Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010Q0413(02)

    Emendi għar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

    ĠU L 92, 13.4.2010, p. 14–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2015; Impliċitament imħassar minn 32015Q0423(01)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/proc_rules/2010/413(2)/oj

    13.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 92/14


    EMENDI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI

    IL-QORTI ĠENERALI,

    wara li rat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, il-ħames paragrafu tal-Artikolu 254 tiegħu,

    wara li rat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Protokoll Nru 2 anness mat-Trattat ta’ Liżbona li jemenda t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

    wara li rat l-Artikolu 63 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

    wara li rat il-qbil min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja,

    wara li kkunsidrat li, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona, għandhom isiru l-emendi meħtieġa għar-Regoli tal-Proċedura tagħha,

    bl-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija fit-8 ta’ Marzu 2010,

    TADOTTA L-EMENDI SEGWENTI GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAGĦHA:

    Artikolu 1

    Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-2 ta’ Mejju 1991 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 6, p. 32, b’rettifika fil-ĠU L 317 tad-19 ta’ Novembru 1991, p. 34) (1) huma b'dan emendati kif ġej:

    1.

    It-Titolu tar-Regoli għandu jiġi ssostitwit bit-titolu “Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”.

    2.

    Fit-test kollu tar-Regoli, il-kliem “Qorti tal-Prim’Istanza” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “Qorti Ġenerali”.

    3.

    Fit-test kollu tar-Regoli, il-kliem “Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kelma “Statut”.

    4.

    Ma jikkonċernax il-verżjoni Maltija.

    5.

    It-test tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Fid-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli:

    id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huma indikati bin-numru tal-artikolu kkonċernat ta’ dan it-Trattat, segwit mill-akronimu ‘TFUE’,

    id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika huma indikati bin-numru tal-artikolu segwit mill-akronimu ‘TKEEA’,

    il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea huwa msejjaħ ‘Statut’,

    il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea huwa msejjaħ ‘Ftehim ŻEE’.”

    6.

    It-tieni paragrafu tal-Artikolu 1, it-test tal-ewwel inċiż għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “—

    il-kliem ‘istituzzjoni’ jew ‘istituzzjonijiet’ ifissru l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-korpi jew l-organi maħluqa mit-Trattati jew minn att adottat in eżekuzzjoni tagħhom u li jistgħu jidhru quddiem il-Qorti;”

    7.

    Fl-Artikolu 4(1), il-kliem “Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “Qorti tal-Ġustizzja”.

    8.

    Fl-Artikolu 7(1), il-kliem “Minnufih wara s-sostituzzjoni parzjali prevista mill-Artikoli 224 tat-Trattat KE u 140 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “Minnufih wara s-sostituzzjoni parzjali prevista mill-Artikolu 254 TFUE”.

    9.

    Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(2):

    fl-inċiż (a), il-kliem “il-kawżi mressqa taħt l-Artikolu 236 tat-Trattat KE u taħt l-Artikolu 152 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “il-kawżi mressqa taħt l-Artikolu 270 TFUE”.

    fl-inċiż (b), il-kliem “il-kawżi mressqa skond ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 230, tat-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 232, u ta’ l-Artikolu 235 tat-Trattat KE, kif ukoll tar-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 146, tat-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 148, u l-Artikolu 151 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “il-kawżi mressqa taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE u l-Artikolu 268 TFUE”.

    fl-inċiż (ċ), il-kliem “il-kawżi mressqa bis-saħħa ta’ l-Artikolu 238 tat-Trattat KE u taħt l-Artikolu 153 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “il-kawżi mressqa taħt l-Artikolu 272 TFUE”.

    10.

    Fl-Artikolu 24(7), il-kelma “Kummissjoni” għandha tiġi ssostitwita bil-kliem “Kummissjoni Ewropea”.

    11.

    Fl-Artikolu 24(7), il-kliem fl-ewwel sentenza “sabiex ikunu jistgħu jikkonstataw jekk tkunx qiegħda tiġi invokata l-inapplikabbiltà ta’ xi att li kien ġie adottat minnhom skond l-Artikolu 241 tat-Trattat KE jew l-Artikolu 156 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-frażi “sabiex ikunu jistgħu jikkonstataw jekk tkunx qiegħda tiġi invokata l-inapplikabbiltà ta’ xi att li kien ġie adottat minnhom skont l-Artikolu 277 TFUE”.

    12.

    Fl-Artikolu 24(7), il-kliem fit-tieni sentenza “taħt l-Artikolu 241 tat-Trattat KE” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “taħt l-Artikolu 277 TFUE”.

    13.

