' ħaj fil-kż tal-mewt ta' uffiċjal jew ta' dak li qabel kien uffiċjal, jew il-mewt ta' mart uffiċjal jew ta' dak li qabel kien uffiċjal intitolat għal pensjoni, meta l-konsorti m'hijiex uffiċjal u lanqas membru tal-persunal temporanju,

 pensjoni għall-orfni mħallsa mingħajr kas ta' l-età tat-tifel ta' uffiċjal jew ta' dak li qabel kien uffiċjal fejn minħabba mard serju, debbulezza jew mankament, dak it-tifel ma jistax jaqla' x'jiekol wara l-mewt tal-persuna li huwa dipendenti fuqha.

3.  Madankollu, il-Komunitajiet m'għandhomx ikunu subrogati għad-drittijiet tal-kumpen dwar ħsara purament personali bħal ħsara mhux materjali, ħsara għal uġiegħ u sofferenza jew kumpens għal sfigurament u telf ta' kumditajiet aktar mill-allowancesmogħtija għal dawk l-intestaturi taħt l-Artikolu 73.

4.  Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 ma jistgħux ikunu ta' tfixkil għall-azzjoni diretta mill-Komunitajiet.

▼B



IT-TITOLU VI

MIŻURI DIXXIPLINARI

Artikolu 86

1.  Kull nuqqas minn uffiċjal jew minn dak li qabel kien uffiċjal biex iħares l-obbligi tiegħu taħt dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, kemm jekk intenzjonalment jew b'negliġenza min-naħa tiegħu, tista' tittieħed azzjoni kontrih.

▼M112

2.  Fejn l-Awtorità tal-Ħatra jew OLAF isiru jafu b'evidenza ta' nuqqas fis-sens tal-paragrafu 1, jistgħu jibdew invetigazzjonijiet amministrattivi biex jivverifikaw jekk it-tali nuqqas sarx.

3.  Regoli, proċeduri u miżuri dixxiplinarji, u r-regoli u l-proċeduri li jkopru l-investigazzjonijiet amministrattivi mniżżla fl-Anness IX.

▼M112 —————

▼B



IT-TITOLU VII

APPELLI

Artikolu 90

▼M23

1.  Kull persuna li għaliha japplikaw dawn ir-Regolament tal-Persunal tista' tibgħat talba lill-awtorità tal-ħatra biex tieħu deċiżjoni dwaru. L-awtorità għandha tavża l-persuna kkonċernata bid-deċiżjoni rraġunata tagħha fi żmien erbgħa xhur mid-data ta' meta ssir it-talba. Jekk fl-aħħar ta' dak il-perjodu, ma tasal l-ebda tweġiba għat-talba, din titqies li tikkostitwixxi deċiżjoni taċita li ma kenitx aċċettata, li kontriha ilment jista' jsir skond il-paragrafu li ġej.

2.  Kull persuna li japplikaw għaliha dawn ir-Regolamenti tal-Persunal tista' tibgħat ilment lill-awtorità tal-ħatra kontra att li taffettwah ħażin, kemm jekk l-imsemmi awtorità ħadet deċiżjoni, jew fejn naqset li tadotta miżura preskritta mir-Regolamenti tal-Persunal. L-ilment irid isir fi żmien tliet xhur. Il-perjodu jibda:

 fid-data tal-pubblikazzjoni ta' l-att jekk huwa miżura ta' natura ġenerali;

 fid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-persuna kkonċernata, iżda fl-ebda każ mhux aktar tard mid-data meta ta' dan ta' l-aħħar irċieva t-tali notifika, jekk il-miżura taffettwa persuna speċifika; madankollu, jekk att li jaffettwa persuna speċifikata wkoll fih ilment kontra persuna oħra, il-perjodu jibda dwar dik il-persuna l-oħra fid-data meta tirċievi n-notifika tagħha iżda fl-ebda każ mhux aktar tar mid-data tal-pubblikazzjoni;

 fid-data meta jiskadi l-perjodu preskritt għat-tweġiba fejn l-ilment tikkonċerna deċiżjoni taċita li ma tilqax talba kif ipprovdut fil-paragrafu 1.

L-awtorità għandha tavża l-persuna kkonċernata bid-deċiżjoni rraġunata tagħha fi żmien erbgħa xhur mid-data ta' meta jsir l-ilment. Jekk fl-aħħar ta' dak il-perjodu ma tasal l-ebda tweġiba għall-ilment, din titqies li tikkostitwixxi deċiżjoni taċita li ma taċċettahiex, li kontriha jista' jsir appell taħt l-Artikolu 91.

▼M112 —————

▼M112

L-Artikolu 90a

Kull persuna li għaliha japplikaw dawn r-Regolamenti tal-Persunal, tista' tibgħat lid-Direttur ta' l-OLAF talba fis-sens ta' l-Artikolu 90(1), fejn jitolbu lid-Direttur biex jieħu deċiżjoni dwaru b'konnessjoni ma' l-investigazzjoni mill-OLAF. It-tali persuna tista' wkoll tibgħat lid-Direttur ta' l-OLAF, ilment fis-sens ta' l-Artikolu 90(2) kontra att li se jaffettwaha ħażin f'konnessjoni ma' investigazzjonijiet mill-OLAF.

Artikolu 90b

Kull persuna li għaliha japplikaw dawn ir-Regolamenti tal-Persunal tista' tibgħat lis-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data, talba jew ilment fis-sens ta' l-Artikolu 90(1) u (2), fl-isferu tal-kompetenza tiegħu.

Artikolu 90c

It-talbiet u l-ilmenti dwar l-oqsma li għalihom kien applikat l-Artikolu 2(2), għandhom ikunu depożitati ma' l-Awtorità tal-Ħatra fdata bl-eserċiżżju tas-setgħat.

▼B

Artikolu 91

▼M23

1.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollu ġurisdizzjoni f'kull tilwima bejn il-Komunitajiet u kull persuna li għaliha japplikaw dawn ir-Regolamenti tal-Persunal dwar il-legalità ta' att li jaffettwa ħażin lit-tali persuna fis-sens ta' l-Artikolu 90(2). F'tilwim ta' karattru finanzjarju, il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollu ġurisdizzjoni mingħajr limitu.

2.  Appell lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej jintlaqa' biss jekk:

 l-awtorità tal-ħatra qabel kienet irċevit ilment mitfugħ skond l-Artikolu 90(2) fil-perjodu preskritt fih, u

 l-ilment ma kienx aċċettat b'deċiżjonijiet espressi jew b'deċiżjoni taċita.

3.  L-appelli taħt il-paragrafu 2 għandom isiru fi żmien tliet xhur. Il-perjodu għandu jibda:

 fid-data tan-notifika tad-deċiżjoni li tittieħed bħala tweġiba għall-ilment;

 fid-data meta jiskadi l-perjdu preskritt għat-tweġiba meta l-appell huwa kontra deċiżjoni taċita li ma taċċettax ilment li sar skond l-Artikolu 90(2); minkejja dan, fejn ilment mhux aċċettat b'deċiżjoni espressa wara li ma jkunx aċċettat b'deċiżjoni taċita iżda qabel jiskadi l-perjodu li fih jista' jsir appell, il-perjodu li fih jista' jsir appell jerġa' jibda mill-ġdid.

4.  B'mod ta' deroga mill-paragrafu 2, wara li tressaq ilment lill-awtorità tal-ħatra skond l-Artikolu 90(2), il-persuna kkonċernata tista' mill-ewwel tagġmel appell lill-Qorti tal-Ġustizzja, sakemm it-tali appell ikun akkumpanjat minn applikazzjoni jew biex tinżamm l-esekuzzjoni ta' l-att ikkontestat jew ta' l-adozzjoni ta' miżuri temporanji. Il-proċeduri fl-azzjoni ewlenija quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mbagħad ikunu sospiżi sa dak iż-żmien meta tittieħed deċiżjoni espressa jew taċita li ma taċċttax l-ilment.

5.  L-appelli taħt dan l-Artikolu jkunu investigati u jinstemgħu kif ipprovdut fir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

▼M112

L-Artikolu 91a

Kull appell li għandu x'jaqsam ma' l-oqsma li għalih kien applikat l-Artikolu 2(2), għandu jsir ma' l-assoċjazzjoni li twieġeb għalija l-Awtorità tal-Ħatra fdata bl-eserċiżżju tas-setgħat.

▼B



IT-TITOLU VIII

DIPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI APPLIKABBLI GĦALL-UFFIĊJALI FIS-SERVIZZI XJENTIFIĊI JEW TEKNIĊI ►M9  ————— ◄ ►M15  TAL-KOMUNITAJIET ◄

▼M112

L-Artikolu 92

Dan it-Titolu jniżżel id-disposizzjoni speċjali applikabbli għall-uffiċjali tal-Komunitajiet li jokkupaw posizzjonijiet imħallsa minn approprijazzjonijiet fl-estimi tar-riċerka u l-investiment, u kklassifikati skond l-Anness I A, punt A.

Artikolu 93

Benefiċċji speċjali jistgħu jingħataw lil ċerti uffiċjali koperti mill-Artikolu 92, bħala kumpens għal kondizzjonijiet partikolarment diffiċli ta' xogħol.

Il-Kunsill għandu, fuq proposta mill-Kummissjoni, jistabbilixxi r-rati u l-kondizzjonijiet tat-tali benefiċċji speċjali, u l-persunal li għandu jirċevihom.

Artikolu 94

B'mod ta' deroga mit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 56a u t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 56b, u f'każijet ta' eċċezzjoni biss, minħabba l-ħtiġijiet tas-servizz, regolamenti tas-sigurtà, jew obbligi nazzjonali jew internazzjonali, l-Awtorità tal-Ħatra għandha tinnomina l-uffiċjali koperti mill-Artikolu 92, li għandhom ikunu intitolati bex jibbenefikaw mid-disposizzjonijiet ta' dawn l-Artikoli.

▼M112 —————

▼M67



IT-TITOLU VIIIA

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI U EĊĊEZZJONALI APPLIKABBLI GĦALL-UFFIĊJALI LI JSERVU F'PAJJIŻ TERZ

Artikolu 101a

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Anness X iniżżel id-disposizzjonijiet speċjali u eċċezzjonali applikabbli għall-uffiċjali li jservi f'pajjiż terz

▼B



IT-TITOLU IX

DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI



IL-KAPITOLU 1

Disposizzjonijiet transitorji

▼M112 —————

▼M23 —————

▼M62 —————

▼M112 —————

▼M112

L-Artikolu 107a

Id-disposizzjonijiet provviżorji huma ppreżentati fl-Anness XIII.

▼M23 —————

▼B



IL-KAPITOLU 2

Disposizzjonijiet finali

▼M112

L-Artikolu 110

1.  Id-disposizzjonijiet ġenerali biex idaħħlu fis-seħħ dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, għandhom ikunu adottati minn kull istituzzjoni, wara li jkunu kkonsultati l-Kumitat tal-Persunal u l-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal tagħhom. L-aġenziji għandhom jadottaw ir-regoli xierqa ta' l-implimentazzjoni biex idaħħlu fis-seħħ dawn ir-Regolamenti tat-Persunal, wara konsultazzjoni mal-Kumitat relevanti tal-Persunal u bil-ftehim mal-Kummissjoni.

2.  Għall-iskopijiet ta' l-adozzjoni tar-regoli bil-ftehim bejn l-istituzzjonijiet, l-aġenziji m'għandhomx jitqiesu bħala istituzzjonijiet. Iżda, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-aġenziji qabel l-adozzjoni ta' dawn ir-regoli.

3.  It-tali disposizzjonijiet ġenerali u r-regoli kollha adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-persunal.

4.  Id-dipartimenti ta' l-amministrazzjoni ta' l-istituzzjonijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin regolarment dwar l-applikazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal. L-aġenziji għandhom ikunu rrappreżentati flimkien f'dawn il-konsultazzjonijiet, skond ir-regoli li għandhom ikunu stabbiliti bejniethom.




ANNESS I

A.   Tipi ta' posizzjonijiet f'kull grupp tal-funzjoni, kif ipprovdut fl-Artikolu 5(3)



Il-grupp tal-funzjoni ta' l-AD

Il-grupp tal-funzjoni ta' l-AST

Direttur-Ġenerali

AD 16

 
 

Direttur-Ġenerali/Direttur

AD 15

 
 

Amministratur li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Direttur/

Kap ta' dipartiment/

Konsulent/

espert tal-lingwistika;

espert ekonomiku;

espert legali;

espert mediku;

espert veterinarju;

espert xjentifiku;

espert tar-riċerka;

espert finanzjarju,

espert tal-verifika

AD 14

 
 

Amministratur li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Kap ta' dipartiment/

Konsulent/

espert tal-lingwista;

espert ekonomiku;

espert legali;

espert mediku;

espert veterinarju;

espert xjentifiku;

espert tar-riċerka;

espert finanzjarju,

espert tal-verifika

AD 13

 
 

Amministratur li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Kap ta' Dipartiment/

traduttur prinċipali;

interpretu prinċipali;

ekonomista prinċipali;

avukat prinċipali;

uffiċjal mediku prinċipali;

spettur veterinarju prinċipali;

xjenzat prinċipali;

riċerkatur prinċipali;

uffiċjal finanzjarju prinċipali;

uffiċjal prinċipali tal-verifika

AD 12

 
 

Amministratur li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Kap ta' Dipartiment/

traduttur prinċipali;

interpretu prinċipali;

ekonomista prinċipali;

avukat prinċipali;

uffiċjal mediku prinċipali;

spettur veterinarju prinċipali;

xjenzat prinċipali;

riċerkatur prinċipali;

uffiċjal finanzjarju prinċipali;

uffiċjal prinċipali tal-verifika

AD 11

AST 11

Assistent li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Assistent personali (p.a.); uffiċjal klerikali; uffiċjal tekniku; uffiċjal ta' l-IT

Amministratur li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Kap ta' Dipartiment/

traduttur anzjan;

interpretu anzjan;

ekonomista anzjan;

avukat anzjan;

uffiċjal mediku anzjan;

spettur veterinarju anzjan;

xjenzat anzjan;

riċerkatur anzjan;

uffiċjal finanzjarju anzjan;

uffiċjal anzjan tal-verifika

AD 10

AST 10

Assistent li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Assistent personali (p.a.); uffiċjal klerikali; uffiċjal tekniku; uffiċjal ta' l-IT

Amministratur li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Kap ta' Dipartiment/

traduttur anzjan;

interpretu anzjan;

ekonomista anzjan;

avukat anzjan;

uffiċjal mediku anzjan;

spettur veterinarju anzjan;

xjenzat anzjan;

riċerkatur anzjan;

uffiċjal finanzjarju anzjan;

uffiċjal anzjan tal-verifika

AD 9

AST 9

Assistent li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Assistent personali (p.a.); uffiċjal klerikali; uffiċjal tekniku; uffiċjal ta' l-IT

Amministratur li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Traduttur;

interpretu;

ekonomista;

avukat;

uffiċjal mediku;

spettur veterinarju;

xjenzat;

riċerkatur;

uffiċjal finanzjarju;

awditur

AD 8

AST 8

Assistent li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Skrivan anzjan; uffiċjal anzjan li jiġbor id-dokumentazzjoni; tekniku anzjan; ħaddiem anzjan ta' l-IT

Amministratur li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Traduttur;

interpretu;

ekonomista;

avukat;

uffiċjal mediku;

spettur veterinarju;

xjenzat;

riċerkatur;

uffiċjal finanzjarju;

awditur

AD 7

AST 7

Assistent li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Skrivan anzjan; uffiċjal anzjan li jiġbor id-dokumentazzjoni; tekniku anzjan; ħaddiem anzjan ta' l-IT

►C2  

Amministratur li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Assistent traduttur;

assistent interpretu;

assistent ekonomista;

assistent avukat;

assistent uffiċjal mediku;

assistent spettur veterinarju;

assistent xjenzat;

assistent riċerkatur;

assistent uffiċjal finanzjarju;

assistent awditur

 ◄

AD 6

AST 6

Assistent li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Skrivan; wieħed li jiġbor id-dokumentazzjoni; tekniku; ħaddiem ta' l-IT

►C2  

Amministratur li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Assistent traduttur;

assistent interpretu;

assistent ekonomista;

assistent avukat;

assistent uffiċjal mediku;

assistent spettur veterinarju;

assistent xjenzat;

assistent riċerkatur;

assistent uffiċjal finanzjarju;

assistent awditur

 ◄

AD 5

AST 5

Assistent li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Skrivan; wieħed li jiġbor id-dokumentazzjoni; tekniku; ħaddiem ta' l-IT

 
 

AST 4

►C2  

Assistent li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Skrivan żagħżugħ; uffiċjal żagħżugħ li jiġbor id-dokumentazzjoni; tekniku żagħżugħ; ħaddiem żagħżugħ ta’ l-IT

 ◄

 
 

AST 3

►C2  

Assistent li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Assistent skrivan; assistent uffiċjal dokumentalist; assistent tekniku; assistent operatur IT, uxxier Parlamentari (1)

 ◄

 
 

AST 2

Assistent li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Skrivan tal-filing; qaddej tekniku; qaddej ta' l-IT, uxxier Parlamentari (1)

 
 

AST 1

Assistent li qed jaħdem, per eżempju, bħala:

Skrivan tal-filing; qaddej tekniku; qaddej ta' l-IT, uxxier Parlamentari (1)

(1)   In-numru tal-posizzjonijiet ta' l-uxxiera Parlamentari fil-Parlament Ewropew m'għandux jaqbeż il-85.

B.   Ir-rati tal-moltiplikazzjoni għall-gwida ta' l-ekwivalenza tal-karriera medja



Grad

Assistenti

Amministraturi

13

20 %

12

25 %

11

25 %

10

20 %

25 %

9

20 %

25 %

8

25 %

33 %

7

25 %

33 %

6

25 %

33 %

5

25 %

33 %

4

33 %

3

33 %

2

33 %

1

33 %

▼B




ANNESS II

Komposizzjoni u proċedura tal-korpi pprovduti fl-Artikolu 9 tar-Regolamenti tal-Persunal

LISTA TAL-KONTENUT

Taqsima 1:

Kumitat tal-persunal

Artikolu 1

Taqsima 2:

Il-kumitat konġunt

2 – 3a

Taqsima 3:

Kumitat ta' invalidità

7 – 9

Taqsima 4:

Il-kumitat tar-rapporti

10 – 11

Taqsima 5:

Il-kumitat konġunt tal-konsulenza għall-inkompetenza professjonali

12

Taqsima 1

KUMITAT TAL-PERSUNAL

Artikolu 1

▼M91

Il-Kumitat tal-Persunal ikun magħmul mill-membri tiegħu, flimkien mas-sostituti tagħhom jekk ikun hemm, li l-perjodu ta' l-uffiċċju tagħhom ikun tliet snin. Madankollu, l-istituzzjoni tista' tiddeċiedi li tistabbilixxi perjodu iqsar ta' l-uffiċċju, li ma jistax ikun anqas minn sena. Kull uffiċjal ta' l-istituzzjoni jkun intitolat biex jivvota u jikkontesta għal elezzjoni.

▼M23

Il-kondizzjonijiet għall-elezzjoni tal-Kumitat tal-Persunal jekk ma jkunx organizzat f'taqsimiet lokali jew għat-taqsima lokali, jekk il-Kumitat tal-Persunal huwa organizzat f'taqsimiet lokali, jitniżżlu mill-laqgħa ġenerali ta' l-istituzzjoni fis-servizz fil-post relevanti ta' l-impieg. ►M112  Madankollu, l-istituzzjoni tista' tiddeċiedi li l-kondizzjonijiet għall-elezzjoni għandhom ikunu stabbiliti skond il-preferenza tal-persunal ta' l-istituzzjoni kif espressa f'referendum. ◄ L-elezzjoni tkun b'polza sigriet.

Jekk il-Kumitat tal-Persunal ikun organizzat f'taqsimiet lokali, il-mod li fiha l-membri tal-Kumitat Ċentrali jinħatru għal kull post ta' impieg, jitniżżel mill-laqgħa ġenerali ta' l-uffiċjali ta' l-istituzzjoni fis-servizz tal-post relevanti ta' l-impieg. Il-membri tat-taqsima lokali kkonċernata biss jistgħu jinħatru membri tal-Kumitat Ċentrali.

Is-sħubija tal-Kumitat tal-Persunal jekk ma jkunx organizzat f'taqsimiet lokali, jew għat-taqsima lokali, jekk il-Kumitat tal-Persunal huwa organizzat f'taqsimiet lokali, ikunu tali sabiex jiżuraw ir-rappreżentanza ►M112  iż-żewġ gruppi tal-funzjoni ◄ pprovduti fl-Artikolu 5 tar-Regolamenti tal-Persunal u wkoll tal-ħaddiema imsemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 7 tal-Kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet. Il-Kumitat Ċentrali ta' Kumitat tal-Persunal organizzat f'taqsimiet lokali għandu jkun kostitwit validament mal-ħatra ta' maġġoranza tal-membri tiegħu.

L-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal jekk ma jkunx organizzat f'taqsimiet lokali, jew għat-taqsima lokali jekk il-Kumitat tal-Persunal huwa organizzat f'taqsimiet lokali, ikunu validi biss jekk żewġ terzi ta' l-uffiċjali intitolati biex jivvutaw jieħdu sehem. Madankollu, jekk dan il-proporzjon ma jintlaħaqx, it-tieni vot ikun validu jekk il-maġġoranza ta' dawk intitolati jieħdu sehem.

Id-dmirijiet li jieħdu l-membri tal-Kumitat tal-Persunal u l-uffiċjali maħtura mill-Kumitat ta' organi stabbiliti taħt ir-Regolamenti tal-Persunal jew mill-istituzzjoni jitqiesu parti mi-servizz normali tagħhom fl-istituzzjoni tagħhom. Il-fatt li jitwettqu t-tali dmirijiet bl-ebda mod ikun ta' preġudizzju għall-persuna kkonċernata.

▼B



Taqsima 2

IL-KUMITAT KONĠUNT

▼M85

Artikolu 2

Il-Kumitat jew Kumitati Konġunti ta' istituzzjoni jkunu magħmula minn:

 president maħtur kull sena mill-awtorità tal-ħatra,

 membri u sostituti maħtur fl-istess ħi f'numri ndaqs mill-awtorità tal-ħatra u mill-Kumitat tal-Persunal .

Il-Kumitat Konġunt komuni għal żewġ istituzzjonijiet jew aktar ikun magħmul minn:

 president maħtur mill-awtorità tal-ħatra imsemmi fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 2 tar-Regolamenti tal-Persunal,

 membri u sostituti maħtura f'numri ndaqs mill-awtoritajiet tal-ħatra ta' l-istituzzjonijiet irrappreżentati mill-Kumitat Konġunt komuni u mill-Komunitajiet tal-Persunal.

Il-proċeduri għall-istituzzjoni tal-Kumitat Konġunt Komuni għandhom ikunu adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet irrappreżentati fuq il-Kumitat Konġunt komuni, wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat tal-Persunal tagħhom.

Sostitut jivvota biss fl-assenza ta' membru.

▼B

Artikolu 3

Il-Kumitat Konġunt jiltaqa' meta msejjaħ mill-awtorità tal-ħatra jew fuq talba tal-Kumitat tal-Persunal.

Il-proċeduri tal-Kumitat ikunu validi biss jekk il-membri kollha jew, fl-assenza tagħhom, is-sostituti tagħhom huma preżenti.

Il-president tal-Kumitat m'għandux jivvota għajr dwar kwistjonijiet ta' proċedura.

▼M23 —————

▼B

►M23  L-opinjoni tal-Kumitat ◄ għandha tkun ikkomunikata bil-miktub lill-awtorità tal-ħatra u lill-Kumitat tal-Persunal fi żmien ħamest ijiem mill-adozzjoni tagħha.

Kull membru tal-Kumitat jista' jeħtieġ li l-opinjonijiet tiegħu jkunu rreġistrati fl-opinjoni tal-Kumitat.

▼M85

Artikolu 3a

Il-Kumitat Konġunt komuni għadu jiltaqa' fuq it-talba jew ta' l-awtorità tal-ħatra imsemmija ►M112  L-Artikolu 2(2) ◄ tar-Regolamenti tal-Persunal, jew ta' l-awtorità tal-ħatra jew ta' Kumitat tal-Persunal ta' waħda mill-istituzzjonijiet irrappreżentati fuq dak il-Kumitat Konġunt.

Il-proċeduri tal-Kumitat Konġunt komuni jkunu validi biss jekk il-membri kollha jew is-sostituti tagħhom huma preżenti.

Il-President tal-Kumitat Konġunt komuni m'għandux jivvota għajr dwar kwistjonijiet ta' proċedura.

L-opinjoni tal-Kumitat Konġunt komuni għandha tkun ikkomunikata bil-miktub lill-awtorità tal-ħatra fis-sens ►M112  L-Artikolu 2(2) ◄ tar-Regolamenti tal-Persunal, lill-awtoritajiet l-oħra tal-ħatra u lill-Kumitati tal-Persunal tagħhom fi żmien ħamest ijiem mill-adozzjoni tagħha.

Kull membru tal-Kumitat Konġunt komuni jista' jeħtieġ li l-opinjonijiet tiegħu jkunu rreġistrati fl-opinjoni tal-Kumitat Konġunt.



▼M112

Taqsima 3

▼B

KUMITAT TA' INVALIDITÀ

Artikolu 7

▼M23

Il-Kumitat ta' l-Invalidità għandu jkun magħmul minn tliet tobba:

 wieħed maħtur mill-istituzzjoni li magħha jagħmel l-uffiċjal ikkonċernat;

 wieħed maħtur mill-uffiċjal ikkonċernat; u

 wieħed maħtur bi ftehim bejn l-ewwel żewġ tobba.

Jekk l-uffiċjal ikkonċernat jonqos li jaħtar tabib, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jaħtar wieħed.

▼M39

Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim fuq il-ħatra tat-tielet tabib fi żmien xahrejn mill-ħatra tat-tieni tabib, it-tielet jinħatar mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fuq it-talba ta' wieħed mill-partijiet ikkonċernati.

▼B

Artikolu 8

L-ispejjeż imħallsa li għandhom x'jaqsmu mal-proċeduri tal-Kumitat ta' l-Invalidità għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni li qiegħed magħha l-uffiċjal ikkonċernat.

Meta t-tabib maħtur mill-uffiċjal ikkonċernat huwa residenti x'imkien ieħor minbarra l-post fejn impjegat l-uffiċjal, l-uffiċjal għandu jħallas l-ispiża tal-miżati addizzjonali li għandhom x'jaqsmu, bl-eċċezzjoni ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar fl-ogħla klassi, li jitħallsu lura mill-istituzzjoni.

Artikolu 9

L-uffiċjal jista' jibgħat lill-Kumitat ta' l-Invalidità kull rapport jew ċertifikat mit-tabib regolari tiegħu jew minn kull tabib mediku li seta' kkonsulta.

Il-konklużjonijiet tal-Kumitat ta' l-Invalidità għandhom ikunu kkomunikati lill-awtorità tl-ħatra u lill-uffiċjal ikkonċernat.

Il-proċeduri tal-Kumitat għandhom ikunu sigrieti.



▼M112

Taqsima 4

▼B

IL-KUMITAT TAR-RAPPORTI

▼M112

L-Artikolu 10

Il-Membri tal-Kumitat tar-Rapporti għandhom jinħatru kull sena mill-Awtorità tal-Ħatra u l-Kumitat tal-Persunal, kull wieħed jaħtar l-istess numru minn fost l-uffiċjali ta' l-istituzzjoni fil-grupp tal-funzjoni ta' l-AD. Il-Kumitat għandu jtella' l-President tiegħu. Il-membri tal-Kumitat Konġunt m'għandhomx ikunu membri tal-Kumitat tar-Rapporti.

Meta l-Kumitat tar-Rapporti huwa mgħajjat biex jagħti rakkomandazzjoni dwar uffiċjal li s–superjur ta' fuqu huwa membru tal-Kumitat, dak il-membru m'għandux jieħu sehem fil-kunsiderazzjoni tal-każ tiegħu.

▼B

Artikolu 11

Il-proċeduri tal-Kumitat tar-Rapporti għandhom ikunu sigrieti.

▼M112



Taqsima 5

IL-KUMITAT KONĠUNT TAL-KONSULENZA GĦALL-INKOMPETENZA PROFESSJONALI

Artikolu 12

Il-Kumitat Konġunt tal-Konsulenza għall-inkompetenza professjonali għandu jkun magħmul minn president u mill-anqas żewġ membri, li għandhom ikunu uffiċjali tal-grad AD 14 mill-anqas. Il-president u l-membri għandhom jinħatru għal perjodu ta' tliet snin. Nofs il-membri għandhom ikunu nnominati mill-Kumitat tal-Persunal, u nofs mill-Awtorità tal-Ħatra. Il-president għandu jinħatar mill-Awtorità tal-Ħatra minn lista ta' kandidati mħejjija flimkien mal-Kumitat tal-Persunal.

Meta l-każ ikun dwar uffiċjal fil-grad ta' AD 14 jew anqas, il-Kumitat Konġunt tal-Konsulenza għandu jinkludi żewġ membri oħra mill-istess grupp tal-funzjoni, u ta' l-itess grad bħall-uffiċjal in kwestjoni, innominati bl-istess mod bħall-membri permanenti.

Meta l-Kumitat Konġunt tal-Konsulenza jissejjaħ biex jeżamina l-każ ta' uffiċjal anzjan ta' l-amministrazzjoni, fis-sens ta' l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, Kumitat Konġunt speċjali tal-Konsulenza ad hoc għandu jitwaqqaf, magħmul minn żewġ membri maħtura mill-Kumitat tal-Persunal u żewġ membri maħtura mill-Awtorità tal-Ħatra, li jkun fi grad ta' mill-anqas daqs dak ta' l-uffiċjal ikkonċernat.

L-Awtorità tal-Ħatra u l-Kumitat tal-Persunal għandhom jiftehmu fuq proċedura ad hoc biex ikunu nnominati aktar membri riferuti fit-tieni paragrafu, li għandhom joqgħodu għal każijiet li jinvolvu uffiċjal li tqiegħed f'pajjiż barra l-Unjoni jew membru tal-persunal bil-kuntratt.

▼B




ANNESS III

Kompetizzjonijiet

Artikolu 1

1.   ►M23  L-avviż tal-kompetizzjonijiet jitħejja mill-awtorità tal-ħatra wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat Konġunt. ◄

Irid jispeċifika:

▼M23

(a) l-għamla tal-kompetizzjoni (kompetizzjoni interna għall-istituzzjoni, kompetizzjoni interna għall-istituzzjonijiet, kompetizzjoni miftuħa, ►M85  fejn ikun il-każ, komuni għal żewġ istituzzjonijiet jew aktar ◄ );

▼B

(b) it-tip ta' kompetizzjoni (jekk mhux fuq bażi ta' jew il-kwalifiki jew l-eżamijiet, jew ta' kemm il-kwalifiki kif ukoll l-eżamijiet);

(ċ) it-tip ta' dmirijiet u l-kompiti involuti fil-posizzjoni li għandha timtela ►M112  u l-grupp tal-funzjoni u l-grad offrut ◄ ;

(d)  ►M112  skond l-Artikolu 5(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, ◄ id-diplomi u evidenza oħra ta' kwalifiki formali jew il-livell ta' esperjenza meħtieġa għall-posizzjonijiet li għandhom jimtlew;

(e) meta l-kompetizzjoni hija fuq bażi ta' eżamijiet, x'tip ikunu u kif ikunu mmarkati;

(f) fejn applikabbli, l-għarfien tal-lingwi meħtieġa minħabba n-natura speċjali tal-posizzjonijiet li għandhom jimtlew;

▼M23

(g) fejn ikun il-każ, il-limitu taż-żmien u xi estensjoni tal-limitu taż-żmien fil-każ tal-ħaddiema tal-Komunitajiet li taw mhux anqas minn sena servizz;

▼B

(h) id-data ta' l-għeluq ta' l-applikazzjonijiet;

(i) kull eċċezzjoni skond l-Artikolu 28(a) tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼M85

L-avviż tal-kompetizzjonijiet miftuħa komuni għal żewġ istituzzjonijiet jew aktar jitħejja mill-awtorità tal-ħatra imsemmija ►M112  l-Artikolu 2(2) ◄ tar-Regolamenti tal-Persunal, wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat Konġunt komuni.

▼B

2.  L-avviż tal-kompetizzjonijiet miftuħa jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropejmhux anqas minn xahar qabel id-data ta' l-għeluq għall-applikazzjonijiet u, fejn ikun il-każ, mhux anqas minn xahrejn qabel id-data ta' l-eżamijiet.

3.  Il-kompetizzjonijiet kollha jkunu rreklamati ġewwa l-istituzzjonijiet tat-tlett Komunitajiet Ewropej, jitħarsu l-istess limiti ta' żmien.

Artikolu 2

Il-kandidati għandhom jimlew formola preskritta mill-awtorità tal-ħatra.

Jistgħu jkunu meħtieġa jipprovdu dokumenti jew informazzjoni addizzjonali.

Artikolu 3

▼M112

Il-Bord ta' l-Għażla għandu jkun magħmul minn president innominat mill-Awtorità tal-Ħatra u minn membri nnominati mill-Awtorità tal-Ħatra u l-Kumitat tal-Persunal, kull wieħed jinnomina l-istess numru.

▼M85

Għall-kompetizzjonijiet miftuħa komuni għal żewġ istituzzjonijiet jew aktar, il-Bord ta' l-Għażla jkun magħmul minn president maħtur mill-awtorità tal-ħatra imsemmija ►M112  l-Artikolu 2(2) ◄ tar-Regolamenti tal-Persunal u mill-membri maħtura mill-awtorità tal-ħatra imsemmija ►M112  l-Artikolu 2(2) ◄ tar-Regolamenti tal-Persunal fuq proposta mill-istituzzjonijiet, kif ukoll mill-membri maħtura bi ftehim bejn il-Kumitati tal-Persunal ta' l-istituzzjonijiet, b'tali mod li jiżguraw rappreżentanza ndaqs.

▼B

Għal ċerti eżamijiet, il-Bord ta' l-Għażla jista' jkun assistit minn eżaminatur wieħed jew aktar li jservi f'kapaċità ta' konsulenza.

Il-membri tal-Bord ta' l-Għażla għandhom jintgħażlu mill-uffiċjali li ►M112  grupp tal-funzjoni u ◄ l-grad tagħhom huw mill-anqas daqs dak tal-posizzjoni li għandha timtela.

▼M112

Jekk il-bord ta' l-għażla jikkonsiti minn aktar minn erba' membri, ikun magħmul minn mill-anqas żewġ membri ta' kull sess

▼B

Artikolu 4

L-awtorità tal-ħatra għandha tħejji lista tal-kanndidati li jaqgħu taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 28(a), (b) u (ċ) tar-Regolament tal-Persunal u għandha tibgħatha, flimkien mal-fajlstal-kandidati, lill-president tal-Bord ta' l-Għażla.

Artikolu 5

Wara li teżamina dawn il-fajls, il-Bord ta' l-Għażla għandha tħejji lista ta' kandidati, li jħarsu l-ħtiġiet ippreżentati fl-avviż tal-kompetizzjoni.

Meta l-kompetizzjonijiet huma fuq il-bażi ta' l-eżamijiet, il-kandidati kollha fuq il-lista jkunu ammessi għall-eżamijiet.

Meta l-kompetizzjoni hija bbażata fuq il-kwalifiki, wara li jistabbilixxi kif il-kwalifiki tal-kandidati għandu jkunu valutati, il-Bord ta' l-Għażla għandu jikkunidra l-kwalifiki tal-kandidati li jidhru fuq il-lista pprovduta fl-ewwel paragrafu.

Meta l-kompetizzjonijiet huma bbażati kemm fuq l-eżamijiet kif ukoll fuq il-kwalifiki, il-Bord ta' l-Għażla għandu jgħid min mill-kandidati fuq il-lista se jkunu ammessi għall-eżamijiet.

Meta jkunu lesti l-proċeduri tagħha, il-Bord ta' l-Għażla għndha tħejji lista ta' kandidati xierqa pprovduti fl-Artikolu 30 tar-Regolamenti tal-Persunal; kulmeta possibbli l-lista għandu jkun fiha mill-anqas ismijiet id-doppju tan-numru tal-posizzjonijiet li għandhom jimtlew.

Il-Bord ta' l-Għażla għandha tgħaddi din il-lista lill-awtorità tal-ħatra, flimkien ma' rapport bir-raġunijiet mill-Bord ta' l-Għażla, inklużi xi kummenti li l-membri tagħha jitgħu jixtieq jagħmlu.

Artikolu 6

Il-proċeduri tal-Bord ta' l-Għażla għandhom ikunu sigrieti.

▼M112

L-Artikolu 7

1.  L-istituzzjoniet għandhom, wara konsultazzjonijiet mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal, jafdaw lill-Uffiċċju ta' l-Għażla tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (minn issa ‘l-quddiem “l-Uffiċċju”;) bir-responsabbiltà biex jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li standards uniformi huma applikati fil-proċeduri ta' l-għażla ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet, u fl-istima u fil-proċeduri ta' l-eżami, riferuti fl-Artikoli 45 u 45a tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.  Il-kompitu ta' l-Uffiċċju jkun li

(a) jorganizza, fuq talba ta' l-istituzzjonijiet individwali, kompetizzjonijiet individwali;

(b) jipprovdi, fuq it-talba ta' l-istituzzjonijiet individwali, appoġġ tekniku għall-kompetizzjonijiet interni, organizzati minnhom;

(ċ) jistabbilixxi l-kontenut ta' l-eżamijiet kollha, organizzati mill-istituzzjonijiet sabiex jiżgura li l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 45a (1)(ċ) tar-Regolamenti tal-Persunal jitħarsu b'mod armoniżżat u konsistenti.

(d) jassumi responsabbiltà ġenerali għad-definizzjoni u l-organizzazzjoni ta' l-istima ta' l-abiltà lingwista, sabiex jiżgura li l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal jitħarsu b'mod armoniżżat u konsistenti.

3.  L-Uffiċċju jista', fuq it-talba ta' istituzzjonijiet individwali, iwettaq kompiti oħra konnessi ma' l-għażla ta' l-uffiċjali.

4.  L-Uffiċċju għandu, fuq it-talba tagħhom, jipprovdi assistenza lill-istituzzjonijiet differenti bil-għan li jintgħażel persunal temporanju u persunal bil-kuntratt, partikolarment billi jkun definit il-kontenut ta' l-eżami u li jkunu organizzati l-proċedura ta' l-għażla fil-qafas ta' l-Artikoli 12 u 82 tal-Kondizzjonijiet ta' ħaddiema oħra;

▼B




ANNESS IV

Allowances taħt l-Artikoli 41 u 50 tar-Regolamenti tal-Persunal

Artikolu Waħdieni

1.  Uffiċjal li fuqu jkun applikat l-Artikolu 41 jew 50 tar-Regolamenti tal-Persunal ikun intitolat:

(a) għal tliet xhur, għal allowancefix-xahar daqs is-salarju bażiku tiegħu;

(b) għal perjodu li jvarja skond iż-żmien u t-tul tas-servizz skond it-tabella li tidher fil-paragrafu 3, għal allowancefix-xahar daqs:

 85 % tas-salarju bażiku tiegħu mir-raba' sas-sitt xahar;

 70 % ta-salarju bażiku tiegħu għall-ħames snin li jmiss;

 60 % tas-salarju bażiku tiegħu minn hemm ‘l quddiem.

L-allowancegħandha tieqaf mill-ġurnata meta l-uffiċjal jagħlaq is- ►M112  63 ◄ sena.

▼M23

Madankollu, ‘il fuq minn dak iż-żmien u sa l-età ta' 65 sena, l-uffiċjal għandu jkompli jirċievi l-allowancesakemm jilħaq il-pensjoni massima ta' l-irtirar.

Is-salarju bażiku għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu jkunu dawk li jidhru fit-tabella fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal li huwa fis-seħħ fix-xahar li fih l-allowancegħandu jitħallas.

▼B

2.  Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness għandhom ikunu riveduti wara li r-Regolamenti tal-Perunal jidħlu fis-seħħ.

3.  Il-perjodu li għalih l-uffiċjal għadu jirċievu l-allowancepprovdut fl-Artikolu 41 jew 50 tar-Regolamenti tal-Persunal ikun stabbilit billi t-tul tas-servizz tiegħu jkun immoltiplikat bil-persentaġġ xieraq għall-età tiegħu kif jidher fit-tabella li ġejja; dan il-perjodu, meta meħtieġ, għandu jkun imdawwar għax-xahar li jmiss taħtu.



Età

%

20

18

21

19,5

22

21

23

22,5

24

24

25

25,5

26

27

27

28,5

28

30

29

31,5

30

33

31

34,5

32

36

33

37,5

34

39

35

40,5

36

42

37

43,5

38

45

39

46,5

40

48

41

49,5

42

51

43

52,5

44

54

45

55,5

46

57

47

58,5

48

60

49

61,5

50

63

51

64,5

52

66

53

67,5

54

69

55

70,5

56

72

57

73,5

58

75

►M23  59–64 ◄

►M23  76,5 ◄

▼M112

4.  Matul il-perjodu ta' l-intitolament għall-benefiċċji, u għall-ewwel sitt xhur ta' wara, l-uffiċjal riferut fl-Artikoli 41 u 50 tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun intitolat, fuqu u fuq il-persuni koperti bl-assigurazzjoi tiegħu, għal benefiċċji taħt l-iskema ta' l-assigurazzjoni tal-mard, ipprovduti fl-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal, bil-kondizzjoni li l-uffiċjal iħallas il-kontribuzzjoni xierqa, maħduma b'riferenza, skond il-każ, jew fuq il-paga bażika tiegħu jew fuq persentaġġ tagħha speċifikat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u li mhux impjegat bil-qligħ.

▼B

Fl-aħħar tal-perjodu imsemmi fl-ewwel subparagrafu u bil-kondizzjonijiet imniżżla fih, l-uffiċjal ikkonċernat jista', fuq it-talba tiegħu, ikompli jirċievi l-benefiċċji taħt l-imsemmija skema ta' l-assigurazzjoni kontra l-mard bil-kondizzjoni li jħallas sħiħa l-kontribuzzjoni imsemmija fl-Artikolu 72(1) tar-Regolmenti tal-Persunal.

Meta l-intitolament ta' l-uffiċjal għall-allowancejieqaf, il-kontribuzzjoni għandha tinħadem b'riferenza għall-allowancefix-xahar li rċieva l-aħħar.

Meta uffiċjal jibda jieħu pensjoni taħt l-iskema tal-pensjoni pprovduta fir-Regolamenti tal-Persunal, għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal, huwa għandu jkun ittrattat bl-istess mod bħal uffiċjal li baqa' fis-servizz sa l-età ta' ►M112  63 ◄ sena.

▼M112




ANNESS IVa

Xogħol part-time

Artikolu 1

It-talba għall-awtorizzazzjoni biex jinħadem il-part-time għandha tintefa' mill-uffiċjal u tgħaddi mis-superjur ta' fuqu mill-anqas xahrejn qabel id-data mitluba, għajr f'każijiet urġenti li mhux veru ġġustifikati.

L-awtorizzazzjoni tista' tingħata għal minimu ta' xahar u massimu ta' tliet snin, mingħajr preġudizzju għall-każijiet riferuti fl-Artikolu 15 u l-Artikolu 55a(2)(e).

L-awtorizzazzjoni tista' tiġġedded bl-istess kondizzjonijiet. L-applikazzjonijiet għat-tiġdid għandhom isiru mill-uffiċjal ikkonċernat mill-anqas xahrejn qabel jiskadi l-perjodu li għalih ingħatat l-awtorizzazzjoni. Ix-xogħol part-time ma jistax ikun anqas minn nofs il-ħin normali tax-xogħol.

Perjodu ta' xogħol part-time għandu jibda fl-ewwel ġurnata tax-xahar, għajr f'każijiet li huma veru ġġustifikati.

Artikolu 2

L-Awtorità tal-Ħatra tista' fuq it-talba ta' l-uffiċjal ikkonċernat, tirtira l-awtorizzazzjoni qabel jiskadi l-perjodu li ngħatat għalih. Id-data ta' l-irtirar ma tistax tkun aktar minn xahrejn wara d-data proposta mill-uffiċjal, jew erba' xhur wara dik id-data jekk ix-xogħol part-time kien awtorizzat għal aktar minn sena.

L-Awtorità tal-Ħatra tista' fuq, f'każijiet ta' eċċezzjoni u fl-interessi tas-servizz, tirtira l-awtorizzazzjoni qabel jiskadi l-perjodu li ngħatat għalih, wara li tagħti avviż ta' xahrejn lill-uffiċjal.

Artikolu 3

Uffiċjal għandu jkun intitolat, matul il-perjodu li għalih kien awtorizzat x-xogħol part-time, għal persentaġġ fuq ir-remunerazzjoni tiegħu li jikkorrospondi għall-ħin normali li nħadem. Iżda, il-persentaġġ m'għandux ikun applikat għall-benefiċċju tat-tfal dipendenti, l-ammont bażiku tal-benefiċċju tal-familja jew il-benefiċċju ta' l-edukazzjoni.

Il-kontribuzzjonijiet għall-iskema ta' l-assigurazzjoni tal-mard għandhom jinħadmu b'riferenza għas-salarju bażiku pagabbli lil uffiċjal li jaħdem full-time. ►C2  Il-kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjoni jinħadmu b'riferenza għas-salarju bażiku riċevut minn uffiċjal li jaħdem part-time. ◄ L-uffiċjal jista' jitlob ukoll li l-kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjoni jinħadmu b'riferenza għas-salarju bażiku pagabbli lil uffiċjal li jaħdem full-time, skond l-Artikolu 83 tar-Regolamenti tal-Persunal. Id-drittijiet miksuba tal-pensjoni, għall-iskopijiet ta' l-Artikoli 2, 3, u 5 ta' l-Annness VIII, għandhom jinħadmu fi proporzjon mal-persentaġġ tal-kontribuzzjonijiet imħallsa.

Matul il-perjodu tax-xogħol part-time, l-uffiċjal ma jistax jagħmel sahra jew jingaġġa ruħu f'xi attività bil-qligħ, għajr attività skond l-Artikolu 15 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 4

Minkejja l-ewwel sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3, l-uffiċjali li għandhom aktar minn 55 sena, awtorizzati biex jaħdmu nofs il-ħin bi preparament għall-irtirar, għandhom jirċievu salarju bażiku mnaqqas, daqs l-ogħla taż-żewġ ammonti bl-applikazzjoni tal-persentaġġi li ġejjin fuq is-salarju bażiku full-time:

(a) jew 60 %

(b) jew il-persentaġġ li jikkorrospondi għas-snin tas-servizz, fis-sens ta' l-Artikoli 2, 3, 4, 5, 9 u 9a ta' l-Anness VIII fil-bidu tal-perjodu tax-xogħol ta' nofs il-ħin, bl-addizzjoni ta' 10 %.

L-uffiċjali li jagħmlu applikazzjoni taħt dan l-Artikolu huma meħtieġa, meta jieqfu mix-xogħol fuq nofs il-ħin, jew li jirtiraw jew li jħallsu l-ammont li jaqbeż il-50 % tas-salarju bażiku li rċevew matul il-perjodu tax-xogħol fuq nofs il-ħin.

Artikolu 5

L-Awtorità tal-Ħatra tista' tniżżel ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet.

▼B




ANNESS V

Leave

LISTA TAL-KONTENUT

Taqsima 1:

Leavefis-sena

1 – 5

Taqsima 2:

Leave speċjali

6

Taqsima 3:

Ħin ta' l-ivvjaġġar

7

Taqsima 1

LEAVEFIS-SENA

Artikolu 1

Fis-sena li fiha l-uffiċjal jidħol jew jitlaq mis-servizz, għandu jkun intitolat għal leavedaqs jumejn xogħol għal kull xahar sħiħ ta' servizz, għal jumejn xogħol għal xahar mhux komplut li jikkonsisti f'aktar minn 15-il ġurnata u għal ġurnata xogħol għal xahar mhux komplut ta' 15-il ġurnata jew anqas.

Artikolu 2

Leavefis-sena jistgħu jittieħdu f'daqqa jew fuq ħafna perjodi kif mixtieq mill-uffiċjal u skond il-ħtiġiet tas-servizz. Madankollu, għandhom jinkludu mill-anqas perjodu wieħed ta' ġimgħatejn konsekuttivi. Uffiċjal li jibda s-servizz għandu jingħata leavetas-sajf biss wara li jagħmel daqs tliet xhur xogħol; leavejistgħu jkunu approvati qabel dan f'każijiet ta' eċċezzjoni għal raġunijiet sostanzjati tajjeb.

Artikolu 3

Jekk, matul il-leave, uffiċjal ilaqqat marda li kieku ma kenitx tħallih jattedi għax-xogħol kieku ma kienx bil-leave, il-leavefis-sena tiegħu jittawwlu bil-perjodu ta' l-inkapaċità tiegħu, suġġetta għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat mediku.

Artikolu 4

Meta uffiċjal, għal raġunijiet barra l-ħtiġiet tas-servizz, m'użax il-leavekollha tas-sena tiegħu qabel l-aħħar tas-sena kalendarja kurrenti, l-ammont ta' leaveli jista' jinġarr għas-sena ta' wara m'għandux jaqbeż it-12-il ġurnata.

Meta uffiċjal fil-mument li jitlaq mis-servizz m'użax il-leavetas-sena kollha tiegħu, għandu jitħallas kumpens daqs wieħed minn tletin tar-remunerazzjoni fix-xahar tiegħu fil-mument li jitlaq mis-servizz għal kull ġurnata ta' leavedovuta lilu.

Somma maħduma fil-mod ipprovdut fil-paragrafu ta' qabel għandha titnaqqas mill-pagament dovut lil uffiċjal li fil-mument meta jitlaq mis-servizz ħa leavetas-sena aktar mill-intitolament tiegħu sa dik id-data.

Artikolu 5

Meta uffiċjal jissejjaħ lura għax-xogħol għal raġunijiet tas-servizz meta jkun fuq leavetas-sena jew kellu l-leavetiegħu kkanċellati, kull spiża li jonfoq għandha tkun timborżata, suġġetta għall-preżentazzjoni ta' l-evidenza xierqa, u ż-żmien ta' l-ivvjaġġar għandu jingħata mill-ġdid.



Taqsima 2

LEAVE SPEĊJALI

Artikolu 6

Barra dawn il-vaganzi fis-sena, uffiċjal jista', b'applikazzjoni, jingħata leavespeċjali. B'mod partikolari, fil-każijiet li ġejjin, leavespeċjali jistgħu jingħataw kif muri:

 żwieġ ta' l-uffiċjal: erbat' ijiem;

 bidla fir-residenza ta' l-uffiċjal: sa jumejn;

 mard serju tal-konsorti: sa tliet ijiem;

 mewt tal-konsorti: erbat' ijiem;

 mard serju ta' qraba ta' qablu: sa jumejn;

 mewt ta' qraba ta' qablu: jumejn;

  ►M112  ————— ◄ żwieġ ta' tifel/tifla: jumejn;

▼M112

 twelid ta' tarbija: 10 ġranet, li għandhm jittieħdu matul l-erbatax-il ġimgħa wara t-twelid;

 mewt tal-mara waqt il-vakanzi tal-maternità: numru ta' ġranet li jikkorrospondi mal-vakanzi tal-maternità li baqa'; jekk il-mara mejta m'hihiex uffiċjal, il-vakanzi tal-maternità li baqa' huma stabbiliti bl-applikazzjoni b'analoġija tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 58 tar-Regolamenti tal-Persunal;

▼B

 mard serju tat-tifel/tifla: sa jumejn;

▼M112

 tfal morda serjament ħafna, iċċertifikati minn tabib, tfal tat-12-il sena jew anqas l-isptar: sa ħamest ijiem;

▼B

 mewt tat-tifel/tifla: erba' ġranet;

▼M112

 adozzjoni tat-tfal: 20 ġimgħa, li jitilgħu għal 24 ġimgħa fil-każ ta' l-adozzjoni ta' tifel invalidu:

 Kull tifel adottat għandu jġib intitolament għal perjodu wieħed biss ta' vakanzi speċjali li jita' jinqasam bejn il-ġenituri adottivi jekk it-tnejn huma uffiċjali. Jingħata biss jekk mart l-uffiċjal hija ngaġġata f'attività ta' mill-anqas nofs il-ħin, bil-qligħ. Jekk il-mara taħdem barra l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet u tibbenefika minn vakanzi simili, numru ta' ġranet li jikkorrospondi għandu jitnaqqas mill-intitolament ta' l-uffiċjal.

 L-Awtorità tal-Ħatra tista', f'każijiet ta' bżonn, tagħti vakanzi speċjali addizzjonali f'każijiet fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tal-pajjiż li fih issir il-proċedura ta' l-adozzjoni u li m'hihiex il-pajjiż ta' l-impieg ta' l-uffiċjal adottiv, teħtieġ li joqgħod wieħed jew iż-żewġ ġenituri adottivi;

 Il-vakanzi speċjali ta' 10 tijiem għandhom jingħataw jekk l-uffiċjal ma jibbenefikax mill-vakanzi speċjali sħaħ ta' 20 jew 40 ġimgħa minħabba l-ewwel sentenza ta' dan l-inċiż; dawn il-vakanzi speċjali addizzjonali għandhom jingħataw darba waħda biss għal kull tifel adottat.

▼M39

L-istituzzjoni tist' wkoll tagħti leavespeċjali fil-każ ta' aktar taħriġ u struzzjoni, fil-limiti mniżżla fil-programm għal aktar taħriġ u struzzjoni mħejji mill-istituzzjoni skond ►M112  l-Artikolu 24a tar-Regolamenti tal-Persunal ◄ .

▼M112

Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, is-sieħeb mhux miżżewweġ ta' uffiċjal għandu jitqies bħala miżżewweġ, fejn l-ewwel tliet kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 1(2)(ċ) ta' l-Anness VII jitħarsu.

▼B



Taqsima 3

ĦIN TA' L-IVVJAĠĠAR

Artikolu 7

▼M9

Mal-perjodu tal-leavepprovdut fit-Taqsima 1 t'hawn fuq għandu jkun miżjud il-ħin ibbażat fuq id-distanza bil-linja tal-ferrovija bejn il-post tal-leaveu l-post ta' l-impieg, maħdum kif ġej:

 50 sa 250 km: ġurnata għall-vjaġġ tat-tluq u lura,

 251 sa 600 km: jumejn għall-vjaġġ tat-tluq u lura,

 601 sa 900 km: tliet ijiem għall-vjaġġ tat-tluq u lura,

 901 sa 1 400 km: erbat ijiem għall-vjaġġ tat-tluq u lura,

 1 401 sa 2 000 km: ħamet ijiem għall-vjaġġ tat-tluq u lura,

 aktar minn 2 000 km: sitt ijiem għall-vjaġġ tat-tluq u lura.

▼M112 —————

▼M9

Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, il-post tal-leavedwar il-leavetas-sena jkun il-post ta' l-oriġini.

▼M112

Id-disposizzjonijiet ta' qabel għandhom japplikaw għall-uffiċjali li l-post ta' l-impieg tagħhom qiegħed fit-territorji ta' l-Istati Membri. Jekk il-post ta' l-impieg qiegħed barra dawn it-territorji, il-ħin ta' l-ivvjaġġar għandu jkun stabbilit b'deċiżjoni speċjali, li tikkunsidra l-ħtiġijiet partikolari.

▼M9

Meta leavespeċjali jingħataw skond it-Taqsima 2, kull ħin ta' l-ivvjaġġar għandu jkun stabbilit b'deċiżjoni speċjali, li tikkunsidra l-ħtiġiet partikolari.

▼B




ANNESS VI

leave ta' kumpens u remunerazzjoni ta' sahra

Artikolu 1

Fil-limiti mniżżla fl-Artikolu 56 tar-Regolamenti tal-Persunal, sahra maħduma minn uffiċjal ►M112  gradi AST 1 sa AST 4 ◄ tintitolah għal leaveta' kumpens jew għal remunerazzjoni kif ġej:

(a) Għal kull siegħa ta' sahra, ikun intitolat għal ►M39  siegħa u nofs mhux ◄ xogħol bħala leaveta' kumpens; jekk is-siegħa tas-sahra tinħadem bejn l-22.00 u s-7.00 jew nhar ta' Ħadd jew f' vakanza pubblika, l-intitolament għall-leaveta' kumpens ►M39  ikun ta' sagħtejn ◄ ; fl-għoti tal-leaveta' kumpens, il-ħtiġiet tas-servizz u l-preferenza ta' l-uffiċjal ikkonċernat ikunu kkunsidrati.

(b) Meta l-ħtiġiet tas-servizz ma jippermettux li jittieħdu leaveta' kumpen matul ix-xahar ta' wara dak li fih inħadmet is-sahra, l-awtorità tal-ħatra għandha tawtorizza remunerazzjoni għal siegħat mhux kumpensati ta' sahra bir-rata ta' ►M39  0.56 % ◄ tas-salarju bażiku fix-xahar għal kull siegħa ta' sahra fuq il-bażi ppreżentat fis-subparagrafu (a).

(ċ) Biex jikkwalifika għal leaveta' kumpens jew remunerazzjoni għal siegħa sahra, il-ħin li nħadem żejjed irid ikun aktar minn 30 minuta.

Artikolu 2

Jekk uffiċjal qed jivvjaġġa fuq missjoni, il-ħin li jieħu biex jilħaq il-post ta' l-inkarigu ma jitqisx bħala sahra għall-iskopijiet ta' dan l-Anness. Dwar il-ħiniet li nħadmu fil-post ta' l-inkarigu iżjed min-numru normali tas-siegħat tax-xogħol, leaveta' kumpen jew remunerazzjoni, skond xi jkun il-każ, jistgħu jitħallew b'deċiżjoni ta' l-awtorità tal-ħatra.

Artikolu 3

Minkejja d-disposizzjonijiet ta' qabel ta' dan l-Anness, ir-remunerazzjoni għal sahra li tinħadem minn ċerti gruppi ta' l-uffiċjali ►M112  gradi AST 1 sa AST 4 ◄ taħt kondizzjonijiet speċjali jistgħu jitħallsu f'forma ta' allowancefissa, li l-ammont u l-kondizzjonijiet tiegħu jkunu stabbiliti mill-awtorità tal-ħatra wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat Konġunt.




