EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1053

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1053/2009 tal- 5 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti

ĠU L 290, 6.11.2009, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1053/oj

6.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/61


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1053/2009

tal-5 ta’ Novembru 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 40 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(1) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-introduzzjoni tas-sistema finali u kompjuterizzata tat-trażmissjoni ta’ tagħrif dwar il-prezzijiet taz-zokkor għas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-prezzijiet skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u s-sistema tal-kwoti (3), li tikkonsisti fi trasferiment ta’ kull xahar ta’ dejta dwar il-prezzijiet minn operaturi approvati lill-Istati Membri, segwit minn trasferiment tad-dejta nazzjonali dwar il-medji tal-prezzijiet mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, huwa xieraq li tiżdied il-frekwenza li biha l-Kumitat tat-Tmexxija għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli jiġi infurmat bil-medja tal-prezzijiet taz-zokkor.

(2)

Għal dan il-għan, għandu jiġi pprovdut li l-Kummisjoni għandha tinforma kull xahar lill-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli bil-prezzijiet medji taz-zokkor abjad mibjugħ fis-suq tal-Komunità. Madanakollu, sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, għandu jkun hemm dewmien ta’ tliet xhur qabel ma l-informazzjoni dwar il-prezzijiet tiġi kkomunikata lill-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli.

(3)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 qed jinbidel b’dan li ġej:

“Kull xahar, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli bil-prezz medju taz-zokkor abjad reġistrat waqt it-tielet xahar qabel id-data tal-informazzjoni.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39.


Top