This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0198
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/198 of 6 February 2015 amending Annex I to Regulation (EC) No 798/2008 as regards the entry for Canada in the list of third countries, territories, zones or compartments from which certain poultry commodities may be imported into or transit through the Union in relation to highly pathogenic avian influenza Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/198 tas- 6 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/198 tas- 6 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 33, 10.2.2015, p. 9–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692
10.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 33/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/198
tas-6 ta' Frar 2015
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE (1) tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman, u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1), l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati biss fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (highly pathogenic avian influenza — HPAI). |
(3) |
Il-Kanada hija elenkata fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għat-territorju kollu għal importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' prodotti tat-tjur. |
(4) |
Ftehim bejn l-Unjoni u l-Kanada (4) jistipula li f'każ ta' tifqigħa ta' marda fl-Unjoni jew fil-Kanada (“il-Ftehim”) għandu jintlaħaq malajr rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' reġjonalizzazzjoni. |
(5) |
Fl-4 ta' Diċembru 2014, il-Kanada kkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N2 fit-territorju tagħha u għaldaqstant ma tistax tibqa' titqies bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda. L-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada ssospendew immedjatament il-ħruġ ta' ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Il-Kanada implimentat ukoll politika ta' qerda biex tikkontrolla l-HPAI u tillimita t-tixrid tagħha. |
(6) |
Il-Kanada ppreżentat informazzjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħha u l-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Kanada, huwa xieraq li wieħed jikkonkludi li l-limitazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti lejn iż-żona affettwata mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħa attwali, għandha tkun biżżejjed biex tkopri r-riskji assoċjati mal-introduzzjoni tal-prodotti fl-Unjoni. |
(7) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).
(4) Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji li jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti tal-annimali kif approvat f'isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE (ĠU L 71, 18.3.1999, p. 3).
ANNESS
Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-annotazzjoni għall-Kanada tinbidel b'dan li ġej:
Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju |
Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment |
Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Status tas-sorveljanza tal-influwenza avjarja |
Status tat-tilqim tal-influwenza avjarja |
Status tal-kontroll tas-salmonella (7) |
|||||||||
Mudell(i) |
Garanziji addizzjonali |
Data tal-għeluq (1) |
Data tal-ftuħ (2) |
||||||||||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
6 A |
6 B |
7 |
8 |
9 |
|||||||
“CA — il-Kanada |
CA-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF |
|
|
|
|
|
|
|
|||||||
EP, E |
|
|
|
|
|
|
S4 |
||||||||||
|
CA-1 |
Il-pajjiż kollu bl-esklużjoni taż-żona CA-2 |
BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP |
|
N |
|
|
A |
|
S1, ST1 |
|||||||
WGM |
VIII |
|
|
|
|
|
|
||||||||||
POU, RAT |
|
N |
|
|
|
|
|
||||||||||
CA-2 |
Iż-żona tal-Kanada deskritta bħala ‘Żona Primarja ta' Kontroll’ delimitata minn dawn il-konfini:
|
WGM |
VIII |
P2 |
4.12.2014” |
|
|
|
|
||||||||
POU, RAT |
|
N P2 |