ANNESS VII

Ir-remunerazzjoni u r-Rimborsar ta' spejjeż

LISTA TAL-KONTENUT

Taqsima 1:

L-allowance tal-familja

1 – 3

Taqsima 2:

Allowance ta' l-espatrijazzjoni

4

Taqsima 3:

Rimbors ta' l-ispejjeż

A —

Allowanceta' l-istallazzjoni

5

B —

Allowanceta' rinstallazzjoni

6

Ċ —

Spejjeż ta' l-ivvjaġġar

7 – 8

D —

Spejjeż tat-tneħħija

9

E —

Allowancetas-sussistenza ta' kuljum

10

F —

Spejjeż tal-missjoni

11 – 13a

G —

Rimborsar fiss ta' l-ispejjeż

14 – 15

Taqsima 4:

Ħlas ta' somom dovuti

16 – 17

Taqsima 1

L-ALLOWANCETAL-FAMILJA

Artikolu 1

▼M112

1.  Il-benefiċċju tal-familja għandu jkun stabbilit bħala ammont bażiku ta' ►M122  EUR 164,27 ◄ , bl-addizzjoni ta' 2 % tas-salarju bażiku ta' uffiċjal.

▼M25

2.  L-allowancetal-familja għandu jingħata lil:

(a) uffiċjal miżżewweġ;

(b) uffiċjal li huwa armel, iddivorzjat, separat legalment, jew mhux miżżewweġ u għandu tifel dipendenti wieħed jew aktar fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) jew (3) t'hawn taħt;

▼M112

(ċ) uffiċjal li huwa rreġistrat bħala sieħeb stabbli, mhux miżżewweġ, sakemm:

(i) il-koppja tipproduċi dokument legali, rikonoxxut bħal tali minn Stat Membru, jew kull awtorità kompetenti ta' Stat Membri, li tirrikonoxxi l-istat tagħhom bħala sħab mhux miżżewġa;

(ii) l-ebda sieħeb m'hu qiegġed f'relazzjoni maritali, jew f'xi relazzjoni oħra mhux maritali,

(iii) l-imsieħba ma jiġux min xulxin b'xi mod li ġej: ġenitur, iben/bint, nannu/nanna, neputi tan-nanniet, ħu, oħt, ziju, ziju, neputi, neputija, ħaten, ħtint;

(iv) il-koppja m'għandhiex aċċess għal żwieġ legali fi Stat Membru, il-koppja għandha titqies li għandha aċċess għal żwieġ legali għall-sikopijiet ta' dan il-punt biss fejn il-membri tal-koppja jħarsu l-kondizzjonijiet kollha mniżżla mill-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li jippermetti ż-żwieġ tat-tali koppja;

▼M25

►M112  (d) ◄  b'deċiżjoni raġunata speċjali ta' l-awtorità tal-ħatra bbażata fuq dokumenti ta' appoġġ, uffiċjal li, għalkemm ma jaqax taħt il-kondizzjonijiet ►M112  imniżżel f'(a), (b) u (ċ) ◄ , xorta waħda attwalment jassumi responsabbiltajiet tal-familja.

3.  Jekk il-konsorti ta' l-uffiċjal taħdem bi qligħ, bi dħul fis-sena qabel it-tnaqqis ta' taxxa, ta' aktar mis-salarju bażiku fis-sena ta' uffiċjal ►M39   ►M112  it-tieni ◄ skala tal-grad 3 ◄ , peżat bir-rata tal-pajjiż fejn il- konsorti twettaq l-okkupazzjoni tagħha, l-uffiċjal intitolat għall-allowancetal-familja ma jirċevix din l-allowanceħlief b'deċiżjoni speċjali ta' l-awtorità tal-ħatra. Madankollu, l-uffiċjal għandu jkun intitolat għal allowancefejn il-koppja miżżewġa għandhom tifel dipendenti wieħed jew aktar.

4.  Fil-każijiet fejn, taħt id-diposizzjonijiet ta' qabel, ir-raġel u l-konsorti li huma impjegati fis-servizz tal-Komunitajiet, huma t-tnejn intitolati għall-allowancetal-familja, dan għandu jitħallas biss lill-persuna bl-ogħla salarju bażiku.

▼M56

5.  Jekk l-uffiċjal huwa intitolat għall-allowancetal-familja biss bis-saħħa tal-paragrafu 2(b) u persuna oħra minbarra l-uffiċjal ingħatat bil-liġi jew b'ordni mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva kompetenti, kustodja tat-tfal dipendenti kollha tiegħu fis-sens ta' l-Artikoli 2(2) u (3) t'hawn taħt, l-allowancetal-familja għandu jitħallas lil dik il-persuna l-oħra f'isem u għan-nom ta' l-uffiċjal. Din il-kondizzjonijiet titqies li tħarset fil-każ tat-tfal dipendenti li saru maġġorenni jekk it-tali tfal għandhom ir-residenza normali tagħhom mal-ġenitur l-ieħor.

Madankollu, jekk it-tfal ta' l-uffiċjali qed jieħdu ħsiebhom bosta persuni differenti, l-allowancetal-familja għandu jinqasam bejniethom skond in-numru ta' tfal li qed jieħdu ħsieb.

Jekk il-persuna eliġibbli bis-saħħa ta' dan t'hawn fuq li tirċievi l-allowancetal-familja mħallas f'isem l-uffiċjal hija wkoll eliġibbli li tirċievi din l-allowanceminħabba l-istat tiegħu jew tagħha bħala uffiċjal jew membri ieħor tal-persunal, dik il-persuna għandha tirċievi biss l-ogħla taż-żewġ allowances.

▼B

Artikolu 2

▼M16

1.  Skond il-paragrafi 2 u 3 t'hawn taħt, uffiċjal li għandu tifel dipendenti wieħed jew aktar għandu jirċievi allowanceta' ►M122  EUR 358,96 ◄ fix-xahar għal kull tifel dipendenti.

2.  “Tifel dipendenti” ifisser it-tifel leġittimu, naturali jew adottat ta' uffiċjal, jew tal-konsorti tiegħu li attwalment mantnut mill-uffiċjal.

L-istess għandu japplika għal tifel li għalih saret applikazzjoni għall-adozzjoni u nbdiet il-proċedura ta' l-adozzjoni.

▼M112

Kull tifel li l-uffiċjal għandu r-responabbiltà li jmantni taħt deċiżjoni ġudizzjarja bbażata fuq il-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri dwar il-ħarsien tal-minuri, għandu jitqies bħala tifel dipendenti.

▼M16

3.  Il-benefiċċju għandu jkun jingħata:

(a) awtomatikament lit-tfal taħt it-18-il sena;

(b) bl-evidenza ta' appoġġ, ma' l-applikazzjoni mill-uffiċjal għat-tfal bejn it-18 u s-26 sena li jirċievu taħriġ edukazzjonali jew vokazzjonali.

▼B

4.  Kull persuna li l-uffiċjal għandu reponsabbiltà legali li jżomm u li l-manteniment tagħha jinvolvi spejjeż kbar tista', bħala eċċezzjoni, titqies li hija tifel indipendenti b'deċiżjoni raġunati speċjali ta' l-awtorità tal-ħatra, ibbażata fuq dokumenti ta' appoġġ.

5.  Il-pagament tal-allowancedwar tifel li ma jitħallix minħabba mard serju jew invalidità milli jaqla' biex jgħix, għandu jkompli matul il-perjodu ta' dak il-mard jew invlidità, tjkun xi tkun l-età.

6.  Mhux aktar minn allowancewaħda għat-tfal dipendenti ma jitħallas għal kull tifel dipendenti fis-sens ta' dan l-Artikolu, anki meta l-ġenituri qegħdin fis-servizz ta' żewġ istituzzjonijiet differenti tat-tliet Komunitajiet Ewropej.

▼M56

7.  Jekk il-kustodja tat-tifel dipendenti fis-sens tal-paragrafi 2 u 3 kienet fdata mill-liġi jew minn ordni tal-qorti jew ta' l-awtorità amministrattiva kompetenti lil persuna oħra, l-allowancetat-tifel dipendenti jitħallas lil dik il-persuna f'isem u għan-nom ta' l-uffiċjal.

▼B

Artikolu 3

▼M112

1.  Suġġett għall-kondizzjonijiet imniżżla fid-disposizzjonijiet ġenerali ta' l-implimentazzjoni, uffiċjal għandu jirċievi benefiċċju ta' l-edukazzjoni daqs l-ispejjeż vera li ħallas, sa massimu ta' ►M122  EUR 243,55 ◄ kull xahar għal kull tifel dipendenti, fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) ta' dan l-Anness, li jkollu mill-anqas ħames snin u jkun jattendi full-time u regolarment skola primarja jew sekondarja li tieħu l-miżati, jew stabbiliment ta' edukazzjoni ogħla. Il-ħtieġa għall-attendenza fi skola li tieħu l-miżati, ma tapplikax għar-rimborżar ta' l-ispiża tat-trasport ta' l-iskola.

▼M16

L-intitolament għal din l-allowancejibda fl-ewwel ġurnata tax-xahar li fiha t-tifel jibda jattendi stabbiliment edukazzjonali primarja u jieqaf fl-aħħar tax-xahar li fih it-tifel jagħlaq is-26 sena.

▼M112

Il-benefiċċju mħallas għandu jkun suġġett għal-limitu tad-doppju tal-massimu preskritt fl-ewwel subparagrafu għal:

▼M39

 uffiċjal li l-post ta' l-impieg huwa mill-anqas 50 km minn, jew:

 

 skola Ewropea, jew

 stabbiliment edukazzjonali li jaħdem fil-lingwa tiegħu li t-tifel jattendi għal raġunijiet edukazzjonali importanti appoġġati sew b'evidenza;

▼M29

 uffiċjal li l-post ta' l-impieg tiegħu huwa mill-anqas 50 km minn stabbiliment ta' edukazzjoni ogħla fil-pajjiż li fih huwa ċittadin jew jaħdem fil-lingwa tiegħu, sakemm it-tifel attwalment jattendi stabbiliment ta' edukazzjoni ogħla ta' mill-anqas 50 km mill-post ta' l-impieg u l-uffiċjal huwa intitolat għall-allowanceta' l-espatrijazzjoni; il-kondizzjoni ta' l-aġġar m'għandhiex tapplika jekk m'hemmx it-tali stabbiliment fil-pajjiż li l-uffiċjal huwa ċittadin tiegħu ►M112  jew fejn it-tifel jattendi stabbiliment ta' edukazzjoni ogħla, f'pajjiż barra l-post ta' l-impieg ta' l-uffiċjal ◄ ;

▼M112

 bl-istess kondizzjonijiet taż-żewġ inċiżi ta' qabel, il-persuni intitolati għall-benefiċċju, li m'humiex f'servizz attiv, wara li jkun ikkunsidrat il-post tar-residenza minflok il-post tax-xogħol.

Il-ħtieġa għall-attendenza fi skola li tieħu l-miżati, ma tapplikax għall-pagamenti ta' taħt it-tielet subparagrafu.

▼M56

Jekk il-kustodja tat-tifel li fuqu jitħallas l-allowanceta' l-edukazzjoni kienet fdata mill-liġi jew minn ordni tal-qorti jew ta' l-awtorità amministrattiva kompetenti lil persuna oħra, l-allowanceta' l-edukazzjoni titħallas lil dik il-persuna f'isem u għan-nom ta' l-uffiċjal. Fit-tali każ, id-distanza ta' mill-anqas 50 km imsemmija fil-paragrafu ta' qabel għandha tinħadem mill-post tar-residenza tal-persuna li għandha l-kustodja tat-tifel.

▼M112

2.  Għal kull tifel dipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) ta' dan l-Anness, li għandu anqas minn ħames snin u għadu mhux jattendi regolarment full-time fi skola primarja jew sekondarja, l-ammont ta' dan il-benefiċċju huwa stabbilit bħala ►M122  EUR 87,69 ◄ fix-xahar. L-ewwel sentenza ta' l-aħħar subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu japplika.

▼B



Taqsima 2

ALLOWANCETA' L-ESPATRIJAZZJONI

Artikolu 4

 

L-allowanceta' l-espatrijazzjoni għandu jitħallas, daqs 16 % ta' l-ammont totali tas-salarju bażiku, bl-addizzjoni ►M25  tal-allowancetal-familja ◄ , u l-benefiċċju tat-tfal ►M25  dipendenti mħallsa lill-uffiċjal ◄ :

 ◄

(a) lill-uffiċjali:

 li m'humiex u qatt ma kienu ċittadini ta' l-Istat ►M39  ————— ◄ li fih territorju tiegħu qiegħed il-post fejn huma impjegati, u

 li matul il-ħames snin li jispiċċaw sitt xhur qabel daħlu fis-servizz ma kienux jgħixu jew iwettqu l-okkupazzjoni ewlenija tagħhom ġewwa t-territorju Ewropej ta' dak l-Istat. Għall-iskopijiet ta' din id-disposizzjoni, iċ-ċirkostanzi li jinħolqu minn xogħol li sar fi Stat ieħor jew għal organizzazzjoni internazzjonali ma jkunux ikkunsidrati;

(b) għall-uffiċjali li huma jew kienu ċittadini ta' l-Istat li fit-territorju jinsab il-post fejn huma impjegati iżda li matul l-għaxar snin li jispiċċaw fid-data ta' meta daħlu fis-servizz jgħixu barra t-territorju Ewropew ta' dak l-Istat għal raġunijiet minbarra l-qadi tad-dmirijiet fis-servizz ta' Stat jew ta' organizzazzjoni internazzjonali.

▼M16

L-allowanceta' l-espatrijazzjoni m'għandux ikun anqas minn ►M122  EUR 486,88 ◄ kull xahar.

▼M25 —————

▼M39

2.  Uffiċjal li m'huwiex u qatt ma kien ċittadin ta' l-Istat li huwa impjegat fit-territorju tiegħu u ma jħarisx il-kondizzjonijiet imniżżla fil-pragrafu 1 ikun intitolat għal benefiċċju ta' residenza barranija daqs kwart ta' l-allowanceta' l-espatrijazzjoni.

3.  Għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 u 2, uffiċjal li, biż-żwieġ, awtomatikament akkwista, mingħajr il-possibbiltà li jirrinunzja, iċ-ċittadinanza fl-Istat li fit-territorju tiegħu jinsab il-post ta' l-impieg tiegħu jew tagħha, ikun ittrattat bl-istess mod bħall-uffiċjal kopert mill-ewwel inċiż tal-paragrafu 1(a).

▼M112 —————

▼B



Taqsima 3

RIMBORS TA' L-ISPEJJEŻ



A.

Allowanceta' l-istallazzjoni

Artikolu 5

▼M112

1.  Benefiċċju għall-istabbiliment, daqs salarju bażiku ta' xahrejn fil- każ ta' uffiċjal li huwa intitolat għall-benefiċċju tal-familja, u daqs salarju bażiku ta' xahar wieħed f'każijiet oħra, għandu jitħallas lil uffiċjal stabbilit li jipprovdi evidenza li bidla fil-post tar-residenza tiegħu kienet meħtieġa biex jitħarsu l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼M25

Fil-każijiet fejn ir-raġel u l-konsorti, li huma ►M112  jew ħaddiema oħra ◄ uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, huma t-tnejn intitolati għall-allowanceta' tgħammir, dan għandu jitħallas biss lill-persuna bl-ogħla salarju bażiku.

▼M23

L-allowanceta' l-istallazzjoni għandu jkun peżat bir-rata stabbilita għall-post fejn l-uffiċjal huwa impjegat.

▼B

2.  L-allowanceta' l-istallazzjoni ta' l-istess ammont għandu jitħallas lil kull uffiċjal li jkun ittrasferit għal post ġdid ta' impieg u huwa b'hekk obbligat li jbiddel il-post tar-residenza tiegħu sabiex iħares l-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.  L-allowanceta' l-istallazzjoni għandu jinħadem b'riferenza għall-istat maritali u s-salarju ta' l-uffiċjal jew fuq id-data effettiva ta' l-istabbiliment tiegħu jew fuq id-data tat-trasferiment tiegħu għall-post il-ġdid ta' l-impieg.

L-allowanceta' l-istallazzjoni għandu jitħallas mal-preżentazzjoni tad-dokumenti li jistabbilixxu l-fatt li l-uffiċjal, flimkien mal-familja tiegħu huwa intitolat jekk huwa ►M25  intitolat għal allowancetal-familja ◄ , stabbilixxa ruħu fil-post fejn huwa impjegat.

4.  Uffiċjal li huwa ►M25  intitolat għal allowancetal-familja ◄ u ma jistabbilixxix ruħu mal-familja tiegħu fil-post fejn huwa impjegat, għandu jirċievi biss nofs l-allowanceli kieku kien ikun intitolat għalih; it-tieni nofs għandu jitħallas meta l-familja tiegħu tiġi toqgħod fil-post fejn hu impjegat, sakemm tagħmel dan matul il-perjodi mniżżla fl-Artikolu 9(3). Meta l-uffiċjal huwa ttrasferit għall-post fejn toqgħod il-familja tiegħu qabel il-familja tiegħu stabbilixxiet ruħha fil-post fejn huwa impjegat, huwa b'hekk m'għandux ikun intitolat għal allowanceta' l-istallazzjoni.

5.  Uffiċjal stabbilit li rċieva allowanceta' l-istallazzjoni u li volontarjament telaq mis-servizz tal-Komunitajiet fi żmien sentejn mid-data li jibdih, għandu hekk kif jitlaq mis-servizz, jirrifondi parti mill-allowance, fil-proporzjon tal-porzjoni li ma skadietx f'dak il-perjodu ta' sentejn.

▼M23

6.  Uffiċjal li jirċievi allowanceta' l-istallazzjoni għandu jiddikjara kull allowanceta' l-istess natura li jirċievi minn sorsi oħra; it-tali allowancesta' l-aħħar għandhom jitnaqqsu mill-allowancepprovdut f'dan l-Artikolu.

▼B



B.

allowanceta' rinstallazzjoni

Artikolu 6

1.  Uffiċjal stabbilit li jħares ►M112  li jipprovdi evidenza ta' bidla fir-residenza ◄ għandu jkun intitolat meta jieqaf mis-servizz għal allowanceta' rinstallazzjoni daqs xahrejn salarju bażiku fil-każ ta' uffiċjal ►M25  intitolat għal allowancetal-familja ◄ jew għal xahar salarju bażiku ►M25  f'każijiet oħra ◄ , sakemm ta erba' snin servizz u ma jirċevix allowancesimili fl-impieg il-ġdid tiegħu. ►M25  Fil-każijiet ta' raġel u l-konsorti, li huma uffiċjali ►M112  jew ħaddiema oħra ◄ tal-Komunitajiet, huma t-tnejn intitolati għall-allowanceta' rinstallazzjoni, dan għandu jitħallas biss lill-persuna bl-ogħla salarju bażiku. ◄

Għall-iskopijiet biex jinħadem dan is-servizz, għandhom ikunu kkunsidrati s-snin li għamel f'xi stat amministrattiv imniżżel fl-Artikolu 35 tar-Regolamenti tal-Persunal barra l-leavegħal raġunijiet personali.

Dan il-perjodu minimu ma japplikax fil-każ ta' rtirar fl-interessi tas-servizz.

▼M23

Il-allowanceta' rinstallazzjoni għandha tkun peżata bir-rata stabbilita għall-post fejn l-uffiċjal kien impjegat l-aħħar.

▼M25

2.  Fil-każ tal-mewt ta' uffiċjal stabbilit, l-allowanceta' rinstallazzjoni għandha titħallas lill-konsorti li għadu ħaj jew, fl-assenza tat-tali persuna, lid-dipendenti fis-ens ta' l-Artikolu 2 t'hawn fuq, anki jew il-ħtiġiet tas-servizz imniżżlin fil-paragrafu 1 mhux imħarsa.

▼B

3.  L-allowanceta' rinstallazzjoni għandha tinħadem b'riferenza għall-istat maritali u s-salarju ta' l-uffiċjal fid-data meta jitlaq mis-servizz.

4.  L-allowanceta' rinstallazzjoni titħallas fuq evidenza li l-uffiċjal u l-familja tiegħu, jew, meta l-uffiċjal miet, il-familja tiegħu biss, reċgħu stabbilixxew ruħhom f'post li qiegħed mhux anqas minn 70 km mill-post fejn l-uffiċjal kien impjegat.

Stabbiliment mill-ġdid ta' uffiċjal jew tal-familja ta' uffiċjal li miet għandu jsir fi żmien tliet snin mid-data meta spiċċa mis-servizz.

Dan il-limitu ta' żmien m'għandux japplika kontra persuni intitolati taħtu li jistgħu jippruvaw li ma kienux jafu bid-disposizzjonijiet t'hawn fuq.



Ċ.

Spejjeż ta' l-ivvjaġġar

Artikolu 7

1.  Uffiċjal ikun intitolat għar-Rimborsar ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar għalih, għall-konsorti tiegħu u għad-dipendenti tiegħu li attwalment jgħixu f'daru:

(a) malli jieħu l-ħatra tiegħu, mill-post fejn kien reklutat għall-post fejn huwa impjegat;

(b) mat-tmiem mis-servizz fis-sens ta' l-Artikolu 47 tar-Regolamenti tal-Persunal, mill-post fejn hu impjegat għall-post ta' l-oriġini kif definit fil-paragrafu 3 hawn taħt;

(ċ) ma' kull trasferiment li jinvolvi bidla fil-post fejn huwa impjegat.

Fil-każ tal-mewt ta' uffiċjal, l-armla u d-dipendenti għandhom ikunu intitolati għar-Rimborsar ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar taħt l-istess kondizzjonijiet.

L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar għandhom jinkludu l-ispiża għall-postijiet miżmuma, trasport ta' bagalji u, fejn ikun il-każ, l-ispejjeż tal-lukandi li jkun hemm bżonn jintefqu.

▼M112

2.  Il-bażi tal-kalkolu tar-rimborżar għandu jkun il-biljett tal-prima klassi tal-ferrovija fuq l-iqsar rotta bil-ferrovija u l-aktar waħda ekonomikament abitwali bejn il-post ta' l-impieg u l-post tar-reklutaġġ jew oriġini.

Meta r-rotta riferuta fl-ewwel paragrafu taqbeż il-500 km, u fil-każijiet fejn r-rotta tas-soltu tinkludi li jinqasam il-baħar, l-uffiċjal ikkonċernat għandu jkun intitolat, mal-preżentazzjoni tal-biljetti, għar-rimborżar ta' l-ispiża tal-vjaġġ bl-ajru fi klassi kummerċjali jew ekwivalenti. Fejn jintuża mezz tat-trasport barra dawk imsemmija hawn fuq, il-kalkolu tar-rimborżar għandu jkun ibbażat fuq l-ispiża bil-ferrovija, eskluż l-akkomodazzjoni ta' alloġġ. Meta l-kalkolu fuq din il-bażi mhux possibbli, il-kondizzjonijiet tar-rimborżar għandhom ikunu stabbiliti b'deċiżjoni speċjali ta' l-Awtorità tal-Ħatra.

▼B

3.  Il-post ta' l-oriġini ta' l-uffiċjal għandu jkun stabbilit meta jieħu l-ħatra tiegħu, wara li jkunu kkunsidrati fejn kien reklutat jew iċ-ċentru ta' l-interessi tiegħu. Il-post ta' l-oriġini li jkun stabbilit hekk jista' b'deċiżjoni speċjali ta' l-awtorità tal-ħatra jitbiddel sakemm l-uffiċjal qiegħed fis-servizz jew meta jitlaq mis-servizz. Madankollu, waqt li huwa qiegħed fis-servizz, it-tali deċiżjoni għandha tittieħed biss bħala eċċezzjoni, u mal-preżentazzjoni mill-uffiċjal ta' l-evidenza xierqa ta' appoġġ.

Madankollu, l-effett tat-tali bidla m'għandux ikun tant li jirrikonoxxi bħala ċ-ċentru ta' l-interessi ta' l-uffiċjal, post barra t-territorji ta' l-Istati Membri tal-Komunitajiet jew tal-pajjiżi u t-territorji mniżżla fl-Anness IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea.

Artikolu 8

▼M112

1.  L-uffiċjali għandhom ikunu intitolati li jitħallsu f'kull sena kalendarja s-somma ekwivalenti għall-ispiża tal-vjaġġ mill-post ta' l-impieg għall-post ta' l-oriġini, kif definit fl-Artikolu 7 għalihom stess u, jekk huma intitolati għall-benefiċċju tal-familja, għall-mara u d-dipendenti, fis-sens ta' l-Artikolu 2.

Metar-raġel u l-mara t-tnejn huma uffiċjali tal-Komunitajiet, kull wieħed għandu d-dritt għalih u għaliha, u għad-dipendenti, għal pagament b'rata fissa ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar, skond id-disposizzjonijiet t'hawn fuq; kull dipendent għandu jkun intitolat għal pagament wieħed biss. Il-pagament dwar it-tfal dipendenti huwa stabbilit fuq it-talba tar-raġel jew il-mara, fuq il-bażi tal-post ta' oriġini ta' wieħed minnhom.

Meta uffiċjal jiżżewweġ f'sena partikolari, b'hekk jiġi intitolat għal benefiċċju tal-familja, l-ispejjeż ta' l-ipejjeż ta' l-ivvjaġġar pagabbli mill-mara għandhom jinħadmu bil-proporzjon tal-perjodu mid-data taż-żwieġ sa l-aħħar tas-sena.

Kull bidla fil-bażi tal-kalkolu li tista' tinħoloq minn bidliet fl-istat tal-familja warad-data tal-pagament tas-somom in kwestjoni, ma tagħmilx l-uffiċjal ikkonċernat suġġett li jagħmel pagament.

L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar tat-tfal li għandhom minn sentejn sa għaxar snin għandhom jinħadmu fuq il-bażi ta' benefiċċju ta' nofs kilometru u nofs is-suppliment tar-rata fissa, it-tfal jitqiesu għall-iskopijiet tal-kalkoli, li lestew it-tieni jew l-għaxar sena tagħhom fl-1 ta' Jannar tas-sena kurrenti.

2.  Il-pagament bir-rata fissa għandu jkun ibbażat fuq benefiċċju għal kull kilometru ta' distanza bejn il-post ta' l-impieg ta' l-uffiċjal u l-post tar-reklutaġġ jew oriġini, it-tali distanza għandha tinħadem skond il-metodu mniżżel fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(2).

Il-benefiċċju għal kull kilometru għandu jkun ta':

▼M122

EUR 0 għal kull kilometru bejn 0 u 200 km

EUR 0,3651 għal kull kilometru bejn 201 u 1 000 km

EUR 0,6085 għal kull kilometru bejn 1 001 u 2 000 km

EUR 0,3651 għal kull kilometru bejn 2 001 u 3 000 km

EUR 0,1216 għal kull kilometru bejn 3 001 u 4 000 km

EUR 0,0586 għal kull kilometru bejn 4 001 u 10 000 km

EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq minn 10 000 km.

Ma’ dan il-benefiċċju għal kull kilometru għandu jingħadd suppliment b’rata fissa, li jammonta għal:

 EUR 182,54 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impieg u l-post tal-oriġini hija bejn 725 km u 1 450 km,

 EUR 365,04 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impieg u l-post tal-oriġini hija aktar minn 1 450 km.

▼M112

Il-benefiċċju għal kull kilometru msemmi hawn fuq u s-supplimenti bir-rata fissa għandhom ikunu adattati kull sena fl-istess proporzjon bħar-remunerazzjoni.

▼B

3.  Uffiċjal li s-servizz tiegħu jintemm matul sena kalendarja għal kull raġuni minbarra l-mewt jew ikun fuq leavefuq raġunijiet personali matul parti mis-sena, jekk kien f'servizz attiv fis-servizz ta' istituzzjoni mit-tliet Komunitajiet Ewropej għal anqas minn disa' xhur ta' dik is-sena, għandu jkun intitolat biss għal parti mill-pagament ipprovdut fil-paragrafu 1, maħdum fil-proporzjon taż-żmien li għamel f'impieg attiv.

▼M112

4.  Id-disposizzjonijiet ta' qabel għandhom japplikaw għall-uffiċjali li l-post ta' l-impieg tagħhom qiegħed fit-territorji ta' l-Istati Membri. L-uffiċjali li l-post ta' l-impieg tagħhom huwa barra t-territorju ta' l-Istati Membri, għandhom ikunu intitolati, għalihom stess u, jekk huma intitolati li jirċievu l-benefiċċju tal-familja, għall-mara tagħhom u dipendenti oħra, fis-sens ta' l-Artikolu 2, f'kull sena kalendarja, għall-pagament ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar għall-post ta' l-oriġini tagħhom, jew gġall-pagament ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar għal post ieħor li ma jaqbżux l-ispiża ta' l-ivvjaġġar għall-post ta' l-oriġini. Iżda, jekk il-mara u l-persuni riferuti fl-Artikolu 2(2) ma jgħixux ma' l-uffiċjal fil-post ta' l-impieg, għandhom ikunu intitolati kull sena kalendarja għal rimborżar ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar mill-post ta' l-oriġini għall-post ta' l-impieg jew għal pot ieħor, li ma jaqbiżx l-ispiża tal-vjaġġ ta' qabel.

Dawn l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar għandhom kunu rimborżati f'forma ta' pagament ta' rata fissa, ibbażat fuq il-prezz tas-safar bl-ajru fi klassi waħda ta' fuq il-klassi ekonomika.

▼B



D.

Spejjeż tat-tneħħija

Artikolu 9

1.  L-ispejjeż li ntefqu dwar it-tneħħija ta' l-għamara u l-effetti personali, inkluża l-ispiża ta' l-assigurazzjoni kontra r-riskji ordinarji (tkissir, serq, ħruq), għandhom ikunu Rimborsati lil uffiċjal li huwa obbligat jibdel il-post tar-residenza tiegħu biex iħares l-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal u li ma kienx Rimborsat dwar l-istess spejjeż minn sors ieħor. It-tali Rimborsar m'għandux jaqbeż l-ammont ta' stima approvata minn qabel. Mhux anqas minn żewġ stimi għandhom jintbagħtu lid-dipartimenti xierqa ta' l-istituzzjoni, li jekk jikkunsidraw li l-istimi huma eċċessivi, jistgħu jagħżlu ditta oħra tat-tneħħija. Fil-każ ta' l-aħħar, l-intitolament għar-Rimborsar jist' jkun limitat għall-ammont ta' l-istima ta' dik id-ditta.

2.  Mat-tmiem tas-servizz jew mal-mewt ta' uffiċjal, l-ispejjeż li ntefqu dwar it-tneħħija mill-post fejn hu impjegat lejn il-post ta' l-oriġini tiegħu għandhom ikunu Rimborsati.

Meta l-uffiċjal li miet ma kienx miżżewweġ, l-ispejjeż għandhom ikunu Rimborsati lil dawk intitolati taħtu.

3.  Fil-każ ta' uffiċjal stabbilit, it-tneħħija ssir fi żmien sena mit-tmiem tal-perjodu ta' prova tiegħu.

Mat-tmiem tas-servizz, it-tneħħija għandha ssir fi żmien tliet snin kif ipprovdut fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(4).

L-ispejjeż tat-tneħħija li jkun hemm wara li jiskadu l-limiti ta' żmien stabbiliti hawn fuq għandhom ikunu Rimborsati biss f'każijiet ta' eċċezzjoni b'deċiżjoni speċjali ta' l-awtorità tal-ħatra.



E.

Allowancetas-sussistenza ta' kuljum

Artikolu 10

▼M112

1.  Fejn uffiċjal jipprovdi evidenza li bidla fil-post tar-residenza hija meħtieġa sabiex ikun jista' jimxi ma' l-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal, it-tali uffiċjal għandu jkun intitolat għal perjodu speċifikat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għal benefiċċju ta' l-għajxien għal kull ġurnata kalendarja kif ġej:

▼M122

 EUR 37,73 għall-uffiċjali li għandhom dritt għall-benefiċċju tal-familja,

 EUR 30,42 għall-uffiċjali li m’għandhomx dritt għall-benefiċċju tal-familja.

▼M112

L-iskala t'hawn fuq għandha tkun riveduta kull darba li r-remunerazzjoni hija riveduta skond l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼M23

2.  Il-perjodu li matulu jingħata l-allowancetas-sussistenza ta' kuljum ikun kif ġej:

(a) fil-każ ta' uffiċjal li mhux ►M25  intitolat għall-allowancetal-familja ◄ : 120 ġurnata;

(b) fil-każ ta' uffiċjal li ►M25  intitolat għall-allowancetal-familja ◄ : 180 ġurnata jew, jekk l-uffiċjal għadu taħt prova, il-perjodu tal-prova bl-addizzjoni ta' xahar wieħed.

▼M25

Fil-każijiet fejn ir-raġel u l-mara, li huma uffiċjali ►M112  ir-raġel u l-mara li huma uffiċjali ◄ tal-Komunitajiet Ewropej, huma t-tnejn intitolati għall-allowancetas-sussistenza ta' kuljum, il-perjodu li matulu jingħata kif imniżżel f'(b) għandu japplika għall-persuna li għandha l-ogħla salarju bażiku. Il-perjodu mniżżel f'(a) għandu japplika għall-persuna l-oħra.

▼M23

Fl-ebda każ il-allowancetas-sussistenza ta' kuljum ma jingħata wara d-data ta' l-uffiċjal ineħħi sabiex iħares il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼M112 —————

▼B



F.

Spejjeż tal-missjoni

Artikolu 11

1.  Uffiċjal li li jivvjaġġa fuq missjoni u li jżomm ordni xierqa ta' l-ivvjaġġar għandu jkun intitolat għar-Rimborsar ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u għall-allowancetas-sussistenza ta' kuljum skond id-disposizzjonijiet li ġejjin.

▼M112 —————

▼B

2.   ►M112  L-ordni tal-vjaġġ għandha tindika t-tul probabbli tal-missjoni, li fuq dak il-bażi jinħdem xi avanz li l-uffiċjal jista' jiġbed kontra l-benefiċċju ta' l-għajxien ta' kuljum. ◄ Għajr fejn ittieħdet deċiżjoni speċjali, l-ebda avvanz m'għandu jitħallas fejn il-missjoni mhux mistennija tinvolvi assenza ta' aktar minn 24 siegħa u għandu jsir f'pajjiż li juża l-istess munita bħal dik użata fil-post fejn l-uffiċjal impjegat.

▼M112

3.  Għajr f'każijiet speċjali, li għandhom ikunu stabbiliti b'deċiżjoni speċjali u partikolarment fejn l-uffiċjal jissejjaħ biex jidħol lura mill-vakanzi, ir-rimborżar ta' l-ispejjeż għandhom ikunu limitati għall-aktar spiża ekonomika bejn il-post ta' l-impieg u l-post tal-missjoni, li ma tkunx teħtieġ li l-uffiċjal itawwal sinifikament iż-żjara tiegħu.

▼M112

L-Artikolu 12

1.   Vjaġġar bil-ferrovija

L-ispejjeż ta' l-ivjaġġar għall-missjonijiet li jsiru bil-ferrovija għandhom ikunu rimborżati mal-preżentazzjoni tad-dokumenti ta' appoġġ, fuq il-bażi ta' l-ispiża tat-trasport ta' prima klassi bl-iqsar rotta bejn il-post ta' l-impieg u l-post tal-missjoni.

2.   Vjaġġar bl-ajru

L-uffiċjali għandhom ikunu awtorizzati jivvjaġġaw bl-ajru jekk it-tluq tal-vjaġġ u l-vjaġġ lura bil-ferrovija ikun ta' mill-anqas 800 kilometru.

3.   Vjaġġar bil-baħar

L-Awtorità tal-Ħatra għandha tawtorizza f'kull każ u fuq il-bażi tat-tul u l-ispiża tal-vjaġġ, il-klasijiet li għandhom jintużaw u s-supplimenti tal-kabini li jistgħu jkunu rimborżati.

4.   Vjaġġar bil-karozza

L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar għandhom ikunu rimborżati f'forma ta' somma f'daqqa, ibbażata fuq l-ispiża tal-linji tal-ferroviji, skond il-punt 1; l-ebda suppliment ieħor m'għandu jitħallas.

Fil-każ ta' uffiċjal li qed jivvjaġġa fuq missjoni f'ċirkostanzji speċjali, madankollu, l-Awtorità tal-Ħatra tista' tiddeċiedi li tagħti lil dak l-uffiċjal, benefiċċju għal kull kilometru li jagħmel, minflok ir-rimborżar ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar ipprovdut hawn fuq, jekk l-użu tat-trasport pubbliku jkollu vantaġġi ċari.

Artikolu 13

1.  Il-benefiċċju ta' l-għajxien ta' kuljum għall-missjoni li fih somma b'rata fissa biex tkopri l-ispejjeż kollha li tħallsu mill-persuna waqt il-missjoni: il-kolazzjon, żewġ ikliet ewlenin, u spejjeż li jistgħu jinqalgħu, inkluż il-vjaġġar lokali. L-ispejjeż ta' l-alloġġ, inklużi t-taxxi lokali, għandhom ikunu rimbrasati sa massimu stabbilit għal kull pajjiż, mal-preżentazzjoni tad-dokumenti ta' l-appoġġ.

2.  

(a) L-iskala għall-Istati Membri hija kif ġej:

▼M119



(EUR)

Destinazzjoni

Limitu fuq l-ispejjeż ta' l-akkomodazzjoni

Ammont għall-ispejjeż ta' kuljum

Il-Belġju

140

92

Il-Bulgarija

169

58

Ir-Repubblika Ċeka

155

75

Id-Danimarka

150

120

Il-Ġermanja

115

93

L-Estonja

110

71

Il-Greċja

140

82

Spanja

125

87

Franza

150

95

L-Irlanda

150

104

L-Italja

135

95

Ċipru

145

93

Il-Latvja

145

66

Il-Litwanja

115

68

Il-Lussemburgu

145

92

L-Ungerija

150

72

Malta

115

90

L-Olanda

170

93

L-Awstrija

130

95

Il-Polonja

145

72

Il-Portugall

120

84

Ir-Rumanija

170

52

Is-Slovenja

110

70

Is-Slovakkja

125

80

Il-Finlandja

140

104

L-Iżvezja

160

97

Ir-Renju Unit

175

101

▼M112

Meta uffiċjal fuq missjoni huwa pprovdut b'ikel jew alloġġ b'xejn jew ikun rimborżat minn wieħed mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet, amministrazzjoni jew korp barrani, dan għandu jkun iddikkjarat. Tnaqqis li jikkorrospondi għandu mbagħad isir.

(b) L-iskala għall-missjonijiet fil-pajjiżi barra t-territorju Ewropew ta' l-Istati Membri għandha tkun stabbilita u aġġustata perjodikament mill-Awtorità tal-Ħatra.

3.  Kull sentejn il-Kunsill għandu jirrevedi r-rati ppreżentati fil-paragrafu 2(a). Din ir-reviżjoni għandha ssir fuq bażi tar-rapport mill-Kummissjoni dwar il-prezzijiet tal-lukandi, ir-ristoranti u s-servizzi tal-forniment ta' l-ikel, wara li jkunu kkunsidrati l-indiċi dwar l-evoluzzjoni tat-tali prezzijiet. Għall-iskopijiet ta' din ir-reviżjoni, il-Kunsill għandu jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, b'maġġoranza kkwalifikata, kif provdut fl-ewwel inċiż tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 205(2) tat-Trattat ta' l-UE.

▼M112

L-Artikolu 13a

Ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 11,12, u 13 ta' dan l-Anness għandhom jitniżżlu mill-istituzzjonijiet varji taħt id-disposizzjonijiet ġenerali ta' l-implimentazzjoni.

▼B



G.

Rimborsar fiss ta' l-ispejjeż

Artikolu 14

1.  L-uffiċjali li, minħabba d-dmirijiet tagħhom, regolarment jonfqu spejjeż għad-divertiment jistgħu jingħataw benefiċċju b'rata fissa mill-awtorità tal-ħatra, li għandha tistabbilixxi l-ammont tiegħu.

F'każijiet speċjali, l-awtorità tal-ħatra tista' minbarra hekk tiddeċiedi li parti mill-ispiża ta' l-alloġġ għall-uffiċjali kkonċernati titħallas ukoll mill-istituzzjoni.

2.  Fil-każ ta' l-uffiċjali li, bħala riżultat ta' istruzzjonijiet speċjali, kultant jonfqu spejjeż ta' divertiment għal skopijiet uffiċjali, l-ammont tal-benefiċċju għad-divertiment ikun stabbilit f'kull istanza fuq il-bażi tad-dokument t'appoġġ u bil-kondizzjonijiet li għandhom jitniżżlu mill-awtorità tal-ħatra.

▼M112 —————

▼B

Artikolu 15

B'deċiżjoni ta' l-awtorità tal-ħatra, ►M112  personal anzjan ta' l-amministrazzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal ◄ li m'għandhomx karozza uffiċjali għad-disposizzjoni tagħhom jistgħu jirċievu allowance fissa, li ma jaqbiżx ►M97  892,42 EUR ◄ f'sena biex ikopri l-ivvjaġġar normali ġewwa l-fruntieri tar-raħal fejn huma impjegati.

B'deċiżjoni raġunata mill-awtorità tal-ħatra, il-benefiċċju jista' jingħata lill-uffiċjal li d-dmirijiet tiegħu kostantament jeħtieġuh jagħmel il-vjaġġi fejn huwa awtorizzat li juża l-karozza tiegħu stess.



Taqsima 4

ĦLAS TA' SOMOM DOVUTI

Artikolu 16

1.  Il-ħlas tar-remunerazzjoni lill-uffiċjali għandu jsir fil-15-il ġurnata ta' kull xahar ta' dak ix-xahar li jkun kurrenti. L-ammont tar-remunerazzjoni għandu jiddawwar ‘l fuq għall-eqreb ►M94  ċenteżmu ◄ .

2.  Fejn ir-remunerazzjoni mhux dovuta għal xahar sħiħ, l-ammont jinqasam fi tletinijiet, u

(a) fejn in-numru attwali tal-ġranet pagabbli huwa 15 jew anqas, in-numru ta' tletinijiet dovuti għandu jkun daqs in-numru attwali ta' ġranet pagabbli;

(b) fejn in-numru attwali tal-ġranet pagabbli huwa aktar minn 15, in-numru ta' tletinijiet dovuti għandu jkun daqs id-differenza bejn in-numru attwali tal-ġranet mhux pagabbli u 30.

3.  Meta l-intitolament għall-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji ta' l-espatrijazzjoni jibda wara d-data tad-dħul fis-servizz, l-uffiċjal għandu jirċievi dawn mill-ewwel ġurnata tax-xahar li fih jibda t-tali intitolament. Mal-waqfien tat-tali intitolament, l-uffiċjal għandu jirċievi s-somma dovuta sa l-aħħar ġurnata tax-xahar li fih l-intitolament jieqaf.

▼M43

Artikolu 17

1.  Il-ħlas għandu jsir lil kull uffiċjal fil-post u fil-munita tal-pajjiż fejn iwettaq id-dmirijiet tiegħu.

▼M112

2.  Fil-kondizzjonijiet mniżżla fir-regoli stabbiliti mill-istituzzjoniet tal-Komunità bil-qbil komuni wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal, l-uffiċjali jistgħu regolarment ikollhom parti mir-remunerazzjoni tagħhom ittrasferita mill-istituzzjoni ta' l-impieg tagħhom għal Stat Membru ieħor.

Taħt id-disposizzjoni ta' qabel, li ġej jista' jkun ittrasferit, separatament jew flimkien:

(a) għat-tfal li jattendu stabbiliment ta' l-edukazzjoni fi Stat Membru ieħor, ammont massimu għal kull tifel dipendenti daqs l-ammont tal-benefiċċju ta' l-edukazzjoni, attwalment riċevut għal dak it-tifel;

(b) mal-preżentazzjoni tad-dokumenti validi ta' l-appoġġ, pagamenti regolari lill-persuni l-oħra kollha li joqgħodu fil-Membru Stat relevanti, li l-uffiċjal jipprovdilu evidenza li għandu obbligu minħabba deċiżjoni tal-qorti jew ta' l-awtorità amministrattiva kompetenti.

It-trasferimenti riferuti fil-punt (b) ma jistgħux jaqbżu 5 % tas-salarju bażiku ta' l-uffiċjal.

3.  It-trasferimenti pprovduti fil-paragrafu 2 għandhom isiru bir-rata tal-kambju riferuta fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal. L-ammonti ttrasferiti għandhom ikunu mmoltiplikati b'koeffiċjent li jirrappreżenta d-differenza bejn il-koeffiċjent tal-korrezzjoni tal-pajjiż li fih isir it-trasferiment, kif definit fil-punt (b) ta' l-Artikolu 3(5) ta' l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, u l-koeffiċjent tal-korrezzjoni applikat għar-remunerazzjoni ta' l-uffiċjal (riferut fil-punt (a) ta' l-Artikolu 3(5) ta' l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal)

▼M112

4.  Barra t-trasferimenti riferuti fil-paragrafi 1 sa 3, uffiċjal jista' jitlob trasferiment regolari għal Stat Membru ieħor bir-rata tal-kambju ta' kull xahar, mingħajr l-applikazzjoni ta' xi koeffiċjent. Dan it-trasferiment m'għandux jaqbeż il-25 % tas-salarju bażiku ta' l-uffiċjal.

▼B




ANNESS VIII

Skema tal-pensjoni

LISTA TAL-KONTENUT

Il-kapitolu 1:

Disposizzjonijiet ġenerali

1

Il-kapitolu 2:

Pensjoni ta' rtirar u għotja għal firda

Taqsima 1:

Pensjoni ta' rtirar u għotja għal firda

2 – 11

Taqsima 2:

Għotja għal firda

12

Il-kapitolu 3:

Benefiċċju ta' Invalidita

13 – 15

Il-kapitolu 4:

Pensjoni għas-Sopravissut

17 – 29

Il-kapitolu 5:

Pensjonijiet provvisorji

30 – 33

Il-kapitolu 6:

Żidiet fil-pensjoni dwar tfal dipendenti

34 – 35

Il-kapitolu 7:

Taqsima 1:

L-iffinanzjar ta' l-iskema tal-pensjoni

36 – 38

Taqsima 2:

Kalkolu tal-pensjoni

40 – 44

Taqsima 3:

Ħlas ta' benefiċċji

45 a 46

Il-kapitolu 8:

Disposizzjonijiet transitorji

48 – 51

IL-KAPITOLU 1

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

1.  Meta l-eżami mediku li sar qabel l-uffiċjal jibda d-dmirijiet tiegħu, juri li qed isofri minn mard jew invalidità, l-awtorità tal-ħatra, sa fejn jidħlu r-riskji li jinqalgħu mit-tali mard jew invalidità, tista' tiddeċiedi li tagħti lil dak l-uffiċjal benefiċċji garantiti dwar l-invalidità jew mewt biss wara perjodu ta' ħames snin mid-data ta' meta jidħol fis-servizz ta' l-Komunitajiet.

L-uffiċjal jista' jappella kontra t-tali deċiżjoni lill-Kumitat ta' l-Invalidità.

2.  Uffiċjal fuq leavegħal servizz militari għandu jieqaf jibbenefika mill-garanziji daw l-invalidità jew il-mewt li jseħħu direttament minn aċċident li ġarraf, jew mard li ħa, minħabba s-servizz militari. Id-disposizzjonijiet fuq imsemmija m'għandhomx jaffettwaw l-intitolament għal min jibqa' ħaj għal pensjoni fuq il-bażi tad-drittijiet akkwistati mill-uffiċjal fid-data meta jitqiegħed fuq leavemis-servizz militari.



IL-KAPITOLU 2

Pensjoni ta' rtirar u għotja għal firda



Taqsima 1

PENSJONI TA'L-IRTIRAR

Artikolu 2

Pensjoni ta' l-irtirar għandu jitħallas fuq il-bażi tan-numru totali ta' snin tas-servizz tal-pensjoni akkwistati mill-uffiċjal. Kull sena tas-servizz maħduma kif ipprovdut fl-Artikolu 3 għandha tintitolah għal sena ta' servizz tal-pensjoni u kull xahar sħiħ għal wieħed minn tnax ta' sena ta' servizz tal-pensjoni.

L-ogħla numru ta' snin ta' servizz tal-pensjoni li jista' jkun ikkunidrat għall-kalkolu tad-drittijiet tal-pensjoni ta' l-irtirar ikun ta' ►M112  in-numru meħtieġ biex tinkiseb l-ogħla pensjoni, fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal ◄ .

▼M112

L-Artikolu 3

Sakemm il-ħaddiema kkonċernati jħallsu l-parti tagħhom tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni dwar il-perjodi tas-servizzi kkonċernati, li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati biex jinħadmu s-snin tas-servizz pensjonabbli fis-sens ta' l-Artikolu 2.

(a) il-perjodu tas-servizz bħala uffiċjal ta' wieħed mill-istituzzjonijiet f'wieħed mill-istatuti amministrattivi ppreżentati fl-Artikolu 35(a), (b), (ċ), u (e) u (f) tar-Regolamenti tal-Persunal. Iżda, l-uffiċjali koperti mill-Artikolu 40 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu suġġetti għall-kondizzjonijiet imniżżlin fl-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dawn.

(b) perjodi ta' intitolament tal-benefiċċju taħt l-Artikoli 41 u 50 tr-Regolamenti tal-Persunal, sa massimu ta' ħames snin.

(ċ) perjodi ta' intitolament għall-benefiċċju ta' invalidità;

(d) perjodi tas-servizz f'kapaċitajiet oħra skond il-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' ħaddiema oħra. Iżda, fejn il-membri tal-persunal bil-kuntratt fis-sens ta' dawk il-Kondizzjonijiet ta l-Impieg isiru uffiċjali, is-snin tas-servizz pensjonabbli li akkwistaw bħala membri tal-persunal bil-kuntratt għandhom, san-numru ta' snin tas-servizz attwali, ikunu intitolati għal numru ta' snin ta' servizz pensjonabbli bħala uffiċjali, maħduma fuq il-bażi tal-proporzjon bejn l-aħħar salarju bażiku riċevut bħala membru tal-persunal bil-kuntratt u l-ewwel salarju bażiku li rċieva bħala uffiċjal. Il-kontribuzzjonijiet żejda, jekk ikun hemm, li jikkorrospondu mad-differenza bejn in-numru tas-snin pensjonabbli maħduma u n-numru ta' snin ta' servizz attwali, għandhom ikunu rimborżati lill-persuna kkonċernata fuq il-bażi ta' l-aħħar salarju bażiku riċevut bħala membru tal-persunal bil-kuntratt. Din id-disposizzjoni, bil-bidliet kollha meħtieġa, għandha tapplika meta l-uffiċjali jsiru membri tal-persunal bil-kuntratt.

L-Artikolu 4

1.  L-uffiċjal li qabel kien lesta perjodu ta' attività fi-servizz ta' waħda mill-istituzzjonijiet jew bħla uffiċjal, bħala membru tal-persunal temporanja, jew bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, li jerġa' jkollu mpieg attiv ma' istituzzjonu tal-Komunità, għandha jkollu aktar drittijiet għall-pensjoni. Jista' jitlob, skond l-Artikolu 3 ta' dan l-Anness, bil-għan li jinħadmu d-drittijiet tiegħu għall-pensjoni, il-perjodu tas-servizz bħala uffiċjal, membru tal-persunal temporanju jew membru tal-persunal bil-kuntratt, li għalih tħallsu l-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu kkunsidrati, suġġett għal:

(a) pagament ta' l-għotja għal-firda, imħallsa taħt l-Artikolu 12, b'imgħax addizzjonali bir-rata komposta ta' ►M123  3,1 % ◄ kull sena. Fejn l-Artikolu 42 jew 112 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' ħaddiema oħra jkun applikat fil-każ ta' l-uffiċjal ikkonċernat, dan ta' l-aħħar ikun meħtieġ ukoll li jħallas lura l-ammont imħallas taħt dak Artikolu, bl-addizzjoni ta' imgħax kompost bir-rata fuq imsemmija;

(b) li jkollu ammont imwarrab għal dak l-iskop, qabel jinħadmu s-snin tal-kontribuzzjonijiet ikkreditati, ipprovdut fl-Artikolu 11(2) u sakemm l-uffiċjal talab u kiseb l-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu wara li jerġa' jibda s-servizz, daqs il-parti ta' l-ammont ittrasferit fl-iskema tal-pensjoni tal-Komunità, li jikkorrospondi għall-ekwivalenza attwarjali maħduma u ttrasferita fl-iskema ta' l-oriġini, skond l-Artikolu 11(1) jew l-Artikolu 12(1)(b), bl-addizzjoni ta' imgħax kompost bir-rata ta' ►M123  3,1 % ◄ fis-sena.

Fejn l-Artikolu 42 jew 112 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' ħaddiema oħra jkun applikat fil-każ ta' l-uffiċjal ikkonċernat, il-kalkolu ta' l-ammont li għandu jitwarrab għandu jikkunsidra wkoll l-ammont imħallas taħt dawk Artikoli, bl-addizzjoni ta' imgħax ta' ►M123  3,1 % ◄ fis-sena.

Fejn l-ammont ittrasferit fl-iskema tal-Komunità mhux biżżejjed biex jilħaq id-drittijiet għall-pensjoni li jkopri l-perjodu kollu ta' qabel ta' l-impieg, l-uffiċjal għandu jkun awtorizzat, meta mitlub, biex jagħmel l-ammont sa dak definit fil-punt (b) ta' l-ewwel paragrafu.

2.  Ir-rata ta' l-imgħax speċifikata fil-paragrafu 1 tista' tkun riveduta skond ir-regoli mniżżlin fl-Artikolu 10 ta' l-Anness XII.

▼B

Artikolu 5

▼M112

Minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2 ta' dan l-Anness, l-uffiċjali li jibqgħu fis-servizz wara li jagħlqu 63 sena għandhom ikunu intitolati għal żieda fil-pensjoni tagħhom daqs 2 % tas-salarju bażiku tagħhom, ikkunsidrat għall-kalkolu tal-pensjoni tagħhom għal kull sena li ħadmu wara dik l-età, bil-kondizzjoni li t-total tal-pensjoni tagħhom u xi żidiet ma jaqbiżx is-70 % tas-salarju bażiku finali tagħhom, kif riferut fit-tieni jew it-tielet paragrafu, skond il-każ, ta' l-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼B

It-tali żieda xorta waħda titħallas fil-każ tal-mewt ta' uffiċjal li baqa' fis-servizz wara l-età ta' ►M112  63 ◄ sena.

Artikolu 6

▼M23

Is-somma minima tas-sussistenza bil-għan li jinħadmu l-benefiċċji tal-pensjoni għandhom jikkorrospondu mas-salarju bażiku ta' uffiċjal fi ►M112  fl-ewwel skala tal-grad 1 ◄ .

▼M112 —————

▼M112

L-Artikolu 8

Ekwivalenza attwarjali tal-pensjoni ta' l-irtirar tfisser il-valur kapitali tal-benefiċċji dovuti lill-uffiċjal b'riferenza għat-tabella tal-mortalità, riferuta fl-Artikolu 9 ta' l-Anness XII u suġġett għal imgħax ta' ►M123  3,1 % ◄ fis-sena, liema rata tista' tkun riveduta skond ir-regoli mniżżla fl-Artikolu 10 ta' l-Anness XII.

L-Artikolu 9

1.  Uffiċjal li jitlaq mis-servizz qabel jagħlaq it-63 sena jista' jitlob li l-pensjoni ta' l-irtirar tiegħu:

(a) tkun posposta sa l-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju li fih jilħaq l-eta' ta' 63 sena; jew

(b) titħallas minnufih, sakemm m'għandux anqas minn 55 sena. F'dan il-każ, il-pensjoni ta' l-irtirar għandu jitnaqqas b'ammont maħdum b'riferenza għall-età ta' l-uffiċjal meta jibda jieħu l-pensjoni.

Il-pensjoni għandha titnaqqas bi 3,5 % għal kull sena ta' qabel dik li fiha l-uffiċjal isir intitolat għal pensjoni ta' l-irtirar, fis-sens ta' l-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal. Jekk bejn l-età li ġġib intitolament għal pensjoni ta' l-irtirar fis-sens ta' l-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-età tal-persuna kkonċernata f'dak il-mument, id-differenza taqbeż numru eżatt ta' snin, sena żejda għandha tiżdied mat-tnaqqis.

2.  L-Awtorità tal-Ħatra tista' tiddeċiedi, fl-interess tas-servizz fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u proċeduri trasparenti, introdotti permezz ta' disposizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni, li ma tapplikax it-tnaqqis t'hawn fuq għall-uffiċjali kkonċernati. In-numru totali ta' l-uffiċjali u l-ħaddiema temporanji, li jirtiraw mingħajr xi tnaqqis tal-pensjoni tagħhom kull sena, ma jkunx ogħla minn 10 % ta' l-uffiċjali, fl-istituzzjonijiet kollha, li rtiraw matul is-sena ta' qabel. Il-persentaġġ ta' kull sena jista' jvarja minn 8 % sa 12 %, suġġett għal total ta' 20 % fuq sentejn u l-prinċipju tan-newtralità ta' l-estimi. Qabel jgħaddu l-ħames snin, il-Kummissjoni għandu jibgħat rapport tal-valutazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din il-miżura lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Fejn ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha tibgħat proposta biex wara ħames snin tirranġa r-rata massima tal-persentaġġ fis-sena bejn 5 % u 10 % ta' l-uffiċjali kollha fl-istituzzjoni kollha li rtiraw is-sena ta' qabel, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 283 tat-Trattat tal-KE.

▼M112

L-Artikolu 9a

Bil-għan li tkun stabbilita l-pensjoni mnaqqsa ta' l-uffiċjali li akkwistaw id-drittijiet għall-pensjoni li jaqbżu s-70 % tas-salarju bażiku finali tagħhom u li jitolbu l-pagament minnufih tal-pensjoni ta' l-irtirar tagħhom skond l-Artikolu 9, it-tnaqqis taħt l-Artikolu 9 għandu jkun applikat għal figura nozzjonali li tikkorrospondi mas-snin tas-servizz pensjonabbli minflok ma' ammont sa massimu ta' 70 % tas-salarju bażiku finali. Madankollu, fl-ebda każ, il-pensjoni mnaqqsa maħduma hekk ma tista' taqbeż is-70 % ta' l-aħħar salarju bażiku fis-sens ta' l-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼B

Artikolu 10

Id-dritt għall-pagament tal-pensjoni ta' l-irtirar jidħol fis-seħħ mill-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih l-uffiċjal, jew awtomatikament jew fuq it-talba tiegħu stess, isir eliġibbli għal dik il-pensjoni; għandu jkompli jirċievi r-remunerazzjoni tiegħu sakemm il-pensjoni tiegħu ssir pagabbli.

