Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0040

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 40/2012 tat- 18 ta' Jannar 2012 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal- 1 ta' Marzu 2012 sal- 31 ta' Mejju 2012

    ĠU L 16, 19.1.2012, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/40/oj

    19.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 16/38


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 40/2012

    tat-18 ta' Jannar 2012

    dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Marzu 2012 sal-31 ta' Mejju 2012

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

    (2)

    Il-kwantitajiet li għalihom ġew introdottti applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Jannar 2012, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina, mill-Arġentina u mill-pajjiżi terzi kollha għajr iċ-Ċina u l-Arġentina.

    (3)

    Għaldaqstant, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Jannar 2012 jistgħu jiġu sodisfatti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007.

    (4)

    Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni “A” ippreżentati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Jannar 2012 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Jannar 2012 ġew sodisfatti skont il-perċentwali tal-kwantitajiet mitluba indikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2012.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

    (3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.


    ANNESS

    Oriġini

    Nru tas-serje

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni

    L-Arġentina

    Importaturi tradizzjonali

    09.4104

    100  %

    Importaturi ġodda

    09.4099

    1,219456  %

    Iċ-Ċina

    Importaturi tradizzjonali

    09.4105

    41,003539  %

    Importaturi ġodda

    09.4100

    0,365686  %

    Pajjiżi terzi oħra

    Importaturi tradizzjonali

    09.4106

    100  %

    Importaturi ġodda

    09.4102

    3,905585  %


    Top