    Fl-Artikolu 44(5a):

    il-kliem “mill-Komunitajiet” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “mill-Unjoni”.

    il-kliem “skond l-Artikolu 238 tat-Trattat KE jew ta’ l-Artikolu 153 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “skont l-Artikolu 272 TFUE”.

    14.

    Fl-Artikolu 46(2), il-kliem “bejn il-Komunitajiet u l-aġenti tagħhom” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “bejn l-Unjoni u l-aġenti tagħha”.

    15.

    Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(1) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51(2), il-kliem “Istituzzjoni tal-Komunitajiet Ewropej” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “istituzzjoni tal-Unjoni”.

    16.

    Fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 67(3), il-kliem “istituzzjoni komunitarja” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kelma “istituzzjoni”.

    17.

    Fl-Artikolu 69(4), il-kliem “skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 244 u 256 tat-Trattat KE u l-Artikoli 159 u 164 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 280 u 299 TFUE u 164 TKEEA”.

    18.

    Fl-Artikolu 88, il-kliem “bejn il-Komunitajiet u l-impjegati tagħhom” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “bejn l-Unjoni u l-aġenti tagħha”.

    19.

    Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 98, is-sentenza “Din id-dispożizzjoni mhijiex applikabbli għar-rikorsi previsti mill-Artikoli 230 u 232 tat-Trattat KE u mill-Artikoli 146 u 148 tat-Trattat KEEA” għandha tiġi ssostitwita bis-sentenza “Din id-dispożizzjoni mhijiex applikabbli għar-rikorsi previsti mill-Artikoli 263 u 265 TFUE”.

    20.

    Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 101(1), il-kliem “It-termini tal-proċedura previsti mit-Trattati KE u KEEA, mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u mir-Regoli preżenti” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “It-termini tal-proċedura previsti mit-Trattati, mill-Istatut u mir-Regoli preżenti”.

    21.

    Fl-Artikolu 104(1):

    l-ewwel subparagrafu, il-kliem “skond l-Artikoli 242 tat-Trattat KE u 157 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “skont l-Artikoli 278 TFUE u 157 TKEEA”.

    fit-tieni subparagrafu, il-kliem “taħt l-Artikolu 243 tat-Trattat KE u l-Artikolu 158 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “taħt l-Artikolu 279 TFUE”.

    22.

    Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110, il-kliem “skond l-Artikoli 244 u 256 tat-Trattat KE u l-Artikoli 159 u 164 tat-Trattat KEEA” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “skont l-Artikoli 280 u 299 TFUE u l-Artikolu 164 TKEEA”.

    Artikolu 2

    Dawn l-emendi għar-Regoli tal-Proċedura, li huma awtentiċi fil-lingwi msemmija fl-Artikolu 35(1) tar-Regoli, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħhom.

    Adottat fil-Lussemburgu, fis-26 ta’ Marzu 2010.

    E. COULON

    Reġistratur

    M. JAEGER

    President


    (1)  Emendati fil-15 ta’ Settembru 1994 (ĠU L 249 tal-24 ta’ Settembru 1994, p. 17), fis-17 ta’ Frar 1995 (ĠU L 44 tat-28 ta’ Frar 1995, p. 64), fis-6 ta’ Lulju 1995 (ĠU L 172 tat-22 ta’ Lulju 1995, p. 3), fit-12 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 103 tad-19 ta’ April 1997, p. 6, b’rettifika fil-ĠU L 351 tat-23 ta’ Diċembru 1997, p. 72), fis-17 ta’ Mejju 1999 (ĠU L 135 tad-29 ta’ Mejju 1999, p. 92), fis-6 ta’ Diċembru 2000 (ĠU L 322 tad-19 ta’ Diċembru 2000, p. 4), fil-21 ta’ Mejju 2003 (ĠU L 147 tal-14 ta’ Ġunju 2003, p. 22), fid-19 ta’ April 2004 (ĠU L 132 tad-29 ta’ April 2004, p. 3), fil-21 ta’ April 2004 (ĠU L 127 tad-29 ta’ April 2004, p. 108), fit-12 ta’ Ottubru 2005 (ĠU L 298 tal-15 ta’ Novembru 2005, p. 1), fit-18 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 386 tad-29 ta’ Diċembru 2006, p. 45), fit-12 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 179 tat-8 ta’ Lulju 2008, p. 12), fl-14 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 24 tat-28 ta’ Jannar 2009, p. 9), fis-16 ta’ Frar 2009 (ĠU L 60 tal-4 ta’ Marzu 2009, p. 3) u fis-7 ta’ Lulju 2009 (ĠU L 184 tas-16 ta’ Lulju 2009, p. 10).


    Top