Artikolu 11

▼M83

1.  Uffiċjal li jitlaq mis-servizz tal-Komunitajiet biex:

 jidħol fis-servizz ta' amministrazzjoni tal-gvern jew organizzazzjoni nazzjonali jew internazzjonali li kkonkludiet ftehim mal-Komunitajiet;

 biex isegwi attività f'kapaċità ta' impjegat jhew għal rasu, li bis-saħħa tagħha jakkwista d-drittijiet għal pensjoni taħt skema li l-korpi amministrattivi tagħha kkonkludew ftehim mal-Komunitajiet,

għandu jkun intitolat li jkollu l-ekwivalenza attwarjali tad-drittijiet għall-pensjoni ta' l-irtirar ►M112  aġġornati sad-data attwali tat-trasferiment ◄ tiegħu fil-Komunitajiet ittrasferiti għal ġol-fond tal-pensjoni ta' dik l-organizzazzjoni jew għal ġol-fond tal-pensjoni li fiha jakkwista d-drittijiet għal pensjoni ta' l-irtirar bis-saħħa ta' l-attività segwita f'kapaċità ta' impjegat jew ta' għal rasu.

2.  Uffiċjal li jidħol fis-servizz tal-Komunitajiet wara:

 li jitlaq mis-servizz ta' amministrazzjoni tal-gvern jew ta' organizzazzjoni nazzjonali jew internazzjonali; jew

 li jsegwi attività f'kapaċità ta' impjegat jew ta' għal rasu;

▼M112

għandu jkun intitolat, wara li jkun stabbilit iżda qabel ma jsir eliġibbli għall-pagament ta' pensjoni ta' l-irtirar fis-sens ta' l-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal, li ħallas lill-Komunitajiet il-valur kapitali, aġġornat sad-data tat-trasferimenti attwali, tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati bis-saħħa tat-tali servizzi jew attivitajiet.

Fit-tali każ l-istituzzjoni li l-uffiċjal iservi fiha, wara li tikkunsidra s-salarju bażiku ta' l-uffiċjal, l-età, u r-rata tal-kambju fid-data ta' l-applikazzjoni tat-trasferiment, għandha tistabbilixxi permezz tad-disposizzjonijiet ġenerali ta' l-implimentazzjoni n-numru ta' snin tas-servizz pensjonabbli li bih huwa jkun ikkreditat taħt l-iskema tal-pensjoni tal-Komunità dwar il-perjodu ta' qabel tas-servizz, fuq il-bażi tal-kapital ittrasferit, wara li jitnaqqas ammont li jirrappreżenta l-apprezzament tal-kapital bejn id-data ta' l-applikazzjoni għat-trasferiment u d-data attwali tat-trasferiment.

▼M112

L-uffiċjali jistgħu jagħmlu użu minn dan l-arranġament darba biss għal kull Stat Membru u fond tal-pensjoni kkonċernati

▼M56

3.  Il-paragrafu 2 għandu wkoll japplika għal uffiċjal li jerġa jkun stabbilit wara perjodu ta' sekondar taħt it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 37(1)(b) tar-Regolamenti tal-Persunal u għal uffiċjal li jerġa' jkun stabbilit wara li jiskadi perjodu ta' leavefuq raġunijiet personali taħt l-Artikolu 40 tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼B



Taqsima 2

GĦOTJA GĦAL FIRDA

▼M112

L-Artikolu 12

1.  Uffiċjal li għandu anqas minn 63 sena, li s-servizz tiegħu jintemm b'mod ieħor minbarra minħabba mewt jew invalidità u li m'huwiex intitolat għal pensjoni immedjata jew posposta ta' l-irtirar, għandu jkun intitolat hekk kif jitlaq mis-servizz:

(a) fejn ħadem anqas minn servizz ta' sena waħda u m'għamilx użu mill-arranġament imniżżel fl-Artikolu 11(2), għal pagament ta' għotja tal-firda daqs tliet darbiet l-ammont miżmum mis-salarju bażiku tiegħu dwar il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tiegħu, wara t-tnaqqis ta' xi ammonti mħallsa taħt l-Artikoli 42 u 112 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' ħaddiema oħra;

(b) f'każijiet oħra, għall-benefiċċji pprovduti taħt l-Artikolu 11(1) jew għall-pagament ta' l-ekwivalenza attwarjali tat-tali benefiċċi lil kumpannija privata ta' l-assigurazzjoni, jew il-fond tal-pensjoni ta' l-għażla tagħhom, bil-kondizzjoni li t-tali kumpannija jew fond tiggarantixxi li:

(i) il-kapital ma jitħallasx lura;

(ii) introjtu fix-xahar jitħallas mill-età ta' 60 sena l-aktar kmieni, u l-età ta' 65 sena l-aktar tard;

(iii) disposizzjonijiet huma nklużi għall-pensjonijiet tar-riverżjoni jew ta' l-għajxien;

(iv) trasferiment għal kumpannija oħra ta' l-assigurazzjoni jew għal fond ieħor ikun awtorizzat biss jekk it-tali fond iħares il-kondizzjonijiet imniżżla fil-punti (i), (ii), u (iii).

2.  B'mod ta' deroga mill-paragrafu 1 (b), l-uffiċjali ta' taħt it-63 sena li, minn meta bdew id-dmirijiet tagħhom, sabiex ikunu stabbiliti jew jinżammu d-drittijiet għall-pensjoni, ħallsu fi skema nazzjonali tal-pensjoni, skema privata ta' l-assigurazzjoni, jew fond tal-pensjoni ta' l-għażla tagħhom, li jħarsu l-ħtiġijiet ippreżentati fil-paragrafu 1, u li s-servizz tagħhom jintemm minħabba raġunijiet minbarra mewt jew invalidità, mingħajr ma jikkwalifikaw għal pensjoni immedjata jew posposta ta' l-irtirar, għandhom ikunu intitolati, malli jitilqu mis-servizz, għal għotja tal-firda daqs il-valur attwarjali tad-drittijiet tagħhom għal pensjoni akkwistati matul is-servizz fl-istituzzjonijiet. F'dawn il-każijiet, il-pagamenti li saru sabiex ikunu stabbiliti jew jinżammu d-drittijiet tagħhom għal pensjoni taħt skema nazzjonali tal-pensjoni, fl-applikazzjoni ta' l-Artikoli 42 jew 112 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' ħaddiema oħra, għandhom jitnaqqsu mill-għotja tal-firda.

3.  Fejn is-servizz ta' uffiċjal jintemm billi jitneħħa mill-posizzjoni tiegħu, l-għotja tal-firda li għandha titħallas jew, skond xi jkun il-każ, l-ekwivalenza attwarjali li għandha tkun ittrasferita, għandha tkun stabbilita b'riferenza għad-deċiżjoni li ttieħdet skond l-Artikolu 7(1)(h) ta' l-Anness IX.

▼M112 —————

▼B



IL-KAPITOLU 3

▼M112

Benefiċċju ta' Invalidita

▼B

Artikolu 13

►M112  1. ◄   Suġġett għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1(1), uffiċjal li għandu anqas minn 65 sena li fi kwalunkwe żmien li fih ikun qed jakkwista drittijiet għal pensjoni ikun rikonoxxut mill-Kumitat ta' l-Invalidita bħala li qed isofri minn invalidita permanenti totali li tiprevenih milli jwettaq id-doveri li jikkorispondu ma post fil-bracket tal-karriera tiegħu, u li jkun obbligat li jispiċċa s-servizz tiegħu ►M15  mal-Komunitajiet ◄ għal dawn ir-raġunijiet ikun intitolat, sakemm tibqa din l-inkapaċita, ►M23  għal ►M112  benefiċċju ta' l-invalidità ◄ kif prevista mill-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal ◄ .

▼M112

2.  Il-persuni li jirċievu benefiċċju ta' l-invalidità ma jistgħux jaħdmu f'impieg bi qligħ, mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-Awtorità tal-Ħatra. Kull dħul mit-tali mpieg bi qligħ li, flimkien mal-benefiċċju ta' l-invalidità, jaqbżu r-remunerazzjoni totali riċevuta l-aħħar waqt servizz attiv, kif stabbilita fuq il-bażi ta' l-iskala tas-salarju fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar li fih il-benefiċċju għandu jitħallas, għandu jitnaqqas mill-benefiċċju ta' l-invalidità.

Ir-riċevitur tal-benefiċċju għandu jkun meħtieġ jipprovdi, meta mitlub, xi evidenza bl-miktub li tista' tintalab, u li javħa l-istituzzjoni tiegħu jew tagħha b'kull fattur li jista' jaffettwa l-intitolament għall-benefiċċju.

▼B

Artikolu 14

▼M62

Id-dritt ta' riċeviment ta' pagament ta' ►M112  benefiċċju ta' l-invalidità ◄ għandu jieħu effett mill-ewwel jum tax-xahar kalendarju wara l-irtirar ta' l-uffiċjal taħt l-Artikolu 53 tar-Regolamenti tal-persunal.

▼M23

Meta dak li ►M62  kien uffiċjal ◄ jieqaf jissodisfa r-rekwiżiti għall-pagament tal- ►M112  benefiċċju ◄ huwa għandu jiġi mdaħħal mill-ġdid fl-ewwel post li jikkorrispondi mal-brackettal-karriera tiegħu li jsir battal fil-kategorija jew servizz tiegħu, sakemm ikun jissodisfa r-rekwiżiti għal dak il-post. Jekk jirrifjuta l-post li jkun offrut lilu, huwa għandu jżomm id-dritt tiegħu ta' dħul mill-ġdid meta titfaċċa l-posizzjoni battala li jkun imiss fil-kategorija jew servizz tiegħu suġġett għall-istess proviso; jekk jirrifjuta għat-tieni darba, jista' jiġi mitlub sabiex jirreżenja; ►M112  ————— ◄ .

Meta dak li kien ►M62  uffiċjal ◄ li kien jirċievi ►M112  benefiċċju ta' l-invalidità ◄ jmut, l-intitolament għall- ►M112  benefiċċju ◄ jieqaf fl-aħħar tax-xahar kalendarju li fih ikun miet.

▼B

Artikolu 15

Waqt li dak li kien ►M62  uffiċjal ◄ li jieħu ►M112  benefiċċju ◄ ta' l-invalidita ikollu anqas minn ►M112  63 ◄ sena, l-istituzzjoni tista' teżaminah medikalment perjodikament sabiex tiżgura li jkun għadu jissodisfa r-rekwiżiti għall-pagament tal-benefiċċju.

▼M112 —————

▼B



IL-KAPITOLU 4

Pensjoni għas-Sopravissut

Artikolu 17

►M23  Meta uffiċjali imut waqt li jkollu wieħed mill-istatus amministrattivi mniżżla fl-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Persunal, ►M112  is-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ għandu jkun intitolat ◄ , ►M112  sakemm il-koppja kienu miżżewġin ◄ miegħu għall-anqas sena fil-ħin tal-mewt tiegħu u suġġett għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1(1) u 22, għal ►M112  pensjoni tas-sieħeb li għadu ħaj ◄ daqs ►M5  60 %  ◄ tal-pensjoni ta' l-irtirar li l-uffiċjali ikun jiġi mħallas kieku kien kwalifikat, irrispettivament mid-dewmien tas-servizz jew ►M62  l-eta ◄ , għal tali pensjoni fil-ħin tal-mewt tiegħu.

Id-dewmien taż-żwieġ m' għandhux jittieħed in konsiderazzjoni jekk hemm wild wieħed jew aktar miż-żwieġ jew minn żwieġ ieħor ta' l-uffiċjal sakemm ►M112  is-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ imantni jew kien imantni dawk l-ulied, jew jekk il-mewt ta' l-uffiċjal tirriżulta jew minn disabilta fiżika jew mard li ġie waqt it-twettiq tad-doveri tiegħu jew minn aċċident.

▼M56

Artikolu 17a

Suġġett għal l-Artikoli 1(1) u 22, ►M112  is-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ ta' dak li kien uffiċjal li kien tneħħa mill-post tiegħu jew li s-servizz tiegħi kien terminat skond Regolament (KEE, Euratom, KEE) Nru 259/68, (Euratom, KEE, KEE) Nru 2530/72 jew (KEE, KEE, Euratom) Nru 1543/73 u li miet waqt li kien qed jirċievi allowanceta' kull xahar taħt l-Artikolu 50 tar-Regolamenti tal-persunal jew taħt wieħed mir-Regolamenti msemmija għandu jkun intitolat, ►M112  sakemm il-koppja kienet diġà miżżewġa qabel l-uffiċjal telaq mis-servizz ta' l-istituzzjoni u li ż-żwieġ dam għal mill-anqas sena ◄ , għal ►M112  il-pensjoni għal min jibqa' ħaj ◄ , daqs 60 % tal-pensjoni ta' l-irtirar li għaliha ►M112  is-sieħeb ◄ kien ikun intitolat li kieku kien jikkwalifika, irrispettivament mit-tul tas-servizz jew eta', għal tali pensjoni fil-ħin tal-mewt tiegħu.

L-ammont ►M112  il-pensjoni għal min jibqa' ħaj ◄ prevista fl-ewwel paragrafu m' għandiex tkun anqas mill-ammont previst fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 79 tar-Regolament tal-Persunal. L-ammont ►M112  il-pensjoni għal min jibqa' ħaj ◄ m' għandiex, fl-ebda każ, taqbeż l-ammont ta' l-ewwel pagament tal-pensjoni ta' l-irtirar li għaliha dak li kien uffiċjal kien ikun intitolat bis-supposizzjoni li, kieku baqa' ħaj u uża d-drittijiet kollha tiegħu għal wieħed jew ieħor mill-benefiċċji fuq imsemmija, kien ikun intitolat għal pensjoni ta' l-irtirar.

It-tul taż-żwieġ speċifikat fl-ewwel paragrafu m'għandux ikun ikkunsidrat jekk hemm tifel wieħed jew aktar minn żwieġ ikkuntrattat mill-uffiċjal qabel telaq mis-servizz, sakemm ►M112  is-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ tmantni jew mantniet it-tali tfal dipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) ta' l-Anness VII.

Lanqas m'għandu jkun ikkunsidrat iż-żwieġ jekk il-mewt ta' l-uffiċjal ta' qabel jiġri f'waħda miċ-ċirkostanzi deskritti fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 17.

▼M112

L-Artikolu 18

Meta wieħed li qabel kien uffiċjal rċieva pensjoni ta' l-irtirar, is-sieħeb li jibqa' ħaj għandu jkun intitolat, sakemm il-koppja kienet diġà miżżewġa qabel l-uffiċjal telaq mis-servizz ta' l-istituzzjoni u li ż-żwieġ dam għal mill-anqas sena, u suġġett għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 22, għal pensjoni ta' min jibqa' ħaj daqs 60 % tal-pensjoni ta' l-irtirar li kien jirċievi qabel miet. L-anqas pensjoni għal min jibqa' ħaj għandha tkun 35 % ta' l-aħħar salarju bażiku; l-ammont tal-pensjoni għal min jibqa' ħaj m'għandu, iżda, fl-ebda każ, jaqbeż l-ammont tal-pensjoni ta' l-irtirar li s-sieħeb kien jirċievi qabel miet.

It-tul taż-żwieġ m'għandux ikun ikkunsidrat jekk hemm tifel wieħed jew aktar minn żwieġ ikkuntrattat mill-uffiċjal qabel telaq mis-servizz, sakemm is-sieħeb li jibqa' ħaj imantni jew mantna dawk it-tfal.

▼M23

Artikolu 18a

►M112  Is-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ ta' dak li qabel kien uffiċjal li telaq mis-servizz qabel laħaq is- ►M112  63 ◄ sena u talab li l-pensjoni ta' l-irtirar ikun pospost sa l-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih laħaq is- ►M112  63 ◄ sena għandu jkun intitolat, ►M112  sakemm il-koppja kienet diġà miżżewġa qabel l-uffiċjal telaq mis-servizz ta' l-istituzzjoni u li ż-żwieġ dam għal mill-anqas sena. ◄ , u suġġett għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 22, għal ►M112  il-pensjoni tas-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ daqs 60 % tal-pensjoni ta' l-irtirar li kien ikun pagabbli ►M112  is-sieħeb ◄ fl-età ta' ►M112  63 ◄ sena. ►M112  il-pensjoni tas-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ għandha tkun 35 % ta' l-aħħar salarju bażiku; l-ammont ►M112  il-pensjoni tas-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ fl-ebda każ, madankollu, m'għandha taqbeż l-ammont tal-pensjoni ta' l-irtirar li għaliha kien ikun intitolat l-uffiċjal fl-età ta' ►M112  63 ◄ sena.

It-tul taż-żwieġ m'għandux ikun ikkunsidrat jekk hemm tifel wieħed jew aktar minn żwieġ ikkuntrattat minn dak li qabel kien ►M62  uffiċjal ◄ qabel telaq mis-servizz, sakemm ►M112  is-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ tmantni jew mantniet dawk it-tfal.

▼M112

L-Artikolu 19

Meta wieħed li qabel kien uffiċjal rċieva pensjoni ta' l-invalidità, is-sieħeb li jibqa' ħaj għandu jkun intitolat, suġġett għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 22 ta' dan l-Anness, sakemm il-koppja kienet miżżewġa qabel l-uffiċjal sar eliġibbli għall-benedfiċċju, għal pensjoni ta' min jibqa' ħaj daqs 60 % tal-pensjoni ta' l-invalidità li s-sieħeb kien jirċievi fil-mument qabel miet.

L-anqas pensjoni għal min jibqa' ħaj għandha tkun 35 % ta' l-aħħar salarju bażiku; l-ammont tal-pensjoni għal min jibqa' ħaj m'għandu, iżda, fl-ebda każ, jaqbeż l-ammont tal-benefiċċju ta' l-invalidità li s-sieħeb kien jirċievi qabel miet.

▼B

Artikolu 20

Għall-iskopijiet ta' ►M62  l-Artikoli 17a, 18, 18a u 19 ◄ , it-tul taż-żwieġ ma jkunx ikkunsidrat meta ż-żwieġ, għalkemm ikkuntrattat wara li jintemm is-servizz ta' l-uffiċjal, dam għal mill-anqas ħames snin.

Artikolu 21

1.  Il-pensjoni ta' l-orfni pprovduta fl-Artikolu 80, ►M62  l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi ◄ tar-Regolamenti tal-Persunal għandha għall-ewwel orfni tkun daqs tmienja minn għaxra tal-pensjoni għal min jibqa' ħaj li ►M112  is-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ ta' uffiċjal jew ta' dak li qabel kien uffiċjal li jirċievi ►M112  pensjoni ta' l-irtirar jew benefiċċju ta' l-invalidità ◄ kienet tkun intitolata għaliha, mingħajr kas tat-tnaqqis ippreżentati fl-Artikolu 25.

▼M23

M'għandhiex tkun anqas mis-somma minima tas-sussistenza, suġġetta għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 22.

▼B

2.  Il-pensjoni għandha tiżdied, għal kull tifel wara l-ewwel, b'ammont id-doppju tal-benefiċċju tat-tifel dipendenti.

▼M23

L-orfni għandhom ikunu intitolati għal benefiċċju ta' l-edukazzjoni skond l-Artikolu 3 ta' l-Anness VII.

▼B

3.  L-ammont totali tal-pensjoni u l-benefiċċju maħdum b'dan il-mod għandu jkun diviż indaqs fost l-orfni intitolati.

Artikolu 22

Meta uffiċjal jitlaq ►M112  is-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ u wkoll orfni ta' żwieġ ta' qabel jew persuni oħra intitolati taħtu, il-pensjoni totali, maħduma daqs li kieku ►M112  is-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ jkollha dawn il-persuni kollha dipendenti fuqha, għandha tinqasam fost il-persuni varji kkonċernati fil-proporzjon tal-pensjonijiet li kienu jkunu pagabbli f'kull kategorija tagħhom kieku ttrattati separatament.

Meta uffiċjal jitlaq orfni ta' żwieġijiet differenti, il-pensjoni totali, maħduma daqs li kieku t-tfal kollha kienu mill-istess żwieġ,għandha tinqasam fost il-persuni varji kkonċernati fil-proporzjon tal-pensjonijiet li kienu jkunu pagabbli f'kull kategorija tagħhom kieku ttrattati separatament.

Għall-iskopijiet biex jinħadem dan it-tqassim, tfal minn żwieġ ta' qabel ta' wieħed mill-isħab, li ma rikonoxxuti bħala dipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu nklużi fil-kategorija tat-tfal tal-żwieġ ta' l-uffiċjal jew ta' dak li qabel kien uffiċjal li jirċievi ►M112  il-pensjoni ta' l-irtirar jew il-benefiċċju ta' l-invalidità ◄ .

Fil-każ mistenni mit-tieni paragrafu, axxendenti li huma rikonoxxuti bħala dipendenti kif ipprovdut fl-Artikolu 2 ta' l-Anness VII tar-Regolament tal-Persunal għandhom ikunu ttrattati bl-istess mod bħala tfal dipendenti u, għall-iskopijiet biex jinħadem it-tqassim, inklużi fil-kategorija tad-dixxendenti.

▼M62 —————

▼B

Artikolu 24

Id-dritt li jittieħed pagament għal min jibqa' ħaj għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih miet l-uffiċjal jew dak li ►M62  kien uffiċjal li jirċievi ►M112  il-pensjoni ta' l-irtirar jew il-benefiċċju ta' l-invalidità ◄  ◄ . ►M23  Madankollu, meta l-pagament ipprovdut fl-Artikolu 70 tar-Regolamenti tal-Persunal isir mal-mewt ta' l-uffiċjal jew tal-persuna intitolata għal pensjoni, it-tali dritt għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tar-raba' xahar ta' wara dak li fih il-mewtseħħet. ◄

Id-dritt li jittieħed pagament għal min jibqa' ħaj għandu jispiċċa fl-aħħar ġurnata tax-xahar kalendarju li fih imut min jirċievi l-pensjonijiet jew ma jibqax jimxi mal-ħtiġiet tal-pagament tal-pensjoni. ►M112  Bl-istess mod, id-dritt għall-pensjoni ta' l-orfni għandu jieqaf jekk ir-riċevitur ma jibqax jitqies tifel dipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 2 ta' l-Anness VII. ◄

Artikolu 25

Meta d-differenza fiż-żmien bejn l-uffiċjal li miet jew dak li qabel ►M62  kien uffiċjal li jirċievi ►M112  il-pensjoni ta' l-irtirar jew il-benefiċċju ta' l-invalidità ◄  ◄ u l-konsorti tiegħu li għadha ħajja, bit-tnaqqis tat-tul ta' żmien li ilhom miżżewġin, hija aktar minn għaxar snin, il-pensjoni għal min jibqa' ħaj, maħduma skond id-disposizzjonijiet ta' qabel, għandha tkun suġġetta għal tnaqqis, għal kull sena sħiħa ta' differenza, li tammonta għal:

 1 % għas-snin bejn l-10 u l-20;

 2 % għas-snin 20 ‘il fuq sa iżda ma tinkludix il-25;

 3 % għas-snin 25 ‘il fuq sa iżda ma tinkludix it-30;

 4 % għas-snin 30 ‘il fuq sa iżda ma tinkludix il-35;

 5 % għas-snin minn 35 ‘il fuq.

Artikolu 26

L-intitolament ta' ►M112  Is-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ għal penjoni għal min jibqa' ħaj għandu jieqaf maż-żwieġ mill-ġdid. ►M112  Huwa jew hija għandhom ikunu intitolati ◄ għall-pagament immedjat ta' soma kapitali daqs id-doppju ta' l-ammont fis-sena tal-pensjoni għall-għajxien tagħha, sakemm it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 80 tar-Regolamenti tal-Persunal ma japplikax.

▼M112

L-Artikolu 27

Is-sieħba ddivorzjata ta' uffiċjal jew ta' wieħed li qabel kien uffiċjal, għandha tkun intitolata għall-pensjoni għal min għadu ħaj, kif definit f'dan il-Kapitolu, sakemm, mal-mewt tas-sieħeb ta' qabel, huwa/hija tist' tiġġustifika l-intitolament lejh/lejha li tirċievi manteniment mingħandu bis-saħħa ta' ordni mill-qorti jew bħala riżultat ta' ftehim uffiċjali rreġistrat bejnu/bejnha u s-sieħeb tiegħu/tagħha ta' qabel.

Il-pensjoni għal min għadu ħaj ma tistax, madankollu, taqbeż l-ammont ta' manteniment imħallas mal-mewt tas-ieħeb ta' qabel, l-ammont kien aġġustat skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 82 tar-Regolamenti tal-Persunal.

L-intitolament tas-sieħeb iddivorzjat jieqaf, jekk huwa jew hija tiżżewweġ qabel is-sieħeb ta' qabel imut. L-Artikolu 26 għandu japplika fil-każ ta' żwieġ mill-ġdid wara l-mewt tas-sieħeb ta' qabel.

▼B

Artikolu 28

▼M62

Meta l-uffiċjal li miet jitlaq aktar minn ►M112  sieħeb iddivorzjat ◄ waħda intitolata għall-pensjoni għal min jibqa' ħaj jew ►M112  sieħeb iddivorzjat ◄ jew aktar u ►M112  is-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ intitolati għall-pensjoni għal min jibqa' ħaj, dik il-pensjoni għandha tkun diviża fil-proporzjon taż-żmien rispettiv kemm idumu ż-żwiġijiet. Id-disposizzjonijiet tat-tieni u t-tielet paragrafi ta' l-Artikolu 27 għandhom japplikaw.

▼B

Jekk xi waħda mill-persuni intitolati għall-pensjoni tmut jew tirrinunzja għas-sehem tagħha, is-sehem tagħha jiżdied mas-sehem tal-persuni l-oħra, minbarra fejn hemm drittijiet ta' l-orfni taħt it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 80 tar-Regolamenti tal-Persunal.

It-tnaqqis dwar id-differenza fl-età, kif ipprovdut fl-Artikolu 25, għandu jkun applikat separatament għall-pensjonijiet diviżi skond dan l-Artikolu.

Artikolu 29

Meta taħt l-Artikolu 42 ►M112  is-sieħeb iddivorzjat ◄ ma tibqax intitolata għal pensjoni, il-pensjoni totali għandha tkun pagabbli ►M112  lis-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ , sakemm it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 80 tar-Regolamenti tal-Persunal ma japplikax.



IL-KAPITOLU 5

Pensjonijiet provvisorji

Artikolu 30

Il-konsorti jew il-persuni rikonoxxuti bħala dipendenti ta' uffiċjal li għandu ►M62  wieħed mill-istati mniżżla fl-Artikolu 35 tar-Regolamenti tal-Persunal ◄ li ma jafux fejn jinsab ►M62  ————— ◄ għal aktar minn sena jirċievi provvisorjament il-pensjoni għal min jibqa' ħaj li jkunu intitolati għalih taħt dan l-Anness.

Artikolu 31

Il-konsorti jew il-persuni rikonoxxuti bħala dipendenti ta' dak li kien uffiċjal li jirċievi ►M112  pensjoni ta' l-irtirar jew il-benefiċċju ta' l-invalidità ◄ , li ma jafux fejn jinsab ►M62  ————— ◄ għal aktar minn sena jirċievu provvisorjament il-pensjoni għal min jibqa' ħaj li jkunu intitolati għalih taħt dan l-Anness.

▼M62

Artikolu 31a

Il-konsorti jew il-persuni rikonoxxuta bħala dipendenti ta' dak li kien uffiċjal fis-sens ta' l-Artikolu 18a ta' l-Anness VIII, jew ta' dak li kien uffiċjal intitolat għal benefiċċju jew taħt l-Artikolu 50 tar-Regolamenti tal-Persunal ►M112  jew taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1857/89 ( 2 ), ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1746/2002 ( 3 ), ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1747/2002 ( 4 ) jew ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1748/2002 ( 5 ) ◄ jistgħu, jekk ma jkunux jafu fejnu dak li kien uffiċjal għal aktar minn sena, jirċievu provvisorjament pensjoni għal min jibqa' ħaj li għalih ikunu intitolati taħt dan l-Anness.

▼B

Artikolu 32

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 31 għandhom japplikaw għall-persuni rrikonoxxuti bħala dipendent ta' persuna li tirċievi jew hija intitolata għall-pensjoni għal min jibqa' ħaj li ma jafux fejnha ►M62  ————— ◄ għal aktar minn sena.

Artikolu 33

Il-pensjonijiet provvisorji taħt l-Artikolu 30, 31 ►M62  , 31a ◄ u 32 għandhom jinqalbu f'pensjonijiet definittivi meta l-mewt ta' l-uffiċjal jew ta' dak li ►M62  kien uffiċjal ◄ tkun ikkonfermata uffiċjalment jew ikun legalment iddikkjarat nieqes, maħsub mejjet.



IL-KAPITOLU 6

Żidiet fil-pensjoni dwar tfal dipendenti

Artikolu 34

Id-disposizzjonijiet tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 81 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw għall-persuni li jirċievi pensjoni provvisorja.

▼M112

L-Artikoli 80 u 81 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw ukoll għal tfal li jitwieldu anqas minn 300 ġurnata wara l-mewt ta' l-uffiċjal jew ta' dak li qabel kien uffiċjal li jirċievi pensjoni ta' l-irtirar jew benefiċċju ta' l-invalidità.

▼M23 —————

▼B

Artikolu 35

▼M23

L-għotja ►M112  ta' pensjoni ta' l-irtirar jew għal min għadu ħaj, jew ta' benefiċċju ta' l-invalidità ◄ jew ta' pensjoni provvisorja m'għandhiex tintitola lil min jieħu l-pensjoni għal benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni.

▼B



IL-KAPITOLU 7



Taqsima 1

L-IFFINANZJAR TA' L-ISKEMA TAL-PENSJONI

Artikolu 36

Is-salarji ►M112  Salarji ◄ fil-każijiet kollha għandhom ikunu suġġetti għal tnaqqis tal-kontribuzzjoni ta' l-iskema tal-pensjoni pprovduta fl-Artikoli 77 sa 84 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 37

Uffiċjal fuq sekondar għandu jkompli jħallas il-kontribuzzjoni imsemmija fl-Artikolu ta' qabel fuq il-bażi tas-salarju marbut ma' l-iskala u l-grad tiegħu. Dan għandu japplika wkoll, sa massimu ta' ħames snin kif ipprovdut fl-Artikolu 3, għall-uffiċjali li jirċievu l-benefiċċju pprovdut rigward stat mhux attiv jew irtirar fl-interessi tas-servizz ►M39  , u għall-uffiċjali fuq leavefuq raġunijiet personali li qed ikomplu jakkwistaw aktar drittijiet tal-pensjoni bil-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 40(3) tar-Regolamenti tal-Persunal. ◄

Il-benefiċċji kollha li għalihom it-tali uffiċjal jew dawk intitolati taħtu jistgħu jkunu intitolati taħt din l-iskema tal-pensjoni għandhom jinħadmu fuq il-bażi tat-tali salarju.

Artikolu 38

Il-kontribuzzjoni li tnaqqsu sewwa ma jitħallsux lura. Il-kontribuzzjonijiet li tnaqqsu ħażin ma jagħtux id-dritt li titħallas pensjoni; huma jkunu Rimborsati mingħajr imgħax fuq it-talba ta' l-uffiċjal jew ta' dawk intitolati taħtu.

▼M112 —————

▼B



Taqsima 2

KALKOLU TAL-PENSJONI

Artikolu 40

▼M23

L-istituzzjoni li magħha kien iservi l-uffiċjal fil-mument meta ntemm l-impieg attiv tiegħu għandha tkun responsabbli biex taħdem l-ammont ►M112  pensjoni ta' l-irtirar, jew għal min għadu ħaj, jew benefiċċju ta' l-invalidità ◄ jew il-pensjoni provvisorja. Prospett dettaljat tal-kalkolu għandu jkun ikkomunikat lill-uffiċjal jew lil dawk intitolati taħtu u lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li hija l-aġenzija li tħallas, fl-istess ħin mad-deċiżjoni li tagħti l-pensjoni.

▼M112

Pensjoni ta' l-irtirar jew benefiċċju ta' l-invalidità ma jitħallsux flimkien mas-salarju pagabbli mill-estimi ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew minn waħda mill-aġenziji, lanqas mal-benefiċċji pagabbli taħt l-Artikoli 41 u 50 tar-Regolamenti tal-Persunal. L-istess, m'għandhomx ikunu kompatibbli ma' xi remunerazzjoni ġejja minn xi posizzjoni f'waħda mill-istituzzjonijiet jew aġenziji.

▼B

Artikolu 41

L-ammont tal-pensjoni jista' f'kull ħin jerġa' jinħdem mill-ġdid jekk ikun xi żball jew ommissjoni ta' kull tip.

Il-pensjonijiet jistgħu jkunu mmodifikati jew irtirati jekk l-għotja kienet kontra d-disposizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jew ta' dan l-Anness.

Artikolu 42

Meta jmut uffiċjal jew dak li qabel ►M62  kien uffiċjal li jirċievi ►M112  il-pensjoni ta' l-irtirar jew il-benefiċċju ta' l-invalidità ◄  ◄ u dawk intitolati taħtu ma japplikawx għall-pensjoni tagħhom ►M112  jew benefiċċju ◄ fi żmien sena mid-data tal-mewt tiegħu, huma jitilfu l-intitolament tagħhom, ħlief fejn forza maġġura tista' tkun stabbilita.

Artikolu 43

Dak li ►M62  kien uffiċjal ◄ u dawk intitolati taħtu li favurhom jinħolqu benefiċċji taħt din l-iskema tal-pensjoni għandhom jipprovdu t-tali evidenza bil-miktubkif jista' jkun meħtieġ u jinformaw l-istituzzjoni imsemmija fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 45 ta' kull fatt li jista' jaffettwa l-intitolament tagħhom.

Artikolu 44

Meta uffiċjal kien imċaħħad ►M112  temporanjament ◄ , kompletament jew parzjalment, mid-drittijiet tal-pensjoni tiegħu taħt ►M112  taħt l-Artikolu 7 ta' l-Anness IX ◄ , għandu jkun intitolat li jitlob rifużjoni fil-proporzjon ta' l-ammont li bih tnaqqset il-pensjoni tiegħu tal-kontribuzzjonijiet li ħallas.



Taqsima 3

ĦLAS TA' BENEFIĊĊJI

Artikolu 45

Il-benefiċċji taħt din l-iskema tal-pensjoni għandhom jitħallsu fix-xahar b'lura.

Dawn il-benefiċċji, ►M15  f'isem il-Komunitajiet, għandhom ◄ ikunu pprovduti mill-istituzzjoni nnominata mill-awtoritajiet ta' l-estimi; l-ebda istituzzjoni, taħt kull deskrizzjoni li tkun, ma tista' tħallas mill-fondi tagħha stess benefiċċji pprovduti taħt din l-iskema tal-pensjoni.

▼M112

Għall-pensjonanti li jgħixu fl-Unjoni Ewropea, il-benefiċċji jitħallsu f'euro f'bank fl-Istat Membru tar-residenza.

Għall-pensjonanti li jgħixu barra l-Unjoni Ewropea, il-pensjonijiet jitħallsu f'euro f'bank fil-pajjiż tar-residenza. Il-pensjoni tista', b'eċċezzjoni, titħallas f'euro f'bank fil-pajjiż fejn l-istituzzjoni għandha l-kwartieri ġenerali, jew f'munita barranija fil-pajjiż tar-resdenza tal-pensjonant, maqluba bl-aktar rati aġġornati tal-kambju, użati għall-implimentazzjoni ta' l-estimi ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan l-Artikolu għandu japplika b'analoġija għar-riċevituri tal-benefiċċju ta' l-invalidità.

▼M62 —————

▼B

Artikolu 46

Kull somma dovuta minn uffiċjal jew dak li ►M62  kien uffiċjal li jirċievi ►M112  ta' pensjoni ta' l-irtirar jew benefiċċju ta' l-invalidità ◄  ◄ ►M15  lill-Komunitajiet ◄ fid-data meta benefiċċju huwa pagabbli taħt din l-iskema tal-pensjoni għandha titnaqqas mill-ammont tal-benefiċċju u mill-benefiċċji pagabbli lil dawk intitolati taħtu. It-tnaqqis jista' jitqassam fuq numru ta' xhur.

▼M62 —————

▼B



IL-KAPITOLU 8

Disposizzjonijiet transitorji

Artikolu 48

Uffiċjal li għalih ikunu applikati r-Regolamenti tal-Persunal skond il-provvisorji transitorji għandu jkun intitolat għad-drittijiet tal-pensjoni maħduma mid-data ta' meta jidħol fl-iskema konġunta temporanja tal-provvidenza ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet.

Jekk uffiċjal jitlob hekk, minkejja kull disposizzjoni kontra fir-Regolamenti tal-Persunal, id-drittijiet għal pensjoni tiegħu għandhom jinħadmu mid-data ta' meta beda s-servizz f'istituzzjoni ta' waħda mit-tliet Komunitajiet Ewropej f'kull kapaċità li tkun. Fejn matul is-servizz kollha jew parti minnu ta' qabel tiegħu, huwa ma kienx ikkontribwixxa taħt l-iskema tal-provvidenza, għandu jkun intitolat, b'pagament bil-kambjali, li jixtri fid-drittijiet tal-pensjoni li għalihom ma kienx jista' jikkontribwixxi. L-ammonti kkontribwiti mill-uffiċjal, flimkien ma' l-ammonti li jikkorrospondu kkontribwiti mill-istituzzjoni, għandhom jitqiesu li kien dovuti għall-kreditu ta' l-uffiċjal taħt l-iskema temporanja tal-provvidenza fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 49

Meta uffiċjal eserċita l-opzjoni tiegħu li jirtira mill-kont tiegħu ma' l-iskema konġunta temporanja tal-provvidenza ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet somom li kien meħtieġ jikkontribwixxi fil-pajjiż ta' l-oriġini tiegħu sabiex iżomm id-drittijiet għall-pensjoni hemmhekk, id-drittijiet għal pensjoni tiegħu, dwar il-perjodu meta kien membru ta' l-iskema temporanja tal-provvidenza, għandhom jitnaqqsu fil-proporzjon tas-somom irtirati mill-kont tiegħu.

Il-paragrafu ta' qabel m'għandux japplika meta uffiċjal talab, fi żmien tliet xhur minn meta r-Regolamenti tal-Persunal kienu applikati għalih, li jitħalla jħallas dawk is-somom bl-addizzjoni ta' imgħax kompost bir-rata ta' 3. 5 % fis-sena.

Artikolu 50

Meta uffiċjal li dwaru kienu applikati r-Regolamenti tal-Persunal skond id-disposizzjonijiet transitorji għandu jkun intitolat, jekk jitlaq mis-servizz fl-età ta' 65 sena mingħajr ma jkun għamel l-10 snin meħtieġa taħt l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal, li jagħżel pagament ta' għotja maħduma skond l-Artikolu 12 ta' dan l-Anness jew għal pensjoni proporzjonali maħduma skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 51

Din l-iskema tal-pensjoni għandha tapplika għall-armla ta', u dawk intitolati taħt, kull ħaddiem tal-Komunitajiet li miet waqt impieg attiv qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal u ta' kull ħaddiem tal-Komunitajiet li, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal, kien qed ibati minn invalidità permanenti totali fis-sens ta' l-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal, suġġetta għat-traferiment ►M15  lill-Komunitajiet ◄ ta' l-ammonti dovuti għall-kreditu taħt l-iskema konġunta temporanja tal-provvidenza ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet. ►M15  Il-Komunitajiet għandhom ◄ jassuma r-responsabbiltà tal-pagament tal-benefiċċji pprovduti f'din l-iskema tal-pensjoni.

▼M112




ANNESS IX

Proċeduri dixxiplinarji

Taqsima 1:

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

1.  Kulmeta investigazzjoni mill-OLAF tikxef il-possibbiltà ta' involviment personali ta' uffiċjal jew ta' persuna li qabel kienet uffiċjal, ta' istituzzjoni, dik il-persuna għandha tkun infurmata malajr, sakemm dan mhux ta' ħsara għall-investigazzjoni. F'kull każ, ma jistgħux jittieħdu konklużjonijiet li jirreferu bl-isem ta' uffiċjal meta titlesta l-investigazzjoni mingħajr ma dak l-uffiċjal ikkonċernat jkollu l-opportunità biex jikkumenta fuq il-fatti dwaru. Il-konklużjonijiet għandhom jagħmlu riferenza għal dawn il-kummenti.

2.  Fil-każijiet li jitolbu segretezza assoluta għall-għanijiet ta' l-investigazzjoni u li jeħtieġu l-użu tal-proċeduri ta' investigazzjoni, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' awtorità ġudizzjarja nazzjonali, il-konformità ma' l-obbligu li jkun mistieden l-uffiċjal biex jikkummenta, bi qbil ma' l-Awtorità tal-Ħatra, tista' tkun posposta. Fit-tali każijiet, l-ebda proċeduri dixxiplinarji ma jistgħu jinbdew qabel l-uffiċjal jingħata l-opportunità biex jikkummenta.

3.  Jekk, wara l-investigazzjoni ta' l-OLAF, l-ebda każ ma jista' jsir kontra uffiċjal li saru allegazzjonijiet dwaru, l-investigazzjoni in kwestjoni tingħalaq, mingħajr ma tittieħed aktar azzjoni, bid-deċiżjoni tad-Direttur ta' l-OLAF, li għandu jinforma l-uffiċjal u l-istituzzjoni tiegħu bil-miktub. L-uffiċjal jista' jitlob li din id-deċiżjoni tiddaħħal fil-file personali tiegħu.

Artikolu 2

1.  Ir-regoli ppreżentati fl-Artikolu 1 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw, b'kull bidla meħtieġa, għal inkjesti amministrattivi oħra, imwettqa mill-Awtorità tal-Ħatra.

2.  L-Awtorità tal-Ħatra għandha tinforma l-persuna kkonċernata meta tintemm l-investigazzjoni, u għandha tikkomunikalha l-konklużjonijiet ta' l-investgazzjoni u, meta mitluba u suġġetta għall-ħarsien ta' l-interessi leġittimi ta' persuni terzi, id-dokumenti kollha li direttament relatati ma' l-allegazzjonijiet li saru kontrih.

3.  L-istituzzjonijiet għandhom jadottaw l-arranġamenti ta' l-implimentazzjoni għal dan l-Artikolu, skond l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 3

1.  Fuq il-bażi tar-rapport ta' l-investigazzjoni, wara li tavża l-uffiċjal ikkonċernat bl-evidenza kollha fil-files u wara li tisma' l-uffiċjal ikkonċernat, l-Awtorità tal-Ħatra tista':

(a) tiddeċiedi li l-ebda każ ma jista' jsir kontra l-uffiċjal, f'liema każ l-uffiċjal għandu jkun avżat b'hekk bil-miktub; jew

(b) tiddeċiedi, anki jekk hemm jew jidher li kien hemm nuqqas biex jitħarsu l-obbligi, li l-ebda miżura dixxiplinarja m'hi se tittieħed u, jekk ikun il-każ, tindirizza twissija lill-uffiċjal; jew

(ċ) fil-każ ta' nuqqas biex jitħarsu l-obbligi, fis-sens ta' l-Artikolu 86 tar-Regolamenti tal-Persunal:

(i) tiddeċiedi li tibda l-proċeduri dixxiplinarji kif provdut fit-Taqsima 4 ta' dan l-Anness, jew

(ii) tiddeċiedi li tibda proċeduri dixxiplinarji quddiem il-Bord Dixxiplinari.

Artikolu 4

Uffiċjal li, għal raġunijiet oġġettivi, ma jistax jinstema' skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness, jista' jintalab biex jikkummenta bil-miktub jew jista' jkun irrappreżentat minn persuna ta' l-għażla tiegħu.



Taqsima 2:

Bord dixxiplinari

Artikolu 5

1.  Bord Dixxiplinari, minn issa ‘l-quddiem riferut bħala il-Bord, għandu jkun stabbilit f'kull istituzzjoni. Il-Bord għandu jinkludi mill-anqas membru wieħed, li jista' jkun il-president, li jintgħażel minn barra l-istituzzjoni.

2.  Il-Bord għandu jkun magħmul minn president u erba' membri full time, li jistgħu jinbidlu minn sostituti, u fil-każijiet li jinvolvu uffiċjal fil-grad sa AD 13, żewġ membri addizzjonali fl-istess grupp tal-funzjoni u grad daqs l-uffiċjal taħt proċeduri dixxiplinarji.

3.  Il-membri u s-sostituti tal-Bord għandhom jinħatru minn fost l-uffiċjali fil-grad AD 14 jew aktar, f'impieġ attiv, dwar il-każijiet kollha barra dawk li jikkonċernaw uffiċjali fil-gradi AD 16 jew AD 15.

4.  Il-membri u s-sostituti tal-Bord għandhom jinħatru minn fost l-uffiċjali fil-grad AD 16 f'impieġ attiv, dwar il-każijiet li jinvolvu uffiċjali fil-gradi AD 16 jew AD 15.

5.  L-Awtorità tal-Ħatra u l-Kumitat tal-Persunal għandhom jiftehmu fuq proċedura ad hoc biex jinħatru aktar membri riferuti fit-tieni paragrafu, li għandhom joqgħodu fuq każijiet li jinvolvu uffiċjal li tqiegħed f'pajjiż terz.

Artikolu 6

1.  L-Awtorità tal-Ħatra u l-Kumitat tal-Persunal għandhom kull wieħed jaħtru żewġ membri u żewġ sostituti fl-istess ħin.

2.  Il-president u s-sostitut tal-president għandu jinħatar mill-Awtorità tal-Ħatra.

3.  Il-president, il-membri u s-sostituti għandhom jinħatru għal perjodu ta' tliet snin. Iżda, l-istituzzjonijiet jistgħu jipprovdu għal perjodu iqsar għal membri u sostituti, suġġett għal minimu ta' sena.

4.  Iż-żewġ membri tal-Bord kif imkabbar skond l-Artikolu 5(2) ta' dan l-Anness għandhom jinħatru bil-mod li ġej:

(a) l-Awtorità tal-Ħatra għandha tħejji lista li fiha, jekk possibbli, l-ismijiet ta' żewġ uffiċjali f'kull grad f'kull grupp tal-funzjoni. Fl-istess ħin, il-Kumitat tal-Persunal għandu jibgħat lista mħejjija fuq l-istess bażi lill-Awtorità tal-Ħatra;

(b) fi żmien għaxart ijiem min-notifika tar-rapport li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni biex jinfetħu proċeduri dixxiplinarji jew il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-president tal-Bord, fil-presenza tal-persuna kkonċernata, għandu jtella' l-ismijiet ta' żewġ membri tal-Bord mil-listi fuq imsemmija, membru wieħed jittella' minn kull lista, Il-president jista' jiddeċiedi li s-segretarju għandu jeħodlu postu f'din il-proċedura. Il-president għandu jinnotifika lill-uffiċjali kkonċernati u l-membri individwali tal-Bord bil-komposizzjoni sħiħa tagħha.

5.  L-uffiċjal ikkonċernat għandu jkun intitolat li jirrifjuta wieħed mill-membri tal-Bord fi żmien ħamest ijiem mill-istabbiliment tal-Bord. L-istituzzjoni għandha wkoll tkun intitolata li tirrifjuta wieħed mill-membri tal-Bord.

Fl-istess limitu ta' żmien, membri tal-Bord jistgħu jitolbu li jkunu skużati mid-dmir għal raġunijiet leġittimi u għandhom jirtiraw jekk jeżisti konflitt ta' interess.

Jekk meħtieġ, il-president tal-Bord jista' jħejji lottijiet ġodda biex jinbidlu l-membri li nħatru skond il-paragrafu 4.

Artikolu 7

Il-Bord għandu jkun mgħejjun minn segretarju maħtur mill-Awtorità tal-Ħatra.

Artikolu 8

1.  Il-president u l-membri tal-Bord għandhom ikunu kompletament indipendenti fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom.

2.  Id-deliberazzjonijiet u l-proċeduri tal-Bord għandhom ikunu sigrieti.



Taqsima 3:

Miżuri dixxiplinarji

Artikolu 9

1.  L-Awtorità tal-Ħatra tista' timponi wieħed mill-pieni li ġejjin:

(a) twissija bil-miktub;

(b) ċanfira;

(ċ) posponiment ta' promozzjoni għal skala ogħla għal perjodu ta' bejn xahar u 23 xahar;

(d) relegazzjoni fl-iskala;

(e) tnaqqis temporanju fil-posizzjoni għal perjodu ta' bejn 15-il ġurnata u sena;

(f) tnaqqis fil-posizzjoni fl-istess grupp tal-funzjoni;

(g) klassifikazzjoni fi grupp aktar baxx tal-funzjoni, bi jew mingħajr tnaqqis fil-posizzjoni;

(g) tneħħija minn posizzjoni u, fejn ikun il-każ, tnaqqis pro tempore ta' pensjoni jew jinżamm, għal perjodu stabbilit, ammont mill-benefiċċju ta' l-invalidità; l-effett ta' din il-miżura m'għandux jestendi għad-dipendenti ta' l-uffiċjal. Iżda, fil-każ tat-tali tnaqqis, id-dħul ta' dak li qabel kien uffiċjal ma jistax ikun anqas mis-somma minima ta' l-għajxien, imniżżla fl-Artikolu 6 ta' l-Anness VIII, bl-addizzjoni ta' xi benefiċċji pagabbli tal-familja.

2.  Fejn l-uffiċjal jirċievi pensjoni ta' l-irtirar jew benefiċċju ta' l-invalidità, l-Awtorità tal-Ħatra tista' tiddeċiedi li żżomm ammont mill-pensjoni jew mill-benefiċċju ta' l-invalidità għal tali perjodu; l-effett ta' din il-miżura m'għandux jestendi għad-dipendenti ta' l-uffiċjal. Iżda, id-dħul ta' l-uffiċjal ma jistax ikun anqas mis-somma minima ta' l-għajxien, imniżżla fl-Artikolu 6 ta' l-Anness VIII, bl-addizzjoni ta' xi benefiċċji pagabbli tal-familja.

3.  Każ wieħed ta' kondotta ħażina ma twassalx għal aktar minn piena dixxiplinarja waħda.

Artikolu 10

Kemm ikunu ħorox il-pieni dixxiplinarji imposti jiddependu kemm hija serja l-kondotta ħażina. Biex tkun stabbilita l-serjetà tal-kondotta ħażina u biex tkun deċiża l-piena dixxiplinarja li għandha tkun imposta, għandu jkun ikkunsidrat partikolarment:

(a) it-tip ta' kondotta ħażina u f'liema ċirkostanzi ġrat,

(b) sa liema punt il-kondotta ħażina affettwat ħażin l-integrità, ir-reputazzjoni jew l-interessi ta' l-istituzzjonijiet,

(ċ) sa liema punt il-kondotta ħażina tinvolvi azzjonijiet intenzjonali jew negliġenza,

(d) ir-raġunijiet tal-kondotta ħażina ta' l-uffiċjal,

(e) il-grad u s-senjorità ta' l-uffiċjal,

(f) il-livell tar-responsabbiltà personali ta' l-uffiċjal,

(g) il-livell tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet ta' l-uffiċjal,

(g) jekk il-kondotta ħażina tinvolvix azzjoni jew imġiba ripetuta,

(i) il-kondotta ta' l-uffiċjali matul il-karriera tiegħu.



Taqsima 4:

Proċeduri dixxiplinarji li ma jinvolvux il-bord dixxiplinari

Artikolu 11

L-Awtorità tal-Ħatra tista' tiddeċiedi fuq il-piena ta' twissija bil-miktub jew ċanfira mingħajr ma tikkonsulta l-Bord. L-uffiċjal ikkonċernat għandu jinstema' qabel it-tali azzjoni ma tittieħed mill-Awtorità tal-Ħatra.



Taqsima 5:

Proċeduri dixxiplinarji quddiem il-bord dixxiplinari

Artikolu 12

1.  L-Awtorità tal-Ħatra għandha tibgħat rapport lill-Bord, fejn tgħid fiċ-ċar il-fatti li lmentaw fuqhom u, fejn ikun il-każ, iċ-ċirkostanzi kif inħolqu, inklużi xi ċirkostanzi aggravanti jew estenwanti.

2.  Id-dokument għandu jkun ikkomunikat lill-uffiċjal ikkonċernat u lill-president tal-Bord, li fuqu għandu jiġbed l-attenzjoni tal-membri tal-Bord.

Artikolu 13

1.  Hekk kif jirċievi r-rapport, l-uffiċjal ikkonċernat għandu d-dritt jikseb il-file personali sħiħ tiegħu u jieħu kopja tad-dokumenti kollha dwar il-proċedura, inkluża l-evidenza li turi li huwa mhux ħati.

2.  L-uffiċjal ikkonċernat ikollu mhux anqas minn 15-il ġurnata mid-data ta' l-irċevuta tar-rapport li jibda l-proċeduri dixxiplinarji biex iħejji difiża.

3.  L-uffiċjal jista' jkun assistit minn persuna ta' l-għażla tiegħu jew tagħha.

Artikolu 14

Jekk, fil-presenza tal-President tal-Bord, l-uffiċjal ikkonċernat jirrikonoxxi kondotta ħażina min-naħa tiegħu u jaċċetta mingħajr riserva r-rapport riferut fl-Artikolu 12 ta' dan l-Anness, l-Awtorità tal-Ħatra tista', skond il-prinċipju tal-proporzjonalità bejn it-tip tal-kondotta u l-piena li qed tkun ikkunsidrata, tirtira l-każ minn quddiem il-Bord. Meta każ ikun irtitat minn quddiem il-Bord, il-President għandu jwassal opinjoni dwar il-piena kkunsidrata.

Taħt din il-proċedura, l-Awtorità tal-Ħatra tista', b'deroga mill-Artikolu 11 ta' dan l-Anness, timponi waħda mill-pieni pprovduti fl-Artikolu 9(1) (a) sa (d) ta' dan l-Anness.

L-uffiċjal ikkonċernat għandu jkun infurmat qabel jirrikonoxxi l-kondotta ħażina tiegħu bil-konsegwenzi possibbli tat-tali rikonoxximent.

Artikolu 15

Qabel l-ewwel laqgħa tal-Bord, il-president għandu jagħti lil wieħed mill-membri tiegħu, il-kompitu li jħejji rapport ġenerali dwar il-kwestjoni u għandu jinforma dan lill-membri l-oħra tal-Bord.

Artikolu 16

1.  L-uffiċjal ikkonċernat għandu jinstema' mill-Bord; fis-seduta, jista' jagħmel osservazzjonijiet bil-kitba jew bil-fomm, jew huwa preżenti jew b'rappreżentant. Jista' jsejjaħ xhieda.

2.  L-istituzzjoni għandha tkun rrappreżentata quddiem il-Bord minn uffiċjal, innominat mill-Awtorità tal-Ħatra għal dan l-iskop u li jkollu d-drittijiet daqs dawk ta' l-uffiċjal ikkonċernat.

3.  Il-Bord jista' jisma' l-uffiċjali ta' l-investigazzjoni ta' l-OLAF f'każijiet fejn investigazzjoni nbdiet mill-Uffiċċju.

Artikolu 17

1.  Jekk il-Bord ma jqisx li għandu informazzjoni ċara biżżejjed dwar il-fatti ilmentati jew iċ-ċirkostanzi kif inħolqu, għandu jordna investigazzjoni fejn kull naħa tista' tippreżenta l-każ tagħha u twieġeb għall-każ tan-naħa l-oħra.

2.  Il-president u l-membri tal-Bord għandhom imexxu l-investigazzjoni f'isem il-Bord. Għall-iskop ta' l-investigazzjoni, il-Bord jista' jitlob li xi dokumenti dwar il-kwestjoni jinġiebu quddiemu. L-istituzzjoni għandha timxi ma' kull tali talba matul il-limiti taż-żmien, jekk ikun hemm, li jistabbilixxi l-Bord. Meta t-tali talba hija indirizzata lill-uffiċjal, għandha tittieħed nota ta' kull rifjut biex tintlaqa'.

Artikolu 18

Wara li jkunu kkunsidrati d-dokumenti mibgħuta u wara li tkun ikkunsidrata xi dikjarazzjoni li saret bil-fomm jew bil-kitba u għar-riżultati ta' xi investigazzjoni li saret, il-Bord, b'vot ta' maġġoranza, għandu jagħmel opinjoni rraġunata jekk il-fatti lmentati humiex stabbiliti u jekk dawk il-fatti ma jwasslux għal xi piena. L-opinjoni għandha tkun iffirmata mill-membri kollha tal-Bord. Kull membri jista' jżid punto di vista differenti ma' l-opinjoni. Il-Bord għandu jibgħat l-opinjoni lill-Awtorità tal-Ħatra u lill-uffiċjal ikkonċernat fi żmien xahrejn mid-data ta' l-irċevuta tar-rapport ta' l-Awtorità tal-Ħatra, sakemm dan il-limitu taż-żmien huwa dipendenti fuq il-livell tal-komplessità tal-każ. Fejn investigazzjoni tinżamm fuq inizzjattiva tal-Bord, il-limit taż-żmien ikun ta' erba' xhur, sakemm dan il-perjodu huwa proporzjonali mal-livell tal-komplessità tal-każ.

Artikolu 19

1.  Il-president tal-Bord m'għandux jivvota fuq kwestjonijiet li tressqu quddiemu, għajr fi kwestjonijiet ta' proċedura u fejn il-voti huma ndaqs.

2.  Il-president għandu jiżgura li d-deċiżjonijiet tal-Bord huma implimentati u għandu jġib l-informazzjoni u d-dokumenti kollha dwar il-każ għall-attenzjoni ta' kull wieħed mill-membri tiegħu.

Artikolu 20

Is-segretarju għandu jħeħħi l-minuti tal-laqgħat tal-Bord Dixxiplinari. Ix-xhieda għandhom jiffirmaw il-minuti li jirreġistraw l-evidenza tagħhom.

