This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0353
Commission Implementing Regulation (EU) No 353/2013 of 18 April 2013 amending Implementing Regulation (EU) No 543/2011 as regards the trigger levels for additional duties on cucumbers, cherries, other than sour, apricots, tomatoes, plums, peaches, including nectarines, and table grapes
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 353/2013 tat- 18 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għall-ħjar, iċ-ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa, il-berquq, it-tadam, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk u l-għeneb tal-mejda
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 353/2013 tat- 18 ta’ April 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għall-ħjar, iċ-ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa, il-berquq, it-tadam, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk u l-għeneb tal-mejda
ĠU L 109, 19.4.2013, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
19.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 109/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 353/2013
tat-18 ta’ April 2013
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għall-ħjar, iċ-ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa, il-berquq, it-tadam, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk u l-għeneb tal-mejda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (2) jipprevedi s-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha ssir skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3). |
(2) |
Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali tar-Rawnd tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar dejta disponibbli għall-2010, l-2011 u l-2012, jeħtieġ li jiġu aġġustati l-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għall-ħjar u ċ-ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa b’seħħ mill-1 ta’ Mejju 2013 u l-berquq, it-tadam, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk u l-għeneb tal-mejda b’seħħ mill-1 ta’ Ġunju 2013. |
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista’ jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jinbidel bit-test muri fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
(3) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(4) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
ANNESS
“ANNESS XVIII
DAZJI ADDIZZJONALI TA’ IMPORTAZZJONI: TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2
Bla ħsara għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazji addizzjonali, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa ddeterminat abbażi tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Numru tas-Serje |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-applikazzjoni |
Livelli tal-iskattar (f’tunnellati) |
78.0015 |
0702 00 00 |
Tadam |
Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju |
462 389 |
78.0020 |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
30 766 |
||
78.0065 |
0707 00 05 |
Ħjar |
Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru |
13 080 |
78.0075 |
Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April |
15 100 |
||
78.0085 |
0709 91 00 |
Qaqoċċ |
Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju |
37 475 |
78.0100 |
0709 93 10 |
Qarabagħli |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru |
85 538 |
78.0110 |
0805 10 20 |
Larinġ |
Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju |
468 160 |
78.0120 |
0805 20 10 |
Klementini |
Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar |
86 205 |
78.0130 |
0805 20 30 0805 20 50 0805 20 70 0805 20 90 |
Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili |
Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar |
93 949 |
78.0155 |
0805 50 10 |
Lumi |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru |
311 193 |
78.0160 |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju |
101 513 |
||
78.0170 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru |
124 303 |
78.0175 |
0808 10 80 |
Tuffieħ |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu |
703 063 |
78.0180 |
Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru |
73 884 |
||
78.0220 |
0808 30 90 |
Lanġas |
Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April |
225 388 |
78.0235 |
Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru |
33 797 |
||
78.0250 |
0809 10 00 |
Berquq |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju |
4 930 |
78.0265 |
0809 21 00 0809 29 00 |
Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa |
Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu |
33 967 |
78.0270 |
0809 30 |
Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk |
Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
2 712 |
78.0280 |
0809 40 05 |
Għanbaqar |
Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
10 441 ” |