Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1206

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2014 tas- 7 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mit- 8 ta' Novembru 2014

    ĠU L 325, 8.11.2014, p. 14–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1206/oj

    8.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 325/14


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1206/2014

    tas-7 ta' Novembru 2014

    li jistabbilixxi d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mit-8 ta' Novembru 2014

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 183 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 (2) jipprevedi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 11 00, 1001 19 00, dak li kien il-kodiċi ex 1001 91 20 [il-qamħ komuni għaż-żrigħ], dak li kien il-kodiċi ex 1001 99 00 [il-qamħ komuni ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ], 1002 10 00, 1002 90 00, 1005 10 90, 1005 90 00, 1007 10 90 u 1007 90 00, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni tagħhom, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni tas-CIF applikabbli għall-kunsinna kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni.

    (2)

    L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu, kull tant żmien għandhom jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi tal-importazzjoni tas-CIF għall-prodotti kkonċernati.

    (3)

    Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, il-prezz tal-importazzjoni li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dak ir-Regolament huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni tas-CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu previst fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

    (4)

    Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu li jibda fit-8 ta' Novembru 2014, li jkunu applikabbli sa ma jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda.

    (5)

    Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Mit-8 ta' Novembru 2014, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta' Lulju 2010 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5).


    ANNESS I

    Id-dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 li japplikaw mit-8 ta' Novembru 2014

    Il-Kodiċi tan-NM

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Dazju tal-importazzjoni (1)

    (EUR/t)

    1001 11 00

    QAMĦ durum għaż-żrigħ

    0,00

    1001 19 00

    QAMĦ durum ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ

    0,00

    ta' kwalità medja minbarra dak għaż-żrigħ

    0,00

    ta' kwalità baxxa minbarra dak għaż-żrigħ

    0,00

    ex 1001 91 20

    QAMĦ komuni għaż-żrigħ

    0,00

    ex 1001 99 00

    QAMĦ komuni ta' kwalità għolja minbarra dak għaż-żrigħ

    0,00

    1002 10 00

    SEGALA għaż-żrigħ

    0,00

    1002 90 00

    SEGALA minbarra dik għaż-żrigħ

    0,00

    1005 10 90

    QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra l-qamħirrum ibridu

    0,00

    1005 90 00

    QAMĦIRRUM minbarra dak għaż-żrigħ (2)

    0,00

    1007 10 90

    SORGU tal-qamħ minbarra dak ibridu għaż-żrigħ

    0,00

    1007 90 00

    SORGU tal-qamħ minbarra dak għaż-żrigħ

    0,00


    (1)  Bl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010, l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fid-dazji ta':

    EUR 3 għal kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt ikun jinsab fil-Baħar Mediterran (lil hinn mill-Istrett ta' Ġibiltà) jew fil-Baħar l-Iswed u jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku jew permezz tal-Kanal ta' Suez,

    EUR 2 għal kull tunnellata, jekk il-port tal-ħatt ikun jinsab fid-Danimarka, fl-Estonja, fl-Irlanda, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja, fir-Renju Unit jew mal-kosta tal-Atlantiku tal-Peniżola Iberika u jekk il-merkanzija tasal fl-Unjoni mill-Oċean Atlantiku.

    (2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 għal kull tunnellata jekk jitħarsu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010.


    ANNESS II

    Fatturi ghall-kalkolu tad-dazji stabbiliti fl-anness I

    1.

    Il-prezzijiet medji għall-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

    (EUR/t)

     

    Qamħ komuni (1)

    Qamħirrum

    Il-Borża

    ta' Minneapolis

    ta' Chicago

    Kwotazzjoni

    180,57

    115,23

    Primjum fuq il-Golf

    28,18

    Primjum fuq l-Għadajjar il-Kbar

    71,30

    2.

    Il-prezzijiet medji għall-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010:

    Spejjeż għat-trasport: Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

    14,53 EUR/t

    Spejjeż għat-trasport: L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam

    47,16 EUR/t


    (1)  Primjum pożittiv ta' 14-il euro għal kull tunnellata inkorporata (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010).


    Top