Artikolu 21

1.  L-ispejjeż li tħallsu fuq l-inizjattiva ta' l-uffiċjal ikkonċernat matul il-proċedura dixxiplinarja, u partikolarment l-ispejjeż imħallsa lil persuna magħżula biex tgħin l-uffiċjal jew għad-difiża tiegħu, għandhom jitħallsu mill-uffiċjal fejn il-proċedura dixxiplinarji jirriżultaw li waħda mill-pieni pprovduti fl-Artikolu 9 ta' dan l-Anness tkun imposta.

2.  Madankollu, l-Awtorità tal-Ħatra tista' tiddeċiedi mod ieħor f'każijiet ta' eċċezzjoni fejn il-piż fuq l-uffiċjal ikkonċernat ma jkunx ġust.

Artikolu 22

1.  Wara li tisma' lill-uffiċjal, l-Awtorità tal-Ħatra għandha tasal għad-deċiżjoni tagħha, kif ipprovdut fl-Artikoli 9 u 10 ta' dan l-Anness fi żmien xahrejn mill-irċevuta ta' l-opinjoni tal-Bord. Ir-raġunijiet iridu jingħataw għal din id-deċiżjoni.

2.  Jekk l-Awtorità tal-Ħatra tiddeċiedi li tagħlaq il-każ mingħajr ma timponi xi piena dixxiplinarja, għandha tinforma dan bil-kitba mingħajr dewmien lill-uffiċjal ikkonċernat. L-uffiċjal ikkonċernat jista' jitlob li din id-deċiżjoni tiddaħħal fil-file personali tiegħu.



Taqsima 6:

Sospensjoni

Artikolu 23

1.  Jekk l-Awtorità tal-Ħatra takkuża uffiċjal b'kondotta ħażina serja, kemm jekk naqas li jonora l-obbligi professjonali tiegħu jew b'xi ksur tal-liġi, tista' minnufih tissospendi dik il-persuna akkużata b'dik il-kondotta ħażina għal perjodu speċifikat jew indefinit.

2.  L-Awtorità tal-Ħatra għandha tieħu din id-deċiżjoni wara li tisma' l-uffiċjal ikkonċernat, ħlief f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni.

Artikolu 24

1.  Id-deċiżjoni li tissospendi uffiċjal għandha tgħid jekk l-uffiċjal għandux ikomplu jieħu r-remunerazzjoni sħiħa tiegħu matul il-perjodu tas-sospensjoni jew liema parti minnha għandha tinżamm. L-ammont imħallas lill-uffiċjal fl-ebda ċirkostanzi ma jkun anqas mis-somma minima ta' l-għajxien, imniżżla fl-Artikolu 6 ta' l-Anness VIII ta' dawn ir-Regolamenti tal-Persunal, bl-addizzjoni ta' xi benefiċċji pagabbli tal-familja.

2.  Is-sitwazzjoni ta' l-uffiċjal sospiż għandha tkun solvuta definittivament fi żmien itt xhur mid-data ta' meta s-sospensjoni daħlet fis-seħħ. Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni fi żmien sitt xhur, l-uffiċjal ikkonċernat għandu jkun intitolat li jerġa' jirċievu r-remunerazzjoni sħiħa, suġġetta għall-paragrafu 3.

3.  Parti mir-remunerazzjoni tista' tkompli tinżamm wara l-għeluq tas-sitt xhur riferuti fil-paragrafu 2 jekk l-uffiċjal ikkonċernat huwa s-suġġett ta' proċedura kriminali għall-istess atti u qed jinżamm maqful bħala riżultat ta' dawk il-proċeduri. Fit-tali każijiet l-uffiċjal ma jirċevix ir-remunerazzjoni sħiħa sakemm il-qorti kompetenti ma tordnax biex jinħeles.

4.  Is-somom miżmuma kond il-paragrafu 1 għandhom jitħallsu lill-uffiċjal jekk id-deċiżjoni finali ma timponix piena dixxiplinarja aktar ħarxa minn twissija bil-miktub, ċnfira, jew posponiment ta' promozzjoni għal skala ogħla, jew jekk l-ebda piena dixxiplinarja m'hi imposta; fil-każ ta' l-aħħar, il-pagament għandu jsir b'imgħax kompost bir-rata definita fl-Artikolu 12 ta' l-Anness XII.



Taqsima 7:

Prosekuzzjoni kriminali paralella

Artikolu 25

Meta uffiċjal jitħarrek għal dawk l-istess atti, deċiżjoni finali tittieħed biss wara li sentenza finali tingħata mill-qorti li qed jisma' l-kawża.



Taqsima 8:

Disposizzjonijiet finali

Artikolu 26

Id-deċiżjonijiet riferuti taħt l-Artikolu 11, 14, 22, u 23 ta' dan l-Anness għandhom jintbagħtu bħala informazzjoni lill-OLAF f'każijiet fejn l-investigazzjoni nbdiet mill-Uffiċċju.

Artikolu 27

Uffiċjal li kontrih kienet ordnata piena dixxiplinarja minbarra t-tneħħija mill-posizzjoni, wara tliet snin fil-każ ta' twissija bil-miktub jew ċanfira jew sitt snin fil-każ ta' xi piena oħra, jista' jagħmel talba biex titħassar kull riferenza tat-tali miżura mill-file personali tiegħu. L-Awtorità tal-Ħatra għandha tiddeċieda jekk tilqax it-talba tiegħu.

Artikolu 28

Meta jsiru magħrufa fatti ġodda appoġġati bl-evidenza relevanti, proċedura dixxiplinarji jistgħu jerċgħu jifetħu mill-Awtorità tal-Ħatra fuq l-inizzjattiva tagħha stess jew fuq l-applikazzjoni ta' l-uffiċjal ikkonċernat.

Artikolu 29

Jekk l-ebda każ ma sar kontra l-uffiċjal skond l-Artikoli 1(3) u 22(2) ta' dan l-Anness, l-uffiċjal għandu jkun intitolat li jitlob li l-ħsara li sofra għandha tkun magħmula tajba permezz ta' pubbliċità xierqa għad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra.

Artikolu 30

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(3), kull istituzzjoni, jekk tikkunsidra li huwa xieraq, għandha timplimenta l-arranġamenti għal dan l-Anness wara li tikkonsulta l-Kumitat tagħha tal-Persunal.

▼M67




ANNESS X

Disposizzjonijiet speċjali u eċċezzjonali applikabbli għall-uffiċjali li jservu f'pajjiż terz

IL-KAPITOLU 1

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Dan l-Anness iniżżel id-disposizzjonijiet speċjali u eċċezzjonali applikabbli għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jservi f'pajjiż terz.

Iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri biss tal-Komunitajiet jistgħu jkunu reklutati biex iservu fali pajjiż, l-awtorità tal-ħatra ma titħallix tapplika l-eċċezzjoni pprovduta fl-Artikolu 28(a) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Disposizzjonijiet ġenerali ta' l-implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skond l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 2

B'deċiżjoni ta' l-awtorità tal-ħatra fl-interessi tas-servizz, uffiċjali jkunu ttrasferiti perjodikament, kif ikun hemm bżonn mingħajr każ tal-posizzjonijiet battala.

▼M112

L-Awtorità tal-Ħatra għandha tagħmel it-tali trasferimenti bi proċedura speċifika riferuta bħala “l-proċedura tal-mobilità”;, li tniżżel regoli dettaljati ta' l-implimentazzjoni tagħha, wara li tikkonsulta l-Kumitat tal-Persunal.

▼M67

Artikolu 3

►M112  Taħt il-proċedura tal-mobilità, bid-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra, uffiċjal assenjat f'pajjiż terz jista' jerġa' jkun assenjat temporanjament bil-posizzjoni tiegħu għal siġġu ta' l-istituzzjoni jew xi post ieħor ta' mpieg fil-Komunità; it-tali assenjament, li ma jkunux ippreċeduti b'notifika ta' posizzjoni battala, ma jistax ikun għal aktar minn erba' snin. ◄ B'mod ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 1, l-l-awtorità tal-ħatra tista' tiddeċiedi, fuq il-bażi tad-disposizzjonijiet ġenerali ta' l-implimentazzjoni, li l-uffiċjal għandu jibqa' suġġett għal ċerti disposizzjonijiet ta' dan l-Anness għat-tul ta' dan l-assenjament temporanju, esklużi l-Artikoli 5, 10 u 12 tiegħu.



IL-KAPITOLU 2

OBBLIGI

Artikolu 4

Uffiċjal għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu fil-post li huwa assenjat fih meta reklutat jew mat-trasferiment fl-interessi tas-servizz wara l-proċedura tal-mobilità.

▼M112

L-Artikolu 5

1.  Jekk l-istituzzjoni tipprovdi ‘l-uffiċjal bl-alloġġ li jikkorrospondi mal-livell tad-dmirijiet tiegħu u għall-komposizzjoni tal-familja dipendenti tiegħu, huwa għandu jgħix fiha,

2.  Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandhom jitniżżlu mill-Awtorità tal-Ħatra, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Persunal. L-Awtorità tal-Ħatra għandha wkoll tiddeċiedi fuq l-intitolament għall-għamara u oġġetti oħra ta' l-akkomodazzjoni li jitwaħħlu, skond il-kondizzjonijiet li japplikaw f'kull post ta' l-impieg.

▼M67



IL-KAPITOLU 3

KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL

Artikolu 6

Kull sena kalendarja, l-uffiċjal ikun intitolat għal leavefis-sena ta' ►M112  tlett ġranet utli u nofs ◄ għal kull xahar ta' servizz.

Artikolu 7

Fis-sena li fiha l-uffiċjal jibda jew jieqaf jaqdi d-dmirijiet tiegħu f'terza pajjiż, għandu jkun intitolat għal ►M112  tlett ġranet utli u nofs ◄ leavegħal kull xahar sħiħ ta' servizz, għal ►M112  tlett ġranet utli u nofs ◄ għal xahar mhux komplut li jikkonsisti f'aktar minn 15-il ġurnata u għal jumejn ►M112  żewġ ġranet utli ◄ għal xahar mhux komplut ta' 15-il ġurnata jew anqas.

Meta uffiċjal, għal raġunijiet barra l-ħtiġiet tas-servizz, m'użax il-leavetas-sena tiegħu qabel l-aħħar tas-sena kalendarja kurrenti, l-ammont ta' leaveli jista' jinġarr għas-sena ta' wara m'għandux jaqbeż ►M112  erbatax-il ġurnata utli ◄ .

Artikolu 8

B'mod ta' eċċezzjoni, l-awtorità tal-ħatra tista', b'deċiżjoni speċjali rraġunata, tagħti lill-uffiċjal leaveta' mistrieħ minħabba l-kondizzjonijiet partikolarment diffiċli ta' l-għajxien fuq il-post ta' l-impieg tiegħu. Għal kull tali post, l-awtorità tal-ħatra tista' tistabbilixxi l-pajjiż(i) fejn il-leavetal-mistrieħ jistgħu jittieħdu.

Artikolu 9

1.  Il-leavefis-sena jistgħu jittieħdu f'daqqa jew fuq ħafna perjodi, skond kif jixtieq l-uffiċjal u wara li jkunu kkunsidrati l-ħtiġiet tas-servizz. Madankollu, iridu jinkludu mill-anqas perjodu wieħed ta' ►M112  erbatax-il ġurnata utli ◄ .

2.  Il-leavetal-mistrieħ imsemmija fl-Artikolu 8 ma jistgħux jaqbżu perjodu ta' 15-il ►M112  ġranet utli ◄ għal kull sena ta' servizz. ►M112  ————— ◄

Il-perjodu tal-leavetal-mistrieħ jista' jittawwal bl-addizzjoni taż-żmien ta' l-ivvjaġġar maħdum skond l-Artikolu 7 ta' l-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal.



IL-KAPITOLU 4

EMOLUMENTI U BENEFIĊĊJI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI



Taqsima 1

EMOLUMENTI U BENEFIĊĊJI TAL-FAMILJA

Artikolu 10

1.  Il-benefiċċju għall-kondizzjonijiet ta' l-għajxien għandu jkun stabbilit kond il-post ta' l-impieg ta' l-uffiċjal, bħala persentaġġ ta' ammont ta' riferenza. Dan l-ammont tar-riferenza għandu jkun magħmul mis-salarju bażiku totali, bl-addizzjoni tal-benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni, il-allowancetal-familja u l-benefiċċju tat-tfal dipendenti, u mnaqqsin it-tnaqqis mandatarji imsemmija fir-Regolamenti tal-Persunal jew fir-regolamenti adottati biex jimplimentawhom.

Meta uffiċjal huwa impjegat f'pajjiż fejn il-kondizzjonijiet ta' l-għajxien jistgħu jitqiesu ekwivalenti għal dawk li normalment jinkisbu fil-Komunità, l-ebda tali benefiċċju m'huwa pagabbli.

Fil-każ ta' postijiet oħra ta' impieg, il-benefiċċju għall-kondizzjonijiet ta' l-għajxien għandhom ikunu stabbiliti kif ġej.

Il-parametri li għandhom ikunu kkunsidrati biex jistabbilixxu l-benefiċċju għall-kondizzjonijiet ta' l-għajxien għandhom ikunu dawn li ġejjin:

 saħħa u ambjent ta' l-isptar,

 sigurtà,

 it-temp,

li għal dawn it-tliet parametri għandu jkun applikat peżat ta' 1:

 livell ta' iżolazzjoni,

 kondizzjonijiet oħra lokali,

li għal dawn iż-żewġ parametri għandu jkun applikat peżat ta' 0.5.

Kull parametru jkollu l-valur li ġej:

0: fejn il-kondizzjonijiet huma normali iżda mhux ekwivalenti għal dawk li normalment jinkisbu fil-Komunità,

2: fejn il-kondizzjonijiet huma diffiċli mqabbla ma' dawk li normalment jinkisbu fil-Komunità,

4: fejn il-kondizzjonijiet huma diffiċli ħafna mqabbla ma' dawk li normalment jinkisbu fil-Komunità.

Il-benefiċċju għandu jkun stabbilit bħala persentaġġ ta' l-ammont tar-riferenza imsemmi fl-ewwel subparagrafu, skond l-iskala li ġejja:

 10 % fejn il-valur huwa 0,

 15 % fejn il-valur huwa aktar minn 0 iżda mhux aktar minn 2,

 20 % fejn il-valur huwa aktar minn 2 iżda mhux aktar minn 5,

 25 % fejn il-valur huwa aktar minn 5 iżda mhux aktar minn ►M112  7 ◄ ,

▼M112

 30 % fejn il-valur huwa aktar minn 7 iżda mhux aktar minn 9,

▼M67

 35 % fejn il-valur huwa aktar minn ►M112  9, iżda mhux aktar minn 11 ◄ ,

▼M112

 40 % fejn il-valur huwa aktar minn 11.

▼M67

Il-benefiċċju għall-kondizzjoniet ta' l-għajxien għal kull post ta' l-impieg ikun rivedut u, fejn ikun il-każ, aġġustat kull sena mill-awtorità tal-ħatra wara li tinkiseb l-opinjoni tal-Kumitat tal-Persunal.

▼M112

L-uffiċjali li, matul il-karriera tagħhom, kienu assenjati għal post meqjus diffiċli jew diffiċli ħafna u fejn il-benefiċċju għall-kondizzjonijiet ta' l-għajxien jikkorrospondi għal 30 %, 35 %, jew 40 %, u li jaċċetta traferiment għal post ieħor fejn il-benefiċċju jikkorrospondi għal 30 %, 35 %, jew 40 % għandu jirċievi, bl-addizzjoni tal-benefiċċju għall-kondizzjonijiet ta' l-għajxien għall-post il-ġdid tagħhom, premium supplimentari ta' 5 % ta' l-ammont tar-riferenza riferut fl-ewwel subparagrafu.

Dak il-premium għandu jingħata kumulattiv fuq kull assenjament ta' l-uffiċjal lejn post ta' mpieg, meqjus diffiċli jew diffiċli ħafna; iżda, is-somma tal-benefiċċju għall-kondizzjonijiet ta' l-għajxien u l-premium ma jistgħux jaqbżu 45 % ta' l-ammont tar-riferenza riferut fl-ewwel subparagrafu.

▼M67

2.  Jekk il-kondizzjonijiet ta' l-għajxien fil-post ta' l-impieg huma tali li jpoġġu l-uffiċjal taħt riskju personali, benefiċċju addizzjonali temporanju għandu jitħallas lilu b'deċiżjoni speċjali rraġunata mill-awtorità tal-ħatra. Dan il-benefiċċju għandu jkun stabbilit bħala persentaġġ ta' l-ammont tar-riferenza imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1:

 bħala 5 % fejn l-awtorità tavża l-persunal tagħha biex ma tistabbilix il-familja tagħha fil-post ta' l-impieg,

 bħala 10 % fejn l-awtorità tiddeċiedi li tnaqqas temporanjament in-numru ta' persunal li jservi fil-post ta' l-impieg.

Artikolu 11

Ir-remunerazzjoni, kif ukoll il-benefiċċji imsemmija fl-Artikolu 10, għandha titħallas ►M94  f'euro ◄ fil-Belġju. Huma jkunu soġġetti għall-peżati applikabbli għar-remunerazzjoni ta' l-uffiċjali mpjegati fil-Belġju.

Artikolu 12

Fuq it-talba ta' l-uffiċjal, l-awtorità tal-ħatra tita' tiddeċiedi li tħallas ir-remunerazzjoni sħiħa jew parti minnha fil-munita tal-pajjiż ta' l-impieg. F'dak il-każ, tkun suġġetta għall-peżati għall-pot ta' l-impieg u tinqaleb fuq il-bażi tar-rata tal-kambju li tikkorropondi.

F'każijiet ta' eċċezzjoni sostanzjati sew, l-awtorità tal-ħatra tista' tagħmel dan il-pagament kollu jew parti minnu f'munita oħra barra tal-pajjiż ta' l-impieg b'tali mod li żżomm il-kapaċità ta' l-akkwist.

Artikolu 13

Sabiex ikun żgurat sa fejn possibbli li l-uffiċjali jgawdu kapaċità ta' l-akkwist ekwivalenti ikun fejn ikun il-post ta' l-impieg tagħhom, il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-peżati imsemmija fl-Artikolu 12 ►M112  darba fis-sena ◄ . Il-Kunsill għandu, bi proċedura bil-miktub fi żmien xahar, jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, b'maġġoranza kkwalifikata, kif provdut fl-ewwel każ ippreżentat fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 148(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Artikolu 118 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. Jekk Stat Membru jitlob eżami formali tal-proposta tal-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jaġixxi fi żmien xahrejn.

Meta madankollu, fil-każ ta' pajjiż relevanti, il-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja mkejla fuq il-bażi tal-peżati u r-rata tal-kambju li tikkorropondi tinstab li qabżet 5 % mill-aħħar aġġustament, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-miżuri temporanji biex taġġusta l-peżati u tinforma lill-Kunsill b'hekk mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 14

Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport fis-sena lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Anness u partikolarment fuq l-istabbiliment tal-benefiċċju għall-kondizzjonijiet ta' l-għajxien kif ipprovdut fl-Artikolu 10.

Artikolu 15

Fuq il-kondizzjonijiet imniżżla mill-awtorità tal-ħatra, l-uffiċjal għandu jirċievi benefiċċju ta' l-edukazzjoni biex ikopri l-ispejjeż attwali ta' l-edukazzjoni li ntefqu, bil-pagament tal-benefiċċju jsir mal-preżentazzjoni tad-dokumenti ta' l-appoġġ. Għajr b'każijiet meqjusa ta' eċċezzjoni mill-awtorità tal-ħatra, dan il-benefiċċju m'għandux jaqbeċtliet darbiet il-benefiċċju massimu rduppjat ta' l-edukazzjoni.

Artikolu 16

Ir-Rimborsar dovut lill-uffiċjali għandu jitħallas ►M112  euro, fil-munita tal-pajjiż ta' l-impieg jew fil-munita li biha jintefqu l-ispejjeż ◄ , fuq il-bażi ta' talba rraġunata mill-uffiċjal.

L-uffiċjali jistgħu jagħżlu li l-benefiċċju ta' l-istallazzjoni jew ta' l-istabbiliment mill-ġdid jitħallas jew ►M94  f'euro ◄ jew fil-munita tal-post ta' l-istallazzjoni jew ta' l-istabbiliment mill-ġdid; fil-każ ta' l-aħħar, għandhom ikunu suġġetti għall-peżati stabbiliti għall-post in kwistjoni u maqluba bir-rata tal-kambju li tikkorrospondi.



Taqsima 2

REGOLI DWAR IR-RIMBORSAR TA' L-ISPEJJEŻ

Artikolu 17

Uffiċjal li ►M112  alloġġ ipprovdut skond l-Artikolu 5 jew 23 ta' dan l-Anness u ◄ li, minħabba raġuni li m'għandux kontroll fuqhom, huwa obbligat li jibdel il-post tar-residenza tiegħu fil-post ta' l-impieg għandu, b'deċiżjoni speċjali rraġunata ta' l-awtorità tal-ħatra, jkun Rimborsat ta' l-ispejjeż li nefaq dwar it-tneħħija ta' għamara u effetti personali, mal-preżentazzjoni tad-dokumenti t'appoġġ u skond ir-regoli dwar it-tneħħija.

Fit-tali każijiet, ikollu ►M112  l-ispejjeż l-oħra li ntefqu minħabba din il-bidla fir-residenza ◄ Rimborsati mal-preżentazzjoni tad-dokumenti t'appoġġ, suġġett għal massimu daqs nofs il-benefiċċju ta' l-istallazzjoni.

Artikolu 18

Uffiċjal li, fil-post ta' l-impieg tiegħu, qed joqgħod f'lukanda għax l-akkomodazzjoni pprovduta fl-Artikolu 5 ma tistax tkun allokata lilu jew m'għadhiex disponibbli għalih jew li, minħabba raġunijiet li m'għandux kontroll fuqhom, ma kienx kapaċi jieħu pussess ta' l-akkomodazzjoni tiegħu għandu jkun Rimborsat l-ispejjeż tal-lukanda tiegħu u tal-familja tiegħu mal-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-lukanda, wara l-awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-awtorità tal-ħatra.

▼M112

L-uffiċjal għandu wkoll jirċievi l-benefiċċju ta' kuljum ipprovdut fl-Artikolu 10 ta' l-Anness VII, bit-tnaqqis ta' 50 %, għajr f'każijiet ta' forza maġġuri li għandhom ikunu stabbiliti mill-Awtorità tal-Ħatra.

▼M67

Fejn l-akkomodazzjoni tal-lukanda ma tistax tkun ipprovduta, l-uffiċjal għandu jkun intitolat għar-Rimborsarta' l-ispiża attwali għall-kiri ta' l-akkomodazzjoni temporanja, wara approvazzjoni minn qabel ta' l-awtorità tal-ħatra.

▼M112

L-Artikolu 19

L-uffiċjal li m'għandux aċċess għal karozza tal-persunal għall-ivvjaġġar fuq xogħol uffiċjali direttament konness mal-qadi tad-dmirijiet tiegħu, għandu jirċievi benefiċċju għall-mili għall-użu tal-karozza tiegħu stess. L-ammont tal-benefiċċju għandu jkun stabbilit mill-Awtorità tal-Ħatra.

▼M67

Artikolu 20

Uffiċjal ikun intitolat għall-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar għall-leavetal-mistrieħ mill-post ta' l-impieg tiegħu għall-post awtorizzat tal-leavegħalih innifsu u, jekk huwa intitolat għall-allowancetal-familja, għall-konsorti u d-dipendenti tiegħu jekk jgħixu miegħu.

Fejn l-ivvjaġġar bil-ferrovija huwa impossibbli jew mhux prattiku, ir-Rimborsar għandu jkun b'deċiżjoni speċjali mal-preżentazzjoni tal-biljetti ta' l-ajru, tkun xi tkun id-distanza.

Artikolu 21

▼M112

Meta uffiċjal huwa obbligat jibdel il-post tar-residenza tiegħu sabiex jimxi m' l-Artikolu 20 tar-Regolamenti tal-Persunal meta jibda l-ħatra jew mat-trasferiment tiegħu, l-istituzzjoni, suġġetta għall-kondizzjonijiet imniżżla mill-Awtorità tal-Ħatra u skond it-tip ta' akkomodazzjoni li tista' tkun ipprovduta lilu fil-post ta' l-impieg, għandha tħallas l-ispiża ta:

(a) il-ġarr ta' parti jew l-għamara kollha tiegħu u l-effetti personali mill-lokalità tagħhom f'dak il-ħin lejn il-post ta' l-impieg u tat-trasport ta' l-effetti personali tiegħu, fil-każ li alloġġ mingħajr għamara jkun ipprovdut;

(b) it-trasport ta' l-effetti personali tiegħu u tal-ħażna ta' l-għamara tiegħu u l-effetti personali fil-każ li alloġġ bl-għamara huwa pprovdut.

▼M67

Fil-każ tat-tmiem tas-servizz jew mewt, l-istituzzjoni għandha, suġġetta għall-kondizzjonijiet imniżżla mil-awtorità tal-ħatra, tieħu fuqha l-ispiża attwali tal-ġarr ta' l-għamara ta' l-uffiċjal u l-effetti personali mil-lokalità f'dak il-mument għall-post ta' l-oriġini tiegħu u tat-trasport ta' l-effetti personali tiegħu mill-post ta' l-impieg għall-post ta' l-oriġini tiegħu. Ir-Rimborsar jista' jsir għal xi spejjeż minn dawn jew għal kollha.

Fil-każ tal-mewt ta' uffiċjal mhux miżżewweġ, ir-Rimborsar għandu jsir li dawk intitolati taħtu.

Artikolu 22

Il-benefiċċju ta' l-akkomodazzjoni temporanja u l-ispiża tat-trasport ta' l-effetti personali tal-konsorti u d-dipendenti tiegħu jingħataw lill-uffiċjal taħt prova mill-istituzzjoni.

F'każ li l-uffiċjal taħt prova ma jkunx stabbilit fl-aħħar tal-perjodu ta' prova, l-istituzzjoni tista' f'każijiet ta' eċċezzjoni tieħu l-passi sabiex tiġbor sa nofs dawn is-somom fuq il-bażi tad-disposizzjonijiet imniżżla mill-awtorità tal-ħatra.

Artikolu 23

Meta l-uffiċjal mhux ipprovdut bl-akkomodazzjoni mill-istituzzjoni, il-kera tiegħu għandha tkun Rimborsata, sakemm l-akkomodazzjoni tikkorrospondi ►M112  id-dmirijiet tiegħu ◄ u għall-komposizzjoni tal-familja dipendenti tiegħu.



Taqsima 3

BENEFIĊĊJI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

Artikolu 24

L-uffiċjal, il-konsorti tiegħu, it-tfal tiegħu, u persuni oħra dipendenti fuqu għandhom ikunu koperti mill-assigurazzjoni supplimentari kontra l-mard għad-differenza bejn l-ispiża attwalment imħallsa u l-pagamenti mill-iskema pprovduta fl-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal; l-ebda rimbrżar ma jsir taħt l-Artikolu 72(3).

Nofs il-premium għandu jitħallas mill-uffiċjal u nofs mill-istituzzjoni. Madankollu, il-kontribuzzjoni ta' l-uffiċjal m'għandhiex taqbeż il-0.6 % tas-salarju bażiku tiegħu, kull bilanċ jitħallas mill-istituzzjoni.

L-uffiċjal, il-konsorti tiegħu, it-tfal tiegħu u persuni oħra dipendenti minnu għandhom ikunu assikurati għar-ripatrijazzjoni fuq bażi ta' saħħa fil-każ ta' emerġenza jew emerġenza estrema; il-premium għandu jitħallas kollu mill-istituzzjoni.

Artikolu 25

Il-konsorti, it-tfal u persuni oħra dipendenti fuq l-uffiċjal għandhom ikunu assikurati kontra aċċidenti li jiġru barra l-Komunità f'pajjiżi li jidhru fuq lista adottata għal dan l-iskop mill-awtorità tal-ħatra.

Nofs il-premium għandu jitħallas mill-uffiċjal u nofs mill-istituzzjoni.

▼M112 —————

▼M112




ANNESS XI

Regoli biex ikunu implimentati l-artikolu 64 u 65 tar-regolamenti tal-persunal

IL-KAPITOLU 1

REVIŻJONI TA' KULL SENA TAR-REMUNERAZZJONI PPROVDUTI FL-ARTIKOLU 65(1) TAR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL



Taqsima 1

Il-fatturi li jistabbilixxu l-aġġustamenti ta' kull sena

Artikolu 1

1.  Rapport mill-Uffiċċju Statistikali tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat)

GĦall-iskopijiet tar-reviżjoni pprovduta fl-Artikolu 65(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat għandha kull sena tħejji rapport qabel l-aħħar ta' Ottubru dwar il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussel, il-partijiet ekonomiċi bejn Brussel u ċerti postijiet fl-Istati Membri, u l-bidliet fil-kapaċità ta' l-akkwist tas-salarji tas-servizzi nazzjonali taċ-ċivil tal-gvern ċentrali.

2.  Bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussel (l-Indiċi Internazzjonali ta' Brussel)

L-Eurostat għandha tħejji indiċi bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Belġjani, biex ikejjel l-għoli tal-ħajja għall-uffiċjali tal-Komunitajiet fi Brussel. Dan l-indiċi (minn issa 'l-quddiem “l-Indiċi Internazzjonali ta' Brussel”) għandu jikkunsidra l-bidliet bejn Ġunju tas-sena ta' qabel u Ġunju tas-sena kurrenti, u jkun ibbażat fuq il-metodoloġija statistikali definita mill-Grupp tal-Ħidma fuq l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal riferut fl-Artikolu 13.

3.  Bidliet fl-għoli tal-ħajja barra Brussel (paritajiet ekonomiċi u indiċi impliċiti)

(a) L-Eurostat, bi qbil ma' l-istituti statistikali nazzjonali jew awtoritajiet xierqa oħra fl-Istati Membri, għandha taħdem il-paritajiet ekonomiċi li jistabbilixxu l-ekwivalenza tal-kapaċità ta' l-akkwist:

(i) tas-salarji ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet li jaħdmu fil-kapitali ta' l-Istati Membri, għajr għall-Olanda fejn il-Hague hija wżata minflok Amsterdam, u f'ċerti postijiet oħra ta' l-impieg b'riferenza għal Brussel,

(ii) tal-pensjonijiet ta' l-uffiċjali mħallsa fl-Istati Membri b'riferenza għall-Belġju.

(b) Il-paritajiet ekonomiċi għandhom jirreferu għax-xahar ta' Ġunju ta' kull sena.

(ċ) Il-paritajiet ekonimiċi għandhom jinħadmu b'tali mod li kull komponent bażiku jista' jkun aġġornat darbtejn kull sena u kkontrollat bi stħarriġ dirett mill-anqas darba kull ħames snin. L-Eurostat għandha taġġorna l-paritajiet ekonomiċi billi tuża l-aktar indiċi xierqa kif definiti mill-Grupp tal-Ħidma fuq l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal riferuti fl-Artikolu 13.

(d) Barra l-Belġju u l-Lussemburgu, il-bidliet fl-għoli tal-ħajja matul il-perjodu tar-riferenza għandhom jitkejlu bl-indiċi impliċiti. Dawn l-indiċi jinħadmu billi l-Indiċi Internazzjonali ta' Brussel ikun immoltiplikat bil-bidla fil-parità ekonomika.

4.  Bidliet fil-kapaċità ta' l-akkwist tas-salarji tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali fil-gvern ċentrali (indikaturi speċifiċi).

(a) Bil-għan li jitkejjel il-persentaġġ ta' bidla, jew 'il fuq jew 'l isfel, fil-kapaċità ta' l-akkwit tas-salarji fis-servizzi nazzjonali taċ-ċivil, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni pprovduta qabel l-aħħar ta' Settembru mill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati, il-Eurostat għandha taħdem l-indikaturi speċifiċi li jirriflettu l-bidliet fir-remunerazzjoni attwali tal-ħaddiema taċ-ċivil fil-gvern ċentrali, bejn ix-xahar ta' Lulju tas-sena ta' qabel u x-xahar ta' Lulju tas-sena kurrenti. It-tnejn għandhom jinkludu wieħed minn tnax ta' l-elementi kollha mħallsa kull sena.

L-indikaturi speċifiċi għandhom ikollhom żewġ forom:

(i) indikatur wieħed f'kull grupp tal-funzjoni, kif definit fir-Regolamenti tal-Persunal,

(ii) indikatur medju peżat biex jirrifletti n-numru tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali li jikkorrospondu għal kull grupp tal-funzjoni.

Kull wieħed minn dawn l-indikaturi għandu jkun stabbilit f'termini totali reali u netti reali. Għat-transizzjoni mit-total għan-nett, għandhom ikunu kkunsidrati t-tnaqqis statutorji u l-fatturi ġenerali tat-tassazzjoni.

Biex tistabbilixxi l-indikaturi totali u netti għat-total ta' l-Unjoni Ewropea, il-Eurostat għandha tuża kampjun magħmul mill-Istati Membri li ġejjin: il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda u r-Renju Unit. Il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni kond l-Artikolu 65(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, tista' tadotta kampjun ġdid li jirrappreżenta mill-anqas 75 % tal-PGD ta' l-Unjoni Ewropea u li japplika mis-sena ta' wara l-adozzjoni. Ir-riżultat għal kull pajjiż għandhom ikunu peżati fil-proporzjon tal-PGD nazzjonali tagħhom, bl-użu tal-paritajiet tal-kapaċità ta' l-akkwist kif muri fl-aktar statistiċi riċenti, ippubblikati skond id-definizzjonijiet tal-kontijiet nazzjonali fid-Sistema Ewropea tal-Kontijiet bħalissa fis-seħħ.

(b) Fuq it-talba tal-Eurostat, l-awtoritajiet nazzjonali xierqa għandhom jipprovduha bl-informazzjoni addizzjonali li hija tqis meħtieġa sabiex tħejji indikatur speċifiku li jkejjel bl-eżatt il-bidliet fil-kapaċità ta' l-akkwist tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali.

Jekk, wara aktar konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati, il-Eurostat issib anomaliji statistikali fl-informazzjoni miksuba, jew issibha impossibbli li tħejji indikaturi li jkejlu bi preċiżjoni statistikali l-bidliet fid-dħul reali tal-ħaddiema taċ-ċivil f'tali Stat Membru, għandha tirraporta lill-Kummissjoni u tipprovdiha bil-materjal kollha li għandha bżonn biex tagħmel stima.

(ċ) Minbarra l-indikaturi speċifiċi, il-Eurostat għandha taħdem ċerti indikaturi ta' kontroll. Wieħed tali indikatur għandu jkun forma ta' informazzjoni dwar l-emolumenti reali għal kull ras fil-gvern ċentrali, imħejjija skond id-definizzjonijiet tal-kontijiet nazzjonali fis-Sistema Ewropea tal-Kontijiet bħalissa fis-seħħ.

Ir-rapport tal-Eurostat dwar l-indikaturi speċifiċi għandu jkun akkumpanjat b'kummenti dwar id-differenzi bejn dawn l-indikaturi u l-indikaturi fuq imsemmija ta' kontroll.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport sħiħ kull tliet snin fuq il-ħtiġijiet tar-reklutaġġ ta' l-istituzzjonijiet u tibgħatu lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport il-Kummissjoni, jekk hemm bżonn, għandu jagħmel proposti bbażati fuq il-fatturi relevanti kollha lill-Kunsill wara li jikkonsulta l-istituzzjonijiet l-oħra fil-qafas tar-Regolamenti tal-Persunal.



Taqsima 2

Arranġamenti għall-aġġustamenti ta' kull sena tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet

Artikolu 3

1.  Taħt l-Artikolu 65(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni u fuq il-bażi tal-kriterji ppreżentati fl-Ewwel Taqsima ta' dan l-Anness, għandu jieħu deċiżjoni qabel l-aħħar ta' kull sena, u jaġġusta r-remunerazzjoni u l-pensjonijiet, b'effett mill-1 ta' Lulju.

2.  L-ammont ta' l-aġġustament għandu jinkiseb billi l-Indiċi Internazzjonali ta' Brussel ikun immoltiplikat bl-indikatur speċifiku. L-aġġustament għandu jkun f'termini netti bħala persentaġġ uniformi fuqhom kollha.

3.  L-ammont ta' l-aġġustament stabbilit hekk, għandu jiddaħħal fit-tabelli ta-salarji bażiċi li jidhru fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-Anness tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-Artikoli 20, 63, u 93 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' ħaddiema oħra, skond il-metodu li ġej:

(a) ir-remunerazzjoni netta u l-pensjoni netta mingħajr il-koeffiċjent tal-korrelazzjoni għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu bl-aġġustament fis-sena, riferut hawn fuq,

(b) it-tabella l-ġdida tas-salarji bażiċi għandha titħejja billi jinħadem l-ammont totali li jikkorrospondi ma' l-ammont nett, wara t-tnaqqis tat-taxxa wara li jkun ikkunsidrat il-paragrafu 4 u t-tnaqqis obbligatorju tas-sigurtà soċjali u l-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni,

(ċ) il-konverżjoni ta' l-ammontinetti f'ammonti totali għandha tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni ta' uffiċjal mhux miżżewweġ li ma jirċevix il-benefiċċji pprovduti fir-Regolamenti tal-Persunal.

4.  Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68, l-ammonti fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għandhom ikunu mmoltiplikati b'fattur magħmul minn:

(a) il-fattur li jirriżulta mill-aġġustament ta' qabel, u/jew

(b) ir-rata ta' l-aġġustament tar-remunerazzjoni riferuta fil-paragrafu 2.

5.  L-ebda koeffiċjent tal-korrezzjoni m'huwa applikabbli fil-Belġju u fil-Lussemburgu. Il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni applikabbli:

(a) għas-salarji ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet li jaħdmu fl-Istati Membri l-oħra u f'ċerti postijiet oħra ta' mpjieg.

(b) b'deroga mill-Artikolu 82(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, għall-pensjonijiet tal-Komunità mħallsa fl-Istati Membri l-oħra għall-parti li tikkorrospondi mad-drittijiet akwistati qabel l-1 ta' Mejju 2004.

għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tal-proporzjon bejn il-paritajiet ekonomiċi li jikkorrospondu riferuti fl-Artikolu 1 ta' dan l-Anness u r-rati tal-kambju speċifikati fl-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-pajjiżi relevanti.

Il-proċeduri mniżżlin fl-Artikolu 8 ta' dan l-Anness li jikkonċernaw l-applikazzjoni b'effett b'lura tal-koeffiċjenti tal-korrezzjoni f'postijiet ta' mpjieg b'rata għolja ta' inflazzjoni, għandhom japplikaw.

6.  L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu l-aġġustament li jikkorrospondi posittiv jew negattiv tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali, ta' dawk li qabel kienu uffiċjali u persuni oħra kkonċernati b'effett b'lura għall-perjodu bejn id-data effettiva u d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar l-aġġustament li jmiss.

Jekk dan l-aġġustament b'effett b'lura jkun jeħtieġ l-irkuprar ta' somom li tħallsu żejda, it-tali rkuprar jista' jitqassam fuq perjodu ta' mhux aktar minn tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni dwar l-aġġustament li jmiss ta' kull sena.



IL-KAPITOLU 2

AĠĠUSTAMENTI INTERMEDJI TAR-REMUNERAZZJONI U L-PENSJONIJIET (L-ARTIKOLU 65(2) TAR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL)

Artikolu 4

1.  Aġġustamenti intermedji tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet skond l-Artikolu 65(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar, għandhom isiru fil-każ ta' bidla sotanzjali fl-għoli tal-ħajja bejn Ġunju u Diċembru (b'riferenza għal-livell minimu tas-sensittività fl-Artikolu 6(1) ta' dan l-Anness) u konċessjoni dovuta ssir għat-tbasir tal-bidla fil-kapaċità ta' l-akkwist matul il-perjodu kurrent ta' kull sena tar-riferenza.

2.  Il-proposta tal-Kummissjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill mhux aktar tard mit-tieni nofs t'April.

3.  Dawn l-aġġustamenti intermedji għandhom ikunu kkunsidrati fl-aġġustament ta' kull sena tas-salarju.

Artikolu 5

1.  F'Marzu ta' kull sena il-Eurostat għandha tbassar il-bidliet fil-kapaċità ta' l-akkwist tul il-perjodu kkonċernat fuq il-bażi ta' l-informazzjoni pprovduta fil-laqgħa, ipprovduta fl-Artikolu 12 ta' dan l-Anness.

Jekk dan it-tbassir jipproduċi persentaġġ negattiv, nofs dan il-persentaġġ għandu jkun ikkunsidrat fil-kalkolu ta' l-aġġustament intermedju.

2.  It-tibdil fl-għoli tal-ħajja għal Brussel għandu jitkejjel bl-Indiċi Internazzjonali ta' Brussel għall-perjodu minn Ġunju sa Diċembru tas-sena kalendarja ta' qabel.

3.  Għal kull post li għalih għalih kien stabbilit koeffiċjent tal-korrezzjoni (minbarra l-Belġju u l-Lussemburgu), tinħadem stima għal Diċembru tal-paritajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 1(3). Il-bidla fl-għoli tal-ħajja għandha tinħadem skond ir-regoli ppreżentati fl-Artikolu 1(3).

Artikolu 6

1.  Il-limitu minimu tas-sensittività għall-perjodu tas-sitt xhur imsemmi fl-Artikolu 5(2) ta' dan l-Anness għandu jkun il-persentaġġ li jikkorrospondi għal 7 % għal perjodu ta' 12-il xahar.

2.  Il-limitu minimu għandu jkun applikat skond il-proċedura li ġejja, suġġett għall-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5(1) ta' dan l-Anness:

(a) jekk il-limitu minimu tas-sensittività jintlaħaq jew jinqabeż fi Brussel (kif imkejjel bl-Indiċi Internazzjonali ta' Brussel bejn Ġunju u Diċembru), ir-remunerazzjoni għal dawk il-postijiet għandu jkun aġġustat wara l-proċedura ta' l-aġġustament ta' kull sena,

(b) Jekk il-livell minimu tas-sensittività ma jintlaħaqx fi Brussel, il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni tal-postijiet fejn il-bidla fl-għoli tal-ħajja (kif imkejla bl-indiċi impliċiti bejn Ġunju u Diċembru) * qabżu l-limitu minimu biss għandhom ikunu aġġustati.

Artikolu 7

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 6 ta' dan l-Anness:

L-ammont ta' l-aġġustament għandu jkun l-Indiċi Internazzjonali ta' Brussel immoltiplikat, fejn ikun il-każ, b'nofs l-indikatur speċifiku mbassar jekk dan huwa negattiv.

Il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni għandhom ikunu l-proporzjon bejn il-parità ekonomika relevanti u r-rata tal-kambju pprovduta fl-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal, immoltiplikat bil-valur ta' l-aġġustament, jekk il-livell minimu ta' l-aġġustament ma jintlaħaqx għal Brussel.



IL-KAPITOLU 3

ID-DATA META L-KOEFFIĊJENT TAL-KORREZZJONI JIDĦOL FIS-SEĦĦ (POSTIJIET TA' MPIEG B'ŻIEDA GĦOLJA FL-GĦOLI TAL-ĦAJJA)

Artikolu 8

1.  Għall-postijiet b'żieda għolja fl-għoli tal-ħajja (kif imkejla bit-tibdil fl-indiċi impliċiti), il-koeffiċjent tal-korrezzjoni għandu jidħol fis-seħħ qabel l-1 ta' Jannar fil-każ ta' l-aġġustament intermedju, jew l-1 ta' Lulju fil-każ ta' l-aġġustament ta' kull sena. Dan biex iġib it-telf fil-kapaċità ta' l-akkwist in linea ma' dak li kien ikun f'post ta' mpieg fejn il-bidla fl-għoli tal-ħajja kkorrospondiet mal-livell minimu tas-sensittività.

2.  Id-dati effettivi għall-aġġustament ta' kull sena jkunu kif ġej:

(a) is-16 ta' Mejju għall-postijet ta' mpieg li għandhom indiċi impliċitu ogħla minn 6,3 %, u

(b) l-1 ta' Mejju għall-postijet ta' mpieg li għandhom indiċi impliċitu ogħla minn 12,6 %.

3.  Id-dati effettivi għall-aġġustament intermedju jkunu kif ġej:

(a) is-16 ta' Novembru għall-postijet ta' mpieg li għandhom indiċi impliċitu ogħla minn 6,3 %, u

(b) l-1 ta' Novembru għall-postijet ta' mpieg li għandhom indiċi impliċitu ogħla minn 12,6 %.



IL-KAPITOLU 4

ĦOLQIEN U RTIRAR TAL-KOEFFIĊJENTI TAL-KORREZZJONI (L-ARTIKOLU 64 TAR-REGOLAMENTI TAL-PERSUNAL)

Artikolu 9

1.  L-awtoritajiet xierqa ta' l-Istat Membri kkonċernati, l-amministrazzjoni ta' istituzzjoni tal-Komunitajiet jew ir-rappreżentanti ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet f'tali post ta' mpieg jistgħu jitolbu għall-ħolqien ta' koeffiċjent tal-korrezzjoni, speċifiku għal dak il-post.

Din it-talba għandha tkun sostnuta b'fatturi oġġettivi li juru differenza apprezzabbli fuq xi snin fl-għoli tal-ħajja bejn dak il-post ta' l-impieg u l-kapitali ta' l-Istat Membru kkonċernat (minbarra l-Olanda fejn Hague tintuża minflok Amsterdam). Jekk il-Eurostat tikkonferma li d-differenza hija apprezzabbli (aktar minn 5 %) u sostenibbli, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta biex tistabbilixxi koeffiċjent tal-korrezzjoni għal dak il-post.

2.  Il-Kunsill għandu l-istess jiddeċiedi li jirtira applikazzjoni ta' koeffiċjent tal-korrezzjoni speċifiku għal ċertu post, fuq proposta mill-Kummissjoni. F'dak il-każ il-proposta għandha tkun ibbażata fuq waħda minn dawn li ġejjin:

(a) talba mill-awtoritajiet xierqa ta' l-Istat Membru kkonċernat, l-amministrazzjoni ta' istituzzjoni tal-Komunitajiet jew ir-rappreżentanti ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet f'tali post ta' mpieg, li turi li l-għoli tal-ħajja f'dak il-post m'għadux differenti sinifikament (anqas minn 2 %) minn dak tal-kapitali ta' l-Istat Membru kkonċernat. Din il-konverġenza għandha tkun sostenibbli u vvalidata mill-Eurostat.

(b) il-fatt li m'għadx hemm xi uffiċjali jew persunal temporanju tal-Komunitajiet impjegati f'dak il-post.

3.  Il-Kunsill għandu jiddeċiedi fuq il-proposta skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal.



IL-KAPITOLU 5

KLAWŻOLA TA' EĊĊEZZJONI

Artikolu 10

Jekk ikun hemm deterjorament serju u bla mistenni fis-sitwazzjoni ekonomka u soċjali ġewwa l-Komunità, eżaminata fuq bażi ta' data oġġettiva pprovduta għl dan l-iskop mill-Kummissjoni, ta' l-aħħar għandha tibgħat proposti xierqa li fuqhom il-Kunsill jista' jaġixxi skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 283 tat-Trattat tal-KE.



IL-KAPITOLU 6

L-IRWOL TAL-EUROSTAT U R-RELAZZJONIJIET MA' L-AWTORITAJIET XIERQA FL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 11

Ikun kompitu tal-Eurostat li tissorvelja l-kwalità tad-data bażika u l-metodi statistikali wżati biex jinħadmu l-fatturi kkunsidrati għall-aġġustament tar-remunerazzjoni. B'mod partikolari, għandha tagħmel kull eżami u twettaq kull studju meħtieġ għat-tali sorveljanza.

Artikolu 12

F'Marzu ta' kull sena, il-Eurostat għandha tlaqqa' grupp tal-ħidma magħmul minn esperti mill-awtoritajiet xierqa fl-Istati Membri li jkun magħruf bħala “il-Grupp tal-Ħidma fuq l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal”.

F'din il-laqgħa, il-metodoloġija statistikali u l-implimentazzjoni tagħha dwar l-indikaturi speċifiċi u tal-kontroll, għandhom ikunu eżaminati.

L-informazzjoni meħtieġa biex tipproduċi tbassir tal-bidliet fil-kapaċità ta' l-akkwist għall-iskopijiet ta' l-aġġustament intermedju tar-remunerazzjoni għandha tkun ipprovduta wkoll, flimkien mad-data dwar il-ħinijiet tax-xogħol f'dipartimenti tal-gvern ċentrali.

Artikolu 13

Mill-anqas darba fis-sena u mhux aktar tard minn Settembru, il-Eurostat għandha tlaqqa' grupp tal-ħidma magħmul minn esperti mill-awtoritajiet xierqa fl-Istati Membri li jkun magħruf bħala “il-Grupp tal-Ħidma fuq l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal”.

F'din il-laqgħa, il-metodoloġija statistikali u l-implimentazzjoni tagħha dwar l-istabbiliment ta' l-Indiċi Internazzjonali ta' Brussel u l-paritajiet ekonomiċi, għandhom ikunu eżaminati.

Artikolu 14

Fuq it-talba tal-Eurostat, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Eurostat b'xi fatturi li jkollhom impatt dirett jew indirett fuq il-komposizzjoni u l-bidliet fir-remunerazzjoni tal-ħaddiema taċ-ċivil tal-gvern ċentrali.



IL-KAPITOLU 7

DISPOSIZZJONI FINALI U L-KLAWŻOLA TAR-REVIŻJONI

Artikolu 15

1.  Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness għandhom jgħoddu mill-1 ta' Lulju 2004 sal-31 ta' Diċembru 2012.

2.  Għandhom ikunu riveduti fl-aħħar tar-raba' sena, b'mod partikolari minħabba l-implikazzjonijiet tagħhom fuq l-estimi. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, fejn ikun il-każ, proposta biex ikun emendat dan l-Anness fuq bażi ta' l-Artikolu 283 tat-Trattat tal-KE.

▼M112




ANNESS XII

Regoli għall-implimentazzjoni ta' l-artikolu 83a tar-regolamenti tal-persunal

IL-KAPITOLU 1

PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 1

1.  Sabiex tkun stabbilita l-kontribuzzjoni ta' l-uffiċjali lejn l-iskema tal-pensjoni riferuta fl-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, kull ħames snin li jibdew mill-2004, il-Kummissjoni għandha tagħmel eżami attwarjali fuq il-bilanċ ta' l-iskema tal-pensjoni riferuta fl-Artikolu 83a (3) tar-Regolamenti tal-Persunal. Dan l-eżami għandu jindika jekk il-kontribuzzjoni ta' l-uffiċjali hihiex biżżejjed biex tiffinanzja terz mill-ispiża taħt l-iskema tal-pensjoni.

2.  Bi preparazzjoni għall-eżami riferut fl-Artikolu 83a(4) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kummissjoni għandha taġġorna dan l-eżami attwarjali kull sena, wara li tikkunsidra l-bidliet fil-popolazzjoni kif definiti fl-Artikolu 9 ta' dan l-Anness, fir-rata ta' l-imgħax kif definita fl-Artikolu 10 ta' dan l-Anness u fir-rata tal-bidla fis-sena fl-iskali tas-salarju ta' l-uffiċjali tal-KE kif definita fl-Artikolu 11 ta' dan l-Anness.

3.  L-eżami u l-aġġornamenti għandhom isiru f'kull sena n, fuq il-bażi tal-popolazzjoni ta' membri attivi ta' l-iskema tal-pensjoni fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel (n-1).

Artikolu 2

1.  Kull aġġustament għar-rata tal-kontribuzzjoni għandha tidħol fis-eħħ mill-1 ta' Lulju fl-istess ħin bħall-aġġustament ta' kull sena tar-remunerazzjonijiet taħt l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal. Kull aġġustament ma jwassalx għal kontribuzzjoni li hija aktar minn punt wieħed ta' persentaġġ aktar jew anqas ir-rata valida tas-sena ta' qabel.

2.  L-aġġutament li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2004 m'għandux jirriżulta f'kontribuzzjoni ogħla minn 9,75 %. L-aġġutament li jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2005 m'għandux jirriżulta f'kontribuzzjoni ogħla minn 10,25 %.

3.  Id-differenza stabbilita bejn l-aġġustament tar-rata tal-kontribuzzjoni li kieku kienet tirriżulta mill-kalkolu attwarjali u l-aġġustament li jirriżulta mill-varjazzjoni riferuta fil-paragrafu 2 m'għandhiex tkun irkuprata f'xi ħin, jew, bħala konsegwenza, tkun ikkunsidrata f'kalkolu attwarjali ta' wara. Ir-rata tal-kontribuzzjoni li kieku kienet tirriżulta mill-kalkolu attwarjali għandha tissemma' fir-rapport ta' l-eżami pprovdut fl-Artikolu 1 ta' dan l-Anness.



IL-KAPITOLU 2

EŻAMI TAL-BILANĊ ATTWARJALI

Artikolu 3

L-eżami attwarjali ta' kull ħames snin għandu jniżżel il-kondizzjonijiet tal-bilanċ billi, bħala spejjeż ta' l-iskema, il-pensjoni ta' l-irtirar kif definit fl-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-benefiċċju ta' l-invalidità kif definit fl-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-pensjonijiet għal min baqa' ħaj kif definiti fl-Artikoli 79 u 80 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 4

1.  Il-bilanċ attwarjali għandu jkun eżaminat fuq il-bażi tal-metodu tal-kalkolazzjoni, ippreżentat f'dan il-kapitolu.

2.  Taħt dan il-metodu, “il-valur attwarjali” tad-drittijiet għall-pensjoni li qalgħu qabel id-data tal-kalkolu jirrappreżenta obbligu passat tas-servizz, filwaqt li l-valur attwarjali tad-drittijiet tal-pensjoni li se jinqala' fis-sena tas-servizz li tibda fid-data tal-kalkolu tirrappreżenta “l-ispiża tas-servizz”.

3.  Hemm is-supposizzjoni li l-irtirar (minbarra għall-invalidità) se jsiru f'età medja stabbilita (r). L-età medja ta' l-irtirar għandha tkun aġġornata biss fl-okkażjoni ta' l-eżami attwarjali ta' kull ħames snin riferut fl-Artikolu 1 ta' dan l-Anness u jista' jkun differenti għal gruppi differenti tal-persunal.

4.  Biex il-valuri attwarjali jkunu stabbiliti:

(a) il-bidliet futuri fis-salarju bażiku ta' kull uffiċjal bejn id-data tal-kalkolu u l-età supposta ta' l-irtirar għandhom ikunu kkunsidrati;

(b) id-drittijiet tal-pensjoni li qalgħu qabel id-data tal-kalkolu (l-obbligu passat tas-servizz) m'għandux ikun ikkunsidrat.

5.  Id-disposizzjonijiet kollha relevanti pprovduti f'dan ir-Regolamenti tal-Persunal (b'mod partikolari fl-Annessi VIII u XIII) għandhom ikunu kkunsidrati fil-valutazzjoni attwarjali ta' l-ispiża tas-servizz.

6.  Proċess li jieħu ħsieb id-diffikoltajiet għandu jkun applikat biex jistabbilixxi r-rata reali ta' l-iskont u r-rata tal-bidla fi-sena fl-iskali tas-salarju ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet. Dan il-proċess li jieħu ħsieb id-diffikoltajiet għandu jinkiseb b'medja li tiċċaqqlaq fuq 12-il sena għar-rata ta' l-imgħax u għaż-żieda fl-iskali tas-salarji.

Artikolu 5

1.  Il-formula tal-kontribuzzjoni hija bbażata fuq l-ekwazzjoni:

image

2.  Il-kontribuzzjonijiet ta' l-uffiċjali għall-ispiża biex tiffinanzja l-iskema tal-pensjoni għandhom jinħadmu bħala terz tal-proporzjon bejn l-ispiża tas-servizz tas-sena kurrenti (n) għall-uffiċjali kollha li huma membri attivi fl-iskema tal-pensjoni u s-salarji bażiċi kollha ta' kull sena għall-istess popolazzjoni tal-membri attivi fl-iskema tal-pensjoni fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel (n-1).

3.  L-ispiża tas-servizz għandha tkun is-somma ta':

(a) l-ispiża tas-servizz ta' l-irtirar (iddettaljata fl-Artikolu 6 ta' dan l-Anness), jiġifieri, il-valur attwarjali tad-drittijiet tal-pensjoni li se jaqilgħu matul is-sena n, inkluż il-valur tal-porzjon ta' dak il-pensjoni li jsir pagabbli lis-sieħeb li jibqa' ħaj u/jew it-tfal dipendenti mal-mewt ta' l-uffiċjal wara l-irtirar (riverżjoni);

(b) l-ispiża tas-servizz ta' l-invalidità (iddettaljata fl-Artikolu 7 ta' dan l-Anness), jiġifieri, il-valur attwarjali tad-drittijiet tal-pensjoni li se jsiru pagabbli lill-uffiċjali attivi li mistennija jsiru invalidi matul is-sena; u

(ċ) l-ispiża tas-servizz għal min jibqa' ħaj (iddettaljata fl-Artikolu 8 ta' dan l-Anness), jiġifieri, il-valur attwarjali tad-drittijiet tal-pensjoni li se jsiru pagabbli f'isem l-uffiċjali attivi li mistennija jmutu matul is-sena n.

4.  Il-valutazzjoni ta' l-ispiża tas-servizz għandha tkun ibbażata fuq id-drittijiet tal-pensjoni u fuq l-annwalitajiet xierqa, kif dettaljat fl-Artikoli 6 sa 8 ta' dan l-Anness.

Dawn l-annwalitajiet għandhom jagħtu l-valur attwarjali preżenti ta' EUR għal kull sena, wara li jikkunsidraw ir-rata ta' l-imgħax, ir-rata tat-tibdil fl-iskali tas-salarji u l-probabilità li jkun għadu ħaj fl-età ta' l-irtirar.

5.  Is-somom minimi ta' l-għajxien imsemmija fil-Kapitolu 2 tat-Titolu V tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-Anness VIII għandhom ikunu kkunsidrati.

Artikolu 6

1.  Sabiex jinħadem il-valur tal-pensjonijiet, id-drittijiet tal-pensjoni li qalgħu matul is-sena n għandhom jinħadmu għal kull uffiċjal attiv billi s-salarju bażiku pproġettat tiegħu meta jirtira jkunu mmoltiplikat bil-fattur applikabbli tiegħu ta' l-akkumulazzjoni.

Jekk id-drittijiet akkumulati tal-pensjoni (id-drittijiet mir-reklutaġġ, inklużi t-trasferimenti) ikkreditati lill-uffiċjal fil-31 ta' Diċembru tas-sena n-1 huma mill-anqas 70 %, huwa jitqies li ma akkwistax xi dritt għall-pensjoni matul is-sena n.

2.  Is-Salarju bażiku Pproġettat (PS) meta jirtira għandu jinħadem, jibda bis-salarju bażiku fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel u jikkunsidra r-rata taż-żieda fis-sena fl-iskali tas-salarji u r-rata stmata ta' kull sena taż-żieda dovuta għas-senjorità u l-promozzjonijiet kif ġej:

image

fejn:

SAL = salarju preżenti

GSG = ir-rata stmata ta' kull sena tat-Tkabbir Ġenerali fis-Salarju, (ir-rata tal-bidla ta' kull sena fl-iskali tas-salarji)

ISP = ir-rata stmata ta' kull sena taż-Żieda dovuta għas-Senjorità u l-Promozzjonijiet

m = id-differenza bejn l-età supposta ta' l-irtirar (r) u l-età preżenti ta' l-uffiċjal (x)

Peress li l-kalkoli għandhom isiru f'termini reali, imnaqqsa mill-inflazzjoni, ir-rata tat-tibdil fis-sena fl-iskali tas-salarji u r-rata fis-sena taż-żieda dovuta għas-senjorità u l-promozzjonijiet għandha tkun rati ta' żidiet, imnaqqsa mill-inflazzjoni.

3.  Fuq il-bażi tal-kalkolu tad-drittijiet tal-pensjoni li qala' ċertu uffiċjal, il-valur attwarjali ta' dawk id-drittijiet tal-pensjoni (u tal-pensjoni tar-riverżjoni konnessi magħhom) għandhom jinħadmu billi d-drittijiet tal-pensjonijiet ta' kull sena kif definiti hawn fuq bis-somma ta':

(a) annwalitċa differita immedjata fl-età ta' x, differita b' m snin:

image

fejn:

x = l-età ta' l-uffiċjal fil-31 ta' Diċembru tas-sena n-1

τ = ir-rata ta' l-imgħax

kpx = il-probabilità ta' persuna ta' l-età ta' x li tibqa' ħajja f'k snin

m = id-differenza bejn l-età supposta ta' l-irtirar (r) u l-età preżenti ta' l-uffiċjal (x)

GSG = ir-rata stmata ta' kull sena tat-Tkabbir Ġenerali fis-Salarju, (ir-rata tal-bidla ta' kull sena fl-iskali tas-salarji)

ω = l-ogħla livell tat-tabella tal-mortalità;

u

(b) annwalità differita immedjata tar-riverżjoni fl-etajiet ta' x u y, fejn y hija l-età supposta tas-sieħeb. Din l-annwalità ta' l-aħħar għandha tkun immoltiplikata bil-probabilità li l-uffiċjal jiżżewweġ u bir-rata applikabbli tar-riverżjoni stabbilita skond l-Anness VIII:

image

fejn:

x = l-età ta' l-uffiċjal fil-31 ta' Diċembru tas-sena n-1

y = l-età tas-sieħeb ta' l-uffiċjal fil-31 ta' Diċembru tas-sena n-1

τ = ir-rata ta' l-imgħax

kpx = il-probabilità ta' uffiċjal ta' l-età ta' x li jibqa' ħaj f'k snin

kpy = il-probabilità ta' persuna ta' l-età ta' y (is-sieħeb ta' l-uffiċjal ta' l-età ta' x) li tibqa' ħajja f'k snin

m = id-differenza bejn l-età supposta ta' l-irtirar (r) u l-età preżenti ta' l-uffiċjal (x)

GSG = ir-rata stmata ta' kull sena tat-Tkabbir Ġenerali fis-Salarju, (ir-rata tal-bidla ta' kull sena fl-iskali tas-salarji)

ω = l-ogħla livell tat-tabella tal-mortalità

4.  Il-kalkolu ta' l-ispiża tas-servizz ta' l-irtirar għandu jikkunsidra:

(a) l-inċentiv li jakkumula ta' l-uffiċjali li jibqgħu fis-servizz wara ż-żmien tal-pensjoni;

(b) il-koeffiċjent tat-tnaqqis għall-uffiċjali li jitilqgħu mis-servizz qabel l-età tal-pensjoni.

Artikolu 7

1.  Sabiex jinħadem il-valur tal-benefiċċji ta' l-invalidità, in-numru tat-tali benefiċċji li mistennija jsiru pagabbli matul is-sena n għandu jitkejjel billi, għal kull uffiċjal attiv, tkun applikata l-probabilità li jista' jsir invalidu matul is-sena. Dik il-probabilità għandha mbagħad tkun immoltiplikata bl-ammont fis-sena tal-benefiċċji ta' l-invalidità li għalihom l-uffiċjal għandu jsir intitolat.

2.  Biex jinħadem il-valur attwarjali tal-benefiċċji ta' l-invalidità, li l-ewwel isir pagabbli fis-sena n, l-annwalitajiet li ġejjin għandhom jintużaw:

(a) annwalità temporanja immedjata fl-età ta' x:

image

fejn:

x = età ta' l-uffiċjal fil-31 ta' Diċembru tas-sena n-1

τ = ir-rata ta' l-imgħax

kpx = il-probabilità ta' persuna ta' l-età ta' x li tibqa' ħajja f'k snin

m = id-differenza bejn l-età supposta ta' l-irtirar (r) u l-età preżenti ta' l-uffiċjal (x)

GSG = ir-rata stmata ta' kull sena tat-Tkabbir Ġenerali fis-Salarju, (ir-rata tal-bidla ta' kull sena fl-iskali tas-salarji),

(b) annwalità immedjata tar-riverżjoni. Din l-annwalità ta' l-aħħar għandha tkun immoltiplikata bil-probabilità li l-uffiċjal jiżżewweġ u bir-rata applikabbli tar-riverżjoni:

image

fejn:

x = l-età ta' l-uffiċjal fil-31 ta' Diċembru tas-sena n-1

y = l-età tas-sieħeb ta' l-uffiċjal fil-31 ta' Diċembru tas-sena n-1

τ = ir-rata ta' l-imgħax

kpx = il-probabilità ta' persuna ta' l-età ta' x li tibqa' ħajja f'k snin

kpy = il-probabilità ta' persuna ta' l-età ta' y (is-sieħeb tal-persuna ta' l-età ta' x) li tibqa' ħajja f'k snin

m = id-differenza bejn l-età supposta ta' l-irtirar (r) u l-età preżenti ta' l-uffiċjal (x)

GSG = ir-rata stmata ta' kull sena tat-Tkabbir Ġenerali fis-Salarju, (ir-rata tal-bidla ta' kull sena fl-iskali tas-salarji).

Artikolu 8

1.  Il-valur tad-drittijiet għall-pensjonijiet li jsiru pagabbli lil min jibqa' ħaj matul is-sena n għandu jitkejjel billi, għal kull uffiċjal attiv, tkun applikata l-probabilità li jista' jmut matul is-sena. Dik il-probabilità għandha mbagħad tkun immoltiplikata bl-ammont fis-sena tal-pensjoni tas-sieħeb li se ssir pagabbli fis-sena kurrenti. Il-kalkolu gġandu jikkunsidra l-pensjonijiet possibbli ta' l-orfni li jistgħu jsiru pagabbli.

2.  Biex jinħadem il-valur attwarjali tad-drittijiet tal-pensjoni li se jsiru pagabbli lil min jibqa' ħaj matul is-sena n, annwalità immedjata għandha tintuża. Din l-annwalità għandha tkun immoltiplikata bil-probabilità li l-uffiċjal jiżżewweġ:

image

fejn:

y = l-età tas-sieħeb ta' l-uffiċjal fil-31 ta' Diċembru tas-sena n-1

τ = ir-rata ta' l-imgħax

kpy = il-probabilità ta' persuna ta' l-età ta' y (is-sieħeb tal-persuna ta' l-età ta' x) li tibqa' ħajja f'k snin

GSG = rata stmata ta' kull sena tat-Tkabbir Ġenerali fis-Salarju, (ir-rata tal-bidla ta' kull sena fl-iskali tas-salarji)

ω = l-ogħla livell tat-tabella tal-mortalità.



IL-KAPITOLU 3

SISTEMA TA' KOMPUTAZZJONI

Artikolu 9

1.  Il-parametri demografiċi li għandhom ikunu kkunsidrati għall-istimi attwarjali għandhom ikunu bbażati fuq l-osservazzjoni tal-popolazzjoni tal-parteċipanti fl-iskema, magħmula minn persunal f'servizz attiv u pensjonanti. Din l-informazzjoni għandha tinġabar kull sena mill-Kummisjonili tuża l-informazzjoni li tirċievi mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji differenti li l-persunal tagħhom huma membri ta' l-iskema.

Mill-osservazzjoni ta' din il-popolazzjoni, jinħarġu konklużjonijiet, b'mod partikolari, dwar l-istruttura tal-popolazzjoni, l-età medja ta' l-irtirar u t-tabella ta' l-invalidità.

2.  It-tabella tal-mortalità għandha tirrelata għal popolazzjoni li għandha l-karatteristiċi viċin kemm jista' jkun għal dawk tal-popolazzjoni tal-membri ta' l-iskema. Tkun aġġornata biss fl-okkażjoni ta' l-eżami attwarjali ta' kull ħames snin riferut fl-Artikolu 1 ta' dan l-Anness.

Artikolu 10

1.  Ir-rati ta' l-imgħax li għandhom ikunu kkunsidrati għall-kalkoli attwarjali għandhom ikunu bbażati fuq ir-rati osservati medji ta' l-imgħax fis-sena dwar is-self pubbliku fit-tul ta' l-Istati Membri kif ippubblikati mill-Kummissjoni. Indiċi xieraq tal-prezz ta' l-għajxien għandu jintuża biex tinħadem ir-rata ta' l-imgħax li tikkorrospondi, imnaqqsa bl-inflazzjoni, kif meħtieġa għall-kalkoli attwarjali.

2.  Ir-rata effettiva ta' l-imgħax fis-sena li għandha tkun ikkunsidrata għall-kalkoli attwarjali għandha tkun il-medja tar-rati reali medji ta' l-imgħax għat-tnax-il xahar ta' qabel is-sena kurrenti.

Artikolu 11

1.  It-tibdil fis-sena fl-iskali tas-salarji ta' l-uffiċjali li għandu jkun ikkunsidrat għall-kalkoli attwarjali għandu jkun ibbażat fuq l-indikaturi speċifiċi riferuti fl-Artikolu 1(4) ta' l-Annes XI.

2.  Ir-rata effettiva ta' l-imgħax fis-sena li għandha tkun ikkunsidrata għall-kalkoli attwarjali għandha tkun il-medja ta' l-indikaturi speċifiċi netti għall-Unjoni Ewropea għax għat-tnax-il xahar ta' qabel is-sena kurrenti.

Artikolu 12

Ir-rata fl-Artikoli 4 u 8 ta' l-Anness VIII għall-kalkolu ta' l-imgħax kompost għandha tkun ir-rata effettiva riferuta fl-Artikolu 10 ta' dan l-Anness u, jekk meħtieġ, għandha tkun riveduta fil-każ ta' l-istimi attwarwali ta' kull ħames snin.



IL-KAPITOLU 4

IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 13

1.  Il-Eurostat għandha tkun l-awtorità responsabbli mill-implimentazzjoni teknika ta' dan l-Anness.

2.  Il-Eurostat għandha tkun assistita minn espert ikkwalifikat indipendenti wieħed jew aktar biex twettaq l-istimi attwarjali riferuti fl-Artikolu 1 ta' dan l-Anness. Il-Eurostat għandha tipprovdi t-tali esperti, b'mod partikolari, bil-parametri riferuti fl-Artikoli 9 sa 11 ta' dan l-Anness.

3.  Kull sena fl-1 ta' Settembru, il-Eurostat għandha tibgħat rapport dwar l-istimi u l-aġġornamenti riferuti fl-Artikolu 1 ta' dan l-Anness.

4.  Il-Eurostat tieħu ħieb kull mistoqsija dwar il-metodoloġija li titqajjem bl-implimentazzjoni ta' dan l-Anness, bil-koperazzjoni ta' l-esperti nazzjonali mid-dipartimenti relevanti ta' l-Istati Membri u l-espert jew esperti indipendenti kkwalifikati. Il-Eurostat għandha ssejjaħ laqgħa ta' dan il-grupp għal dak l-iskop mill-anqas kull sena. Iżda, il-Eurostat tista' ssejjaħ laqgħat aktar frekwenti jekk tħoss li hemm il-bżonn.



IL-KAPITOLU 5

IL-KLAWŻOLA TAR-REVIŻJONI

Artikolu 14

1.  L-Artikoli 2(1) it-tieni sentenza, u (3), 9, 10, 11 u 12 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2004 sat-30 ta' Ġunju 2013.

2.  Fl-okkażjoni ta' l-istima attwarjali ta' kull ħames snin, dan l-Anness jista' jerġa' jkun ikkunsidrat mill-Kunsill, b'mod partikolari minħabba l-implikazzjonijiet tiegħu fuq l-estimi u l-bilanċ attwarjali, fuq il-bażi ta' rapport flimkien, jekk ikun il-każ, ma' proposta mill-Kummissjoni li ssir wara li tinkiseb l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq din il-proposta, b'maġġoranza kkwalifikata, kif provdut fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 205(2) tat-Trattat ta' l-KE.

3.  B'mod ta' deroga mill-Artikolu 83a tar-Regolamenti tal-Persunal u paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, it-tieni stima, rapport, u, jekk meħtieġa, proposta mill-Kummissjoni għandhom jintbagħtu lill-Kunsill sa l-aħħar ta' l-2008.




L-ANNESS XIII

Miżuri transitorji applikabbli għall-uffiċjali tal-Komunitajiet

(L-Artikolu 107a tar-Regolamenti tal-Persunal)

Taqsima 1

Artikolu 1

1.  Għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2004 sat-30 t'April 2006 l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament tal-Persunal huma mibdula b'dan li ġej:

“1. Il-postijiet koperti mir-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kklassifikati, skond in-natura u l-importanza tad-dmirijiet li għalihom jirrelataw, f'erba' kategoriji, A, B, Ċ u D, f'ordni nieżla tal-kariga.

2. Il-kategorija A jkun fiha tnax-il grad, il-kategorija B ikun fiha disa' gradi, il-kategorija Ċ ikun fiha seba' gradi, u l-kategorija D ikun fiha ħames gradi.’”

.

2.  Kull riferenza għad-data tar-reklutaġġ għandha titqies li tirreferi għad-data tad-dħul fis-seħħ.

Artikolu 2

1.  Fl-1 ta' Mejju 2004, u suġġetti għall-Artikolu 8 ta' dan l-Anness, il-gradi ta' l-uffiċjali li għandhom wieħed mill-istati amministrattivi ppreżentati fl-Artikolu 35 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom jingħataw isem mill-ġdid kif ġej:



Grad ta' qabel

Grad il-ġdid (intermedju)

Grad ta' qabel

Grad il-ġdid (intermedju)

Grad ta' qabel

Grad il-ġdid (intermedju)

Grad ta' qabel

Grad il-ġdid (intermedju)

A1

A*16

 
 
 
 
 
 

A2

A*15

 
 
 
 
 
 

A3/LA3

A*14

 
 
 
 
 
 

A4/LA4

A*12

 
 
 
 
 
 

A5/LA5

A*11

 
 
 
 
 
 

A6/LA6

A*10

B1

B*10

 
 
 
 

A7/LA7

A*8

B2

B*8

 
 
 
 

A8/LA8

A*7

B3

B*7

C1

C*6

 
 
 
 

B4

B*6

C2

C*5

 
 
 
 

B5

B*5

C3

C*4

D1

D*4

 
 
 
 

C4

C*3

D2

D*3

 
 
 
 

C5

C*2

D3

D*2

 
 
 
 
 
 

D4

D*1

2.  Suġġetti għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 ta' dan l-Anness, is-salarji bażiċi ta' kull xahar huma stabbiliti għal kull grad u skala kif provdut fit-tabella li ġejja (f'euro):



 (1) (2)Category A

Former grades

New intermediate grade

1

2

3

4

5

6

7

8

A1

A*16

14 822,86

15 445,74

16 094,79

16 094,79

16 094,79

16 094,79

 
 
 
 

12 717,09

13 392,63

14 068,17

14 743,71

15 419,25

16 094,79

 
 
 
 

0,8579377

0,8670760

0,8740822

0,9160548

0,9580274

1,0

 
 

A2

A*15

13 100,93

13 651,45

14 225,11

14 620,87

14 822,86

15 445,74

 
 
 
 

11 285,38

11 930,01

12 574,64

13 219,27

13 863,90

14 508,53

 
 
 
 

0,8614182

0,8739006

0,8839749

0,9041370

0,9353053

0,9393224

 
 

A3

A*14

11 579,04

12 065,60

12 572,62

12 922,41

13 100,93

13 651,45

14 225,11

14 822,86

 
 

9 346,34

9 910,20

10 474,06

11 037,92

11 601,78

12 165,64

12 729,50

13 293,36

 
 

0,8071775

0,8213599

0,8330849

0,8541688

0,8855692

0,8911610

0,8948613

0,8968148

 

A*13

10 233,93

10 663,98

11 112,09

11 421,25

11 579,04

 
 
 

A4

A*12

9 045,09

9 425,17

9 821,23

10 094,47

10 233,93

10 663,98

11 112,09

11 579,04

 
 

7 851,92

8 292,03

8 732,14

9 172,25

9 612,36

10 052,47

10 492,58

10 932,69

 
 

0,8680864

0,8797751

0,8891086

0,9086411

0,9392638

0,9426565

0,9442490

0,9441793

A5

A*11

7 994,35

8 330,28

8 680,33

8 921,83

9 045,09

9 425,17

9 821,23

10 233,93

 
 

6 473,51

6 857,02

7 240,53

7 624,04

8 007,55

8 391,06

8 774,57

9 158,08

 
 

0,8097606

0,8231440

0,8341307

0,8545377

0,8852925

0,8902821

0,8934288

0,8948742

A6

A*10

7 065,67

7 362,57

7 671,96

7 885,41

7 994,35

8 330,28

8 680,33

9 045,09

 
 

5 594,32

5 899,56

6 204,80

6 510,04

6 815,28

7 120,52

7 425,76

7 731,00

 
 

0,7917607

0,8012909

0,8087633

0,8255804

0,8525121

0,8547756

0,8554698

0,8547179

 

A*9

6 244,87

6 507,29

6 780,73

6 969,38

7 065,67

 
 
 

A7

A*8

5 519,42

5 751,35

5 993,03

6 159,77

6 244,87

6 507,29

 
 
 
 

4 815,59

5 055,21

5 294,83

5 534,45

5 774,07

6 013,69

 
 
 
 

0,8724812

0,8789606

0,8834980

0,8984832

0,9246101

0,9241466

 
 

A8

A*7

4 878,24

5 083,24

5 296,84

5 444,21

5 519,42

 
 
 
 
 

4 258,95

4 430,71

 
 
 
 
 
 
 
 

0,8730505

0,8716311

 
 
 
 
 
 
 

A*6

4 311,55

4 492,73

4 681,52

4 811,77

4 878,24

 
 
 
 

A*5

3 810,69

3 970,82

4 137,68

4 252,80

4 311,55

 
 
 

(1)   Il-figuri korsivi fit-tabelli jirreferu għas-salarji ta' qabel kif ippreżentati fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal qabel l-1 ta' Mejju 2004. Huma inklużi f'dawn it-tabelli għal raġunijiet ta' spjegazzjoni biss u m'għandhomx xi implikazzjoni legali.

(2)   Il-figura fit-tielet linja li tikkorrospondi għal kull skala hija l-koeffiċjent li jirrappreżenta l-proporzjoni bejn is-salarju bażiku qabel u wara l-1 ta' Mejju 2004.



 (1) (2)Category B

Former grades

New intermediate grade

1

2

3

4

5

6

7

8

 

B*11

7 994,35

8 330,28

8 680,33

8 921,83

9 045,09

 
 
 

B1

B*10

7 065,67

7 362,57

7 671,96

7 885,41

7 994,35

8 330,28

8 680,33

9 045,09

 
 

5 594,32

5 899,56

6 204,80

6 510,04

6 815,28

7 120,52

7 425,76

7 731,00

 
 

0,7917607

0,8012909

0,8087633

0,8255804

0,8525121

0,8547756

0,8554698

0,8547179

 

B*9

6 244,87

6 507,29

6 780,73

6 969,38

7 065,67

 
 
 

B2

B*8

5 519,42

5 751,35

5 993,03

6 159,77

6 244,87

6 507,29

6 780,73

7 065,67

 
 

4 847,05

5 074,29

5 301,53

5 528,77

5 756,01

5 983,25

6 210,49

6 437,73

 
 

0,8781810

0,8822781

0,8846160

0,8975611

0,9217181

0,9194688

0,9159029

0,9111280

B3

B*7

4 878,24

5 083,24

5 296,84

5 444,21

5 519,42

5 751,35

5 993,03

6 244,87

 
 

4 065,67

4 254,62

4 443,57

4 632,52

4 821,47

5 010,42

5 199,37

5 388,32

 
 

0,8334297

0,8369898

0,8389096

0,8509077

0,8735465

0,8711729

0,8675695

0,8628394

B4

B*6

4 311,55

4 492,73

4 681,52

4 811,77

4 878,24

5 083,24

5 296,84

5 519,42

 
 

3 516,44

3 680,31

3 844,18

4 008,05

4 171,92

4 335,79

4 499,66

4 663,53

 
 

0,8155860

0,8191701

0,8211393

0,8329679

0,8552101

0,8529580

0,8494989

0,8449312

B5

B*5

3 810,69

3 970,82

4 137,68

4 252,80

4 311,55

4 492,73

4 681,52

4 878,24

 
 

3 143,24

3 275,85

3 408,46

3 541,07

3 673,68

3 806,29

3 938,90

4 071,51

 
 

0,8248480

0,8249807

0,8237611

0,8326444

0,8520555

0,8472109

0,8413720

0,8346268

 

B*4

3 368,02

3 509,54

3 657,02

3 758,76

3 810,69

 
 
 
 

B*3

2 976,76

3 101,85

3 232,19

3 322,12

3 368,02

 
 
 

(1)   Il-figuri korsivi fit-tabelli jirreferu għas-salarji ta' qabel kif ippreżentati fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal qabel l-1 ta' Mejju 2004. Huma inklużi f'dawn it-tabelli għal raġunijiet ta' spjegazzjoni biss u m'għandhomx xi implikazzjoni legali.

(2)   Il-figura fit-tielet linja li tikkorrospondi għal kull skala hija l-koeffiċjent li jirrappreżenta l-proporzjoni bejn is-salarju bażiku qabel u wara l-1 ta' Mejju 2004.



 (1) (2)Category C

Former grades

New intermediate grade

1

2

3

4

5

6

7

8

 

C*7

4 878,24

5 083,24

5 296,84

5 444,21

5 519,42

 
 
 

C1

C*6

4 311,55

4 492,73

4 681,52

4 811,77

4 878,24

5 083,24

5 296,84

5 519,42

 
 

3 586,63

3 731,26

3 875,89

4 020,52

4 165,15

4 309,78

4 454,41

4 599,04

 
 

0,8318656

0,8305106

0,8279127

0,8355595

0,8538223

0,8478411

0,8409561

0,8332470

C2

C*5

3 810,69

3 970,82

4 137,68

4 252,80

4 311,55

4 492,73

4 681,52

4 878,24

 
 

3 119,61

3 252,15

3 384,69

3 517,23

3 649,77

3 782,31

3 914,85

4 047,39

 
 

0,8186470

0,8190122

0,8180164

0,8270387

0,8465100

0,8418734

0,8362348

0,8296824

C3

C*4

3 368,02

3 509,54

3 657,02

3 758,76

3 810,69

3 970,82

4 137,68

4 311,55

 
 

2 910,01

3 023,56

3 137,11

3 250,66

3 364,21

3 477,76

3 591,31

3 704,86

 
 

0,8640121

0,8615260

0,8578323

0,8648224

0,8828349

0,8758292

0,8679526

0,8592873

C4

C*3

2 976,76

3 101,85

3 232,19

3 322,12

3 368,02

3 509,54

3 657,02

3 810,69

 
 

2 629,42

2 735,93

2 842,44

2 948,95

3 055,46

3 161,97

3 268,48

3 374,99

 
 

0,8833161

0,8820317

0,8794161

0,8876711

0,9071977

0,9009642

0,8937550

0,8856638

C5

C*2

2 630,96

2 741,52

2 856,72

2 936,20

2 976,76

 
 
 
 
 

2 424,48

2 523,83

2 623,18

2 722,53

 
 
 
 
 
 

0,9215191

0,9205951

0,9182489

0,9272291

 
 
 
 
 

C*1

2 325,33

2 423,04

2 524,86

2 595,11

2 630,96

 
 
 

(1)   Il-figuri korsivi fit-tabelli jirreferu għas-salarji ta' qabel kif ippreżentati fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal qabel l-1 ta' Mejju 2004. Huma inklużi f'dawn it-tabelli għal raġunijiet ta' spjegazzjoni biss u m'għandhomx xi implikazzjoni legali.

(2)   Il-figura fit-tielet linja li tikkorrospondi għal kull skala hija l-koeffiċjent li jirrappreżenta l-proporzjoni bejn is-salarju bażiku qabel u wara l-1 ta' Mejju 2004.



 (1) (2)Category D

Former grades

New intermediate grade

1

2

3

4

5

6

7

8

 

D*5

3 810,69

3 970,82

4 137,68

4 252,8

4 311,55

 
 
 

D1

D*4

3 368,02

3 509,54

3 657,02

3 758,76

3 810,69

3 970,82

4 137,68

4 311,55

 
 

2 740,03

2 859,83

2 979,63

3 099,43

3 219,23

3 339,03

3 458,83

3 578,63

 
 

0,8135433

0,8148732

0,8147699

0,8245884

0,8447893

0,8408918

0,8359346

0,8300101

D2

D*3

2 976,76

3 101,85

3 232,19

3 322,12

3 368,02

3 509,54

3 657,02

3 810,69

 
 

2 498,38

2 604,79

2 711,20

2 817,61

2 924,02

3 030,43

3 136,84

3 243,25

 
 

0,8392951

0,8397537

0,8388121

0,8481361

0,8681718

0,8634835

0,8577585

0,8510926

D3

D*2

2 630,96

2 741,52

2 856,72

2 936,20

2 976,76

3 101,85

3 232,19

3 368,02

 
 

2 325,33

2 424,85

2 524,37

2 623,89

2 723,41

2 822,93

2 922,45

3 021,97

 
 

0,8838333

0,8844911

0,8836603

0,8936346

0,9148907

0,9100795

0,9041702

0,8972542

D4

D*1

2 325,33

2 423,04

2 524,86

2 595,11

 

2 630,96

 
 
 
 

2 192,47

2 282,38

2 372,29

2 462,20

 
 
 
 
 
 

0,9428640

0,9419476

0,9395718

0,9487849

 
 
 
 

(1)   Il-figuri korsivi fit-tabelli jirreferu għas-salarji ta' qabel kif ippreżentati fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal qabel l-1 ta' Mejju 2004. Huma inklużi f'dawn it-tabelli għal raġunijiet ta' spjegazzjoni biss u m'għandhomx xi implikazzjoni legali.

(2)   Il-figura fit-tielet linja li tikkorrospondi għal kull skala hija l-koeffiċjent li jirrappreżenta l-proporzjoni bejn is-salarju bażiku qabel u wara l-1 ta' Mejju 2004.

3.  Is-salarji għall-gradi intermedji ġodda għandhom jintużaw bħala l-ammont applikabbli fis-sens ta' l-Artikolu 7 ta' dan l-Anness.

Artikolu 3

L-iskala li qiegħed fiha uffiċjal u s-senjorità akkwistati fil-grad u l-iskala m'għandhomx ikunu affettwati mill-proċedura deskritta fl-Artikolu 2(1) ta' dan l-Anness. Is-salarji għandhom ikunu stabbiliti skond l-Artikolu 7 ta' dan l-Anness.

Artikolu 4

Għall-iskopjiet ta' dawn id-disposizzjonijiet u għall-perjodu speċifikat fis-sentenza tad-dħul ta' l-Artikolu 1 ta' dan l-Anness:

(a) il-kliem “grupp tal-funzjoni” għandu jinbidel bi “kategorija”:

(i) fir-Regolamenti tal-Persunal fi:

 L-Artikolu 5(5),

 L-Artikolu 6(2),

 L-Artikolu 7(2),

 L-Artikolu 31(2),

 it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 32,

 L-Artikolu 39, punt (f),

 L-Artikolu 40(4),

 L-Artikolu 41(3),

 l-Artikolu 51(1), (5), (8), u (9),

 l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 78;

(ii) fl-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal fir-raba' paragrafu fl-Artikolu 1;

(iii) fl-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal fi:

 L-Artikolu 1(1), punt (ċ),

 ir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 3;

(iv) fl-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal fi:

 L-Artikolu 4,

 L-Artikolu 7(1), punti (f) u (g);

(b) il-kliem “grupp tal-funzjoni ta' l-AD” għandu jinbidel bi “kategorija A*”:

(i) fir-Regolamenti tal-Persunal fi:

 L-Artikolu 5(3), punt (ċ);

 it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 48;

 it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 56;

(ii) fl-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 10;

(ċ) il-kliem “grupp tal-funzjoni ta' l-AST” għandu jinbidel bi “kategorija B*, C* u D*”:

(i) fir-Regolamenti tal-Persunal fi:

 it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 43;

 it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 48;

(ii) fl-Anness VI tar-Regolamenti tal-Persunal fl-Artikoli 1 u 3;

(d) il-kliem “il-gradi AST 1 sa AST 4” jinbidel bi “kategoriji Ċ* u D* gradi 1 sa 4” fir-Regolamenti tal-Persunal fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 56;

(e) fl-Artikolu 5(3)(a) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kliem “grupp tal-funzjoni ta' l-AST” jinbidel bi “kategoriji B* u Ċ *”;

(f) L-Artikolu 29(4) tar-Regolament tal-Persunal jinbidel bi: “Il-Parlament Ewropew għandu jorganizza mill-anqas kompetizzjoni waħda għall-kategorija Ċ*, B* u A* qabel l-1 ta' Mejju 2006”;

(g) fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal il-kliem “funzjoni ta' l-amministratur” jinbidel bi “funzjoni fl-ogħla kategorija li jmiss”;

(g) fl-Artikolu 45a(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kliem “grupp tal-funzjoni ta' l-AST jista'” jinbidel bi “kategorija B* tista'” u l-kliem “grupp tal-funzjoni ta' l-AD” jinbidel bi “posizzjoni fil-kategorija A*”;

(i) fl-Artikolu 46 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kliem “AD 9 sa AD 14” jinbidlu bi “AD *9 sa A *14”.;

(h) fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kliem “il-gradi AD 9 jew AD15” jinbidel bi “il-gradi A*16 jew A*15” u l-kliem “il-gradi AD15 jew 14” bi “il-gradi A*15 jew A*14”;

(k) fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 12 ta' l-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kliem “AD 14” jinbidel bi “A *14”;

(l) fl-Artikolu 4 ta' l-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal:

(i) fil-paragrafu 2, il-kliem “AD 13” jinbidel bi “A*13”;

(ii) fil-paragrafu 3, il-kliem “AD 14” jinbidel bi “A*14 jew ogħla” u l-kliem “AD16 jew AD15” bi “A*16 jew A*15”;

(iii) fil-paragrafu 4, il-kliem “AD 16” jinbidel bi “A*16” u l-kliem “AD15” bi “A*15”;

(m) fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-kliem “Mill-grad 4,” jitħassar;

(n) fl-Artikolu 5(4) tar-Regolamenti tal-Persunal, ir-riferenza għal “L-Anness I, punt A” tinbidel b'riferenza għal “L-Anness XIII.1”;

(o) fejn fit-test tar-Regolament tal-Persunal issir riferenza għas-salarju bażiku fix-xaħar ta' uffiċjal fil-grad AST 1, din tinbidel b'riferenza għas-salarju bażiku fix-xahar ta' uffiċjal fil-grad D*1.

Artikolu 5

1.  Minkejja l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-uffiċjali eliġibbli għall-promozzjoni fl-1 ta' Mejju 2004 għandhom ikomplu jkunu eliġibbli anki jekk m'għamlux minimu ta' sentejn fil-grad tagħhom.

2.  L-uffiċjali li isimhom jidher qabel 1-1 ta' Mejju 2006 fuq il-lista tal-kandidati tajbin għat-trasferimenti minn kategorija għal oħra, jekk it-trasferiment isir mill-1 ta' Mejju 2004, għandhom jitpoġġew fil-grad u l-iskala li kienu jokkupaw fil-kategorija ta' qabel, jew fin-nuqqas ta' dan fl-ewwel skala tal-kategorija l-ġdida.

3.  L-Artikoli 1 sa 11 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw għall-ħaddiema temporanji ingaġġati qabel l-1 ta' Mejju 2004 li huma wara reklutati bħala uffiċjali skond il-paragrafu 4.

4.  Il-ħaddiema temporanji li isimhom jidher qabel 1-1 ta' Mejju 2006 fuq il-lista tal-kandidati tajbin għat-trasferimenti minn kategorija għal oħra, jew fuq il-lista tal-kandidati li għaddew minn kompetizzjoni interna, jekk ir-reklutaġġisir mill-1 ta' Mejju 2004, għandhom jitpoġġew fil-grad u l-iskala li kienu jokkupaw bħala ħaddiema temporanji fil-kategorija ta' qabel, jew fin-nuqqas ta' dan fl-ewwel skala tal-grad tal-bidu tal-kategorija l-ġdida.

5.  Uffiċjal fil-grad A3 fit-30 t'April 2004, mal-ħatra wara dik id-data bħala Direttur, għandu jkun promoss għal grad ogħla li jmiss, skond l-Artikolu 7(5) ta' dan l-Anness. L-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 46 tar-Regolamenti tal-Persunal m'għandhiex tapplika.

Artikolu 6

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 9 u 10 ta' dan l-Anness, għall-ewwel promozzjoni ta' l-uffiċjali reklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004, il-persentaġġi riferuti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-Anness I, punt B tar-Regolament tal-Persunal għandhom ikunu adattati biex jimxu ma' l-arranġamenti fis-seħħ f'kull istituzzjoni qabel dik id-data.

Fejn il-promozzjoni ta' uffiċjal tidħol fis-seħħ qabel l-1 ta' Mejju, tkun irregolata mid-disposizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ fid-data meta l-promozzjoni tidħol fis-seħħ.

Artikolu 7

Is-salarji bażiċi fix-xahar ta' l-uffiċjali reklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandhom ikunu stabbiliti skond ir-regoli li ġejjin:

1. Billi l-gradi jingħataw ismijiet ġodda skond l-Artikolu 2(1) ta' dan l-Anness ma jwasslux għal xi tibdil fis-salarju bażiku fix-xahar imħallas lil kull uffiċjal.

2. Għal kull uffiċjal, fattur tal-moltiplikazzjoni għandu jinħadem fl-1 ta' Mejju 2004. Dan il-fattur tal-moltiplikazzjoni għandu jkun daqs il-proporzjon bejn is-salarju bażiku fix-xahar imħallas lil uffiċjal qabel l-1 ta' Mejju 2004 u l-ammont applikabbli definit fl-Artikolu 2(2) ta' dan l-Anness.

Is-salarju bażiku fix-xahar imħallas lill-uffiċjal fl-1 ta' Mejju 2004 għandu jkun daqs il-prodott ta' l-ammont applikabbli u l-fattur tal-moltiplikazzjoni.

Il-fattur tal-moltiplikazzjoni għandu jkun applikat sabiex jistabbilixxi s-salarju bażiku fix-xaħar ta' l-uffiċjal wara promozzjoni fl-iskala jew aġġustament tar-remunerazzjonijiet.

3. Minkejja d-disposizzjonijiet t'hawn fuq, għall-perjodi wara l-1 ta' Mejju 2004 is-salarju bażiku fix-xahar imħallas lil uffiċjal m'għandux ikun anqas minn dak li kieku kien jirċievi taħt is-sistema fis-seħħ qabel dik id-data minn promozzjoni awtomatika fl-iskala fil-grad li kien jokkupa qabel. Għal kull grad u skala, is-salarju bażiku ta' qabel li għandu jkun ikkunsidrat, huwa daqs l-ammont applikabbli wara l-1 ta' Mejju 2004, immoltiplikat mill-koeffiċjent definit fl-Artikolu 2(2) ta' dan l-Anness.

4. Uffiċjal fil-gradi A*10 sa A*16 u AD 10 sa 16 rispettivament li fit-30 t'April 2004 kien kap ta' dipartiment, direttur, direttur ġenerali, jew huwa maħtur wara bħala kap ta' dipartiment, direttur, jew direttur ġenerali, u wettaq id-dmirijiet tiegħu tajjeb biżżejjed matul l-ewwel disa' xhur, għandu jkun intitolat għal żieda fis-salarju bażiku fix-xahar li jikkorrospondi mal-persentaġġ bejn l-ewwel u t-tieni skala f'kull grad kif ippreżentat fit-tabelli fl-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 8(1) ta' dan l-Anness.

5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, għal kull uffiċjal, l-ewwel promozzjoni wara l-1 ta' Mejju 2004, skond il-kategorija okkupata qabel l-1 ta' Mejju 2004 u l-iskala okkupata fil-mument meta l-promozzjoni tidħol fis-seħħ, għandha tirriħulta f'żieda fis-salarju bażiku fis-sena li għandu jkun stabbilit fuq bażi tat-tabella li ġejja:



Step

Grade

1

2

3

4

5

6

7

8

A

13,1 %

11,0 %

6,8 %

5,7 %

5,5 %

5,2 %

5,2 %

4,9 %

B

11,9 %

10,5 %

6,4 %

4,9 %

4,8 %

4,7 %

4,5 %

4,3 %

C

8,5 %

6,3 %

4,6 %

4,0 %

3,9 %

3,7 %

3,6 %

3,5 %

D

6,1 %

4,6 %

4,3 %

4,1 %

4,0 %

3,9 %

3,7 %

3,6 %

Bl-iskop li jkun stabbilit il-persentaġġ applikabbli, kull grad għandu jinqasam fi skali nozzjonali li jikkorrospondu għal xahrejn servizz u f'persentaġġi nozzjonali li jonqsu b'waħda minn tnax tad-differenza bejn il-persentaġġ għall-iskala in kwestjoni u dak għall-iskala l-ogħla li jmiss ma' kull skala nozzjonali.

Bl-iskop li jinħadem is-salarju qabel il-promozzjoni ta' uffiċjal li m'huwiex fl-aħħar skala tal-grad tiegħu, il-valur ta' l-iskala nozzjonali għandu jkun ikkunsidrat. Għall-iskop ta' din id-disposizzjoni, kull grad għandu jkun maqsum f'pagi nozzjonali li jitilgħu b'waħda minn tnax ta' inkrement ta' sentejn għal dak il-grad matul il-medda ta' l-iskali attwali.

6. Fattur ġdid tal-moltiplikazzjoni għandu jkun stabbilit ma' din l-ewwel promozzjoni. Il-fattur tal-moltiplikazzjoni għandu jkun daqs il-proporzjon bejn is-salarji bażiċi l-ġodda li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 5 u l-ammont applikabbli fl-Artikolu 2(2) ta' dan l-Anness. Suġġett għall-paragrafu 7, dan il-fattur tal-moltiplikazzjoni għandu jkun applikat għas-salarju wara l-promozzjoni fl-iskala u l-adattament tar-remunerazzjonijiet.

7. Jekk, wara l-promozzjoni, il-fattur tal-moltiplikazzjoni huwa anqas minn 1, l-uffiċjal, b'deroga mill-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal, għandu jibqa' fl-ewwel skala tal-grad il-ġdid tiegħu sakemm il-fattur tal-moltiplikazzjoni jibqa' taħt il-1 jew sakemm ikun promoss. Fattur ġdid tal-moltiplikazzjoni għandu jinħadem biex jikkunsidra l-valur tal-promozzjoni fl-iskala li għaliha huwa jew hija għandha tkun intitolata taħt dak l-Artikolu. Hekk kif il-fattur jitla' għal 1, l-uffiċjal għandu jibda tiela fl-iskali skond l-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal. Jekk il-fattur tal-moltiplikazzjoni huwa ogħla minn wieħed, kull bilanċ għandu jinbidel għal senjorità fl-iskala.

8. Il-fattur tal-moltiplikazzjoni għandu jkun applikat ma' promozzjonijiet ta' wara.

Artikolu 8

1.  B'effett mill-1 ta' Mejju 2006, il-gradi introdotti mill-Artikolu 2(1) għandhom jingħataw l-isem mill-ġdid kif ġej:



Grad ta' qabel (intermedju)

Grad il-ġdid

Grad ta' qabel (intermedju)

Grad il-ġdid

A*16

AD 16

 
 

A*15

AD 15

 
 

A*14

AD 14

 
 

A*13

AD 13

 
 

A*12

AD 12

 
 

A*11

AD 11

B*11

AST 11

A*10

AD 10

B*10

AST 10

A*9

AD 9

B*9

AST 9

A*8

AD 8

B*8

AST 8

A*7

AD 7

B*7/C*7

AST 7

A*6

AD 6

B*6/C*6

AST 6

A*5

AD 5

B*5/C*5/D*5

AST 5

 
 

B*4/C*4/D*4

AST 4

 
 

B*3/C*3/D*3

AST 3

 
 

C*2/D*2

AST 2

 
 

C*1/D*1

AST 1

2.  Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 ta' dan l-Anness, is-salarji bażiċi ta' kull xahar huma stabbiliti għal kull grad u skala fuq il-bażi tat-tabella fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal. Għall-uffiċjali li kienu reklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004 u sa l-ewwel promozzjoni tagħhom tidħol fi-seħħ wara dik id-data, it-tabella tkun kif ġejja:

▼M122



1.7.2008

PASS

GRAD

1

2

3

4

5

6

7

8

16

16 299,08

16 983,99

17 697,68

17 697,68

17 697,68

17 697,68

 
 

15

14 405,66

15 011,01

15 641,79

16 076,97

16 299,08

16 983,99

 
 

14

12 732,20

13 267,22

13 824,73

14 209,36

14 405,66

15 011,01

15 641,79

16 299,08

13

11 253,14

11 726,01

12 218,75

12 558,70

12 732,20

 
 
 

12

9 945,89

10 363,83

10 799,33

11 099,79

11 253,14

11 726,01

12 218,75

12 732,20

11

8 790,51

9 159,90

9 544,81

9 810,36

9 945,89

10 363,83

10 799,33

11 253,14

10

7 769,34

8 095,82

8 436,01

8 670,72

8 790,51

9 159,90

9 544,81

9 945,89

9

6 866,80

7 155,35

7 456,03

7 663,46

7 769,34

 
 
 

8

6 069,10

6 324,13

6 589,88

6 773,22

6 866,80

7 155,35

7 456,03

7 769,34

7

5 364,07

5 589,48

5 824,35

5 986,40

6 069,10

6 324,13

6 589,88

6 866,80

6

4 740,94

4 940,16

5 147,76

5 290,97

5 364,07

5 589,48

5 824,35

6 069,10

5

4 190,20

4 366,28

4 549,76

4 676,34

4 740,94

4 940,16

5 147,76

5 364,07

4

3 703,44

3 859,06

4 021,22

4 133,10

4 190,20

4 366,28

4 549,76

4 740,94

3

3 273,22

3 410,76

3 554,09

3 652,97

3 703,44

3 859,06

4 021,22

4 190,20

2

2 892,98

3 014,55

3 141,22

3 228,61

3 273,22

3 410,76

3 554,09

3 703,44

1

2 556,91

2 664,35

2 776,31

2 853,56

2 892,98

 
 
 

▼M112

Artikolu 9

Mill-1 ta' Mejju 2004 sat-30 t'April 2011 u b'deroga mill-Anness I, punt B, tar-Regolamenti tal-Persunal, rigward l-uffiċjali fil-gradi AD 12 u 13 u AST 10, il-persentaġġi riferuti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif ġej:



Grad

l-1 ta' Mejju 2004 sa:

 

tat-30.4.2005

tat-30.4.2006

tat-30.4.2007

tat-30.4.2008

tat-30.4.2009

tat-30.4.2010

tat-30.4.2011

AD 13

5 %

10 %

15 %

20 %

20 %

AD 12

5 %

5 %

5 %

10 %

15 %

20 %

25 %

AST 10

5 %

5 %

5 %

10 %

15 %

20 %

20 %

Artikolu 10

1.  L-uffiċjali fis-servizz fil-kategoriji Ċ jew D ta' qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandhom ikunu assenjati mill-1 ta' Mejju 2006 għal għadd ta' karrieri li jippermettu l-promozzjonijiet:

(a) fil-kategoriji Ċ ta' qabel sal-grad AST 7;

(b) fil-kategoriji D ta' qabel sal-grad AST 5;

2.  Għal dawk l-uffiċjali, mill-1 ta' Mejju 2004 u b'deroga mill-Anness I, Taqsima B, tar-Regolamenti tal-Persunal, il-persentaġġi riferuti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif ġej:



Mixja ta' karrieri Ċ

Grad

l-1 ta' Mejju 2004 sa:

Wara tat-30.4.2010

 

tat-30.4.2005

tat-30.4.2006

tat-30.4.2007

tat-30.4.2008

tat-30.4.2009

tat-30.4.2010

C*/AST 7

C*/AST 6

5 %

5 %

5 %

10 %

15 %

20 %

20 %

C*/AST 5

22 %

22 %

22 %

22 %

22 %

22 %

22 %

C*/AST 4

22 %

22 %

22 %

22 %

22 %

22 %

22 %

C*/AST 3

25 %

25 %

25 %

25 %

25 %

25 %

25 %

C*/AST 2

25 %

25 %

25 %

25 %

25 %

25 %

25 %

C*/AST 1

25 %

25 %

25 %

25 %

25 %

25 %

25 %



Mixja ta' karrieri D

Grad

l-1 ta' Mejju 2004 sa:

Wara tat-30.4.2010

 

tat-30.4.2005

tat-30.4.2006

tat-30.4.2007

tat-30.4.2008

tat-30.4.2009

tat-30.4.2010

D*/AST 5

D*/AST 4

5 %

5 %

5 %

10 %

10 %

10 %

10 %

D*/AST 3

22 %

22 %

22 %

22 %

22 %

22 %

22 %

D*/AST 2

22 %

22 %

22 %

22 %

22 %

22 %

22 %

D*/AST 1

3.  Uffiċjal li dwaru japplika l-paragrafu 1, jista' jsir membru tal-grupp tal-funzjoni ta' l-assistenti mingħajr restrizzjoni jekk jgħaddi minn kompetizzjoni miftuħa jew fuq il-bażi ta' proċedura ta' ċertifikazzjoni. Il-proċedura taċ-ċertifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq is-senjorità, l-esperjenza, il-meritu u l-livell tat-taħriġ ta' l-uffiċjali u d-disponibilità tal-posizzjonijiet fil-grupp tal-funzjoni ta' l-AST. Kumitat konġunt għandu jeżamina l-kandidaturi ta' l-uffiċjali għaċ-ċertifikazzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom jadottaw ir-regoli biex jimplimentaw din il-proċedura qabel l-1 ta' Mejju 2004. Fejn hemm bżonn, disposizzjoni speċifika għandha ssir mill-istituzzjonijiet biex tikkunsidra t-tali tibdil li twassal għal bidla fir-rati applikabbli tal-promozzjoni.

4.  Bir-rapport ipprovdut mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 6(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kummissjoni għandi wkoll tipprovdi informazzjoni dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-persentaġġi tal-promozzjoni pprovduti f'dan l-Anness u l-integrazzjoni ta' l-uffiċjali fis-servizz qabel l-1 ta' Mejju 2004 fis-sistema l-ġdida tal-karrieri, inkluża l-applikazzjoni tal-proċedura taċ-ċertifikazzjoni.

5.  Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-uffiċjali li bidlu l-kategorija wara l-1 ta' Mejju 2004.

Artikolu 11

L-Artikolu 45(2) m'għandux japplika għall-promozzjonijiet li jidħlu fis-seħħ qabel l-1 ta' Mejju 2006.



Taqsima 2

Artikolu 12

1.  Bejn l-1 ta' Mejju 2004 u t-30 t'April 2006, r-riferenza għall-gradi fil-gruppi tal-funzjoni ta' l-AST u l-AD fil-paragrafi 2 u 3 ta' l-Artikolu 31 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha ssir kif ġej:

 AST1 sa AST4: Ċ*1 sa Ċ*2 u B*3 sa B*4,

 AD5 sa AD8: A*5 sa A*8,

 AD9, AD10, AD11, AD12: A*9, A*10, A*11, A*12.

2.  Fil-każ ta' l-uffiċjali reklutati mil-listi ta' kandidati xierqa, li jirriżultaw minn kompetizzjonijiet ippubblikati qabel l-1 ta' Mejju 2004, l-Artikolu 5(3) tar-Regolamenti tal-Persunal m'għandux japplika.

3.  L-uffiċjali li kienu inklużi f'lista tal-kandidati xierqa qabel l-1 ta' Mejju 2006 u huma reklutati bejn l-1 ta' Mejju 2004 u t-30 t'April 2006, għandhom:

 jekk il-lista tħejjiet għall-kategoriji A*, B*, jew Ċ*, ikunu ggradati fil-grad ippubblikat fil-kompetizzjoni;

 jekk il-lista tħejjiet għall-kategoriji A, LA, B, jew Ċ, ikunu ggradati skond it-tabella li ġejja:

 



Grad tal-kompetizzjoni

Grad tar-reklutaġġ

A/LA8

A*5

A/LA7 u A/LA6

A*6

A/LA5 u A/LA4

A*9

A/LA3

A*12

A2

A*14

A1

A*15

 
 

B5 u B4

B*3

B3 u B2

B*4

 
 

C5 u C4

C*1

C3 u C2

C*2

Artikolu 13

1.  L-uffiċjali li kienu inklużi f'lista tal-kandidati xierqa qabel l-1 ta' Mejju 2006 u huma reklutati wara dik id-data għandhom ikunu ggradati skond it-tabella li ġejja:



Grad tal-kompetizzjoni

Grad tar-reklutaġġ

A/LA8

A*5

AD 5

A/LA7 u A/LA6

A*6

AD 6

 

A*7

AD 7

 

A*8

AD 8

A/LA5 u A/LA4

A*9

AD 9

 

A*10

AD 10

 

A*11

AD 11

A/LA3

A*12

AD 12

A2

A*14

AD 14

A1

A*15

AD 15

 
 
 

B5 u B4

B*3

AST 3

B3 u B2

B*4

AST 4

Ċ 5 u C4

Ċ *1

AST 1

Ċ 3 u C2

Ċ *2

AST 2

2.  B'mod ta' deroga mill-Artikolu 12(3) u l-paragrafu (1) ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet jistgħu jirreklutaw l-uffiċjali fdati bi dmirijiet lingwisti ta' l-avukati fil-grad A*7 jew AD 7 rispettivament li kienu inklużi f'lista ta' kandidati xierqa li jirriżultaw minn kompetizzjoni f'livell ta' LA 7 u LA 6 jew livell ta' A*7 qabel l-1 ta' Mejju 2006. Madankollu, l-Awtorità tal-Ħatra, wara li tikkunsidra t-taħriġ u l-esperjenza speċjali għall-posizzjoni tal-persuna kkonċernata, tista' tippermetti senjorità addizzjonali fil-grad tiegħu/tagħha; dan m'għandux jaqbeż it-48 xahar.



Taqsima 3

Artikolu 14

Minkejja l-Artikolu 2(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-benefiċċju tat-tfal dipendenti jinbidel bl-ammonti li ġejjin:

▼M122

1.7.08–31.12.08

344,55

▼M112

Dawn l-ammonti għandhom ikunu aġġustati kull sena bl-istess persentaġġ bħall-aġġustament fis-sena, speċifikat fl-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 15

Minkejja l-Artikolu 3(2) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-benefiċċju għal kull tifel dipendenti li għandu anqas minn ħames snin u għadu mhux jattendi regolarment full-time fi skola primarja jew sekondarja, jinbidel bl-ammonti li ġejjin:

▼M122

1.7.08–31.8.08

70,14

▼M112

Dawn l-ammonti għandhom ikunu aġġustati kull sena bl-istess persentaġġ bħall-aġġustament fis-sena, speċifikat fl-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 16

Minkejja l-Artikolu 3 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, uffiċjal li jirċievi soma f'daqqa ta' benefiċċju għall-edukazzjoni jkompli jirċievi t-tali pagament sakemm il-kondizzjonijiet li ngħata bihom jibqgħu jitħarsu u l-aktar tard sal-31 t'Awissu 2008. L-ammonti tal-pagamenti ta' somom f'daqqa, madankollu, jitnaqqsu għal 80 % tal-valur tagħhom tal-31 ta' Diċembru 2003 fl-1 ta' Settembru 2004, għal 60 % fl-1 ta' Settembru 2005, għal 40 % fl-1 ta' Settembru 2006, u għal 20 % fl-1 ta' Settembru 2007.

Artikolu 17

Mill-1 ta' Mejju 2004 sal-31 ta' Diċembru 2008, minkejja l-Artikolu 17(2) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, ammont addizzjonali jista' jkun ittrasferit, suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) li l-ammont irid ikun ittrasferit regolarment qabel l-1 ta' Mejju 2004 u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-awtorizzazzjoni jridu jkomplu jitħarsu;

(b) 



1 ta' Mejju – 31 ta' Diċembru 2004:

100 %

1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru 2005:

80 %

1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru 2006:

60 %

1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru 2007:

40 %

1 ta' Jannar – 31 ta' Diċembru 2008:

20 %

Artikolu 18

1.  Il-benefiċjarji li kienu intitolati fix-xahar qabel l-1 ta' Mejju 2004 għall-benefiċċju stabbilit imsemmi fl-Artikolu 4a ta' qabel ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom iżommuh ad peronam sal-grad 6. L-ammonti tal-benefiċċju għandhom ikunu aġġustati kull sena bl-istess persentaġġ daqs l-aġġustament tal-paga fis-sena riferut fl-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal. Meta r-remunerazzjoni netta ta' uffiċjal li kien promoss għal grad 7, bħala konsegwenza tat-tneħħija tal-benefiċċju stabbilit, hija anqas mir-remunerazzjoni netta li rċieva fl-aħħar xahar ta' qabel il-promozzjoni, bil-kondizzjonijiet kollha l-oħra mhux mibdulin, huwa jkun intitolat għal benefiċċju ta' kumpens daqs id-differenza sal-promozzjoni tiegħu għall-iskala l-ogħla li jmiss fil-grad.

2.  L-uffiċjali fil-Kategoriji Ċ u D qabel l-1 ta' Mejju 2004 li ma sarux membri tal-grupp tal-funzjoni ta' l-assistenti ta' l-AST mingħajr restrizzjoni skond l-Artikolu 10(3) ta' dan l-Anness għandhom ikomplu jkunu intitolati jew għal vakanzi ta' kumpens jew għal remunerazzjoni, fejn il-ħtiġijiet tas-servizz ma jippermettux vakanzi ta' kumpens matul ix-xahar ta' wara dak li fih inħadmet is-sahra, kif provdut fl-Anness VI.

Artikolu 19

Jekk, matul perjodu transitorju mill-1 ta' Mejju 2004 sal-31 ta' Diċembru 2008, ir-remunerazzjoni netta fix-xahar ta' uffiċjal, qabel l-applikazzjoni ta' xi koeffiċjent tal-korrezzjoni, huwa anqas mir-remunerazzjoni netta li kieku kien jirċievi taħt l-istess kondizzjonijiet personali fix-xahar ta' qabel l-1 ta' Mejju 2004, huwa għandu jkun intitolat għal benefiċċju ta' kumpens daqs id-differenza. Din id-diposizzjoni m'għandhiex tapplika fejn it-tnaqqis fir-remunerazzjoni netta tirriżulta mill-aġġustament tal-paga ta' sena, riferuta fl-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal. Din il-garanzija ta' dħul nett m'għandhiex tkopri l-effett tas-sisa speċjali, il-bidliet fir-rata tal-kontribuzzjoni tal-pensjoni jew il-bidliet fl-arranġamenti biex tkun trasferita parti mis-salarju.



Taqsima 4

Artikolu 20

1.  Il-pensjonijiet ta' l-uffiċjali li jirtiraw qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandhom ikunu suġġetti għall-koeffiċjent tal-korrezzjoni riferut fil-punt (b) ta' l-Artikolu 3(5) ta' l-Anness XI tar-Regolament tal-Persunal għall-Istati Membri li fihom jistabbilixxu residenza ewlenija ppruvata.

Il-koeffiċjent minimu applikabbli jkun ta' 100.

Jekk jistabbilixxu r-residenza tagħhom f'pajjiż terz, il-koeffiċjent applikabbli tal-korrezzjoni għandu jkun ta' 100.

B'mod ta' deroga mill-Artikolu 45 ta' l-Anness VIII, il-pensjoni tal-benefiċjarji li jgħixu fi Stat Membru għandha titħallas fil-munita ta' l-Istat Membru tar-residenza taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.  B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, mill-1 ta' Mejju 2004 sa l-1 ta' Mejju 2009, il-pensjonijiet stabbiliti qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandhom ikunu aġġustati bl-applikazzjoni tal-koeffiċjent medju tal-korrezzjoni riferut fil-punti (a) u (b) ta' l-Artikolu 3(5) ta' l-Anness XI tar-Regolament tal-Persunal, użat għall-Istat Membru li fih ir-riċevitur tal-pensjoni stabbilixxa r-residenza ewlenija ppruvata. Dik il-medja għandha tinħadem fuq il-bażi tal-koeffiċjent tal-korrezzjoni muri fit-tabella li ġejja:



Minn

ta' l-1.5.2004

ta' l-1.5.2005

ta' l-1.5.2006

ta' l-1.5.2007

ta' l-1.5.2008

%

80 % punt (a)

20 % punt (b)

60 % punt (a)

40 % punt (b)

40 % punt (a)

60 % punt (b)

20 % punt (a)

80 % punt (b)

100 % punt (b)

Fejn mill-anqas wieħed mill-koeffiċjenti fl-Artikolu 3(5) ta' l-Anness XI huwa emendat, anki l-medja tkun emendata b'effett mill-istess data.

3.  Għall-uffiċjali reklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004 li ma jirċevux pensjoni fl-1 ta' Mejju 2004, il-metodu tal-kalkolu tal-paragrafi ta' qabel għandu japplika fil-mument meta d-drittijiet tal-pensjoni huma stabbiliti;

(a) għas-snin tas-servizz għall-pensjoni fis-sens ta' l-Artikolu 3 ta' l-Anness VIII akwistati qabel l-1 ta' Mejju 2004, u

(b) għas-snin tas-servizz għall-pensjoni li jirriżultaw minn transferiment taħt l-Artikolu 11 ta' l-Anness VIII dwar id-drittijiet tal-pensjoni akkwistati taħt is-sistema ta' oriġini qabel l-1 ta' Mejju 2004 mill-uffiċjal fis-servizz qabel l-1 ta' Mejju 2004.

Il-pensjonijiet tagħhom għandhom ikunu suġġetti għall-koeffiċjent tal-korrezzjoni biss jekk ir-residenza ta' l-uffiċjal taqbel mal-pajjiż tal-post ta' l-oriġini tagħhom fis-sens ta' l-Artikolu 7(3) ta' l-Anness VII. Madankolu, għal raġunijiettal-familja jew mediċi, l-uffiċjali li jirċievu pensjoni jistgħu b-eċċezzjoni jitolbu l-Awtorità tal-Ħatra biex tbiddel il-post ta' l-oriġini tagħhom. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed mal-preżentazzjoni ta' l-evidenza xierqa ta' appoġġ mill-uffiċjal ikkonċernat.

B'mod ta' deroga mill-Artikolu 45 ta' l-Anness VIII, il-pensjoni tal-benefiċjarji li jgħixu fi Stat Membru għandha titħallas fil-munita ta' l-Istat Membru tar-residenza taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.  Dan l-Artikolu għandu japplika b'analoġija għall-benefiċċji ta' l-invalidità u għall-benefiċċji taħt l-Artikoli 41 u 50 tar-Regolamenti tal-Persunal u r-Regolamenti (KEE) Nru 1857/89, (KE, Euratom, KEFA) 2688/95 ( 6 ), (KE Euratom, KEFA) 2689/95 ( 7 ), (KE, Euratom) Nru 1746/2002, (KE, Euratom) Nru 1747/2002 jew (KE, Euratom) Nru 1748/2002. Madankollu, dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-benfiċjarji tal-benefiċċju riferut fl-Artikolu 41 tar-Regolamenti tal-Persunal li jgħixu fil-pajjiż ta' l-aħħar post ta' l-impieg tagħhom.

Artikolu 21

Minkejja t-tieni sentenza tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 77, l-uffiċjali li daħlu fis-servizz qabel l-1 ta' Mejju għandhom ikunu intitolti għal 2 % tas-salarju riferut hemmhekk għal kull sena tas-servizz għall-pensjoni maħdum skond l-Artikolu 3 ta' l-Anness VIII.

Artikolu 22

1.  L-uffiċjali li għandhom 50 sena jew iżjed, jew b'20 sena servizz jew aktar fl-1 ta' Mejju 2004 għandhom ikunu intitolati għal pensjoni ta' l-irtirar meta jagħlqu s-sittin.

L-uffiċjali li għandhom bejn 30 u 49 sena fl-1 ta' Mejju 2004 għandhom ikunu intitolati għal pensjoni ta' l-irtirar fl-età murija fit-tabella t'hawn taħt:



Età fl-1 ta' Mejju 2004

Età għall-pensjoni

49 sena

60 sena u

xahrejn

48 sena

60 sena u

4 xhur

47 sena

60 sena u

6 xhur

46 sena

60 sena u

8 xhur

45 sena

60 sena u

10 xhur

44 sena

61 sena u

0 xhur

43 sena

61 sena u

xahrejn

42 sena

61 sena u

4 xhur

41 sena

61 sena u

6 xhur

40 sena

61 sena u

8 xhur

39 sena

61 sena u

10 xhur

38 sena

61 sena u

11-il xahar

37 sena

62 sena u

0 xhur

36 sena

62 sena u

xahar

35 sena

62 sena u

xahrejn

34 sena

62 sena u

4 xhur

33 sena

62 sena u

5 xhur

32 sena

62 sena u

6 xhur

31 sena

62 sena u

7 xhur

30 sena

62 sena u

8 xhur

L-uffiċjali li għandhom anqas minn 30 sena fl-1 ta' Mejju 2004 għandhom ikunu intitolati għal pensjoni ta' l-irtirar fl-età ta' 63 sena.

Għall-uffiċjali fis-servizz qabel l-1 ta' Mejju 2004, l-età għall-pensjoni li għandha tkun ikkunsidrata għar-riferenzi kollha ta' l-età għall-pensjoni f'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu stabbiliti skond id-disposizzjonijiet t'hawn fuq, għajr jekk ipprovdut mod ieħor f'dawn ir-Regolamenti tal-Persunal.

2.  Minkejja l-Artikolu 2 ta' l-Anness VIII, l-uffiċjali li jidħlu fis-servizz qabel l-1 ta' Mejju 2004 * u jibqgħu fis-servizz wara l-età li kieku kienet tintitolahom għall-pensjoni ta' l-irtirar, għandhom ikunu intitolati għal żieda fil-persentaġġ tal-pensjoni bażiku tagħhom għal kull sena li ħadmu wara dik l-età, bil-kondizzjoni li t-total tal-pensjoni tagħhom ma taqbiżx is-70 % tas-salarju bażiku finali tagħhom, fi-ens tat-tieni jew it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal, skond il-każ xi jkun.

Iż-żieda tingħata wkoll fil-każ ta' mewt, jekk l-uffiċjal baqa' fis-servizz wara l-età li fiha jsir intitolat għal pensjoni ta' l-irtirar.

Jekk, skond l-Anness IVa uffiċjal li jibda s-servizz qabel l-1 ta' Mejju 2004, u jaħdem part-time, jikkontribwixxi għall-iskema tal-pensjoni fil-proporzjon tal-ħin li nħadem, iż-żieda fl-intitolamenti tal-pensjoni provduti f'dan l-Artikolu għandu tkun implimentata bl-istess proporzjon biss.

Għall-uffiċja;li li għandhom 50 sena jew aktar jew b'20 sena servizz jew aktar, iż-żieda fil-pensjoni pprovduta fis-subparagrafu ta' qabel għandhom ikunu daqs 5 % ta' l-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati fl-età ta' 60 sena. Għall-uffiċjali li għandhom bejn 40 u 49 sena, iż-żieda massima fil-pensjoni għandha tkun 3,0 % tas-salarju kkunsidrat biex tinħadem il-pensjoni, iżda m'għandhiex taqbeż l-4,5 % tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati minn dawk l-uffiċjali fl-età ta' 60 sena. Għall-uffiċjali li għandhom bejn 35 u 39 sena, iż-żieda massima fil-pensjoni għandha tkun 2,75 % tas-salarju kkunsidrat biex tinħadem il-pensjoni, iżda m'għandhiex taqbeż l-4,0 % tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati minn dawk l-uffiċjali fl-età ta' 60 sena. Għall-uffiċjali li għandhom bejn 30 u 34 sena, il-bonus massimu tal-pensjoni għandu jkun 2,5 % tas-salarju kkunsidrat biex tinħadem il-pensjoni, iżda m'għandux jaqbeż it-3,5 % tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati minn dawk l-uffiċjali fl-età ta' 60 sena. Għall-uffiċjali li għandhom anqas minn 30, iż-żieda massima fil-pensjoni għandha tkun stabbilita bħala 2,0 % tas-salarju kkunsidrat biex tinħadem il-pensjoni.

3.  F'każijiet individwali ta' eċċezzjoni l-introduzzjoni tad-disposizzjonijiet il-ġodda tal-pensjoni twassal għal effett inġust dwar id-drittijiet tal-pensjoni ta' ċerti uffiċjali sal-punt li huwa 'l-bogħod mit-tnaqqis medji, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri xierqa ta' kumpens lill-Kunsill. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq din il-proposta, b'maġġoranza kkwalifikata, kif provdut fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 205(2) tat-Trattat ta' l-KE.

4.  L-uffiċjali li bdew is-servizz qabel l-1 ta' Mejju 2004 u li, wara li l-Artikoli 2, 3, u 11 ta' l-Anness VIII kienu applikati għalihom, ma jistgħux jilħqu l-età ta' 65 sena, l-pensjoni massima ta' l-irtirar ipprovduta fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal, tista' takkwista d-drittijiet addizzjonali għall-pensjoni sa dak il-limitu massimu.

Il-kontribuzzjonijiet pagabbli mill-uffiċjali kkonċernati għandu jkun ekwivalenti għall-ammont sħiħ tal-kontribuzzjonijiet tagħhom u ta' min iħaddimhom taħt l-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-Kummissjoni, permezz tad-disposizzjonijiet ġenerali ta' l-implimentazzjoni, għandha tniżżel il-metodu kif jinħadmu l-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-uffiċjali kkonċernati b'tali mod li jiżguraw li t-tali akkwist jiggarantixxi bilanċi attwarjali u l-metodu huwa applikat mingħajr sussidji finanzjarji mill-iskema tal-pensjoni ta' l-istituzzjonijiet Ewropej. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn id-disposizzjonijiet ġenerali ta' l-implimentazzjoni qabel l-1 t' Jannar 2005.

L-uffiċjali kkonċernati jistgħu jikkwalifikaw taħt dan l-arranġament għal ħames snin wara l-1 ta' Mejju 2004, suġġetti għal perjodu massimu ta' kontribuzzjonijiet ta': tlett xhur fil-każ ta' l-uffiċjali li għandhom bejn 45 u 49 sena fl-1 ta' Mejju 2004; disa' xhur fil-każ ta' l-uffiċjali li għandhom bejn 38 u 44 f'dik id-data; ħmistax-il xahar fil-każ ta' l-uffiċjali li għandhom bejn 30 u 37 sena f'dik id-data; u sentejn fil-każ ta' l-uffiċjali li għandhom anqas minn 30 sena f'dik id-data.

Artikolu 23

1.  Minkejja l-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-applikazzjoni tat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 9 ta' l-Anness VIII tista' tintalab mill-uffiċjali li jibdew is-servizz qabel l-1 ta' Mejju 2004 u li jitilqu mis-servizz qabel l-età li biha kieku kienu jsiru intitolati għall-pensjoni ta' l-irtirar skond l-Artikolu 22 ta' dan l-Anness:

(a) mill-età ta' 50 sena għal dawk li għand għandhom mill-anqas 45 sena jew ma' l-20 sena jew aktar fl-1 ta' Mejju 2004;

(b) mill-età stabbilita skond it-tabella t'hawn taħt għall-uffiċjali li għandhom sa 45 sena fl-1 ta' Mejju 2004:



Età fl-1 ta' Mejju 2004

L-età meta tinġibed pensjoni immedjata

45 sena u ixjeħ

50 sena u

0 xhur

44 sena

50 sena u

6 xhur

43 sena

51 sena u

0 xhur

42 sena

51 sena u

6 xhur

41 sena

52 sena u

0 xhur

40 sena

52 sena u

6 xhur

39 sena

53 sena u

0 xhur

38 sena

53 sena u

6 xhur

37 sena

54 sena u

0 xhur

36 sena

54 sena u

6 xhur

35 sena u iżgħar

55 sena u

0 xhur.

2.  Fit-tali każijiet, minbarra t-tnaqqis fid-drittijiet għall-pensjoni ta' l-irtirar riferuti fl-Artikolu 9 ta' l-Anness VIII għall-uffiċjali li jitilqu mis-servizz fl-età ta' mill-anqas 55 sena, id-drittijiet akkwistati għall-pensjoni jkomplu jitnaqqsu b'4,483 % jekk jibdew jirċievu l-pensjoni fl-età ta' 54 sena; bi 8,573 % jekk jibdew jirċievu fl-età ta' 53 sena; bi 12,316 % jekk jibdew jirċievu fl-età ta' 52 sena; bi 15,778 % jekk jibdew jirċievu fl-età ta' 51 sena; u bi 18,934 % jekk jibdew jirċievu l-pensjoni ta' l-irtirar fl-età ta' 50 sena.

Artikolu 24

1.  Fil-każ ta' pensjoni stabbilita qabel l-1 ta' Mejju 2004, l-intitolament tal-pensjoni tar-riċevitur ikompli jkun stabbilit wara dik id-data skond ir-regoli applikati meta l-intitolament kien stabbilit fil-bidu. L-istess jgħodd għall-kopertura taħt l-iskema konġunta ta' l-assigurazzjoni fuq mard. Madankollu, ir-regoli dwar il-benefiċċji tal-familja u l-koeffiċjenti tal-korrezzjoni fis-sseħħ mill-1 ta' Mejju għandhom japplikaw immedjatament mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 20 ta' dan l-Anness.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, ir-riċevitur tal-pensjoni ta' l-invalidità jew pensjoni għal min jibqa' ħaj jista' jintalab li jkun kopert mid-disposizzjonijiet applikabbli mill-1 ta' Mejju 2004.

2.  Meta dawn id-disposizzjoniet jidħlu fis-seħħ, l-ammont nominali tal-pensjoni netta riċevuta qabel l-1 ta' Mejju 2004 hija garantita. L-ammont garantit għandu xorta waħda jkun aġġustat jekk is-sitwazzjoni tal-familja tar-riċevitur jew il-pajjiż tar-residenza jinbidlu. Għall-persuni li jirtiraw bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-31 ta' Diċembru 2007, l-ammont nominali tal-pensjoni netta riċevuta ma' l-irtirar għandha tkun garantita b'riferenza għad-disposizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ fid-data ta' l-irtirar tagħhom.

Bil-għan ta' l-applikazzjoni ta' l-ewwel subparagrafu, jekk il-pensjoni maħduma fuq il-bażi tad-disposizzjonijiet fis-seħħ hija anqas mill-pensjoni nominali kif definita hawn taħt, ammont ta' kumpens daqs id-differenza għandu jingħata.

Għar-riċevituri tal-pensjoni qabel l-1 ta' Mejju 2004, il-pensjoni nominali tinħadem kull xahar wara li jkunu kkunsidrati s-sitwazzjoni tal-familja u l-pajjiż tar-residenza fil-mument tal-kalkolu, u r-regoli tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ fid-data ta' qabel l-1 ta' Mejju 2004.

Għall-uffiċjali li jirtiraw bejn l-1 ta' Mejju 2004 u l-31 ta' Diċembru 2007, il-pensjoni nominali tinħadem kull xahar wara li jkunu kkunsidrati s-sitwazzjoni tal-familja u l-pajjiż tar-residenza fil-mument tal-kalkolu, u r-regoli tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ fid-data meta jirtiraw.

Fil-każ ta' mewt wara l-1 ta' Mejju 2004 ta' riċevitur ta' pensjoni stabbilita qabel dik id-data, il-pensjoni għal min jibqa' ħaj tkun stabbilita wara li tkun ikkunsidrata l-pensjoni nominali garantita li l-mejjet kien jirċievi.

3.  Sakemm ir-riċevitur tal-pensjoni għall-invalidità ma talabx li jkun kopert mid-disposizzjonijiet applikabbli mill-1 ta' Mejju 2004, u ma kienx iddikjarat tajjeb biex jerġa' jibda jaqdi d-dmirijiet tiegħu, il-pensjonijiet għall-invalidità li jinżammu hekk, jitqiesu pensjonijiet ta' l-irtirar meta r-riċevitur jagħlaq il-65 sena.

4.  Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għal riċevitur ta' wieħed mill-benefiċċji mħallsa taħt l-Artikoli 41 jew 50 tar-Regolamenti tal-Persunal u taħt ir-Regolamenti (KEE) Nru 1857/89, ir-Regolament (KE, Euratom, KEFA) 2688/1995, ir-Regolament (KE Euratom, KEFA) 2689/1995, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1746/2002, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1747/2002 jew ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1748/2002. Madankollu, il-pensjonijiet tagħhom ta' l-irtirar għandhom ikunu stabbiliti skond ir-regoli fi-seħħ fid-data meta jibda l-pagament tagħhom.

Artikolu 25

1.  Għall-pensjonijiet stabbiliti qabel l-1 ta' Mejju 2004, il-grad użat biex tinħadem il-pensjoni għandu jkun stabbilit skond it-tabelli fl-Artikoli 2(1) u 8(1) ta' dan l-Anness.

Is-salarju bażiku kkunsidrat biex jistabbilixxi l-pensjoni tar-riċevitur għandu jkun ekwivalenti għas-salarju fit-tabella fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-grad il-ġdid, li stabbilit hekk, fl-istess skala, peżat b'persentaġġ ekwivalenti għall-proporzjon tas-salarju bażiku taħt l-iskala antika ta' dik ta' taħt l-iskala fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-istess skala.

Għall-iskali taħt l-iskala l-antika mingħajr korrispondenza fl-iskala fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-aħħar skala ta' l-istess grad għandha tintuża bħala riferenza biexjinħadem il-persentaġġ riferut fit-tieni subparagrafu.

Għall-iskali tal-grad D4 taħt l-iskala l-antika, l-ewwel skala fl-ewwel grad għandha tintuża bħala riferenza biexjinħadem il-persentaġġ riferut fit-tieni subparagrafu.

2.  Fuq bażi transitorju, is-salarju bażiku fis-sens ta' l-Artikoli 77 u 78 tar-Regolamenti tal-Persunal u ta' l-Anne VIII għandu jkun stabbilit billi jkun applikat il-fattur li jikkorrospondi tal-moltiplikazzjoni mniżżel fl-Artikolu 7 għas-salarju li jikkorrospondi mal-gradi tar-riċevitur ikkunsidrati biex jistabbilixxu l-pensjoni ta' l-irtirar jew il-benefiċċju ta' l-invalidità, skond it-tabella fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Għall-iskali taħt l-iskala l-antika mingħajr korrispondenza fl-iskala fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-aħħar skala ta' l-istess grad għandha tintuża bħala riferenza biex jinħadem il-fattur tal-moltiplikazzjoni.

Għall-pensjonijiet ta' l-irtirar u l-benefiċċji għall-invalidità stabbiliti bejn l-1 ta' Mejju 2004 u t-30 t'April 2006, l-Artikolu 8(1).

3.  Għar-riċevituri tal-pensjoni għal min baqa' ħaj, il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandu japplika b'riferenza għall-uffiċjal jew dak li qabel kien uffiċjal, il-mejjet.

4.  Il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw b'analoġija għar-riċevituri ta' wieħed mill-benefiċċji mħallsa taħt l-Artikoli 41 jew 50 tar-Regolamenti tal-Persunal jew taħt ir-Regolamenti (KEE) Nru 1857/89, ir-Regolament (KE, Euratom, KEFA) 2688/1995, ir-Regolament (KE Euratom, KEFA) 2689/1995, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1746/2002, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1747/2002 jew ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1748/2002.

Artikolu 26

1.  Talbiet biex jikkwalifikaw għall-faċilitajiet tat-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni taħt l-Artikolu 11(2) ta' l-Anness li saru qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandhom ikunu kkunsidrati skond ir-regoli fis-seħħ fil-mument ta' meta saru.

2.  Sakemm il-limitu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII għadu ma nqabiżx fl-1 ta' Mejju 2004, l-uffiċjali kkonċernati li m'għamlux it-tali talba fil-limitu taż-żmien stipulat qabel, jew li t-talba tagħhom ma kenitx aċċettata għax saret wara dawk il-limiti ta' żmien, xorta jistgħu jagħmlu jew jerġgħu jagħmlu talba għat-trasferiment taħt l-Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII.

3.  L-uffiċjali li għamlu talba għat-trasferimentfil-limiti taż-żmien iżda m'aċċettawx l-offerta li saritilhom, li m'għamlux talba għat-trasferiment fil-limiti taż-żmien stipulatiqabel, jew li t-talba tagħhom ma kenitx aċċettata għax saret wara dawk il-limiti taż-żmien, xorta jistgħu jagħmlu jew jerġgħu jagħmlu t-tali talba sal-31 t'Ottubru l-aktar tard.

4.  Fil-każijiet ipprovduti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni fejn jaħdem l-uffiċjal tista' tistabbilixxi n-numru ta' snin għal-pensjoni li għandu jkun ikkunsidrat taħt l-iskema tiegħu stess skond id-disposizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni adottati dwar l-Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII, li għandha tikkunsidra d-disposizzjonijiet ta' dan l-Anness. Madankollu, għall-iskopijiet tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-età u l-grad ta' l-uffiċjal li għandhom ikunu kkunsidrati jkunu dawk ta' meta kien stabbilit.

5.  L-uffiċjali li ftehmu li jittrasferu d-drittijiet tagħhom tal-pensjoni skond l-Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII qabel l-1 ta' Mejju 2004 jistgħu jitolbu kalkolu mill-ħdid tal-bonus li diġà nkiseb taħt l-iskema tal-pensjoni ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità skond dak l-Artikolu. Il-kalkolu mill-ġdid ikun ibbażat fuq il-parametri fis-seħħ fil-mument meta nkiseb il-bonus, aġġustat skond l-Artikolu 22 ta' dan l-Anness.

6.  L-uffiċjali li jiksbu bonus skond il-paragrafu 1, jistgħu jitolbu l-applikazzjoni tal-paragrafu 5, min-notifika tal-bonus taħt l-iskema tal-pensjonijiet ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità.

Artikolu 27

1.  Meta tinħadem l-ekwivalenza attwarjali riferuta fl-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 12(1)(b) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-uffiċjali u l-persunal temporanju, għall-porzjon tad-drittijiet tagħhom relatat mal-perjodi tas-servizz qabel l-1 ta' Mejju 2004, għandhom ikunu koperti mid-disposizzjonijiet ippreżentati hawn taħt.

L-ekwivalenza attwarjali tal-pensjoni ta' l-irtirar ma jistax ikun anqas mis-somma ta:

(a) l-ammont tas-somom imnaqqsa mis-salarju bażiku bħala kontribuzzjonijiet tal-pensjoni, bl-addizzjoni ta' mgħax kompost bir-rata 3,5 % fis-sena;

(b) għotja għall-firda proporzjonali mat-tul tas-servizz li attwalment tlesta, maħdum fuq bażi ta' xahar u nofs tas-salarju bażiku finali, suġġett għal tnaqqis għaal kull sena servizz;

(ċ) is-somma kollha mħallsa lill-Komunitajiet skond l-Artikolu 11(2) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, bl-addizzjoni ta' mgħax kompost bir-rata 3,5 % fis-sena.

2.  Madankollu, fejn l-uffiċjali jew il-persunal temporanju jitilqu għax il-kuntratt tagħhom ġie mħassar jew mitmum, l-għotja għall-firda li għandha titħallas jew l-ekwivalenza attwarjali li għandha tkun ittrasferita għandha tkun stabbilita fuq bażi tad-deċiżjoni meħuda fuq il-bażi ta' l-Artikolu 7(1)(h) ta' l-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.  Sakemm ma bbenefikawx mill-Artikolu 11(2) jew (3) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-uffiċjali fis-servizz fl-1 ta' Mejju 2004 u li, minħabba n-nuqqas ta' l-opzjoni tat-trasferiment taħt l-Artikolu 11(1), kienu jkunu intitolati għall-pagament ta' għotja għall-firda skond ir-regoli tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ qabel l-1 ta' Mejju 2004, għandhom iżommu d-dritt għal pagament ta' għotja għall-firda, maħduma skond ir-regoli fis-seħħ qabel dik id-data.

Artikolu 28

Il-ħaddiema riferuti fl-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' ħaddiema oħra li huma taħt kuntratt fl-1 ta' Mejju 2004 u jinħatru bħala uffiċjali wara dik id-data, ma l-irtirar, għandhom ikunu intitolati għal aġġustament attwarjali tad-drittijiet tal-pensjoni li akkwistaw bħala ħaddiema temporanji, li tikkunsidra t-tibdil fl-età tal-pensjoni fis-sens ta' l-Artikolu 77 taar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 29

Għall-ħaddiema temporanji mqabbdin biex jaħdmu qabel l-1 ta' Mejju 2004, skond l-Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' Ħaddiema Oħra, biex jħin grupp politiku fil-Parlament Ewropew il-ħtieġa mniżżla fl-Artikolu 29(3) u (4) tar-Regolamenti tal-Persunal li l-ħaddiem temporanju għadda minn proċedura ta' selezzjoni skond l-Artikolu 12(4) tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg m'għandhiex tapplika.




L-ANNE XIII 1

Tipi ta' posizzjonijiet matul il-perjodu transitorju

Tipi ta' posizzjonijiet f'kull kategorija, kif ipprovdut fl-Artikolu 4(1) ta' dan l-Anness.



Kategorija A

Kategorija Ċ

A*5

Amministratur/

Ċ*1

Segretarju/skrivan

 

Amministratur tar-Riċerka/

Ċ*2

Segretarju/skrivan

 

Amministratur Lingwista

Ċ*3

Segretarju/skrivan

A*6

Amministratur/

Ċ*4

Segretarju/skrivan

 

Amministratur tar-Riċerka/

Ċ*5

Segretarju/skrivan

 

Amministratur Lingwista

Ċ*6

Segretarju/skrivan

A*7

Amministratur/

Ċ*7

Segretarju/skrivan

 

Amministratur tar-Riċerka/

 
 
 

Amministratur Lingwista

 
 

A*8

Amministratur/

 
 
 

Amministratur tar-Riċerka/

 
 
 

Amministratur Lingwista

 
 

A*9

Kap ta' dipartiment/

 
 
 

Amministratur/

 
 
 

Amministratur tar-Riċerka/

 
 
 

Amministratur Lingwista

 
 

A*10

Kap ta' Dipartiment

 
 
 

Amministratur/

 
 
 

Amministratur tar-Riċerka/

 
 
 

Amministratur Lingwista

 
 

A*11

Kap ta' Dipartiment

 
 
 

Amministratur/

 
 
 

Amministratur tar-Riċerka/

 
 
 

Amministratur Lingwista

 
 

A*12

Kap ta' Dipartiment

 
 
 

Amministratur/

 
 
 

Amministratur tar-Riċerka/

 
 
 

Amministratur Lingwista

 
 

A*13

Kap ta' Dipartiment

 
 
 

Amministratur/

 
 
 

Amministratur tar-Riċerka/

 
 
 

Amministratur Lingwista

 
 

A*14

Amministratur tar-Riċerka/

 
 
 

Amministratur Lingwista

 
 
 

Amministratur/Kap ta' Dipartiment

 
 
 

Direttur

 
 

A*15

Direttur/Direttur-Ġenerali

 
 

A*16

Direttur-Ġenerali

 
 



Kategorija B

Kategorija D

B*3

Assistent/Assistent tar-Riċerka

D*1

Impjegat

B*4

Assistent/Assistent tar-Riċerka

D*2

Impjegat

B*5

Assistent/Assistent tar-Riċerka

D*3

Impjegat

B*6

Assistent/Assistent tar-Riċerka

D*4

Impjegat

B*7

Assistent/Assistent tar-Riċerka

D*5

Impjegat

B*8

Assistent/Assistent tar-Riċerka

 
 

B*9

Assistent/Assistent tar-Riċerka

 
 

B*10

Assistent/Assistent tar-Riċerka

 
 

B*11

Assistent/Assistent tar-Riċerka

 
 

▼B




KONDIZZJONIJIET TA' L-IMPIEG TA' IMPJEGATI OĦRA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

LISTA TAL-KONTENUT

Titolu I:

Disposizzjonijiet ġenerali

1 – 7a

Titolu II:

Persunal temporanju

Il-Kapitolu 1:

Disposizzjonijiet ġenerali

8 – 10

Il-Kapitolu 2:

Drittijiet u obbligi

11

Il-Kapitolu 3:

Kondizzjonijiet ta' l-ingaġġ

12 – 15

Il-Kapitolu 4:

Kondizzjonijiet tax-xogħol

16 – 18

Il-Kapitolu 5:

Remunerazzjoni u spejjeż

19 – 27

Il-Kapitolu 6:

Benefiċċji tas-sigurtà soċjali

Taqsima A:

Assigurazzjoni kontra mard u aċċidenti, benefiċċji tas-sigurtà soċjali

28 – 30

Taqsima B:

Assigurazzjoni kontra invalidita' u mewt

31 – 38a

Taqsima C:

Pensjoni ta' rtirar u għotja għal firda

39 – 40

Taqsima D:

Iffinanzjar ta' l-iskema ta' l-assigurazzjoni ta' l-invalidita' u l-ħajja u ta' l-iskema tal-pensjoni

41 – 42

Taqsima E:

Ħlas ta' talbiet minn persunal temporanju

43

Taqsima F:

Ħlas ta' benefiċċji

44

Taqsima G:

Subrogazzjoni favur il-komunitajiet

44a

Il-Kapitolu 7:

Irkuprar ta' pagamenti żejda

45

Il-Kapitolu 8:

Appelli

46

Il-Kapitolu 9:

Tmiem ta' l-impieg

47 – 50a

Titolu III:

Persunal awżiljari

Il-Kapitolu 1:

Disposizzjonijiet ġenerali

51 – 53

Il-Kapitolu 2:

Drittijiet u obbligi

54

Il-Kapitolu 3:

Kondizzjonijiet ta' l-ingaġġ

55 – 56

Il-Kapitolu 4:

Kondizzjonijiet tax-xogħol

57 – 60

Il-Kapitolu 5:

Remunerazzjoni u spejjeż

61 – 69

Il-Kapitolu 6:

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali

70 – 71

Il-Kapitolu 7:

Irkuprar ta' pagamenti żejda

72

Il-Kapitolu 8:

Appelli

73

Il-Kapitolu 9:

Tmiem ta' l-impieg

74 – 78

Titolu IV:

Persunal bil-kuntratt

Il-Kapitolu 1:

Disposizzjonijiet ġenerali

79 – 80

Il-Kapitolu 2:

Drittijiet u obbligi

81

Il-Kapitolu 3:

Kondizzjonijiet ta' l-ingaġġ

82 – 84

Il-Kapitolu 4:

Disposizzjonijiet speċjali għall-membri tal-persunal bil-kuntratt riferuti fl-artikolu 3a

85 – 87

Il-Kapitolu 5:

Disposizzjonijiet speċjali għall-membri tal-persunal bil-kuntratt riferuti fl-artikolu 3b

88 – 90

Il-Kapitolu 6:

Kondizzjonijiet tax-xogħol

91

Il-Kapitolu 7:

Remunerazzjoni u spejjeż

92 – 94

Il-Kapitolu 8:

Benefiċċji tas-sigurtà soċjali

Taqsima A:

Assigurazzjoni kontra l-mard u l-inċidenti, benefiċċji tas-sigurta soċjali

95 – 98

Taqsima B:

Assigurazzjoni kontra r-riskju ta' l-invalidita' u l-mewt

99 – 108

Taqsima C:

Pensjoni ta' rtirar u għotja għal firda

109 – 110

Taqsima D:

Iffinanzjar ta' l-iskema ta' l-assigurazzjoni ta' l-invalidita' u l-Ħajja u ta' l-iskema tal-pensjoni

111 – 112

Taqsima E:

Ħlas ta' talbiet minn persUnal BIL-KUNTRATT

113

Taqsima F:

Ħlas ta' benefiċċji

114

Taqsima G:

Subrogazzjoni favur il-Komunità

115

Il-Kapitolu 9:

Rkuprar ta' pagament mhux dovut

116

Il-Kapitolu 10:

Appelli

117

Il-Kapitolu 11:

Disposizzjonijiet speċjali u eċċezzjonali applikabbli għall-membri tal-persunal bil-kuntratt li jservu f'terza pajjiż

118

Il-Kapitolu 12:

Tmiem ta' l-impieg

119

Titolu V:

Persunal lokali

120 – 122

Titolu VI:

Konsulenti speċjali

123 – 124

Titolu VII:

Disposizzjonijiet transitorji

125

Titolu VIII:

Disposizzjonijiet finali

126 – 127

L-Anness

Přechodná ustanovení pro zaměstnance, na které se vztahuje pracovní řád ostatních zaměstnanců

TITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Il-kondizzjonijiet ta' l-impieg għandhom jgħoddu għall-impjegati mqabbda biex jaħdem taħt kuntratt ►M15  mill-Komunitajiet ◄ .

It-tali mpjegati għandhom ikunu:

 persunal temporanju,

  ►M112  sad-data ppreżentata fl-Artikolu 52 ◄ ,

▼M112

 persunal bil-kuntratt,

▼B

 persunal lokali,

 konsulenti speċjali.

▼M33 —————

▼M112

Kull riferenza f'dawn il-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg għal persuna tas-sess maskil għandha tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi riferenza għal persuna tas-sess femminil, u viċe-versa, sakemm il-kuntest ma jindikax fiċ-ċar mod ieħor.

▼B

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' dawn il-kondizzjonijiet ta' l-impieg, “persunal temporanju”tfisser:

(a) persunal imqabbad biex jimla post li huwa nkluż fil-lista tal-postijiet imwaħħla mat-taqsima tal-budgetrigward kull istituzzjoni u li l-awtoritajiet ta' l-estimi kklassifikaw bħala temporanji;

(b) persunal imqabbad biex jimla temporanjament post permanenti inkluż fil-lista tal-postijiet marbutin mat-taqsima ta' l-estimi relatat ma' kull istituzzjoni;

(ċ) persunal, barra uffiċjali tal-Komunitajiet, imqabbad biex jassisti jew persuna li għandha uffiċċju pprovdut fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet, ►M15  jew Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni waħda tal-Komunitajiet Ewropej ◄ , ►M112  jew il-President elett ta' waħda mill-istituzzjonijiet jew organi tal-Komunitajiet, jew wieħed mill-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew jew il-Kumitat tar-Reġjuni, jew grupp fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ◄ ;

▼M33

(d) persunal imqabbad biex jimla temporanjament post permanenti mħallas mill-approprjazzjonijiet tar-riċerka u l-investiment u inkluż fil-lista tal-postijiet marbutin ma' l-estimi li jirrelata għall-istituzzjoni kkonċernata.

▼B

Artikolu 3

Għall-iskopijiet ta' dawn il-kondizzjonijiet ta' l-impieg, “persunal awżiljarju”ifisser:

(a) persunal imqabbad, fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 52, għall-qadi ta' dmirijiet ta' xogħol regolari jew xogħol bis-siegħa f'istituzzjoni iżda mhux asenjat għal post inkluż fil-lista ta' postijiet marbutin mat-taqsima ta' l-estimi relatat ma' dik l-istituzzjoni;

(b) persunal imqabbad, wara li l-possibiltajiet ta' ingaġġ temporanju ta' uffiċjali minn ġewwa l-istituzzjoni kienu eżaminati, biex jibdel ċerti persuni li għalissa ma' jistgħux jaqdu d-dmirijiet tagħhom, jiġifieri:

 ufiċjali jew persunal temporanju ►M112  grupp tal-funzjoni ta' l-assistenti (AST) ◄ ;

 bħala eċċezzjoni, uffiċjali jew persunal temporanju ►M112  il-grupp tal-funzjoni ta' l-amministraturi (AD), barra l-persunal anzjan (Diretturi-Ġenerali jew l-ekwivalenti tagħhom fil-gradi AD 16 jew AD 15 u Diretturi jew l-ekwivalenti tagħhom fil-gradi AD 15 jew AD 14) ◄ , li jokkupaw post speċjaliżżat ħafna;

it-tali persunal għandu jitħallas mill-approprijazzjonijiet totali għall-iskop taħt it-taqsima ta' l-estimi relatati ma' l-istituzzjoni.

▼M112

L-Artikolu 3a

1.  Għall-iskopijiet ta' dawn il-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg, “persunal bil-kuntratt”; ifisser persunal mhux assenjat għal posizzjoni inkluż fil-lista tal-posizzjonijiet mehmuża mat-taqsima ta' l-estimi relatati ma' l-istituzzjoni kkonċernata u mqabbdin biex jaqdu d-dmirijiet full-time jew part-time;

(a) f'istituzzjoni li twettaq kompiti ta' servizz manwali jew amministrattiv ta' appoġġ,

(b) fl-aġenziji riferuti fl-Artikolu 1a(2) tar-Regolamenti tal-Persunal,.

(ċ) f'entitajiet oħra ġewwa l-Unjoni Ewropea li jinħolqu, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal, b'att legali speċifiku maħruġa minn istituzzjoni waħda jew aktar li tippermetti l-użu tat-tali persunal,

(d) fir-Rappreżentazzjonijiet u d-Delegazzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità,

(e) f'entitajiet oħra li qegħdin barra l-Unjoni Ewropea.

2.  Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni pprovduta mill-istituzzjonijiet kollha, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-awtorità ta' l-estimi ta' kull sena dwar l-impieg tal-persunal bil-kuntratt, li għandu jgħid jekk in-numru kollu tat-tali membri tal-persunal bil-kuntratt baqax fil-limitu ta' 75 % ta' l-impjegati kollha fl-aġenziji, f'entitajiet oħra ġewwa l-Unjoni Ewropea, fir-Rapreżentazzjonijiet u d-Delegazzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità u f'entitajiet oħra li qegħdin barra l-Unjoni Ewropea rispettivament. Jekk dan il-limitu ma kienx rispettat, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-aġenziji, l-entitajiet l-oħra ġewwa l-Unjoni Ewropea, ir-Rappreżentazzjonijiet u d-Delegazzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità jew entitajiet oħra li qegħdin barra l-Unjoni Ewropea rispettivament, biex jieħdu l-miżuri xierqa ta' korrezzjoni.

Artikolu 3b

Għall-iskopijiet ta' dawn il-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg, “persunal bil-kuntratt għal kompiti awżiljarji”; tfisser persunal imqabbad biex jaħdem ►C2  fil-limiti taż-żmien ippreżentati fl-Artikolu 88 f'wieħed mill-gruppi tal-funzjoni riferuti fl-Artikolu 89: ◄

(a) biex iwettaq dmirijiet full-time jew part-time minbarra dawk riferuti fl-Artikolu 3a(1)(a), mingħajr ma jkun assenjat għal posizzjoni inkluż fil-lista tal-posizzjonijiet mehmuża mat-taqsima ta' l-estimi relatati ma' l-istituzzjoni kkonċernata,

(b) wara li l-possibiltajiet ta' ingaġġ temporanju ta' uffiċjali minn ġewwa l-istituzzjoni jkunu eżaminati, biex jibdel ċerti persuni li għalissa ma' jistgħux jaqdu d-dmirijiet tagħhom, jiġifieri:

(i) uffiċjali jew persunal temporanju fil-grupp tal-funzjoni ta' l-AST;

(ii) bħala eċċezzjoni, uffiċjali jew persunal temporanju fil-grupp tal-funzjoni ta' l-AD, li jokkupaw posizzjoni għolja speċjaliżżata, għajr Kapijiet ta' Dipartiment, Diretturi, Diretturi Ġenerali u funzjonijiet ekwivalenti.

L-użu ta' persunal bil-kuntratt għal kompiti awżiljarji huwa eskluż fejn japplika l-Artikolu 3a.

▼M112

L-Artikolu 4

Għall-iskopijiet ta' dawn il-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg, “persunal lokali”; ifisser persunal imqabbad biex jaħdem f'postijiet barra l-Unjoni ewropea skond il-prattika lokali tad-dmirijiet manwali jew tas-servizz, assenjat għal posizzjoni mhux inkluża fil-lista tal-posizzjonijiet mehmuża mat-taqsima ta' l-estimi relatati ma' kull istituzzjoni u mħallsa mill-approprijazzjonijiet totali għall-iskop taħt dik it-taqsima ta' l-estimi. Il-persunal imqabbad biex jaħdem f'postijiet ta' impieg barra l-Unjoni Ewropea għad-dmirijiet barra dawk imsemmija hawn fuq li, fl-interessi tas-servizz, ma setgħux ikunu assenjati lil uffiċjal jew ħaddiem li għandu kapaċità oħra fis-sens ta' l-Artikolu 1, ukoll għandu jitqies bħala persunal lokali.

▼B

Artikolu 5

Għall-iskopijiet ta' dawn il-kondizzjonijiet ta' l-impieg, “konsulent speċjali”ifisser persuna li, minħabba l-kwalifiki speċjali tagħha u minkejja impieg bi qligħ f'xi kapaċità oħra, hija mqabbda biex tassisti ►M15  waħda mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet ◄ jew regolarment jew għal perjodu speċifikat u li titħallas mill-approprijazzjonijiet totali għall-iskop taħt it-taqsima ta' l-estimi relatati ma' l-istituzzjoni li taħdem magħha.

Artikolu 6

Kull istituzzjoni għandha tistabbilixxi min huwa awtorizzat jikkonkludi l-kuntratti riferuti fl-Artikolu 1.

►M112  L-Artikolu 1a(2), l-Artikolu 1b ◄ u ►M112  L-Artikolu 2(2) ◄ tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw bħala analoġija.

Artikolu 7

Impjegat li l-kuntratt tiegħu huwa għal aktar minn sena jew għall-perjodu mhux definit għandu jkun intitolat biex jivvota f'elezzjonijiet u jikkontesta elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal ipprovdut fl-Artikolu 9 tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼M23

Impjegat li l-kuntratt tiegħu huwa għal anqas minn sena għandu jkun intitolat biex jivvota jekk ilu impjegat għal mill-anqas sitt xhur.

▼B

Il-Kumitat Konġunt ipprovdut fl-Artikolu 9 tar-Regolamenti tal-Persunal jista' jkun ikkonsultat mill-istituzzjoni jew mill-Kumitat tal-Persunal dwar kwestjonijiet ta' natura ġenerali dwar ħaddiema li għalihom japplika l-Artikolu 1.

▼M23

Artikolu 7a

L-Artikolu ►M112  24b ◄ tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jgħodd għall-ħaddiema riferuti fl-Artikolu 1.

▼B



TITOLU II

PERSUNAL TEMPORANJU



IL-KAPITOLU 1

Disposizzjonijiet ġenerali

▼M112

L-Artikolu 8

Il-persunal temporanju li għalih japplika l-Artikolu 2(a) għandu jitqabbad jaħdem għal perjodu stabbilit jew indefinit. Il-kuntratti tat-tali persunal li huma mqabbdin għal perjodu fiss jistgħu jiġġeddu għal mhux aktar minn darba għal perjodu fiss. Kull tiġdid ieħor ikun għal perjodu indefinit.

Il-persunal temporanju li japplika għalih l-Artikolu 2(b) jew (d) ma jitqabbdux jaħdmu għal aktar minn erba' snin iżda l-ingaġġ tagħhom jista' jkun limitat għal kull tul iqsar. Il-kuntratti tagħhom jistgħu jiġġeddu mhux aktar minn darba għal perjodu massimu ta' sentejn jekk it-tiġdid kien ipprovdut fil-kuntratt tal-bidu u fil-limiti pprovduti f'dak il-kuntratt. Fl-aħħar ta' dak iż-żmien, ma jibqgħux impjegati aktar bħala persunal temporanju taħt dawn id-disposizzjonijiet. Meta jiskadu l-kuntratti tagħhom, it-tali ħaddiema jistgħu jkunu assenjati f'posizzjonijiet stabbiliti fl-istituzzjonijiet biss jekk jinħatru bħala uffiċjali skond ir-Regolamenti tal-Persunal.

Il-persunal temporanju li għalih japplika l-Artikolu 2(ċ) għandu jitqabbad jaħdem għal perjodu indefinit.

▼B

Artikolu 9

Persunal temporanju ma jkunx imqabbad għal xi skop ieħor minbarra biex jimla, skond dan it-Tirolu, posizzjonijiet battala nkluż fil-lista tal-posizzjonijiet marbutin mat-taqsima ta' l-estimi relatati ma' kull istituzzjoni.

▼M112

L-Artikolu 9a

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport kull sena dwar l-użu tal-persunal temporanju inkluż in-numru tal-persunal, il-livell u t-tip ta' posizzjonijiet, il-bilanċ ġeografiku u r-riżorsi ta' l-estimi għal kull grupp tal-funzjoni.

▼M112

L-Artikolu 10

L-Artikoli 1d, 1e, 5(1), (2), (3) u (4), u l-Artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija.

Il-grad u l-iskala li fihom se jkun ingaġġat il-persunal temporanju għandhom jingħadu fil-kuntratt tagħhom.

L-assenjament ta' persunal temporanju għal posizzjoni li ġġorr grad ogħla minn dak li kienu ngaġġati fih għandu jkun irreġistrat fil-ftehim supplimentari mal-kuntratt tas-servizz tagħhom.

It-Titolu VIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija għall-persunal temporanju ►C2  mħallas mill-approprijazzjonijiet ta' l-estimi ta' l-Unjoni Ewropea tar-riċerka u ta' l-investiment. ◄ It-Titolu VIIIa tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija għall-persunal temporanju li jservu f'terza pajjiż.

▼B



IL-KAPITOLU 2

Drittijiet u obbligi

Artikolu 11

▼M60

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 11 sa 26 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar id-drittijiet u l-obbligi ta' l-uffiċjali, għandhom japplikaw b'analoġija. Madankollu, meta membru tal-persunal temporanju għandu kuntratt għal perjodu stabbilit, it-tul ta' żmien ta' leavefuq raġunijiet personali riferuti fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Persunal għandu jkun limitat għall-bqija taż-żmien tal-kuntratt.

▼B

Kull deċiżjoni li trid tagħmel tajjeb għad-danni sofferti mill-Komunitajiet bħala riżultat ta' kondotta serjament ħażina, kif ipprovdut fl-Artikolu 22 tar-Regolamenti tal-Persunal, għandha tittieħed mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 wara li jkunu osservati l-formalitajiet ipprovduti fil-każijiet tat-tkeċċija minħabba kondotta serjament ħażina .

Deċiżjonijiet dwar membri individwali tal-persunal temporanju għandhom ikunu ppubblikati kif ipprovdut fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal.



IL-KAPITOLU 3

Kondizzjonijiet ta' l-ingaġġ

Artikolu 12

1.  L-ingaġġ tal-persunal temporanju għandu jkun dirett biex jiżgura għall-istituzzjoni s-servizzi ta' persuni ta' l-ogħla livell ta' abilita', effiċjenza u integrità, reklutati mill-aktar bażi ġeografika wisgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunitajiet.

▼M93

Persunal temporanju għandu jintgħażel mingħajr distinzjoni dwar razza, twemmin politiku, filosofiku jew reliġjuż, sess jew xejriet sesswali u mingħajr riferenza għall-istat maritali jew is-sitwazzjoni tal-familja tiegħu.

▼B

2.  Membru tal-persunal temporanju jista' jitqabbad jaħdem biss bil-kondizzjoni li:

(a) ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Komunitajiet, sakemm eċċezzjoni mhux awtorizzata mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6, u jgawdi mid-drittjiet kollha tiegħu bħala ċittadin;

(b) huwa wettaq kull obbligu impost fuqu mil-liġijiet dwar is-servizz militari;

(ċ) huwa jipproduċi r-riferenzi tal-karattru xierqa li juru li huwa tajjeb biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu;

(d) huwa fiżikament b'saħħtu biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu; u

(e) huwa jipproduċi evidenza ta' għarfien komplut ta' waħda mill-lingwi tal-Komunitajiet u ta' għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra tal-Komunitajiet sal-punt meħtieġ biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu.

▼M112

3.  L-Uffiċċju ta' l-Għażla tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (minn issa l quddiem “l-Uffiċċju”;), fuq it-talba tagħhom, għandu jipprovdi għajnuna lill-istituzzjonijiet differenti bl-iskop ta' l-għażla tal-persunal temporanju, partikolarment billi jkun definit il-kontenut tat-testi u l-organizzazzjoni tal-proċeduri ta' l-għażla. L-Uffiċċju għandu jiżgura t-trasparenza tal-proċeduri ta' l-għażla tal-persunal temporanju mqabbad biex jaħdem taħt l-Artikolu 2(a), (b) u (d).

4.  Fuq it-talba ta' istituzzjoni, fil-proċeduri ta' l-għażla organizzati għall-ingaġġ tal-persunal temporanju, l-Uffiċċju għandu jiżgura l-applikazzjoni ta' l-istess livelli bħal ta' l-għażla ta' l-uffiċjali.

5.  Kull istituzzjoni għandha tadotta disposizzjonijiet ġenerali dwar il-proċeduri għar-reklutaġġ tal-persunal temporanju skond l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, kif meħtieġ.

▼B

Artikolu 13

Qabel ikun imqabbad jaħdem, membru tal-persunal temporanjugħandu jkun eżaminat medikalment minn wieħed mill-uffiċjali mediċi ta' l-istituzzjoni sabiex l-istituzzjoni tista' tkun sodisfatta li jaqdi l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 12(2)(d).

▼M62

L-Artikolu 33 tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija.

▼B

Artikolu 14

Membru tal-persunal temporanju jista' jkun meħtieġ iservi perjodu ta' prova li ma jaqbiżx is-sitt xhur.

▼M39

Meta matul il-perjodu ta' prova tiegħu, minħabba mard jew aċċident, membru tal-persunal temporanju ma jitħalliex iwettaq id-dmirijiet tiegħu għal xahar jew aktar, l-awtorità awtorizzatabiex tikkonkludi l-kuntratt ta' l-ingaġġ ittawwal il-perjodu ta' prova tiegħu bil-tul ta' żmien li jikkorrospondi.

▼M112

Mhux anqas minn xahar qabel jiskadi l-perjodu ta' prova, rapport għandu jsir dwar l-abilita' tal-membru tal-persunal temporanju li jaqdi d-dmirijiet marbutin mal-pożizzjoni tiegħu u wkoll dwar il-kondotta u l-effiċjenza tiegħu fis-servizz. Ir-rapport għandu jkun ikkomunikat lill-persuna kkonċernata, li għandha jkollha d-dritt li tibgħat il-kummenti tagħha bil-miktub. Membru tal-persunal temporanju li x-xogħol tiegħu ma kienx tajjeb biex jiġġustifika li jinżamm fil-posizzjoni tiegħu għandu jitkeċċa. Madankollu, l-awtorità riferuta fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jistgħu jtawwlu l-perjodu ta' prova għal massimu ta' sitt xhur, u possibilment tassenja l-membru tal-persunal temporanju għal dipartiment ieħor.

▼M60

Rapport fuq il-membru tal-persunal temporanju taħt prova jista' jsir f'kull mument matul il-perjodu ta' prova jekk ix-xogħol tiegħu qed ovvjament jidher mhux tajjeb. Ir-rapport għandu jkun ikkomunikat lill-persuna kkonċernata, li għandha jkollha d-dritt li tibgħat il-kummenti tagħha bil-miktub. Fuq il-bażi tar-rapport, l-awtorità awtorizzata tikkonkludi l-kuntratti ta' l-ingaġġ tista' tiddeċiedi li tkeċċi l-membru tal-persunal temporanju qabel l-aħħar tal-perjodu ta' prova billi tagħtih notifika ta' xahar; ►M112  ————— ◄ .

Membru mkeċċi tal-persunal temporanju jkun intitolat għal kumpens daqs terz tas-salarju bażiku tiegħu għal kull xahar ta' prova kompluta.

▼B

Artikolu 15

►M62  1. ◄   Persunnal temporanju għandu fil-bidu ikun ikklassifikat skond l-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Meta membru tal-persunal temporanju huwa assenjat għal posizzjoni li tikkorrospondi ma' grad ogħla, kif ipprovdut fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu, 10, il-klassifikazzjoni tiegħu għandha tkun stabbilita skond l-Artikolu 46 tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼M62

2.  Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar rapporti, għandhom jgħoddu b'analoġija ►M112  ————— ◄ .

▼B



IL-KAPITOLU 4

Kondizzjonijiet tax-xogħol

Artikolu 16

▼M112

L-Artikoli 42a, 42b u 55 sa 61 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar il-vakanzi, siegħat ta' xogħol, sahra, xogħol tax-shift, ħin lesti għal li jista' jinqala' fuq ix-xogħol jew id-dar u btajjel pubbliċi, għandhom japplikaw b'analoġija. Il-vakanzi speċjali u l-vakanzi parentali u tal-familja m'għandhomx jestendu aktar mill-perjodu tal-kuntratt.

▼M62

Il-leavemħallsa tal-mard ipprovduti fl-Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal m'għandhomx, madankollu, jaqbżu tliet xhur jew it-tul ta' ħin maħdum mill-membru tal-persunal temporanju, fejn dan ta' l-aħħar huwa itwal. Il-leavem'għandhomx jestendu aktar mill-perjodu tal-kuntratt tiegħu.

▼B

Malli jiskadu dawn il-limiti ta' żmien, ħaddiem li l-kuntratt tiegħu ma ntemmx, minkejja li ma jistax jerġa' jibda jaqdi d-dmirijiet tiegħu, għandu jitqiegħed fuq leavebla ħlas.

Madankollu, meta ħaddiem jieħu marda minn fuq il-post tax-xogħol jew isofri xi aċċident waqt il-qadi tad-dmirijiet tiegħu, għandu jkompli jirċievi r-remunerazzjoni kollha tiegħu matul il-perjodu li matulu huwa mhux kapaċi jaħdem sa dak iż-żmien meta jingħata pensjoni ta' l-invalidità taħt l-Artikolu 33.

Artikolu 17

F'ċirkostanzi eċċezzjonali membru tal-persunal temporanju fuq it-talba tiegħu stess, jista' jingħata leavegħal raġunijiet personali mandatorji bla ħlas. ►M60  L-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 għandha tistabbilixxi it-tul tat-tali leave, li m'għandhomx jaqbżu kwart tat-tul ta' żmien diġà maħdum mill-ħaddiem jew:

 tliet xhur jekk l-anzjanità tal-ħaddiem hija anqas minn erba' snin;

  ►M112  tnax ◄ xhur fil-każijiet l-oħra kollha. ◄

Kull perjodu ta' leavemogħtija skond il-paragrafu ta' qabel m'għandux jgħodd għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tat-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 20.

▼M60

Meta membru tal-persunal temporanju qiegħed bil-leavebla ħlas, is-sħubija tiegħu fl-iskema tas-sigurtà soċjali pprovduta fl-Artikolu 278 tkun sospiża.

Madankollu, membru tal-persunal temporanju ►M112  mhux f'impieg bil-qligħ ◄ jista', mhux aktar tard minn xahar wara dak li fih il-leavebla ħlas tiegħu jibdew, japplika biex ikompli jkun kopert ►M112  kontra r-riskji riferuti fl-Artikolu 28 ◄ , sakemm huwa jħallas nofs l-ispiża tal-kontribuzzjonijiet ►M112  ipprovdut f'dak l-Artikolu ◄ għal kemm idumu l-leavetiegħu; il-kontribuzzjoni għandha tinħadem b'riferenza għall-aħħar salarju bażiku tiegħu.

Barra minn hekk, membru tal-persunal li għalih japplika l-Artikolu 2(ċ) jew (d) li juri li ma jistax jakkwista drittijiet għall-pensjoni taħt skema oħra tal-pensjoni jista' japplika biex ikompli jakkwista aktar drittijiet għall-pensjoni matul il-perjodu ta' leavebla ħlas, sakemm iħallas l-ispiża tal-kontribuzzjoni ta' daqs tliet darbiet ir-rata mniżżla fl-Artikolu 41; il-kontribuzzjonijiet għandhom jinħadmu b'riferenza għas-salarju bażiku tal-grad u l-iskala tiegħu.

▼M60

Artikolu 18

Membru tal-persunal temporanju msejjaħ għal servizz militari, servizzi alternattivi jew għal taħriġ ta' riservi jew msejjaħ mill-ġdid biex iservi fil-forzi armati għandu jkun assenjat leavegħal servizz nazzjonali; għall-persunal temporanju mqabbad għal perjodu stabbilit it-tali leavefl-ebda ċirkostanzi ma jistgħu jaqbżu t-tul tal-kuntratt.

Membru tal-persunal temporanju msejjaħ għal servizz militari jew ervizz alternattiv għandu jieqaf jirċievi r-remunerazzjoni tiegħu iżda għandu jżomm id-dritt tiegħu taħt dawn il-kondizzjonijiet tax-xogħol għall-avvanzament għal skala ogħla. Huwa għandu jżomm id-dritt tiegħu għal pensjoni ta' l-irtirar jekk, wara li jlesti s-servizz militari tiegħu, iħallas il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tiegħu b'lura.

Membru tal-persunal temporanju msejjaħ għal taħriġ ta' riservi jew msejjaħ mill-ġdid biex iservi fil-forzi armati għandu, matul il-perjodu tat-taħriġ jew is-sejħa mill-ġdid, ikompli jirċievi r-remunerazzjoni tiegħu suġġetta għal tnaqqis daqs il-paga tas-servizz tiegħu.

▼B



IL-KAPITOLU 5

Remunerazzjoni u spejjeż

Artikolu 19

Ir-remunerazzjoni tal-persunal temporanju għandha tkun magħmula mis-salarju bażiku, benefiċċji tal-familja u benefiċċji oħra.

▼M112

L-Artikolu 20

1.  L-Artikoli 63, 64, 65 u 65a tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar il-munita li fiha hija espressa r-remunerazzjoni u l-aġġustamenti tat-tali remunerazzjoni, għandhom japplikaw b'analoġija.

2.  L-Artikoli 66, 67, 69 u 70 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar is-salarji bażiċi, benefiċċji tal-familja, benefiċċju għall-espatrijazzjoni u l-pagament fil-każ ta' mewt, għandhom japplikaw b'analoġija.

3.  Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 66a tar-Regolamenti tal-Persunal dwar is-sisa speċjali għandhom japplikaw b'analoġija għall-persunal temporanju.

4.  Membru tal-persunal temporanju li kien fi skala waħda fil-grad tiegħu għal sentejn għandu awtomatikament jitla' għall-iskala li jmiss f'dak il-grad.

▼B

Artikolu 21

L-Artikoli 1, 2, ►M112  3 u 4 ◄ ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar il-pagament ►M112  benefiċċji tal-familj u benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni ◄ u l-benefiċċji stabbiliti temporanji, għandhom japplikaw b'analoġija.

Artikolu 22

Suġġett għall-Artikoli 23 sa 26, membru tal-persunal temporanju għandu jkun intitolat, skond l-Artikoli 5 sa 15 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għal Rimborsar ta' l-ispejjeż li ħallas malli jieħu l-ħatra, it-trasferiment jew meta jitlaq mis-servizz, u wkoll għal Rimborsar ta' l-ispejjeż li ħallas matul u f'konnessjoni mal-qadi tad-dmirijiet tiegħu.

Artikolu 23

Membru tal-persunal temporanju imqabbad għal perjodu stabbilit ta' mhux anqas minn 12-il xahar, jew meqjus mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 li huwa imqabbad għal perjodu ekwivalenti jekk il-kuntratt tiegħu huwa għal perjodu indefinit, għandu, kif ipprovdut fl-Artikolu 9 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, ikun intitolat għal Rimborsar ta' l-ispejjeż tat-tneħħija.

Artikolu 24

1.  Membru tal-persunal temporanju imqabbad għal perjodu stabbilit ta' mhux anqas minn sena, jew meqjus mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 li huwa imqabbad għal perjodu ekwivalenti jekk il-kuntratt tiegħu huwa għal perjodu indefinit, għandu jirċievi allowanceta' l-istallazzjoni, kif ipprovdut fl-Artikolu 5 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal li jammonta għal, għal perjodu mistenni ta' servizz ta':



— mhux anqas minn sena iżda anqas minn sentejn,

għal terz right accolade

tar-rata mniżżla fl-Artikolu 5 ta' l-Anness VII tar-Regolament tal-Persunal.

— mhux anqas minn sentejn iżda anqas minn tliet snin,

għal żewġ terzi right accolade

tliet snin jew aktar,

għal tliet terzi right accolade

2.  Il-allowanceta' l-istabbiliment mill-ġdid ipprovdut fl-Artikolu 6 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jingħata lill-persunal temporanju li lesta erba' snin servizz. Ħaddiem li għamel aktar minn sena iżda anqas minn erba' snin servizz għandu jirċievi allowanceta' l-istabbiliment mill-ġdid fil-proporzjon tat-tul tas-servizz tiegħu, mingħajr ma jkunu kkunsidrati snin mhux kompluti.

▼M112

3.  Madankollu, il-benefiċċju għall-istallazzjoni pprovdut fil-paragrafu 1 u l-benefiċċju ta' tgħammir mill-ġdid ipprovdut fil-paragrafu 2 m'għandux ikun anqas minn:

▼M122

 EUR 1 074,14 għal ħaddiem intitolat għall-benefiċċju tal-familja;

 EUR 638,68 għal impjegat li mhux intitolat għall-benefiċċju tal-familja.

▼M112

Fil-każijiet fejn ir-raġel u l-mara li huma uffiċjali jew ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, huma t-tnejn intitolati għall-benefiċċju ta' tgħammir jew benefiċċju ta' tgħammir mill-ġdid, dan għandu jitħa;;as biss lill-persuna bl-ogħla salarju bażiku.

▼B

Artikolu 25

▼M23

L-Artikolu 10 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal dwar il-allowancetas-sussistenza ta' kuljum, għandu jgħodd. ►M60  Madankollu, membru tal-persunal temporanju imqabbad għal perjodu stabbilit ta' anqas minn 12-il xahar, jew meqjus mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 li huwa imqabbad għal perjodu ekwivalenti jekk il-kuntratt tiegħu huwa għal perjodu indefinit, u li jipprovdi evidenza li jkun impossibbli għalih li jkompli jgħix fil-post tar-residenza tiegħu, għandu jirċievi benefiċċju għas-sussistenza ta' kuljumgħal perjodu tal-kuntratt tiegħu jew għl massimu ta' sena. ◄

▼B

Artikolu 26

L-Artikolu 8 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar il-pagament fis-sena ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar mill-post ta' l-impieg għall-post ta' l-oriġini, għandu jgħodd biss għall-persunal temporanju li għamel mhux anqas minn disa' xhur servizz.

Artikolu 27

L-Artikoli 16 u 17 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar pagament ta' somom dovuti, għandhom jgħoddu b'analoġija.



IL-KAPITOLU 6

Benefiċċji tas-sigurtà soċjali



Taqsima A

ASSIGURAZZJONI KONTRA MARD U AĊĊIDENTI, BENEFIĊĊJI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

Artikolu 28

►M60  L-Artikoli 72 u 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar il-kopertura għall-mard u l-aċċidenti, għandhom jgħoddu b'analoġija għall-persunal temporanju matul il-perjodu ta' impieg, matul il-leaveminħabba mard u matul il-perjodi ta'leavebla ħlas riferuti fl-Artikoli 11 u 17 skond il-kondizzjonijiet imniżżla fihom; l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar il-kopertura fuq il-mard, għandhom jgħoddu b'analoġija għall-persunal temporanju li jirċievi ►M112  benefiċċju ta' l-invalidità ◄ u għal min jirċievi pensjoni għal min jibqa' ħaj.  ◄ ►M33  L-Artikolu 72 għandu jgħodd ukoll għall-persunal riferut fl-Artikolu 39(2) li jirċievu pensjoni ta' l-irtirar. ◄

Jekk, madankollu, l-eżami mediku pprovdut fl-Artikolu 13 juri li l-ħaddiem isofri minn mard jew invalidità, l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 tista' tiddeċiedi li l-ispejjeż li jinħolqu mit-tali mard jew invalidità għandhom ikunu esklużi mir-Rimborsar ta' l-ispejjeż ipprovduti fl-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼M62

Jekk membru tal-persunal temporanju juri li ma jistax jikseb kopertura taħt xi skema ta' assigurazzjoni oħra kontra l-mard ipprovduta bil-liġi jew bir-regolament, jista', ma' l-applikazzjoni li ssir l-aktar tard fi żmien xahar wara li jiskadi l-kuntratt tiegħu, ikompli jibbenefika minn kopertura tal-mard ipprovduta fl-ewwel paragrafu, għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur wara li jiskadi l-kuntratt tiegħu. Il-kontribuzzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 72(1) tar-Regolament tal-Persunal għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar salarju bażiku tiegħu u n-nofs tiegħu għandu jitħallas minnu.

L-awtorità tal-ħatra tista', wara li tikseb il-parir ta' l-uffiċjal mediku ta' l-istituzzjoni, tiddeċiedi li l-limitu ta' żmien ta' xahar li fih trid issir l-applikazzjoni u l-limitu ta' sitt xhur ipprovdut fil-paragrafu ta' qabel ma japplikawx fejn il-persuna kkonċernata qed issofri minn mard serju jew fit-tul li ttieħed matul l-impieg tagħha, li kienet irrapurtat lill-istituzzjoni qabel it-tmiem tal-perjodu ta' sitt xhur ipprovdut fil-paragrafu ta' qabel, bil-kondizzjoni li l-persuna kkonċernata tagħmel eżami mediku ppreparat mill-istituzzjoni.

▼M62

Artikolu 28a

1.  Dak li kien membru tal-persunal temporanju li huwa qiegħed meta s-servizz tiegħu ma' istituzzjoni tal-Komunitajiet Ewropej spiċċaw:

 li ma jirċevix pensjoni ta' l-irtirar jew pensjoni ta' l-invalidità mill-Komunitajiet Ewropej,

 li s-servizz tiegħu ma spiċċax b'riżenja jew bil-kanċellament tal-kuntratt minħabba raġunijiet dixxiplinarji,

 li ta minimu ta' sitt xhur servizz,

 u li huwa reidenti fi Stat Membru tal-Komunitajiet,

għandu jkun eliġibbli għal benefiċċju tal-qgħad fix-xahar bil-kondizzjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Fejn huwa intitolat għal benefiċċji tal-qgħad taħt skema nazzjonali, huwa obbligat jiddikjara dan lill-istituzzjoni li kien magħha, li għandha tavża lill-Kummissjoni b'dan minufih. Fit-tali każijiet, l-ammont ta' dawk il-benefiċċji jitnaqqas mill-benefiċċju mħallas taħt il-paragrafu 3.

2.  Biex ikun eliġibbli għal dan il-benefiċċju tal-qgħad, dak li qabel kien membru tal-persunal temporanju għandu:

(a) jkun irreġistrat, fuq it-talba tiegħu stess, li qed ifittex xogħol ma' l-awtoritajiet ta' l-impieg ta' l-Istati Membri fejn jistabbilixxi r-residenza tiegħu;

(b) iħares l-obbligi mniżżla mill-liġi ta' dak l-Istat Membru għall-persuni li jirċievu l-benefiċċji tal-qgħad taħt dik il-liġi;

(ċ) jibgħat kull xahar lill-istituzzjoni li kien magħha, li mill-ewwel għandha tgħaddih lill-Kummissjoni, ċertifikat maħruġ mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta' l-impieg li jgħid jekk ħarisx l-obbligi u l-kondizzjonijiet riferuti f'(a) u (b) jew le.

Il-benefiċċju jista' jingħata jew ikun mantnut mill-Komunità, anki meta l-obbligi nazzjonali riferuti taħt (b) ma tħarsux, f'każijiet ta' mard, aċċident, maternità, invalidità jew sitwazzjoni rikonoxxuta li hija simili, jew meta awtorità nazzjonali, kompetenti biex twettaq dawk l-obbligi, tat dispensa.

Wara li tikseb l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-esperti, il-Kummissjoni għandha tniżżel it-tali disposizzjonijiet li tqis meħtieġa biex ikun applikat dan l-Artikolu.

▼M112

3.  Il-benefiċċju tal-qgħad għandu jkun stabbilit b'riferenza għas-salarju bażiku miksub minn dak li qabel kien membru tal-persunal temporanju fil-mument tat-tmiem tas-servizz tiegħu. Il-benefiċċju għandu jkun stabbilit bħala:

(a) 60 % tas-salarju bażiku għal perjodu inizjali ta' tnax-il xahar,

(b) 45 % tas-salarju bażiku għat-tlettax sa l-erbgħa u għoxrin xahar,

(ċ) 30 % tas-salarju bażiku għal-ħamsa u għoxrin sas-sitta u tletin xahar.

Minbarra matul il-perjodu inizjali ta' sitt xhur, li fih l-iżgħar limitu speċifikat hawn taħt huwa applikabbli iżda l-ogħla limitu m'huwiex, l-ammonti maħduma hekk la jistgħu jkunu anqas minn ►M122  EUR 1 288,19 ◄ u lanqas jaqbżu ►M122  EUR 2 576,39 ◄ . Dawn il-limiti għandhom ikunu aġġustati, bl-istess mod bħall-iskali tas-salarji ppreżentati fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, skond l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.  Il-perjodu li matulu jitħallas il-benefiċċju tal-qgħad lil dak li qabel kien membru tal-persunal temporanju ma jistax ikun aktar minn 36 xahar mid-data tat-tmiem tas-servizz u fl-ebda każ ma jaqbeż terz tat-tul attwali tas-servizz li tlesta. Madankollu, jekk matul dan il-perjodu dak li qabel kien membru tal-persunal temporanju ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafi 1 u 2, il-pagament tal-benefiċċju tal-qgħad ikun sospiż. Il-pagament jerġa' jibda jekk, qabel jispiċċa dak il-perjodu, dak li qabel kien membru tal-persunal temporanju jerġa' jibda jħares it-tali kondizzjonijiet u m'huwiex intitolat għal benefiċċju nazzjonali tal-qgħad.

▼M62

5.  Dak li qabel kien membru tal-persunal temporanju li huwa eliġibbli għall-benefiċċju tal-qgħad, għandu jkun intitolat għall-benefiċċji tal-familja pprovduti fl-Artikolu 67 tar-Regolamenti tal-Persunal. L-allowancetal-familja jinħadem fuq il-bażi tal-benefiċċju tal-qgħad taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 1 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Il-persuna kkonċernata tkun obbligata li tiddikjara kull allowanceta' l-istess tip imħallas minn sorsi oħra lilha jew lill-konsorti tagħha; it-tali benefiċċji għandhom jitnaqqsu minn dawk li għandhom jitħallsu fuq bażi ta' dan l-Artikolu.

Dak li qabel kien membru tal-persunal temporanju li huwa eliġibbli għall-benefiċċju tal-qgħad, għandu jkun intitolat, kif ipprovdut fl-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal, għal kopertura ta' l-assigurazzjoni kontra l-mard mingħajr ma jkollu jagħmel ebda kontribuzzjoni.

▼M112

6.  Il-benefiċċju tal-qgħad u l-benefiċċju tal-familja għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni f'euro. L-ebda koeffiċjent tal-korrezzjoni ma jkun applikabbli.

7.  Il-membri tal-persunal temporanju għandhom jikkontribwixxu terz ta' l-iffinanzjar ta' l-iskema ta' l-assigurazzjoni kontra l-qgħad. Dik il-kontribuzzjoni għandha tkun stabbilita bħala 0,81 % tas-salarju bażiku tal-persuna kkonċernata wara li jitnaqqas benefiċċju standard ta' ►M122  EUR 1 171,09 ◄ u mingħajr ma jkunu kkunsidrati l-koeffiċjenti tal-korrezzjoni pprovduti fl-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-kontribuzzjoni għandha titnaqqas kull xahar mis-salarju tal-persuna kkonċernata u mħallsa, flimkien maż-żewġ terzi li jibqa' li tħallashom l-istituzzjoni, f'Fond Speċjali għall-Qgħad. Dan il-Fond għandu jkun komuni għall-istituzzjonijiet u dawn ta' l-aħħar għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni kull xahar, mhux aktar tard minn tmint ijiem wara l-pagament tar-remunerazzjonijiet. L-ispejjeż kollha taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu awtorizzati u mħallsa mill-Kummissjoni skond id-disposizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju li jirregola l-estimi ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

▼M62

8.  Il-benefiċċji tal-qgħad imħallsa lil dak li kien membru tal-persunal temporanju li mhux impjegat għandhom ikunu suġġetti għar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 li jniżżel il-kondizzjonijiet u l-proċedura biex tkun applikata t-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej.

9.  Id-dipartimenti nazzjonali bir-responabbiltà għall-impieg u l-qgħad, li jaġixxu skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw flimkien b'manjiera effettiva biex jiżguraw li dan l-Artikolu ikun applikat sewwa.

10.  L-arranġamenti ddettaljati biex ikun applikat dan l-Artikolu għandhom ikunu suġġetti għar-regoli mniżżla bil-ftehim lejn xulxin bejn l-Istituzzjonijiet tal-Komunitajiet, wara li tinkiseb l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-aħħar subparagrafu tal-paragrafu 2.

▼M112

11.  Sena wara l-introduzzjoni ta' din l-iskema ta' l-assigurazzjoni kontra l-qgħad u kull sentejn wara, il-Kummissjoni għandu jippreżenta l-Kunsill b'rapport dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-iskema. Indipendement minn dan ir-rapport, il-Kummissjoni jista' jippreżenta proposti lill-Kunsill biex jaġġusta l-kontribuzzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 7 jekk dan meħtieħ fl-interessi tal-bilanċ ta' l-iskema. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq il-proposti skond il-paragrafu 3.

▼B

Artikolu 29

L-Artikolu 74 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar l-għotja tat-twelid, u l-Artikolu 75 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar is-supposizzjoni ta' obbligu mill-istituzzjoni lejn l-ispejjeż riferuti fih, għandhom japplikaw b'analoġija.

Artikolu 30

L-Artikolu 76 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar ir-rigali, self u avvanzi, għandu japplika b'analoġija għall-persunal temporanju matul il-perjodu tal-kuntratt tagħhom, jew wara li jiskadi l-kuntratt fejn, bħala riżultat ta' mard serju li ħa ►M112  il-mard li ħa, ◄ , jew aċċident li sofra, matul l-impieg tiegħu, il-ħaddiem mhux kapaċi jaħdem u juri li t-tali mard jew aċċident mhux kopert minn skema oħra tas-sigurtà soċjali.



Taqsima B

ASSIGURAZZJONI KONTRA INVALIDITA' U MEWT

Artikolu 31

Il-persunal temporanju għandu jkun assigurat skond id-disposizzjonijiet li ġejjin kontra r-riskju tal-mewt jew l-invalidità li jiġri matul l-impieg tiegħu.

Il-pagamenti u l-benefiċċji pprovduti f'din it-Taqsima għandhom ikunu sospiżi jekk ir-remunerazzjoni li jirċievi membru tal-persunal dwar l-impieg tiegħu, hija sospiża skond dawn il-kondizzjonijiet ta' l-impieg.

Artikolu 32

Meta l-eżami mediku li sar qabel ħaddiem ikun ingaġġat, juri li qed isofri minn mard jew invalidità, l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6, sa fejn jidħlu r-riskji li jinqalgħu mit-tali mard jew invalidità, tista' tiddeċiedi li tagħtih benefiċċji garantiti dwar il-benefiċċji jew mewt biss wara perjodu ta' ħames snin mid-data ta' meta jidħol fis-servizz ta' l-istituzzjoni.

▼M62

Il-ħaddiem jista' jappella kontra din id-deċiżjoni lill-Kumitat ta' l-Invalidità pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼M112

L-Artikolu 33

1.  Ħaddiem li jsofri minn invalidità totali u li, minħabba dik ir-raġuni, huwa kostrett li jissospendi l-impieg ma' l-istituzzjoni, għandu jkun intitolat, sakemm iddum l-invalidità, għal benefiċċju ta' l-invalidità, li l-ammont tiegħu jkun stabbilit kif ġej.

L-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija għar-riċevituri tal-benefiċċju ta' l-invalidità. Jekk ir-riċevitur ta' benefiċċju ta' l-invalidità, jirtira qabel ma jagħlaq il-65 sena, mingħajr ma rċieva l-intitolament massimu tal-pensjoni, ir-regoli ġenerali dwar il-pensjonijiet ta' l-irtirar għandhom ikunu applikati. L-ammont tal-pensjoni ta' l-irtirar għandu jkun ibbażat fuq is-salarju tal-grad u l-iskala okkupati mill-ħaddiem meta sar invalidu.

Il-benefiċċju ta' l-invalidità għandu jkun 70 % ta' l-aħħar s-salarju bażiku tal-membru tal-persunal temporanju. Madankollu, ma jistax ikun anqas mis-somma minima ta' l-għajxien, kif definita fl-Artikolu 6 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-benefiċċju ta' l-invalidità għandu jkun suġġett għall-kontribuzzjonijiet ta' l-iskema tal-pensjoni, maħdum fuq il-bażi ta' dak il-benefiċċju.

Meta l-invalidità tal-ħaddiem tinħoloq minn aċċident matul jew f'konnessjoni mal-qadi tad-dmirijiet tiegħu, minn mard ikkaġunat mix-xogħol, minn att ta' spirtu pubbliku jew jipperikola ħajtu biex isalva bniedem ieħor, il-benefiċċju ta' l-invalidità ma jkunx anqas minn 120 % ta' l-ammont minimu tas-sussistenza. Fit-tali każijiet, il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni għandhom jitħallsu mill-estimi ta' min kien iħaddmu qabel.

Fil-każ ta' invalidità li deliberatament inġibet mill-ħaddiem, l-awtorità riferuta fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 tista' tiddeċiedi li għandu jirċievi biss l-għotja pprovduta fl-Artikolu 39.

Il-persuni intitolati għal benefiċċju ta' l-invalidità għandhom ikunu intitolati wkoll għall-benefiċċji tal-familja pprovduti fl-Artikolu 67 tar-Regolamenti tal-Persunal skond l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-benefiċċju tal-familja għandu jkun stabbilit fuq bażi tal-benefiċċju tar-riċevitur.

2.  L-invalidità għandha tkun stabbilita mill-Kumitat ta' l-Invalidità pprovduti fl-Artikolu 9 tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.  L-istituzzjoni riferuta fl-Artikolu 40 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tista' teħtieġ eżamijiet perjodiċi tar-riċevitur ta' benefiċċju ta' l-invalidità biex tistabbilixxi li għadu jħares il-kondizzjonijiet għall-pagament ta' dak il-benefiċċju. Jekk il-Kumitat ta' l-Invalidità jsib li dawn il-kondizzjonijiet m'għadhomx jitħarsu, il-ħaddiem għandu jerġa' jibda jaħdem ma' l-istituzzjoni, sakemm il-kuntratt tiegħu għadu ma skadiex.

Madankollu, jekk ikun impossibbli li l-persuna kkonċernata tkun impjegata fis-servizz tal-Komunitajiet, il-kuntratt jista' jitwaqqaf suġġett għal pagament ta' ammont li jikkorrospondi mar-remunerazzjoni li kieku kienet titħallas matul il-perjodu ta' avviż u, fejn applikabbli, għall-kumpens talli ntemm il-kuntratt ipprovdut fl-Artikolu 47. L-Artikolu 39 għandu japplika wkoll.

▼B

Artikolu 34

Il-persuni intitolati taħt ħaddiem mejjet, kif definit fil-Kapitolu 4 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, għandhom ikunu intitolati għal pensjoni għal min jibqa' ħaj, kif provdut fl-Artikolu 35 sa 38. ►M62  ————— ◄

▼M62 —————

▼M33

Meta dak li qabel kien ħaddiem li ►M62  kien jirċievi ►M112  benefiċċju ta' l-invalidità ◄  ◄ , jew dak li qabel kien ħaddiem fis-sens ta' l-Artikolu 2 ►M62  (a), (ċ) jew (d) ◄ li kien jirċievi pensjoni ta' l-irtirar jew li ħalla s-servizz qabel jagħlaq is- ►M112  63 ◄ sena u talab li l-pensjoni ta' l-irtrar tiegħu tkun posposta għall-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih jagħlaq ►M112  63 ◄ sena, imut, il-persuni intitolati taħt il-ħaddiem mejjet, kif definit fil-Kapitolu 4 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, għandhom ikunu intitolati għal pensjoni għal min jibqa' ħaj kif ipprovdut f'dak l-Anness.

▼M62

Meta ma jkunx magħruf għal aktar minn sena fejn qiegħed membru tal-persunal temporanju, jew ta' dak li qabel kien membru tal-persunal temporanju li jirċievi ►M112  benefiċċju ta' ◄ l-invalidità jew ta' l-irtirar, jew dak li qabel kien membru tal-persunal temporanju li telaq mis-servizz qabel agħlaq is- ►M112  63 ◄ sena u talab li l-pensjoni ta' l-irtirar tiegħu tkun posposta għall-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih jagħlaq is- ►M112  63 ◄ sena, id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu 5 u 6 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jieħdu ħsieb il-pensjonijiet temporanji, għandhom japplikaw b'analoġija għall-konsorti tiegħu u għall-persuni rikonoxxuti bħala dipendenti tiegħu.

▼B

Artikolu 35

Id-dritt li jirċievu l-pagament tal-pensjoni jidħol fis-seħħ mill-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara dik li fih miet jew, fejn ikun il-każ, fl-ewwel ġurnata tax-xahar wara l-perjodu li matulu ►M112  is-sieħeb li jibq' ħaj ◄ , l-orfni jew id-dipendenti tal-mejjet jirċievu l-emolumenti tiegħu taħt l-Artikolu 70 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 36

▼M62

►M112  Is-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ tal-ħaddiem għandha tkun intitolata għal ►M112  il-pensjoni għal min jbqa' ħaj ◄ skond il-Kapitolu 4 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-pensjoni ma tkunx anqas minn 35 % ta' l-aħħar salarju bażiku ta' kull xahar li jirċievi l-ħaddiem, lanqas anqas mis-somma minima tas-sussistenza, definita fl-Artikolu 6 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal. Meta ħaddiem fis-sens ta' l-Artikolu 2(a), (ċ) jew (d) imut, l-ammont ►M112  il-pensjoni għal min jbqa' ħaj ◄ għandu jiżdied b'60 % tal-pensjoni ta' l-irtirar li l-ħaddiem kien jirċievi kieku kkwalifika, ikun xi jkun is-servizz jew l-età, għat-tali pensjoni fil-mument tal-mewt tiegħu.

▼M23

Il-persuna li tieħu ►M112  il-pensjoni tas-sieħeb li jibqa' ħaj ◄ għandha tkun intitolata, taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għall-benefiċċji tal-familja speċifikati fl-Artikolu 67 tar-Regolamenti tal-Persunal. Madankollu, il-benefiċċju tat-tfal dipendenti jkun daqs id-doppju ta' l-ammont tal-benefiċċju pprovdut fl-Artikolu 67(1)(b) tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼M62 —————

▼M112

L-Artikolu 37

Meta ħaddiem jew persuna intitolata għal pensjoni ta' l-irtirar jew benefiċċju ta' l-invalidità, tmut u ma tħalli l-ebda sieħeb intitolat għall-pensjoni għal min jibqa' ħaj, it-tfal meqjusa li huma dipendenti tal-mejjet fil-mument tal-mewt tiegħu għandhom ikunu intitolati għal pensjoni ta' l-orfni skond l-Artikolu 80 tar-Regolamenti tal-Persunal.

L-istess intitolment għandu japplika għat-tfal li jħarsu l-kondizzjonijiet t'hawn fuq fil-każ tal-mewt jew iż-żwieġ mill-ġdid ta' sieħeb li huwa intitolat għal pensjoni għal min jibqa' ħaj.

Meta jmut ħaddiem jew persuna intitolata għal pensjoni ta' l-irtirar jew benefiċċju ta' l-invalidità, iżda l-kondizzjonijiet ippreżentati fl-ewwel paragrafu ma jitħarsux, id-disposizzjonijiet tat-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 80 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw.

Fil-każ tal-mewt ta' dak li qabel kien membru tal-persunal temporanju fis-sens ta' l-Artikolu 2(a), (ċ) jew (d) li jħalli s-servizz qabel jagħlaq it-63 sena u jitlob li l-pensjoni ta' l-irtirar tiegħu tkun posposta għall-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih jagħlaq 63 sena, it-tfal meqjusa dipendenti tiegħu skond l-Artikolu 2 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu intitolati għal pensjoni ta' l-orfni bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk ippreżentati fil-paragrafi ta' qabel.

Il-pensjoni ta' l-orfni ta' persuna meqjusa bħala tifel dipendenti kif definit fl-Artikolu 2(4) ta' l-Anness VII tar-Regolameti tal-Persunal, ma jistax jaqbeż ammont daqs id-doppju tal-benefiċċju tat-tfal dipendenti.

L-ebda pensjoni ta' l-orfni ma titħallas fejn ġenitur naturali li nbidel minn ġenitur adottiv imut.

L-orfni għandhom ikunu intitolati għal benefiċċju ta' l-edukazzjoni skond l-Artikolu 3 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼B

Artikolu 38

Fil-każ ta' divorzju jew fejn hemm aktar minn kategorija waħda ta' min baqa' ħaj, li jikkwalifika biex jieħu l-pensjoni għal min jibqa' ħaj, it-tali pensjoni għandha titqassam fil-mod ipprovdut fil-Kapitolu 4 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼M62

Artikolu 38a

Ir-regoli relatati mal-massimi u t-tqassim ippreżentati fl-Artikolu 81a tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija.

▼B



Taqsima Ċ

▼M23

PENSJONI TA' RTIRAR U GĦOTJA GĦAL FIRDA

▼M112

L-Artikolu 39

1.  Malli jitlaq mis-servizz, ħaddiem fis-sens ta' l-Artikolu 2 għandu jkun intitolat għal pensjoni ta' l-irtirar, trasferiment ta' ekwivalenza attwarjali jew il-pagament ta' għotja għall-firda skond il-Kapitolu 3 tat-Titolu V ta', u l-Anness VIII ta', ir-Regolamenti tal-Persunal. Meta l-ħaddiem ikun intitolat għal pensjoni ta' l-irtirar, id-drittijiet tiegħu għal pensjoni għandhom jitnaqqsu bil-proporzjon ta' l-ammonti mħallsa taħt l-Artikolu 42.

L-Artikolu 9(2) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

l-Awtorità tal-Ħatra tista' tiddeċiedi, fl-interess tas-servizz fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u proċeduri trasparenti, introdotti permezz ta' disposizzjonijiet ġenerali ta' implimentazzjoni, li ma tapplikax xi tnaqqis mill-pensjoni ta' ħaddiem temporanju, sa massimu ta' tmien ħaddiema fl-isstituzzjonijiet kollha f'xi sena wara. In-numru ta' kull sena jista' jvarja, suġġett għal medja ta' 10 kull sentejn u l-prinċipju tan-newtralità ta' l-estimi. Qabel jgħaddu l-ħames snin, il-Kummissjoni għandu jibgħat rapport tal-valutazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din il-miżura lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Fejn ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha tibgħat proposta biex wara ħames snin tibdel in-numru massimu ta' kull sena, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 283 tat-Trattat tal-KE.

2.  L-Artikolu 11(2) u (3) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun applikat b'analoġija għall-ħaddiema, fis-sens ta' l-Artikolu 2 ta' dawn il-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg.

3.  Il-persuna li ssir intitolata għal pensjoni ta' l-irtirar, għandha tkun intitolata għall-benefiċċji tal-familja pprovduti fl-Artikolu 67 tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-persentaġġ tal-komponent tal-benefiċċju tal-familja għandu jinħadem fuq il-bażi tal-pensjoni tar-riċevitur.

▼B

Artikolu 40

Jekk ħaddiem jinħatar uffiċjal ►M15  tal-Komunitajiet ◄ , m'għandux jirċievi l-għotja pprovduta fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 39.

Kull perjodu tas-servizz tal-persunal temporanju ta' waħda mit-tliet ►M15  Komunitajiet ◄ Ewropej għandu jkun ikkunsidrat bil-għan li jinħadmu s-snin tas-servizz tal-pensjoni kif ipprovdut fl-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Fejn il-ħaddiem eserċita l-opzjoni pprovduta fl-Artikolu 42, id-drittijiet tal-pensjoni ta' l-irtirar tiegħu għandhom jitnaqqsu proporzjonalment dwar il-perjodu li fih is-somom inġibdu.

▼M112

Il-paragrafu ta' qabel m'għandux japplika għall-ħaddiem li, fit-tliet xhur ta' wara l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal, jitlob li jitħalla jħallas it-tali somom bl-addizzjoni ta' mgħax kompost bir-rata ta' ►M113  3,9 % ◄ fis-sena, li tista' tkun riveduta wara l-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12 ta' l-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼B



Taqsima D

▼M62

IFFINANZJAR TA' L-ISKEMA TA' L-ASSIGURAZZJONI TA' L-INVALIDITA' U L-ĦAJJA U TA' L-ISKEMA TAL-PENSJONI

▼B

Artikolu 41

▼M62

Rigward l-iffinanzjar ta' l-iskema tas-sigurtà soċjali pprovduta fit-Taqsimiet B u Ċ, id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 83 ►M112  u l-Artikolu 83a ◄ tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 36 u 38 ta' l-Anness VIII tiegħu għandhom japplikaw b'analoġija.

▼B

Artikolu 42

Skond il-kondizzjonijiet li għandhom jitniżżlu mill-istituzzjoni, ħaddiem jista' jitlob ‘l-istituzzjoni biex tagħmel xi pagamenti li huwa meħtieġ jagħmel sabiex jikkostitwixxu jew iżomm id-drittijiet tal-pensjoni fil-pajjiż ta' l-oriġini tiegħu.

It-tali pagamenti m'għandhmx jaqbżu ►M112  id-doppju tar-rata pprovduta fl-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal ◄ u għandhom jitħallu mill-estimi ►M15  tal-Komunitajiet ◄ .

▼M62



Taqsima E

ĦLAS TA' TALBIET MINN PERSUNAL TEMPORANJU

Artikolu 43

L-Artikoli 40 sa 44 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija.



Taqsima F

ĦLAS TA' BENEFIĊĊJI

Artikolu 44

L-Artikolu 81a u 82 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 45 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar il-pagament tal-benefiċċji, għandhom japplikaw b'analoġija

Kull somma dovuta minn membru tal-persunal temporanju lill-Komunitajiet taħt din l-iskema ta' l-assigurazzjoni fid-data meta l-benefiċċji huma pagabbli, titnaqqas mill-ammont tal-benefiċċju tiegħu jew mill-benefiċċji pagabbli lil dawk intitolati taħtu fil-mod li għandu jkun stabbilit mill-istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 45 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal. It-tnaqqis jista' jitqassam fuq numru ta' xhur.

▼M62



Taqsima G

SUBROGAZZJONI FAVUR IL-KOMUNITAJIET

Artikolu 44a

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 85a tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar is-subrogazzjoni favur il-Komunitajiet, għandhom japplikaw b'analoġija.

▼B



IL-KAPITOLU 7

Irkuprar ta' pagamenti żejda

Artikolu 45

▼M23

L-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar l-irkuprar ta' pagamenti żejda, għandhom japplikaw.

▼B



IL-KAPITOLU 8

Appelli

Artikolu 46

Titolu VII tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar l-appelli, għandu japplika b'analoġija.



IL-KAPITOLU 9

Tmiem ta' l-impieg

▼M112

L-Artikolu 47

Minbarra t-tmiem mal-mewt, l-impieg tal-persunal temporanju għandu jieqaf:

(a) fl-aħħar tax-xahar li fih il-ħaddiem jilħaq l-eta' ta' 65 sena; jew

(b) meta l-kuntratt huwa għal perjodu stabbilit:

(i) fid-data ddikjarata fil-kuntratt;

(ii) fl-aħħar tal-perjodu tan-notifika speċifikata fil-kuntratt li jagħti 'l-ħaddiem jew l-istituzzjoni l-opzjoni li jtemm qabel. Il-perjodu tan-notifika m'għandux ikun anqas minn xahar għal kull sena ta' servizz, suġġett għal minimu ta' xahar u massimu ta' tlett xhur. Għall-persunal temporanju li l-kuntratt tagħhom kien imġedded, il-massimu jkun ta' sitt xhur. Madankollu, il-perjodu tan-notifika m'għandux jibda għaddej matul il-vakanzi tal-maternità jew il-vakanzi għall-mard, sakemm it-tali vakanzi tal-mard ma jaqbiżx it-tliet xhur. Barra minn hekk, ikun sospiż matul il-maternità jew il-vakanzi għall-mard suġġett għal-limiti msemmija qabel. Jekk l-istituzzjoni ttemm il-kuntratt, il-ħaddiem għandu jkun intitolat għal kumpens daqs terz tas-salarju bażiku tiegħu għall-perjodu bejn id-data meta d-dmirijiet tiegħu jintemmu u d-data meta l-kuntratt tiegħu jiskadi.

(iii) meta l-ħaddiem ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 12(2), punt (a), suġġett għall-possibbiltà li tkun awtorizzata eċċezzjoni taħt dik id-disposizzjoni. Jekk l-eċċezzjoni ma tkunx awtorizzata, il-perjodu tan-notifika riferuta fis-sottopunt (ii) ta' dan il-punt (b) għandu japplika; jew

(ċ) meta l-kuntratt huwa għal perjodu indefinit:

(i) fl-aħħar tal-perjodu tan-notifika stipulat fil-kuntratt; it-tul tal-perjodu tan-notifika ma jkunx anqas minn xahar għal kull sena kompluta ta' servizz, suġġett għal minimu ta' tlett xhur u massimu ta' għaxar xhur. Madankollu, il-perjodu tan-notifika m'għandux jibda għaddej matul il-vakanzi tal-maternità jew il-vakanzi għall-mard, sakemm it-tali vakanzi tal-mard ma jaqbiżx it-tliet xhur. Barra minn hekk, ikun sospiż matul il-maternità jew il-vakanzi għall-mard suġġett għal-limiti msemmija qabel; jew

(ii) meta l-ħaddiem ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 12(2), punt (a), suġġett għall-possibbiltà li tkun awtorizzata eċċezzjoni taħt dik id-disposizzjoni. Jekk l-eċċezzjoni ma tkunx awtorizzata, il-perjodu tan-notifika riferuta fis-sottopunt (i) ta' dan il-punt (ċ) għandu japplika.

▼M60

Artikolu 48

Impieg, kemm jekk għal perjodu stabbilit jew indefinit, jista' jitwaqqaf mill-istituzzjoni mingħajr notifika:

(a) matul jew fl-aħħar tal-perjodu ta' prova skond l-Artikolu 14;

▼M112 —————

▼M60

►M112  (b) ◄  jekk il-ħaddiem mhux kapaċi jerġa' jibda jaqdi d-dmirijiet tiegħu fit-tmiem ta' perjodu ta' leavemħallsin ta' mard ipprovduti fl-Artikolu 16. Fit-tali każ, il-ħaddiem għandu jirċievi benefiċċju daqs dan is-salarju bażiku, bl-addizzjoni tal-benefiċċji tal-familja bir-rata ta' jumejn għal kull xahar ta' servizz komplut.

▼B

Artikolu 49

▼M62

1.  Wara li tkun segwita l-proċedura dixxiplinari pprovduta fl-Anness IX tar-Regolament tal-Persunal, li għandha tapplika b'analoġija, l-impieg jista' jitwaqqaf mingħajr avviż minħabba raġunijiet dixxiplinari f'każijiet serji ta' nuqqas intenzjonali jew ta' negliġenza tal-persunal temporanju biex jimxi ma' l-obbligi tagħhom. Deċiżjoni raġunata għandha tittieħed mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6, wara li l-ħaddiem ikkonċernat ingħata opportunità li jippreżenta d-difiża tiegħu.

Qabel l-impieg tiegħu jintemm, membru tal-persunal temporanju jista' jkun sospiż, skond ►M112  l-Artikolu 23 u 24 ta' l-Anness IX ta' ◄ tar-Regolament tal-Persunal, li għandu japplika b'analoġija.

▼B

2.   ►M62  Meta l-impieg jintemm skond il-paragrafu 1 ◄ , l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 tista' tiddeċiedi:

(a) li tillimita l-għotja għal firda pprovduta fl-Artikolu 39 għall-pagament tal-kontribuzzjoni pprovdut fl-Artikolu 83 tar-Regolamenti tal-Persunal, bl-addizzjoni ta' imgħax kompost bir-rata ta' 3.5 % fis-sena;

(b) li żżomm il-allowanceta' l-istabbiliment mill-ġdid kollu jew parti minnu pprovdut fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 50

1.  L-impieg ta' membru tal-persunal temporanju għandu jitwaqqaf mill-istituzzjoni mingħajr avviż jekk l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 issib:

(a) li fl-istess ħin ta' l-ingaġġ tiegħu huwa deliberatament ipprovda informazzjoni falza jew dwar l-abbiltà professjonali tiegħu jew dwar il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 12(2), u

(b) li l-informazzjoni falza pprovduta kienet fattur determinanti biex kien ingaġġat.

▼M62

2.  Fit-tali każijiet l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 għandha, wara li tisma' l-ħaddiem ikkonċernat, u wara li tkun segwita l-proċedura dixxiplinari pprovduta fl-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, li għandu japplika b'analoġija, tiddikjara li l-impieg tiegħu ntemm.

Qabel jintemm l-impieg tiegħu, membru tal-persunal temporanju jista' jkun sospiż, skond ►M112  l-Artikolu 23 u 24 ta' l-Anness IX ta' ◄ tar-Regolament tal-Persunal, li għandu japplika b'analoġija.

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 49(2) għandhom jgħoddu.

▼M62

Artikolu 50a

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 49 u 50, kull nuqqas intenzjonali jew ta' negliġenza minn membru tal-persunal temporanju jew ta' dak li qabel kien membru tal-persunal temporanju biex iħares l-obbligi tiegħu taħt dawn il-kondizzjonijiet jagħmluh suġġett għal azzjoni dixxiplinari skond it-Titolu VI tar-Regolamenti tal-Persunal u fejn applikabbli l-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, li d-disposizzjonijiet tiegħu għandhom japplikaw b'analoġija.

▼B



TITOLU III

PERSUNAL AWŻILJARI



IL-KAPITOLU 1

Disposizzjonijiet ġenerali

▼M112

L-Artikolu 51

Il-kuntratti tal-persunal awżilarju għandhom ikunu konklużi għal perjodu stabbilit; ikunu jiġġeddu.

Artikolu 52

Il-perjodu attwali ta' l-impjieg tal-persunal awżiljarju, inkluż kull perjodu ta' tiġdid, m'għandux jaqbeż tliet snin jew jestendi aktar mill-31 ta' Diċembru 2007. L-ebda persunal awżiljarju ġdid ma jkun imqabbad biex jaħdem wara l-31 ta' Diċembru 2006.

▼B

Artikolu 53

Il-persunal awżiljarju jkun maqsum f'erba' kategoriji, subdiviżi fi gruppi li jikkorrospondu għad-dmirijiet li għandhom jitwettqu.

Ġewwa kull grupp, il-persunal awżiljarju għandu jkun ikklassifikat f'erba' klassijiet. Din il-klassifikazzjoni għandha tikkunsidra l-kwalifiki u l-esperjenza tal-persuni kkonċernati. Il-posizzjonijiet bażiċi u l-gruppi li jikkorrospondu jintwerew fit-tabella li ġejja:



Kategorija

Grupp

Posizzjoni

A

I

Riċerkatur b'livell għoli ta' esperjenza f'qasam wieħed jew aktar;

Reviżur bl-esperjenza tat-traduzzjonijiet;

Interpretu b'esperjenza speċjali.

 

II

Riċerkatur b'xi livell ta' esperjenza;

Reviżur tat-traduzzjonijiet;

Traduttur jew interpretu bl-esperjenza.

 

III

Riċerkatur;

Traduttur jew interpretu.

B

IV

Persunal li qed jagħmel xogħol diffiċli (abbozzi, jikkoreġi, jżomm il-kotba jew ta' natura teknika).

 

V

Persunal li qed jagħmel xogħol sempliċi (abbozzi, jżomm il-kotba jew ta' natura teknika).

C

VI

Segretarju bl-esperjenza;

Ħaddiem f'uffiċċju bl-esperjenza.

 

VII

Segretarju, tajpista jew telefonista;

Ħaddiem f'uffiċċju.

D

VIII

Ħaddiem tas-sengħa;

Uxxier jew xufier.

 

IX

Ħaddiem mingħajr sengħa, messaġġier.

▼M93

►M112  l-Artikolu 1d ◄ tar-Regolamenti tal-Persunal dwar trattament indaqs ta' l-uffiċjali għandu japplika b'analoġija.

▼B



IL-KAPITOLU 2

Drittijiet u obbligi

Artikolu 54

L-Artikoli 11 sa 25 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar id-drittijiet u l-obbligi ta' l-uffiċjali, għandhom japplikaw b'analoġija, ħlief l-Artikolu 13, dwar impieg bi qligħ min-naħa tal-konsorti, l-Artikolu 15, dwar uffiċjali li huma kandidati għal uffiċċju pubbliku elettiv, it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 23, dwar permessi, u t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 25, dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar individwi speċifiċi.

Deċiżjoni li trid tagħmel tajjeb għad-danni sofferti mill-Komunitajiet bħala riżultat ta' kondotta serjament ħażina, kif ipprovdut fl-Artikolu 22 tar-Regolamentti tal-Persunal, għandha tittieħed mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 wara li jkunu osservati l-formalitajiet ipprovduti fil-każijiet tat-tkeċċija minħabba kondotta serjament ħażina.



IL-KAPITOLU 3

Kondizzjonijiet ta' l-ingaġġ

Artikolu 55

1.  Membru tal-persunal awżiljarju jista' jitqabbad jaħdem biss bil-kondizzjoni li:

(a) huwa ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Komunitajiet, sakemm eċċezzjoni mhux awtorizzata mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6, u jgawdi mid-drittjiet kollha tiegħu bħala ċittadin;

(b) huwa wettaq kull obbligu impost fuqu mil-liġijiet dwar is-servizz militari;

(ċ) huwa jipproduċi r-riferenzi tal-karattru xierqa li juru li huwa tajjeb biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu; u

(d) huwa fiżikament b'saħħtu biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu.

2.  L-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 tista' tneħħi l-ħtieġa li l-persuna kkonċernata tipproduċi evidenza dokumentarja li hija tħares dawn il-kondizzjonijiet fejn l-ingaġġ tagħha huwa għal mhux aktar minn tliet xhur.

Artikolu 56

Il-kuntratt ta' membru tal-persunal temporanju għandu jispeċifika partikolarment:

(a) it-tul ta' żmien tal-kuntratt;

(b) id-data meta għandu jibda l-impieg;

(ċ) l-għamla tax-xogħol tiegħu;

(d) il-klasifikazzjoni tiegħu;

(e) il-post fejn għandu jkun impjegat.



IL-KAPITOLU 4

Kondizzjonijiet tax-xogħol

Artikolu 57

▼M22

L-Artikoli 55 sa 56b tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar is-siegħat ta' xogħol, sahra, xogħol tax-xift, ħin lesti għal li jista' jinqala' fuq ix-xogħol jew id-dar, għandhom japplikaw b'analoġija ►M112  għajr l-Artikolu 55a(2)(ċ), (d), u (e) ◄ .

▼B

Artikolu 58

Il-persunal awżiljarju għandu jkun intitolat għall-leavemħallsa bir-rata ta' jumejn xogħol għal kull xahar ta' servizz; kull perjodu ta' anqas minn15-il ġurnata jew nofs xahar servizz ma jaagħti l-ebda intitolament għal leave.

Fejn ma kienx possibbli, minħabba l-ħtiġijeit tas-servizz, għal membru tal-persunal awżiljarju li jingħata leavekif ipprovdut fil-paragrafu ta' qabel matul l-impieg tiegħu, kull ġurnata li ma tteħditx għandha titħallas bħala ġurnata maħduma żejda.

Aktar mit-tali leave, membru tal-persunal awżiljarju jista', f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni u fuq it-talba tiegħu stess, jingħata leavespeċjali skond ir-regoli mniżżla mill-istituzzjoni fuq il-bażi tal-prinċipji ppreżentati fl-Artikolu 57 tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-Artikolu 6 ta' l-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 59

L-Artikolu 16, dwar il-leavetal-mard, għandu jgħodd għall-persunal awżiljarju. ►M62  Il-leavemħallsa tal-mard m'għandhomx, madankollu, jaqbżu xahar jew it-tul ta' ħin maħdum mill-membru tal-persunal awżiljarju, fejn dan ta' l-aħħar huwa itwal.  ◄ L-Artikolu 58 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar il-leavetal-maternità, għandu japplika b'analoġija.

Artikolu 60

L-Artikoli 60 u 61 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar pagament assenza mhux awtorizzata u btajjel pubbliċi, għandhom jgħoddu b'analoġija.



IL-KAPITOLU 5

Remunerazzjoni u spejjeż

Artikolu 61

Ir-remunerazzjoni tal-persunal awżiljarju għandha tkun magħmula mis-salarju bażiku, benefiċċji tal-familja u benefiċċji oħra.

Matul it-tul tal-kuntratt tiegħu, il-persunal awżiljarju għandu jibqa' fil-klassi tas-salarju speċifikata fil-kuntratt tiegħu.

Artikolu 62

Il-persunal awżiljarju għandu jitħallas bil-ġurnata jew bix-xahar.

Fil-każ tal-persunal awżiljarju li jitħallas bil-ġurnata, il-ġranet li attwalment inħadmu biss għandhom jitħallsu.

Artikolu 63

▼M16

L-iskali tas-salarji bażiċi jkunu kif ipprovduti fit-tabella li ġejja:

▼M122



1.7.2008

 

PASS

KATEGORIJA

GRUPP

1

2

3

4

A

I

6 565,32

7 378,56

8 191,80

9 005,04

II

4 765,00

5 229,31

5 693,62

6 157,93

III

4 004,25

4 182,62

4 360,99

4 539,36

B

IV

3 846,60

4 223,18

4 599,76

4 976,34

V

3 021,43

3 220,60

3 419,77

3 618,94

C

VI

2 873,61

3 042,79

3 211,97

3 381,15

VII

2 571,98

2 659,49

2 747,00

2 834,51

D

VIII

2 324,67

2 461,59

2 598,51

2 735,43

IX

2 238,75

2 269,94

2 301,13

2 332,32

▼M50

Artikolu 63a

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 66a tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija.

▼B

Artikolu 64

L-Artikoli 63, 64, u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar il-munita li fiha għandha tkun espressa r-remunerazzjoni u l-aġġustamenti tat-tali remunerazzjoni, għandhom japplikaw b'analoġija.

▼M112

L-Artikolu 65

Bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 67(1)(ċ), l-Artikolu 67 u l-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Perunal u l-Artikoli 1, 2 u 4 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar il-pagament tal-benefiċċji tal-familja u tal-espatrijazzjoni, għandhom japplikaw b'analoġija.

L-Artikolu 66

Meta ħaddiem jitħallas bil-ġurnata, ir-remunerazzjoni dovuta għal kull ġurnata xogħol pagabbli tkun ta' waħda minn tnax tar-remunerazzjoni fix-xahar. Ir-remunerazzjoni għandha titħallas fl-aħħar tal-ġimgħa kurrenti.

L-Artikolu 67

L-Artikoli 7, 11, 12, 13 u 13a tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar ir-rimborżar ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u l-ispejjeż tal-missjoni, u l-għoti tal-benefiċċju ta' l-akkomodazzjoni u t-trasport, għandhom japplikaw b'analoġija.

Artikolu 68

Fil-każ tal-ħaddiema mħallsa fix-xahar, ir-remunerazzjoni għandha titħallas mhux aktar mill-aħħar ġurnata xogħol tax-xahar.

Fejn ir-remunerazzjoni mhux dovuta għal xahar sħiħ, l-ammont jinqasam fi tletinijiet, u

(a) fejn in-numru attwali tal-ġranet pagabbli huwa 15 jew anqas, in-numru ta' tletinijiet dovuti għandu jkun daqs in-numru ta' ġranet pagabbli;

(b) fejn in-numru attwali tal-ġranet pagabbli huwa aktar minn 15, in-numru ta' tletinijiet dovuti għandu jkun daqs in-numru attwali ta' ġranet mhux pagabbli u 30.

Meta l-intitolament għall-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni jibdew wara d-data tad-dħul fis-servizz, il-ħaddiema għandhom jirċevuhom mill-ewwel ġurnata tax-xaħar li fih it-tali intitolament jibda. Meta jispiċċa t-tali intitolament, il-ħaddiema għandhom jirċevuhom sa l-aħħar ġurnata tax-xahar li fih l-intitolament jieqaf.

▼B

Artikolu 69

▼M23

Membru tal-persunal awżiljarju li jipprovdi evidenza li ma jistax ikompli joqgħod fl-indirizz ta' qabel tiegħu għandu jkun intitolat għal mhux aktar minn sena għall-allowancetas-sussistenza ta' kuljum ipprovdut fl-Artikolu 10 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

▼B



IL-KAPITOLU 6

Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali

Artikolu 70

1.  Biex dak il-persunal awżiljarju huwa assikurati kontra l-mard, aċċident, invalidità ►M112  qgħad ◄ jew mewt u jista' jibni pensjoni ta' l-irtirar, għandu jkun imieħeb ma' skema mandatarja tas-sigurtà soċjali, preferibbilment dik tal-pajjiż li l-aħħar kien imsieħeb fiha jew dik tal-pajjiż ta' l-oriġini tiegħu.

L-istituzzjoni għandha tkun reponsabbli għall-kontribuzzjonijiet ta' min iħaddem meħtieġa taħt il-leġislazzjoni fis-seħħ meta l-ħaddiem huwa mieħeb ta' bilfors mat-tali skema tas-sigurtà soċjali, jew għal żewġ terzi tal-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiem meta jibqa' msieħeb voluntarjament ma' l-iskema nazzjonali tas-sigurtà soċjali li kien membru magħha qabel beda s-servizz ►M15  tal-Komunità ◄ jew meta ngħaqad volontarjament ma' skema ►M112  jew assigurazzjoni kontra l-qgħad ◄ nazzjonali tas-sigurtà soċjali.

2.  Meta mhux possibbli li jkunu applikati d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-persunal awżiljarju għandu jkun assikurat kontra l-mard, aċċidenti, invalidità u mewt u għall-provvediment ta' pensjoni ta' l-irtirar, a spejjez ta' l-istituzzjoni li timpjeghom ekwivalenti għas-sehem taż-żewġ terzi speċifikat fil-paragrafu 1. Disposizzjonijiet biex ikunu applikati dawn t'hawn fuq għandhom jitniżżlu bi qbil bejn l-istituzzjonijiet wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal ipprovdut fl-Artikolu 10 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 71

L-Artikolu 76 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar rigali, self jew avvanzi, għandu japplika b'analoġija għall-persunal awżiljarju matul it-tul taż-żmien tal-kuntratt tiegħu.



IL-KAPITOLU 7

Irkuprar ta' pagamenti żejda

Artikolu 72

▼M23

L-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar l-irkuprar tal-pagamenti żejda, għandu jgħodd.

▼B



IL-KAPITOLU 8

Appelli

Artikolu 73

Titolu VII tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar l-appelli, għandu japplika b'analoġija.



IL-KAPITOLU 9

Tmiem ta' l-impieg

▼M112

L-Artikolu 74

Minbarra t-tmiem mal-mewt, l-impieg tal-persunal awżiljarju għandu jieqaf:

(a) fid-data ddikjarata fil-kuntratt;

(b) fl-aħħar tax-xahar li fih il-ħaddiem jilħaq l-eta' ta' 65 sena;

(ċ) fl-aħħar tal-perjodu tan-notifika speċifikata fil-kuntratt li jagħti 'l-ħaddiem jew l-istituzzjoni l-opzjoni li jtemm qabel. Il-perjodu tan-notifika m'għandux ikun anqas minn xahar għal kull sena ta' servizz, suġġett għal minimu ta' xahar u massimu ta' tlett xhur. Madankollu, il-perjodu tan-notifika m'għandux jibda għaddej matul il-vakanzi tal-maternità jew il-vakanzi għall-mard, sakemm it-tali vakanzi tal-mard ma jaqbiżx it-tliet xhur. Barra minn hekk, ikun sospiż matul il-maternità jew vakanzi għall-mard suġġett għal-limiti msemmija qabel. Jekk l-istituzzjoni ttemm il-kuntratt, il-ħaddiem għandu jkun intitolat għal kumpens daqs terz tas-salarju bażiku tiegħu għall-perjodu bejn id-data meta d-dmirijiet tiegħu jintemmu u d-data meta l-kuntratt tiegħu jiskadi.

(d) meta l-ħaddiem ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 55(1), punt (a), suġġett għall-possibbiltà li tkun awtorizzata eċċezzjoni taħt dik id-dispożizzjoni. Jekk l-eċċezzjoni ma tkunx awtorizzata, il-perjodu tan-notifika riferuta fis-sottopunt (ċ) ta' dan l-Artikolu għandu japplika.

▼B

Artikolu 75

L-impieg tal-persunal awżiljarju ►M112  ————— ◄ :

1. jitwaqqaf mill-istituzzjoni mingħajr avviż jekk il-ħaddiem jissejjaħ biex iservi fil-forzi armati;

2. jista' jitwaqqaf mill-istituzzjoni mingħajr avviż:

(a) jekk il-ħaddiem jissejjaħ għas-servizz fil-forzi armati u d-dmirijiet tiegħu taħt il-kuntratt tiegħu ma' l-istituzzjoni jkunu tali li m'hemm l-ebda prospettiva li jerġa' jkun impjegat fil-kapaċità ta' qabel tiegħu meta l-perjodu tas-servizz tiegħu jispiċċa. Fit-tali każ il-ħaddiem għandu jirċievi benefiċċju daqs is-salarju bażiku tiegħu bl-addizzjoni tal-benefiċċji tal-familja bir-rata ta' jumejn għal kull xahar komplut ta' servizz;

(b) jekk il-ħaddiem ikun elett għal uffiċċju pubbliku u l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 tikkunsidra li t-tali uffiċċju pubbliku ma jkunx kompatibbli mal-qadi tad-dmirijiet normali tiegħu;

▼M112

(ċ) jekk il-ħaddiem ma jibqax jaqa' taħt il-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 55(1)(d). Madankollu, il-kuntratt tiegħu jista' jkun mitmum biss jekk huwa intitolat għal benefiċċju ta' l-invalidità;

▼B

(d) jekk il-ħaaddiem mhux kapaċi jerġa' jibda jaqdi d-dmirijiet tiegħu fit-tmiem ta' perjodu ta' leavemħallsin ta' mard ipprovduti fl-Artikolu 59. Fit-tali każ, il-ħaddiem għandu jirċievi benefiċċju daqs is-salarju bażiku tiegħu, bl-addizzjoni tal-benefiċċji tal-familja bir-rata ta' jumejn għal kull xahar ta' servizz komplut.

Artikolu 76

L-impieg ta' membru tal-persunal awżiljarju jista' jitwaqqaf mingħajr avviż fuq raġunijiet dixxiplinari f'każijiet serji ta' nuqqas li jħarsu dawn l-obbligi, kemm intenzjonalment jew b'negliġenza min-naħa tagħhom. Deċiżjoni raġunata għandha tittieħed mill-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6, wara li l-ħaddiem ikkonċernat kellu l-opportunità li jippreżenta d-difiża tiegħu.

Artikolu 77

L-impieg ta' membru tal-persunal awżiljarju għandu jitwaqqaf mill-istituzzjoni mingħajr avviż jekk l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 issib:

(a) li fl-istess ħin ta' l-ingaġġ tiegħu huwa deliberatament ipprovda informazzjoni falza jew dwar l-abbiltà professjonali tiegħu jew dwar il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 55(1); u

(b) li l-informazzjoni falza pprovduta kienet fattur determinanti biex kien ingaġġat.

Fit-tali każ, l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6, tista', wara li tisma' l-ħaddiem ikkonċernat, tiddikjara li l-impieg tiegħu twaqqaf.

Artikolu 78

B'mod ta' deroga mid-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu, il-persunal awżiljarju mqabbad mill-Parlament Ewropew għat-tul taż-żmien tax-xogħol tas-seduti tiegħu jkun suġġett għll-kondizzjonijiet tr-reklutaġġ u r-remunerazzjoni mniżżla bi qbil bejn il-Parlament, il-Kunsill taa' l-Ewropa u l-Assemblea ta' l-Unjoni Ewropea tal-Punent dwar l-ingaġġ tat-tali persunal.

Id-disposizzjonijiet ta' dak il-ftehim u kull emenda ta' wara tiegħu għandhom ikunu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-estimi xahar qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom.

▼M102

L-istess kondizzjonijiet għar-reklutaġġ u r-remunerazzjoni applikati għall-interpreti tal-konferenzi mqabbda mill-Parlament Ewropew għandhom jgħoddu għall-persunal awżiljarju mqabbad mill-Kummissjoni bħala interpreti tal-konferenzi f'isem l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità.

▼M112

Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom jgħoddu sal-31 ta' Diċembru 2006, mil-liema data l-persunal ikkonċernat jkun suġġett għall-kondizzjonijiet imniżżla skond il-proċedura riferuta fl-Artikolu 90.



TITOLU IV

PERSUNAL BIL-KUNTRATT



IL-KAPITOLU 1

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 79

1.  Il-persunal bil-kuntratt għandu jitħallas mill-approprijazzjonijiet totali għall-iskop taħt it-taqsima ta' l-estimi relatati ma' l-istituzzjoni.

2.  Kull istituzzjoni għandha tadotta d-disposizzjonijiet ġenerali ta' l-implimentazzjoni li jirregolaw l-użu tal-persunal bil-kuntratt skond l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, kif meħtieġ.

3.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport kull sena dwar l-użu tal-persunal bil-kuntratt inkluż in-numru tal-persunal, il-livell u t-tip ta' posizzjonijiet, il-bilanċ ġeografiku u r-riżorsi ta' l-estimi għal kull grupp tal-funzjoni.

4.  L-istituzzjonijiet, l-aġenziji u entitajiet oħra li jużaw il-persunal bil-kuntratt għandhom jipprovdu previżjonijiet indikattivi fis-sena dwar l-użu tal-persunal bil-kuntratt għal kull grupp tal-funzjoni fil-kuntest tal-proċedura ta' l-estimi.

Artikolu 80

1.  Il-persunal bil-kuntratt għandu jkun subdiviż f'erba' gruppi tal-funzjoni li jikkorrospondu għad-dmirijiet li jridu jitwettqu. Kull grupp tal-funzjoni għandu jkun subdiviż fi gradi u skali.

2.  It-tipi ta' dmirijiet u l-grupp li jikkorrospondu tal-funzjoni jkunu kif jidhru fit-tabella li ġejja:



Il-grupp tal-funzjoni

Gradi

Dmirijiet

IV

13 sa 18

Kompiti amministrattivi, ta' konsulenza, lingwisti u tekniċi ekwivalenti, imwettqa taħt is-superviżjoni ta' l-uffiċjali jew tal-persunal temporanju.

III

8 sa 12

Kompiti eżekuttivi, kompiti ta' abbozzar, tal-kontijiet u tekniċi ekwivalenti oħra, imwettqa taħt is-superviżjoni ta' l-uffiċjali jew tal-persunal temporanju.

II

4 sa 7

Kompiti klerikali u segretarjali, kompiti ta' amministrazzjoni ta' uffiċċju u kompiti ekwivalenti oħra, imwettqa taħt is-superviżjoni ta' l-uffiċjali jew tal-persunal temporanju.

I

1 sa 3

Kompiti ta' servizz ta' appoġġ manwali u amministrattiv, imwettqa taħt is-superviżjoni ta' l-uffiċjali jew tal-persunal temporanju.

3.  Fuq bażi ta' din it-tabella kull istituzzjoni jew korp riferut fl-Artikolu 3, wara li jikkonsulta l-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal, għandu jiddefinixxi s-setgħat marbutin ma' kull tip ta' dmir.

4.  L-Artikolu 1e tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar il-miżuri ta' natura soċjali u kondizzjonijiet tax-xogħol, għandu japplika b'analoġija.



IL-KAPITOLU 2

Drittijiet u obbligi

Artikolu 81

L-Artikolu 11 għandu japplika b'analoġija.



IL-KAPITOLU 3

Kondizzjonijiet ta' l-ingaġġ

Artikolu 82

1.  Il-persunal bil-kuntratt għandu jintgħażel mill-aktar bażi ġeografika wiesa possibbli minn fost iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri u mingħajr distinzjoni dwar razza jew oriġini etnika, twemmin politiku, filosofiku jew reliġjuż, żmien jew disabbiltà, sess jew xejriet sesswali u mingħajr riferenza għall-istat martiali jew is-sitwazzjoni tal-familja tagħhom.

2.  Ir-reklutaġġ bħala membru tal-persunal bil-kuntratt għandu jeħtieġ mill-anqas:

(a) fil-grupp tal-funzjoni I, tlestija b'suċċess ta' edukazzjoni mandatarja;

(b) fil-gruppi tal-funzjoni II u III:

(i) livell ta' edukazzjoni post-sekondarja ċċertifikata b'diploma, jew

(ii) livell ta' edukazzjoni sekondarja ċċertifikata b'diploma, li tagħti aċċess għal edukazzjoni post-sekonndarja, u esperjenza professjonali cierqa ta' mill-anqas tliet snin, jew

(iii) fejn iġġustifikat fl-interess tas-servizz, taħriġ professjonali jew esperjenza professjonali ta' livell ekwivalenti;

(ċ) fil-grupp tal-funzjoni IV:

(i) livell ta' edukazzjoni li jikkorrospondi ma' studi universitarji konklużi ta' mill-anqas tliet snin iċċertifikat b'diploma, jew

(ii) fejn iġġustifikat fl-interess tas-servizz, taħriġ professjonali ta' livell ekwivalenti.

3.  Membru tal-persunal bil-kuntratt jista' jitqabbad jaħdem biss bil-kondizzjoni li huwa

(a) ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri, sakemm eċċezzjoni mhux awtorizzata mill-awtorità riferuta fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6, u jgawdi mid-drittjiet kollha tiegħu bħala ċittadin;

(b) wettaq kull obbligu impost fuqu mill-liġijiet dwar is-servizz militari;

(ċ) jipproduċi r-riferenzi tal-karattru xierqa li juru li huwa tajjeb biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu;

(d) fiżikament b'saħħtu biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu; u

(e) jipproduċi evidenza ta' għarfien komplut ta' waħda mill-lingwi tal-Komunità u ta' għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra tal-Komunità sal-punt meħtieġ biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu.

4.  Fil-kuntratt iniżjali, l-awtorità riferuta fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 tista' tneħħi l-ħtieġa li l-persuna kkonċernata tipproduċi evidenza dokumentarja li hija tħares il-kondizzjonijiet fil-punti (a), (b), u (ċ) tal-paragrafi 2 u 3 fejn l-ingaġġ tagħha huwa għal mhux aktar minn tliet xhur.

5.  L-Uffiċċju ta' l-Għażla tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, fuq it-talba tagħhom, għandu jipprovdi għajnuna lill-istituzzjonijiet differenti bl-iskop ta' l-għażla tal-persunal bil-kuntratt, partikolarment billi jkun definit il-kontenut tat-testi u l-organizzazzjoni tal-proċeduri ta' l-għażla. L-Uffiċċju għandu jiżgura t-trasparenza tal-proċeduri ta' l-għażla għall-persunal bil-kuntratt.

6.  Kull istituzzjoni għandha tadotta disposizzjonijiet ġenerali dwar il-proċeduri għall-ingaġġ tal-persunal bil-kuntratt skond l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, kif meħtieġ.

Artikolu 83

Qabel ikun imqabbad jaħdem, membru tal-persunal bil-kuntratt għandu jkun eżaminat medikalment minn wieħed mill-uffiċjali mediċi ta' l-istituzzjoni sabiex l-istituzzjoni tista' tkun sodisfatta li jaqdi l-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 82(3)(d).

L-Artikolu 33 tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija.

Artikolu 84

1.  Membru tal-persunal bil-kuntratt li l-kuntratt tiegħu huwa konkluż għal perjodu ta' mill-anqas sena għandu jaħdem perjodu ta' prova għall-ewwel sitt xhur tal-perjodu ta' mpieg tiegħu jekk qiegħed fil-grupp tal-funzjoni I u l-ewwel disa' xhur jekk qiegħed f'kull grupp ieħor tal-funzjoni.

2.  Meta matul il-perjodu ta' prova tiegħu, minħabba mard jew aċċident, membru tal-persunal tal-kuntratt ma jitħallix iwettaq id-dmirijiet tiegħu għal xahar jew aktar, l-awtorità riferuta fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 tista' ttawwal il-perjodu ta' prova tiegħu bil-tul ta' żmien li jikkorrospondi.

3.  Mhux anqas minn xahar qabel jiskadi l-perjodu ta' prova, rapport għandu jsir dwar l-abilita' tal-membru tal-persunal bil-kuntratt li jaqdi d-dmirijiet marbutin mal-posizzjoni tiegħu u wkoll dwar il-kondotta u l-effiċjenza tiegħu fis-servizz. Ir-rapport għandu jkun ikkomunikat lill-persuna kkonċernata, li għandha jkollha d-dritt li tibgħat il-kummenti tagħha bil-miktub. Membru tal-persunal bil-kuntratt li x-xogħol tiegħu ma kienx tajjeb biex jiġġustifika li jinżamm fil-funzjoni tiegħu għandu jitkeċċa. Madankollu, l-awtorità riferuta fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tista' ttawwal il-perjodu ta' prova għal massimu ta' sitt xhur, u possibilment tassenja l-membru tal-persunal bil-kuntratt għal dipartiment ieħor.

4.  Rapport fuq il-membru tal-persunal bil-kuntratt taħt prova jista' jsir f'kull mument matul il-perjodu ta' prova jekk ix-xogħol tiegħu qed ovvjament jidher mhux tajjeb. Ir-rapport għandu jkun ikkomunikat lill-persuna kkonċernata, li għandha jkollha d-dritt li tibgħat il-kummenti tagħha bil-miktub. Fuq il-bażi tar-rapport, l-awtorità riferuta fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 tista' tiddeċiedi li tkeċċi l-membru tal-persunal bil-kuntratt qabel l-aħħar tal-perjodu ta' prova billi ttih notifika ta' xahar.

5.  Membru mkeċċi tal-persunal bil-kuntratt ikun intitolat għal kumpens daqs terz tas-salarju bażiku tiegħu fix-xahar ta' prova kompluta.



IL-KAPITOLU 4

Disposizzjonijiet speċjali għall-membri tal-persunal bil-kuntratt riferuti fl-artikolu 3a

Artikolu 85

1.  Il-kuntratti tal-persunal bil-kuntratt riferuti fl-Artikolu 3a jistgħu jkunu konklużi għal perjodu stabbilit ta' mill-anqas tliet xhur u mhux aktar minn ħames snin. Jistgħu jiġġeddu mhux aktar minn darba għal perjodu stabbilit ta' mhux aktar minn ħames snin. Il-kuntratt inizjali u l-ewwel tiġdid ta' tul totali ta' mhux anqas minn sitt xhur għal grupp tal-funzjoni I u mhux anqas minn disa' xhur għall-gruppi l-oħra tal-funzjoni. Kull tiġdid ieħor ikun għal perjodu indefinit.

Il-perjodi koperti minn kuntratt bħala membru tal-persunal bil-kuntratt riferuti fl-Artikolu 3b m'għandhomx jingħaddu għall-iskopijiet tal-konklużjoni jew tiġdid tal-kuntratti taħt dan l-Artikolu.

2.  B'mod ta' deroga mill-aħħar sentenza ta' l-ewwel sub-paragrafu tal-paragrafu 1, l-Awtorità tal-Ħatra tista' tiddeċiedi li r-raba' tiġdid biss tal-kuntratt għal membru tal-grupp tal-funzjoni I għandu jkun għal perjodu indefinit, sakemm it-tul totali ta' l-ingaġġ tiegħu għal perjodu fiss ma jaqbiżx għaxar snin.

3.  Qabel it-tiġdid tal-kuntratt għal perjodu indefinit, il-persunal bil-kuntratt fil-grupp tal-funzjoni IV ikun meħtieġ juri l-abbiltà li jaħdem b'tielet lingwa minn fost dawk riferuti fl-Artikolu 314 tat-Trattat tal-KE. Ir-regoli komuni dwar l-aċċess għat-taħriġ u l-modalitajiet ta' l-istima msemmija fl-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija.

4.  Il-persunal bil-kuntratt iridu jkunu servew perjodu ta' prova skond l-Artikolu 84 qabel ma jiġġedded kuntratt għal perjodu indefinit.

Artikolu 86

1.  Il-persunal bil-kuntratt riferuti fl-Artikolu 3a ikunu reklutati

(i) fil-gradi 13, 14, jew 16 għall-grupp tal-funzjoni IV,

(ii) fil-gradi 8, 9, jew 10 għall-grupp tal-funzjoni III,

(iii) fil-gradi 4 jew 5 għall-grupp tal-funzjoni II,

(iv) fil-grad 1 għall-grupp tal-funzjoni I.

Il-klassifikazzjoni tat-tali persunal bil-kuntratt ġewwa kull grupp tal-funzjoni għandha tikkunsidra l-kwalifiki u l-esperjenza tal-persuni kkonċernati. Biex ikunu indirizzati l-bżonnijiet speċifiċi ta' l-istituzzjonijiet, il-kondizzjonijiet tas-suq tax-xogħol li jeżistu fil-Komunità jistgħu jkunu kkunsidrati wkoll. Fil-grad tagħhom, it-tali persunal bil-kuntratt għandu jkun reklutat fl-ewwel skala.

2.  Fejn membru tal-persunal bil-kuntratt riferut fl-Artikolu 3a jmur għal posizzjoni ġdida ġewwa l-grupp tal-funzjoni, ma jkunx ikklassifikat fi grad jew skala anqas mill-posizzjoni li kell qabel.

Meta membru tat-tali persunal bil-kuntratt imur fi grupp ogħla tal-funzjoni, ikun ikklassifikat fi grad u skala tali li r-remunerazzjoni tiegħu hija mill-anqas daqs dik li għaliha kien intitolat taħt il-kuntratt ta' qabel.

L-istess disposizzjonijiet għandhom japplikaw fejn il-membru tat-tali persunal bil-kuntratt jikkonkludi kuntratt ġdid ma' istituzzjoni jew korp immedjatament wara kuntratt preċedenti għat-tali persunal bil-kuntratt ma' istituzzjoni jew korp differenti.

Artikolu 87

1.  L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar ir-rapporti, għandu japplika b'analoġija għall-persunal bil-kuntratt riferut fl-Artikolu 3a ingaġġat għal perjodu ta' mhux anqas minn sena.

2.  Membru tal-persunal bil-kuntratt riferut fl-Artikolu 3a li kien fi skala waħda fil-grad tiegħu għal sentejn għandu awtomatikament jitla' għall-iskala li jmiss f'dak il-grad.

3.  Fil-każ tal-persunal bil-kuntratt riferut fl-Artikolu 3a, il-klassifikazzjoni fl-ogħla grad li jmiss fl-istess grupp tal-funzjoni għandha tkun b'deċiżjoni ta' l-awtorità riferuta fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6. Għandha ssir billi t-tali persunal bil-kuntratt ikun ikklassifikat fl-ewwel skala ta' l-ogħla grad li jmiss. It-tali promozzjoni għandha tkun esklussivament bl-għażla fost il-persunal bil-kuntratt riferut fl-Artikolu 3a b'kuntratt ta' mill-anqas tliet snin, li għamlu perjodu minimu ta' sentejn fil-grad tagħhom, wara konsiderazzjoni tal-meriti komparabbli tat-tali persunal bil-kuntratt eliġibbli għal promozzjoni għal grad ogħla u tar-rapporti dwarhom. L-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tapplika b'analoġija.

4.  Membru tal-persunal bil-kuntratt riferut fl-Artikolu 3a jista' jaqleb għal grupp ogħla tal-funzjoni biss bil-parteċipazzjoni ta' proċedura ġenerali ta' l-għażla.



IL-KAPITOLU 5

Disposizzjonijiet speċjali għall-membri tal-persunal bil-kuntratt riferuti fl-artikolu 3b

Artikolu 88

Fil-każ tal-persunal bil-kuntratt riferuti fl-Artikolu 3b:

(a) il-kuntratti jkunu konklużi għal perjodu stabbilit; ikunu jiġġeddu;

(b) il-perjodu attwali ta' l-impieg f'istitituzzjoni, inkluż kull perjodu għat-tiġdid, ma jaqbiżx it-tliet snin.

Il-perjodi koperti minn kuntratt bħala membru tal-persunal bil-kuntratt riferuti fl-Artikolu 3a m'għandhomx jingħaddu għall-iskopijiet tal-konklużjoni jew tiġdid tal-kuntratti taħt dan l-Artikolu.

Artikolu 89

1.  Il-persunal bil-kuntratt riferut fl-Artikolu 3b jista' jkun reklutat f'kull grad tal-gruppi tal-funzjoni II, III, u IV, kif riferut fl-Artikolu 80, wara li jkunu kkunsidrati l-kwalifiki u l-esperjenza tal-persuni kkonċernati. Biex ikunu indirizzati l-bżonnijiet speċifiċi ta' l-istituzzjonijiet, il-kondizzjonijiet tas-suq tax-xogħol li jeżistu fil-Komunità jistgħu jkunu kkunsidrati wkoll. Fil-grad tagħhom, it-tali persunal bil-kuntratt għandu jkun reklutat fl-ewwel skala.

2.  Membru tal-persunal bil-kuntratt riferut fl-Artikolu 3b li kien fi skala waħda fil-grad tiegħu għal sentejn għandu awtomatikament jitla' għall-iskala li jmiss f'dak il-grad.

Artikolu 90

B'mod ta' deroga mid-disposizzjoni ta'dan it-titolu, interpreti tal-konferenzi ngaġġati mill-Parlament Ewropew jew ingaġġati mill-Kummissjoni f'isem l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom ikunu suġġetti għall-kondizzjonijiet imniżżla fil-Ftehim tat-28 ta' Lulju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja, f'isem l-istituzzjonijiet, minn naħa waħda, u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw il-professjoni, min-naħa l-oħra.

L-emendi ta' dak il-Ftehim meħtieġa bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru/2004 ( 8 ) għandhom ikunu adottati qabel il-31 ta' Diċembru 2006 skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 78. L-emendi għal dak il-Ftehim wara l-31 ta' Diċembru 2006 għandhom ikunu adottati bil-ftehim bejn l-istituzzjonijiet.



IL-KAPITOLU 6

Kondizzjonijiet tax-xogħol

Artikolu 91

L-Artikoli 16 sa 18 għandhom japplikaw b'analoġija.



IL-KAPITOLU 7

Remunerazzjoni u spejjeż

Artikolu 92

L-Artikoli 19 sa 27 għandhom japplikaw b'analoġija suġġetti għall-emendi ppreżentati fl-Artikolu 93 u 94.

Artikolu 93

L-iskali tas-salarji bażiċi jkunu kif ipprovduti fit-tabella li ġejja:

▼M122



GRUPP OPERATTIV

1.7.2008

PASS

GRAD

1

2

3

4

5

6

7

IV

18

5 618,70

5 735,55

5 854,82

5 976,58

6 100,87

6 227,74

6 357,25

17

4 965,96

5 069,23

5 174,64

5 282,26

5 392,10

5 504,24

5 618,70

16

4 389,04

4 480,31

4 573,49

4 668,59

4 765,68

4 864,79

4 965,96

15

3 879,15

3 959,82

4 042,17

4 126,23

4 212,03

4 299,63

4 389,04

14

3 428,49

3 499,79

3 572,57

3 646,87

3 722,70

3 800,12

3 879,15

13

3 030,19

3 093,21

3 157,53

3 223,19

3 290,22

3 358,65

3 428,49

III

12

3 879,08

3 959,75

4 042,09

4 126,14

4 211,95

4 299,53

4 388,94

11

3 428,46

3 499,75

3 572,53

3 646,82

3 722,65

3 800,06

3 879,08

10

3 030,18

3 093,19

3 157,51

3 223,17

3 290,20

3 358,62

3 428,46

9

2 678,17

2 733,86

2 790,71

2 848,74

2 907,98

2 968,45

3 030,18

8

2 367,05

2 416,27

2 466,52

2 517,81

2 570,17

2 623,61

2 678,17

II

7

2 678,11

2 733,81

2 790,67

2 848,71

2 907,97

2 968,45

3 030,19

6

2 366,93

2 416,16

2 466,42

2 517,72

2 570,08

2 623,54

2 678,11

5

2 091,91

2 135,42

2 179,84

2 225,18

2 271,46

2 318,70

2 366,93

4

1 848,85

1 887,30

1 926,56

1 966,63

2 007,53

2 049,29

2 091,91

I

3

2 277,64

2 324,91

2 373,16

2 422,41

2 472,69

2 524,01

2 576,39

2

2 013,53

2 055,32

2 097,98

2 141,52

2 185,96

2 231,33

2 277,64

1

1 780,05

1 816,99

1 854,70

1 893,20

1 932,49

1 972,59

2 013,53

▼M112

Artikolu 94

Minkejja l-Artikolu 24(3), il-benefiċċju għall-istallazzjoni pprovdut fil-paragrafu 1 u l-benefiċċju ta' tgħammir mill-ġdid ipprovdut fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu m'għandux ikun anqas minn:

▼M122

 EUR 807,93 għal ħaddiem intitolat għall-benefiċċju tal-familja;

 EUR 479,00 għal ħaddiem li mhux intitolat għall-benefiċċju tal-familja.

▼M112



IL-KAPITOLU 8

Benefiċċji tas-sigurtà soċjali



Taqsima A:

Assigurazzjoni kontra l-mard u l-inċidenti, benefiċċji tas-sigurta soċjali

Artikolu 95

L-Artikolu 28 għandu japplika b'analoġija. Madankollu, l-Artikolu 72(2) u (2a) tar-Regolamenti tal-Persunal m'għandhomx japplikaw għal membru tal-persunal bil-kuntratt, li baqa' fis-servizz tal-Komunità sa l-età ta' 63 sena, sakemm ma kienx impjegat għal aktar minn tliet snin bħala membru tat-tali persunal.

Artikolu 96

1.  Dak li kien membru tal-persunal bil-kuntratt li jispiċċa bla xogħol meta s-servizz tiegħu ma' istituzzjoni tal-Komunità jispiċċa, u:

(a) li ma jirċevix pensjoni ta' l-irtirar jew benefiċċju ta' l-invalidità mill-Komunità,

(b) li s-servizz tiegħu ma spiċċax b'riżenja jew bil-kanċellament tal-kuntratt minħabba raġunijiet dixxiplinarji,

(ċ) li ħadem minimu ta' sitt xhur servizz,

(d) li huwa residenti fi Stat Membru,

għandu jkun eliġibbli għal benefiċċju tal-qgħad fix-xahar bil-kondizzjonijiet imniżżlin hawn taħt

Fejn huwa intitolat għal benefiċċji tal-qgħad taħt skema nazzjonali, huwa obbligat jiddikjara dan lill-istituzzjoni li kien magħha, li għandha tavża lill-Kummissjoni minufih b'dan. Fit-tali każijiet, l-ammont ta' dawk il-benefiċċji għandu jitnaqqas mill-benefiċċju mħallas taħt il-paragrafu 3.

2.  Biex ikun eliġibbli għall-benefiċċju tal-qgħad, dak li qabel kien membru tal-persunal bil-kuntratt għandu:

(a) jkun irreġistrat, fuq it-talba tiegħu stess, li qed ifittex xogħol ma' l-awtoritajiet ta' l-impieg ta' l-Istati Membri fejn jistabbilixxi r-residenza tiegħu;

(b) jħares l-obbligi mniżżla mill-liġi ta' dak l-Istat Membru għall-persuni li jirċievu l-benefiċċji tal-qgħad taħt dik il-liġi;

(ċ) jibgħat kull xahar lill-istituzzjoni li kien magħha, li mill-ewwel għandha tgħaddih lill-Kummissjoni, ċertifikat maħruġ mill-awtorità nazzjonali kompetenti ta' l-impieg li jgħid jekk ħarisx l-obbligi u l-kondizzjonijiet riferuti f'(a) u (b) jew le.

Il-benefiċċju jista' jingħata jew ikun mantnut mill-Komunità, anki meta l-obbligi nazzjonali riferuti taħt (b) ma tħarsux, f'każijiet ta' mard, aċċident, maternità, invalidità jew sitwazzjoni rikonoxxuta li hija simili, jew meta awtorità nazzjonali, kompetenti biex twettaq dawk l-obbligi, tat dispensa.

Wara li jikseb l-opinjoni tal-kumitat ta' l-esperti, il-Kummissjoni għandha tniżżel it-tali dispożizzjonijiet li tqis meħtieġa biex ikun applikat dan l-Artikolu.

3.  Il-benefiċċju tal-qgħad għandu jkun stabbilit b'riferenza għas-salarju bażiku miksub minn dak li qabel kien membru tal-persunal bil-kuntratt fil-mument tat-tmiem tas-servizz tiegħu. Il-benefiċċju għandu jkun stabbilit bħala:

(a) 60 % tas-salarju bażiku għal perjodu inizjali ta' tnax-il xahar,

(b) 45 % tas-salarju bażiku għat-tlettax sa l-erbgħa u għoxrin xahar,

(ċ) 30 % tas-salarju bażiku għal-ħamsa u għoxrin sas-sitta u tletin xahar.

Minbarra matul il-perjodu inizjali ta' sitt xhur, li fih l-iżgħar limitu speċifikat hawn taħt huwa applikabbli iżda l-ogħla limitu m'huwiex, l-ammonti maħduma hekk la jistgħu jkunu anqas minn ►M122  EUR 966,15 ◄ u lanqas jaqbżu ►M122  EUR 1 932,29 ◄ . Dawn il-limiti għandhom ikunu aġġustati, bl-istess mod bħall-iskali tas-salarji ppreżentati fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, skond l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.  Il-perjodu li matulu jitħallas il-benefiċċju tal-qgħad lil dak li qabel kien membru tal-persunal bil-kuntratt ma jistax ikun aktar minn 36 xahar mid-data tat-tmiem tas-servizz u fl-ebda każ ma jaqbeż l-ekwivalent ta' terz tat-tul attwali tas-servizz li tlesta. Madankollu, jekk matul dan il-perjodu dak li qabel kien membru tal-persunal bil-kuntratt ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafi 1 u 2, il-pagament tal-benefiċċju tal-qgħad ikun sospiż. Il-pagament jerġa' jibda jekk, qabel jispiċċa dak il-perjodu, dak li qabel kien membru tal-persunal bil-kuntratt jerġa' jibda jħares it-tali kondizzjonijiet u m'huwiex intitolat għal benefiċċju nazzjonali tal-qgħad.

5.  Dak li qabel kien membru tal-persunal bil-kuntratt li huwa eliġibbli għall-benefiċċju tal-qgħad, għandu jkun intitolat għall-benefiċċji tal-familja pprovduti fl-Artikolu 67 tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-benefiċċju tal-familja jinħadem fuq il-bażi tal-benefiċċji tal-qgħad taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 1 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Il-persuna kkonċernata tkun obbligata li tiddikjara kull benefiċċju ta' l-istess ti imħallas minn sorsi oħra lilha jew lis-sieħeb tagħha; it-tali benefiċċji għandhom jitnaqqsu minn dawk li għandhom jitħallsu fuq bażi ta' dan l-Artikolu.

Dak li qabel kien membru tal-persunal bil-kuntratt li huwa eliġibbli għall-benefiċċju tal-qgħad, għandu jkun intitolat, kif ipprovdut fl-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal, għal kopertura ta' l-assigurazzjoni kontra l-mard mingħajr ma jkollu jagħmel kontribuzzjoni.

6.  Il-benefiċċju tal-qgħad u l-benefiċċji tal-familja għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni f'euro. L-ebda koeffiċjent tal-korrezzjoni ma jkun applikabbli.

7.  Il-membri tal-persunal bil-kuntratt għandhom jikkontribwixxu terz ta' l-iffinanzjar ta' l-iskema ta' l-assigurazzjoni kontra l-qgħad. Dik il-konribuzzjoni għandha tkun stabbilita bħala 0,81 % tas-salarju bażiku tal-persuna kkonċernata wara li jitnaqqas benefiċċju standard ta' ►M122  EUR 878,32 ◄ u mingħajr ma jkunu kkunsidrati l-koeffiċjenti tal-korrezzjoni pprovduti fl-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-kontribuzzjoni għandha titnaqqas kull xahar mis-salarju tal-persuna kkonċernata u mħallsa, flimkien maż-żewġ terzi li jibqa' li tħallashom l-istituzzjoni, f'Fond Speċjali għall-Qgħad. Dan il-Fond għandu jkun komuni għall-istituzzjonijiet u dawn ta' l-aħħar għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni kull xahar, mhux aktar tard minn tmint ijiem wara l-pagament tar-remunerazzjonijiet. L-ispejjeż kollha li jinħolqu mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu awtorizzati u mħallsa mill-Kummissjoni skond id-disposizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju li jirregola l-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

8.  Il-benefiċċji tal-qgħad imħallsa lil dawk li qabel kienu membri tal-persunal bil-kuntratt li m'humiex impjegati jkunu suġġetti għar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68.

9.  Id-dipartimenti nazzjonali bir-responabbiltà għall-impieg u l-qgħad, li jaġixxu skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw flimkien b'manjiera effettiva biex jiżguraw li dan l-Artikolu ikun applikat sewwa.

10.  L-arranġamenti dettaljati adottati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 28a(10) ikunu applikabbli għal dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

11.  Sena wara l-introduzzjoni ta' din l-iskema ta' l-assigurazzjoni kontra l-qgħad u kull sentejn wara, il-Kummissjoni għandu jippreżenta l-Kunsill b'rapport dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-iskema. Indipendement minn dan ir-rapport, il-Kummissjoni jista' jippreżenta proposti lill-Kunsill biex jaġġusta l-kontribuzzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 7 jekk dan meħtieħ fl-interessi tal-bilanċ ta' l-iskema. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq il-proposti skond il-paragrafu 3.

Artikolu 97

L-Artikolu 74 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar l-għotja tat-twelid, u l-Artikolu 75 tar-Regolamenti tal-persunal, dwar is-supposizzjoni ta' obbligu mill-istituzzjoni lejn l-ispejjeż riferuti fih, għandhom japplikaw b'analoġija.

Artikolu 98

L-Artikolu 76 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar ir-rigali, self u avvanzi, għandu japplika b'analoġija għall-persunal bil-kuntratt matul il-perjodu tal-kuntratt tagħhom, jew wara li jiskadi l-kuntratt fejn, bħala riżultat ta' mard serju li ħa, jew diżabilità, jew aċċident li sofra, matul l-impieg tiegħu, il-membru tal-persunal bil-kuntratt huwa inkapaċi li jaħdem u juri li t-tali mard jew aċċident mhux kopert minn skema oħra tas-sigurtà soċjali.



Taqsima B:

Assigurazzjoni kontra r-riskju ta' l-invalidita' u l-mewt

Artikolu 99

Il-persunal bil-kuntratt għandu jkun assigurat skond id-disposizzjonijiet li ġejjin kontra r-riskju tal-mewt jew l-invalidità li jiġri matul l-impieg tagħhom.

Il-pagamenti u l-benefiċċji pprovduti f'din it-Taqsima għandhom ikunu sospiżi jekk ir-remunerazzjoni li jirċievi membru tat-tali persunal dwar l-impieg tiegħu hija sospiża taħt dawn il-kondizzjonijiet ta' l-impieg.

Artikolu 100

Meta l-eżami mediku li sar qabel ikun ingaġġat membru tal-persunal bil-kuntratt, juri li qed isofri minn mard jew invalidità, l-awtorità riferuta fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6, sa fejn jidħlu r-riskji li jinqalgħu mit-tali mard jew invalidità, tista' tiddeċiedi li tagħtih benefiċċji garantiti dwar il-benefiċċji jew mewt biss wara perjodu ta' ħames snin mid-data ta' meta jidħol fis-servizz ta' l-istituzzjoni.

Il-membru tal-persunal bil-kuntratt jista' jappella kontra din id-deċiżjoni lill-Kumitat ta' l-Invalidità pprovdut fil-paragrafu 10(b) ta' l-Artikolu 9 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 101

1.  Membru tal-persunal bil-kuntratt li jsofri minn invalidità totali u li, minħabba dik ir-raġuni, huwa kostrett li jissospendi l-impieg ma' l-istituzzjoni, għandu jkun intitolat, sakemm iddum l-invalidità, għal benefiċċju ta' l-invalidità, li l-ammont tiegħu jkun stabbilit kif ġej.

L-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija għar-riċevituri tal-benefiċċju ta' l-invalidità. Jekk ir-riċevitur ta' benefiċċju ta' l-invalidità, jirtira qabel ma jagħlaq il-65 sena, mingħajr ma rċieva l-intitolament massimu tal-pensjoni, ir-regoli ġenerali dwar il-pensjonijiet ta' l-irtirar għandhom ikunu applikati. L-ammont tal-pensjoni ta' l-irtirar għandu jkun ibbażat fuq is-salarju tal-grad u l-iskala okkupati mill-membru tal-persunal bil-kuntratt meta sar invalidu.

2.  Il-benefiċċju ta' l-invalidità għandu jkun 70 % ta' l-aħħar s-salarju bażiku tal-membru tal-persunal bil-kuntratt. Madankollu, ma jkunx anqas mis-salarju bażiku fix-xahar ta' membru tal-persunal bil-kuntratt fil-grupp tal-funzjoni I, grad 1, skala 1. Il-benefiċċju ta' l-invalidità għandu jkun suġġett għall-kontribuzzjonijiet ta' l-iskema tal-pensjoni, maħdum fuq il-bażi ta' dak il-benefiċċju.

3.  Meta l-invalidità tal-membru tal-persunal bil-kuntratt tinħoloq minn aċċident matul jew f'konnessjoni mal-qadi tad-dmirijiet tiegħu, minn mard ikkaġunat mix-xogħol, minn att ta' spirtu pubbliku jew jipperikola ħajtu biex isalva bniedem ieħor, il-benefiċċju ta' l-invalidità ma jkunx anqas minn 120 % tas-salarju bażiku fix-xahar ta' membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp tal-funzjoni I, grad 1, skala 1. Fit-tali każijiet, il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni għandhom jitħallsu mill-estimi ta' min kien iħaddmu qabel.

4.  Fil-każ ta' invalidità li deliberatament inġibet mill-membru tal-persunal bil-kuntratt, l-awtorità riferuta fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 tista' tiddeċiedi li għandu jirċievi biss l-għotja pprovduta fl-Artikolu 109.

5.  Il-persuni intitolati għal benefiċċju ta' l-invalidità għandhom ikunu intitolati wkoll għall-benefiċċji tal-familja pprovduti fl-Artikolu 67 tar-Regolamenti tal-Persunal skond l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-benefiċċju tal-familja għandu jkun stabbilit fuq bażi tal-benefiċċju tar-riċevitur.

Artikolu 102

1.  L-invalidità għandha tkun stabbilita mill-Kumitat ta' l-Invalidità pprovduta fil-punt (b) ta' l-Artikolu 9 tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.  L-intitolament għall-benefiċċju ta' l-invalidità jidħol fis-seħħ fil-ġurnata meta l-impieg tal-membru tal-persunal bil-kuntratt jintemm skond l-Artikoli 47 u 48, li huma applikabbli b'analoġija.

3.  L-istituzzjoni riferuta fl-Artikolu 40 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tista' teħtieġ eżamijiet perjodiċi tar-riċevitur ta' benefiċċju ta' l-invalidità biex tistabbilixxi li għadu jħares il-kondizzjonijiet għall-pagament ta' dak il-benefiċċju. Jekk il-Kumitat ta' l-Invalidità jsib li dawn il-kondizzjonijiet m'għadhomx jitħarsu, il-membru tal-persunal bil-kuntratt għandu jerġa' jibda jaħdem ma' l-istituzzjoni, sakemm il-kuntratt tiegħu għadu ma skadiex.

Madankollu, jekk ikun impossibbli li l-persuna kkonċernata tkun impjegata fis-servizz tal-Komunitajiet, il-kuntratt jista' jitwaqqaf suġġett għal pagament ta' ammont li jikkorrospondi mar-remunerazzjoni li kieku kienet titħallas matul il-perjodu ta' avviż u, fejn applikabbli, għall-kumpens talli ntemm il-kuntratt ipprovdut fl-Artikolu 47. L-Artikolu 109 għandu japplika wkoll.

Artikolu 103

1.  Il-persuni intitolati taħt membru mejjet tal-persunal bil-kuntratt, kif definit fil-Kapitolu 4 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, għandhom ikunu intitolati għal pensjoni għal min jibqa' ħaj, kif provdut fl-Artikolu 104 sa 107.

2.  Fil-każ tal-mewt ta' dak li qabel kien membru tal-persunal bil-kuntratt li jirċievi benefiċċju ta' l-invalidità, jew dak li qabel kien membru tal-persunal bil-kuntratt li jirċievi pensjoni ta' l-irtirar u li jħalli s-servizz qabel jagħlaq it-63 sena u jitlob li l-pensjoni ta' l-irtirar tiegħu tkun posposta għall-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih jagħlaq 63 sena, il-persuni intitolati taħt il-mejjet li qabel kien membru tal-persunal bil-kuntratt, kif definit fil-Kapitolu 4 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, għandhom ikunu intitolati għal pensjoni għal min jibqa' ħaj kif ipprovdut f'dak l-Anness.

3.  Meta ma jkunx magħruf għal aktar minn sena fejn qiegħed membru tal-persunal bil-kuntratt jew ta' dak li qabel kien membru tal-persunal bil-kuntratt li jirċievi benefiċċju ta' l-invalidità, jew pensjoni ta' l-irtirar, jew dak li qabel kien membru tal-persunal bil-kuntratt li jħalli s-servizz qabel jagħlaq it-63 sena u jitlob li l-pensjoni ta' l-irtirar tiegħu tkun posposta għall-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih jagħlaq 63 sena, id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu 5 u 6 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jieħdu ħsieb il-pensjonijiet temporanji, għandhom japplikaw b'analoġija għas-sieħeb tiegħu u għall-persuni rikonoxxuti bħala dipendenti tiegħu.

Artikolu 104

Id-dritt li jirċievu l-pagament tal-pensjoni jidħol fis-seħħ mill-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara dik li fih imut jew, fejn ikun il-każ, fl-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-perjodu li matulu s-sieħeb, l-orfni jew id-dipendenti tal-mejjet li għadhom ħajjin jirċievu s-salarju tiegħu taħt l-Artikolu 70 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 105

Is-sieħeb li jibqa' ħaj tal-membru tal-persunal bil-kuntratt għandu jkun intitolat għal pensjoni għal min jibqa' ħaj, skond il-Kapitolu 4 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-pensjoni m'għandhiex tkun anqas minn 35 % ta' l-aħħar salarju fix-xahar li rċieva l-membru tal-persunal bil-kuntratt, lanqas anqas mill-aħħar salarju fix-xahar fil-grupp tal-funzjoni I, grad 1, skala 1. Meta jmut membru tal-persunal bil-kuntratt, l-ammont tal-pensjoni għal min jibqa' ħaj għandu jiżdied għal 60 % tal-pensjoni ta' l-irtirar li l-membru tal-persunal bil-kuntratt kieku kien jitħallas kieku kkwalifika, ikun xi jkun it-tul tas-servizz jew l-età, għat-tali pensjoni fil-mument tal-mewt.

Il-persuna li tieħu pensjoni għal min jibqa' ħaj għandha tkun intitolata, bil-kondizzjonijiet imniżżla fl-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għall-benefiċċji tal-familja speċifikati fl-Artikolu 67 tar-Regolamenti tal-Persunal. Madankollu, il-benefiċċju tat-tfal dipendenti jkun id-doppju ta' dak ipprovdut fl-Artikolu 67(1)(b) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 106

1.  Meta membru tal-persunal bil-kuntratt jew persuna intitolata għal pensjoni ta' l-irtirar jew benefiċċju ta' l-invalidità, imut u ma jħalli l-ebda sieħeb intitolat għall-pensjoni għal min jibqa' ħaj, it-tfal meqjusa li huma dipendenti tal-mejjet għandhom ikunu intitolati għal pensjoni ta' l-orfni skond l-Artikolu 80 tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.  L-istess intitolment għandu japplika għat-tfal li jħarsu l-kondizzjonijiet t'hawn fuq fil-każ tal-mewt jew iż-żwieġ mill-ġdid ta' sieħeb li huwa intitolat għal pensjoni għal min jibqa' ħaj.

3.  Meta jmut membru tal-persunal bil-kuntratt jew persuna intitolata għal pensjoni ta' l-irtirar jew benefiċċju ta' l-invalidità, iżda l-kondizzjonijiet ippreżentati fil-paragrafu 1 ma jitħarsux, id-disposizzjonijiet tat-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 80 tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw.

4.  Fil-każ tal-mewt ta' dak li qabel kien membru tal-persunal bil-kuntratt, li jħalli s-servizz qabel jagħlaq it-63 sena u jitlob li l-pensjoni ta' l-irtrar tiegħu tkun posposta għall-ewwel ġurnata tax-xahar kalendarju ta' wara dak li fih jagħlaq 63 sena, it-tfal meqjusa dipendenti tiegħu skond l-Artikolu 2 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu intitolati għal pensjoni ta' l-orfni bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk ippreżentati rispettivament fil-paragrafi ta' qabel.

5.  Il-pensjoni ta' l-orfni ta' persuna meqjusa bħala tifel dipendenti kif definit fl-Artikolu 2(4) ta' l-Anness VII tar-Regolameti tal-Persunal, ma jistax jaqbeż ammont daqs id-doppju tal-benefiċċju tat-tfal dipendenti. Madankollu, l-intitolament għall-pensjoni għandu jieqaf jekk terza persuna hija responsabbli għall-manteniment taħt il-liġijiet nazzjonali applikabbli.

6.  L-ebda pensjoni ta' l-orfni ma titħallas fejn ġenitur naturali li nbidel minn ġenitur adottiv imut.

7.  L-orfni għandhom ikunu intitolati għal benefiċċju ta' l-edukazzjoni skond l-Artikolu 3 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 107

Fil-każ ta' divorzju jew fejn hemm aktar minn kategorija waħda ta' min baqa' ħaj, li jikkwalifika biex jieħu l-pensjoni għal min jibqa' ħaj, it-tali pensjoni għandha titqassam fil-mod ipprovdut fil-Kapitolu 4 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 108

Ir-regoli relatati mal-massimi u t-tqassim ippreżentati fl-Artikolu 81a tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija.



Taqsima Ċ:

Pensjoni ta' rtirar u għotja għal firda

Artikolu 109

1.  Malli jitlaq mis-servizz, persunal bil-kuntratt għandu jkun intitolat għal pensjoni ta' l-irtirar, trasferiment ta' ekwivalenza attwarjali jew il-pagament ta' għotja għall-firda skond il-Kapitolu 3 tat-Titolu V ta', u l-Anness VIII ta', ir-Regolamenti tal-Persunal. Meta l-membru tal-persunal bil-kuntratt ikun intitolat għal pensjoni ta' l-irtirar, id-drittijiet tiegħu għal pensjoni m'għandhomx ikopru l-perjodi li jikkorrospondu għall-kontribuzzjonijiet imħallsa taħt l-Artikolu 112 ta' dawn il-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg.

2.  L-Artikolu 11(2) u (3) ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija għall-persunal bil-kuntratt.

3.  Persuna li ssir intitolata għal pensjoni ta' l-irtirar għandha tkun intitolata, jekk kienet impjegata għal aktar minn tliet snin bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, għall-benefiċċji tal-familja pprovduti fl-Artikolu 67 tar-Regolamenti tal-Persunal; il-benefiċċju tal-familja għandha tinħadem fuq il-bażi tal-pensjoni tar-riċevitur.

Artikolu 110

1.  Jekk membru tal-persunal bil-kuntratt jinħatar uffiċjal jew ħaddiem temporanju tal-Komunitajiet, m'għandux jirċievi l-għotja pprovduta fl-Artikolu 109(1).

Kull perjodu tas-servizz tal-persunal bil-kuntratt ta' waħda mill-Komunitajiet għandu jkun ikkunsidrat bil-għan li jinħadmu s-snin tas-servizz tal-pensjoni kif ipprovdut fl-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.  Fejn l-istituzzjoni eserċitat l-opzjoni pprovduta fl-Artikolu 112, id-drittijiet tal-pensjoni ta' l-irtirar tal-membru tal-persunal bil-kuntratt għandhom jitnaqqsu proporzjonalment dwar il-perjodu li fih is-somom inġibdu.

3.  Il-paragrafu ta' qabel m'għandux japplika għall-membru tal-persunal bil-kuntratt li, fit-tliet xhur ta' wara l-applikazzjoni fuqu tar-Regolamenti tal-Persunal, jitlob li jitħalla jħallas it-tali somom bl-addizzjoni ta' mgħax kompost bir-rata ta' ►M113  3,9 % ◄ fis-sena, li tista' tkun riveduta wara l-proċedura mniżżla fl-Artikolu 12 ta' l-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal.



Taqsima D:

Iffinanzjar ta' l-iskema ta' l-assigurazzjoni ta' l-invalidita' u l-Ħajja u ta' l-iskema tal-pensjoni

Artikolu 111

Rigward l-iffinanzjar ta' l-iskema tas-sigurtà soċjali pprovduta fit-Taqsimiet B u Ċ, id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 83 u 83a tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 36 u 38 ta' l-Anness VIII tiegħu għandhom japplikaw b'analoġija.

Artikolu 112

Skond il-kondizzjonijiet imniżżla mill-istituzzjoni, membru tal-persunal bil-kuntratt jista' jitlob 'l-istituzzjoni biex tagħmel xi pagamenti li huwa meħtieġ jagħmel sabiex jikkostitwixxu jew iżomm id-drittijiet tal-pensjoni, l-assigurazzjoni kontra l-qgħad, l-assigurazzjoni ta' l-invalidità, l-assigurazzjoni tal-ħajja u l-assigurazzjoni kontra l-mard fil-pajjiż fejn kien kopert l-aħħar mit-tali skemi. Matul il-perjodu ta' dawn il-kontribuzzjoijiet, il-membru tal-persunal bil-kuntratt ma jibbenefikax mill-iskema tal-Komunità ta' l-assigurazzjoni kontra l-mard. Barra minn hekk, għall-perjodu li jikkorrospondi ma' dawn il-kontribuzzjonijiet, il-membru tal-persunal bil-kuntratt m'għandux ikun kopert mill-iskemi tal-Komunità ta' l-assigurazzjoni tal-ħajja u ta' l-invalidità, u ma jakkwistax drittijiet taħt l-iskemi tal-Komunità ta' l-assigurazzjoni kontra l-qgħad u tal-pensjoni.

Il-perjodu attwali tat-tali pagamenti għal kull membru tal-persunal bil-kuntratt m'għandux jaqbeż is-6 xhur. Madankollu, l-istituzzjoni tista' tiddeċiedi li testendi dan il-perjodu għal sena. Il-pagamenti għandhom jitħallsu mill-estimi tal-Komunitajiet. Il-pagamenti biex jikkostitwixxu jew iżommu drittijiet tal-pensjoni m'għandhomx jaqbżu darbtejn daqs ir-rata pprovduta fl-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.



Taqsima E:

Ħlas ta' talbiet minn persUnal BIL-KUNTRATT

Artikolu 113

L-Artikoli 40 sa 44 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija.



Taqsima F:

Ħlas ta' benefiċċji

Artikolu 114

1.  L-Artikolu 81a u 82 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 45 ta' l-Anness VIII tiegħu, dwar il-pagament tal-benefiċċji, għandhom japplikaw b'analoġija.

2.  Kull somma dovuta minn membru tal-persunal bil-kuntratt lill-Komunitajiet taħt din l-iskema ta' l-assigurazzjoni fid-data meta l-benefiċċji huma pagabbli, titnaqqas mill-ammont tal-benefiċċju tiegħu jew mill-benefiċċji pagabbli lil dawk intitolati taħtu fil-mod kif stabbilit mill-istituzzjoni riferuta fl-Artikolu 45 ta' l-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal. It-tnaqqis jista' jitqassam fuq numru ta' xhur.



Taqsima G:

Subrogazzjoni favur il-Komunità

Artikolu 115

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 85a tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar is-subrogazzjoni favur il-Komunità, għandhom japplikaw b'analoġija.



IL-KAPITOLU 9

Rkuprar ta' pagament mhux dovut

Artikolu 116

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal dwar l-irkuprar ta' pagament mhux dovut għandhom japplikaw.



IL-KAPITOLU 10

Appelli

Artikolu 117

Id-disposizzjonijiet tat-Titolu VII tar-Regolamenti tal-Persunal dwar l-appelli għandhom japplikaw b'analoġija.



IL-KAPITOLU 11

Disposizzjonijiet speċjali u eċċezzjonali applikabbli għall-membri tal-persunal bil-kuntratt li jservu f'terza pajjiż

Artikolu 118

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 sa 16 u 19 sa 25 ta' l-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija għall-persunal bil-kuntratt li jservu f'pajjiżi terzi. Madankollu, l-Artikolu 21 ta' dak l-Anness għandu japplika biss jekk il-kuntratt huwa għal anqas minn sena.



IL-KAPITOLU 12

Tmiem ta' l-impieg

Artikolu 119

L-Artikoli 47 sa 50a għandhom japplikaw b'analoġija għall-persunal bil-kuntratt.

Fil-każ ta' proċeduri dixxiplinarji kontra membru tal-persunal bil-kuntratt, il-Bord Dixxiplinarju riferut fl-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-Artikolu 49 ta' dawn il-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg, għandhom jiltaqgħu b'żewġ membri addizzjonali ta' l-istess grupp tal-funzjoni u grad bħall-membru kkonċernat tal-persunal bil-kuntratt. Dawn iż-żewġ membri addizzjonali għandhom jinħatru skond proċedura ad hoc miftehma mill-awtorità riferuta fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 ta' dawn il-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg u l-Kumitat tal-Persunal.

▼B



TITOLU ►M112  V ◄

PERSUNAL LOKALI

Artikolu ►M112  120 ◄

Suġġġetti għad-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu, il-kondizzjonijiet ta' l-impieg tal-persunal lokali, b'mod partikolari:

(a) il-manjiera ta' l-ingaġġ tagħhom u t-tmiem tal-kuntratt tagħhom,

(b) il-leavetagħhom, u

(ċ) ir-remunerazzjoni tagħhom

għandhom ikunu stabbiliti minn kull istituzzjoni skond ir-regoli u l-prattika kurrenti fil-post fejn għandhom jaqdu dmirijiethom.

Artikolu ►M112  121 ◄

Dwar is-sigurtà soċjali, l-istituzzjoni għandha tkun responsabbli għall-parti ta' min iħaddem tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali taħt ir-regolamenti kurrenti fil-post fejn il-ħaddiem għandu jaqdi d-dmirijiet tiegħu.

▼M112

L-Artikolu 122

Kull tilwima bejn l-istituzzjoni u membru tal-persunal lokali li jservi f'pajjiż terz tintbagħat quddiem bord ta' arbitraġġ bil-kondizzjonijiet definiti fil-klawżola ta' l-arbitraġġ li tinsab fil-kuntratt tal-membru tal-persunal lokali.

▼B



TITOLU ►M112  VI ◄

KONSULENTI SPEĊJALI

Artikolu ►M112  123 ◄

1.  Ir-remunerazzjoni tal-konsulenti speċjali għandu tkun stabbilita bil-ftehim dirett bejn il-konsulent ikkonċernat u l-awtorità msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6. Il-kuntratt tal-konsulent speċjali għandu jkun għall-perjodu li ma jaqbiżx is-sentejn. Għandu jkun jiġġedded

2.  Istituzzjoni li biħsiebha tirrekluta konsulent speċjali jew iġġedded il-kuntratt tiegħu għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti ta' l-estimi, u tispeċifika r-remunerazzjoni maħsuba.

Qabel il-kuntratt huwa finalment konkluż għandu jkun hemm skambju ta' opinjonijiet ma' l-awtorità kompetenti ta' l-estimi dwar ir-remunerazzjoni proposta jekk fi żmien xahar wara d-data tan-notifika membru ta' dik l-awtorità jew l-istituzzjoni kkonċernata titlob hekk.

▼M112

L-Artikolu 124

L-Artikoli 1ċ, 1d, 11, 11a, 12 u 12a, l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 16, l-Artikoli 17, 17a, 19, 22, 22a u 22b, l-ewwel u t-tieni paragrafi ta' l-Artikolu 23 u tieni paragrafu ta' l-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar id-drittijiet u l-obbligi ta' l-uffiċjali, u l-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar l-appelli, għandhom japplikaw b'analoġija.

▼M112 —————

▼B



TITOLU VII

DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI

▼M112 —————

▼M112

L-Artikolu 125

Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg, l-Anness mehmuż iniżżel id-disposizzjonijiet transitorji applikabbli għall-impjegati ingaġġati bil-kuntratt, koperti minn dawn il-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg.

▼B



TITOLU VIII

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu ►M112  126 ◄

Suġġetti għall- ►M112  L-Artikolu 127 ◄ , id-disposizzjonijiet ġenerali biex idaħħlu fis-seħħ dawn il-kondizzjonijiet ta' l-impieg għandhom ikunu adottati minn kull istituzzjoni, wara li jkunu kkonsultati l-Kumitat tal-Persunal u l-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal tagħha, ipprovdut fl-Artikolu 10 tar-Regolamenti tal-Persunal.

L-amministrazzjoni ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet għandha tagħti għall-iskop biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' dawn il-kondizzjonijiet ta' l-impieg.

Artikolu ►M112  127 ◄

Id-disposizzjonijiet ġenerali li jdaħħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal, riferuti fl-Artikolu 110 ta' dawk ir-Regolamenti, għandhom japplikaw għall-ħaddiema koperti minn dawn il-kondizzjonijiet ta' l-impieg fejn bis-saħħa ta' dawn il-kondizzjonijiet ta' l-impieg, id-disposizzjonijiet tat-tali Regolamenti japplikaw għal dawk il-ħaddiema.

▼M112




L-ANNESS

Disposizzjonijiet transitorji applikabbli għall-persunal kopert mill-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' Ħaddiema oħra

Artikolu 1

1.  Id-disposizzjonijiet ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija għal ħaddiema oħra impjegati fit-30 t'April 2004.

2.  Għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2004 sat-30 t'April 2006, fil-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' Ħaddiema oħra:

(a) fl-ewwel inċiż tal-punt (b) ta' l-Artikolu 3, “grupp tal-funzjoni ta' l-assistenti (AST)” jinbidlu bi “kategoriji B u Ċ”;

(b) fit-tieni inċiż tal-punt (b) ta' l-Artikolu 3, “grupp tal-funzjoni ta' l-amministraturi (AD)” jinbidlu bi “kategorija A”, “AD 16 jew AD 15” jinbidlu bi “A*16 jew A*15” u “AD 15 jew AD 14” jinbidlu bi “A*15 jew A*14”.

Artikolu 2

1.  Skond il-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' ħaddiema oħra, l-awtorità riferuta fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg għandha toffri xogħol fuq perjodu indefinit bħala membru tal-persunal bil-kuntratt lil kull persuna impjegat mill-Komunitajiet fl-1 ta' Mejju 2004 taħt kuntratt ta' perjodu indefinit bħala membru tal-persunal lokali fl-Unjoni Ewropea jew bis-saħħa ta' leġislazzjoni nazzjonali f'waħda mill-aġenziji u l-entitajiet riferuti fl-Artikolu 3a(1)(b) u (ċ) tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg. L-offerta ta' l-impieg tkun ibbażata fuq stima tal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-ħaddiem bħala membru tal-persunal bil-kuntratt. Il-kuntratt ikkonċernat jidħol fis-seħħ l-aktar tard fl-1 ta' Mejju 2005. L-Artikolu 84 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ma japplikax għat-tali kuntratt.

2.  Jekk il-klassifikazzjoni tal-membru tal-persunal li jaċċetta l-offerta ta' kuntratt tirriżulta fi tnaqqis fir-remunerazzjoni, l-istituzzjoni tista' tħallas ammont addizzjonali, wara li tikkunsidra d-differenzi kurrenti bejn il-leġislazzjoni fiskali, tas-sigurtà soċjali u tal-pensjoni ta' l-Istat Membru ta' l-impieg u d-disposizzjonijiet relevanti applikabbli għall-membru tal-persunal bil-kuntratt.

3.  Kull istituzzjoni għandha tadotta d-disposizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 u 2 skond l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, kif meħtieġ.

4.  Membru tal-persunal li ma jaċċettax l-offerta riferuta fil-paragrafu 1 jista' jżomm ir-relazzjoni kuntrattwali ma' l-istituzzjoni.

Artikolu 3

Għal ħames snin wara l-1 ta' Mejju 2004, il-persunal lokali jew il-persunal bil-kuntratt tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li kellu l-istat ta' persunal lokali ta' dak is-Segretarjat Ġenerali qabel l-1 ta' Mejju 2004 jista' jieħu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-Kunsill bl-istess kondizzjonijiet bħall-uffiċjali u l-persunal temporanju ta' l-istituzzjoni.

Artikolu 4

Kuntratti għal perjodu fiss tal-persunal temporanju koperti mill-Artikolu 2(d) tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg li jeżistu fl-1 ta' Mejju 2004 jistgħu jiġġeddu. Fejn il-kuntratt diġà kien imġedded darba, il-kuntratt il-ġdid għandu jkun għal perjodu indefinit. Kuntratti kurrenti għal perjodu indefinit ta' persunal temporanju koperti mill-Artikolu 2(d) tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ma jkunux affettwati.

Artikolu 5

1.  Dak li qabel kien persunal temporanju li, fl-1 ta' Mejju, kien bla xogħol u kopert mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 28a ta' dawn il-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg applikabbli qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandu jkompli jkun kopert minn dawk id-disposizzjonijiet sa l-aħħar tal-perjodu tagħhom ta' qgħad.

2.  Il-persunal temporanju li l-kuntratt tiegħu għaddej fl-1 ta' Mejju, fuq it-talba tiegħu, jista' jkun kopert mill-Artikolu 28a ta' dawn il-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg applikabbli qabel l-1 ta' Mejju 2004. It-tali talba trid tintbagħat l-aktar tard sa 30 ġurnata kalendarja wara d-data meta jintemm il-kuntratt tagħhom tal-persunal temporanju.



( 1 ) ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p.8. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1750/2002 (ĠU L 264, tat-2.10.2002, p. 15)

( 2 ) ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 2. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2458/98 (ĠU L 307, 17.11.1998, p. 1).

( 3 ) ĠU L 264, tat-2.10.2002, p. 1.

( 4 ) ĠU L 264, tat-2.10.2002, p. 5.

( 5 ) ĠU L 264, tat-2.10.2002, p. 9.

( 6 ) ĠU L 280, tat-23.11.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2458/98 (ĠU L 307, tas-17.11.1998, p. 1)

( 7 ) ĠU L 280, tat-23.11.1995, p. 4. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) Nru 2458/98.

( 8 ) L-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet Uffiċjali għandhom idaħħlu n-numru ta' dan r-Regolament.

Top