This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0123
Commission Regulation (EC) No 123/2008 of 12 February 2008 amending and correcting Annex VI to Council Regulation (EEC) No 2092/91 on organic production of agricultural products and indications referring thereto on agricultural products and foodstuffs
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 123/2008 tat- 12 ta’ Frar 2008 li jemenda u jikkoreġi l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 123/2008 tat- 12 ta’ Frar 2008 li jemenda u jikkoreġi l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel
ĠU L 38, 13.2.2008, p. 3–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32007R0834
13.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 38/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 123/2008
tat-12 ta’ Frar 2008
li jemenda u jikkoreġi l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel
IL-KUMMISSJONI TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 5(8) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, il-listi limitattivi tas-sustanzi u prodotti referuti fil-paragrafu 3(c) u (d) ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu stabbiliti fit-Taqsimiet A u B ta’ l-Anness VI ta’ dan ir-Regolament. Il-kondizzjonijiet għall-użu ta’ dawn l-ingredjenti u sustanzi jistagħu jiġu speċifikati. |
(2) |
Minbarra l-inklużjoni fil-lista ta’ sustanzi użati fl-ipproċessar ta’ prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem li jkollhom ingredjenti li joriġinaw mill-annimali permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 780/2006 ta’ l-24 ta’ Mejju 2006 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (2), in-nitrit tas-sodju u n-nitrat tal-potassju bħala addittivi kellhom jerġgħu jiġu eżaminati sal-31 ta’ Diċembru 2007, bl-għan li l-użu tagħhom jiġi limitat jew eliminat. Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2007 (3), bord ta’ esperti indipendenti (minn hawn ‘il quddiem, “il-bord”) irrakkomanda li fi żmien raġonevoli, in-nitrit tas-sodju u n-nitrat tal-potassju jiġu eliminati mill-prodotti tal-laħam organiċi. Il-bord irrakkomanda wkoll li biex jitneħħew dawn is-sustanzi, ikun meħtieġ it-teħid ta’ ċerti prekawzjonijiet. Għaldaqstant, l-użu tan-nitrit tas-sodju u tan-nitrat tal-potassju għandu jibqa’ permess sal-31 ta’ Diċembru 2010, biex ikun hemm żmien biżżejjed għall-evalwazzjoni ta’ l-implikazzjonijiet tat-tneħħija tagħhom. Din l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra kemm l-Istati Membri jkun irnexxielhom isibu alternattivi sikuri għan-nitriti/nitrati, u l-progress li jkunu kisbu fit-twaqqif ta’ programmi edukattivi dwar l-ipproċessar alternattiv. |
(3) |
Mill-1 ta’ Diċembru 2007, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 780/2006, id-dijossidu tal-kubrit (sulphur dioxide) u l-metabisulfit tal-potassju (potassium metabisulphite) ser ikunu jistgħu jintużaw fl-ipproċessar ta’ l-inbejjed tal-frott, li jsiru minn frott ieħor li mhux għeneb, kif ukoll fl-ipproċessar tas-sidru, perry u mead. Skond il-bord imsemmi hawn fuq, sakemm jinstabu sustanzi jew teknoloġiji alternattivi, l-użu tagħhom għandu jibqa' permess. Il-Kummissjoni tipproponi li dan il-parir jiġi segwit. Peress li huwa mistenni li tiġi ppubblikata dejta ġdida li tinkiseb mir-riċerka, sal-31 ta’ Diċembru 2010 għandu jerġa’ jiġi eżaminat l-użu tad-dijossidu tal-kubrit u l-metabisulfit tal-potassju fi prodotti organiċi. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li ċerti sustanzi li jgħinu l-ipproċessar ta’ l-ikel (talc, bentonite, u kaolin) elenkati ma jkunx fihom sustanzi li mhux awtorizzati, il-bord issuġġerixxa li dawn għandhom jintużaw biss meta jissodisfaw l-istandards ta’ purità speċifikati għal dawn l-addittivi ta’ l-ikel fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. |
(5) |
Waqt il-proċess ta’ manifattura tal-ġobon tal-ħalib qares, il-karbonat tas-sodju E 500 jiġi miżjud mal-ħalib pasturizzat biex jillimita l-aċidità kkawżata mill-aċidu lattiku għal valur pH xieraq, u b’hekk jinħolqu l-kondizzjonijiet ta’ tkabbir meħtieġa għall-maturazzjoni. Skond il-bord, l-użu tal-karbonat tas-sodju għall-ipproċessar tal-ġobon tal-ħalib qares organiku għandu, għalhekk, jiġi permess. Il-Kummissjoni tipproponi li dan il-parir jiġi segwit. |
(6) |
Skond il-bord, biex wieħed ikun jista’ jissostitwixxi, wara perjodu ta’ żmien definit, il-ġelatina mmanifatturata mill-ġilda jew għadam ta’ annimali mhux organiċi b'ġelatina mmanifatturata mill-ġilda tal-majjal organika bħala ingredjent fi prodotti organiċi, għandhom jiġu miżjuda mal-lista għadd ta’ sustanzi li jgħinu l-ipproċessar ta’ l-ikel. Il-Kummissjoni tipproponi li dan il-parir jiġi segwit. |
(7) |
Jidher li għandu jintuża l-aċidu idrokloriku bħala sustanza li tgħin fil-proċess biex waqt il-produzzjoni ta’ ċertu ġobon tal-qoxra iebsa partikolari (ġobon Gouda, Edam u Maasadammer, Boerenkaas, Friese, u Leidse Nagelkaas) jirregola l-pH tal-banju tas-salmura mingħajr ma jikkawża rwejjaħ ħżiena. Madankollu, sal-31 ta’ Diċembru 2010, l-użu ta’ l-aċidu idrokloriku fil-produzzjoni ta’ dan il-ġobon tal-qoxra iebsa partikolari għandu jerġa’ jiġi evalwat. |
(8) |
L-Anness VI tar-Regolament (KEE) 2092/91, kif emendat mir-Regolament (KE) 780/2006, jippermetti l-użu ta’ l-addittiv ta’ l-ikel E 160b (Annatto, Bixin, u Norbixin) fiċ-“Cheddar Skoċċiż.” Peress li dan ma huwiex terminu ġeneriku għaċ-Cheddar ikkulurit, ir-reġistrazzjoni fl-Anness VI għandha tiġi mmodifikata biex tkopri l-ġobon Cheddar kollu. Għalhekk, l-użu ta’ Annatto, Bixin, Norbixin, E 160b, għandu jkun permess għall-ġobon Cheddar kollu. |
(9) |
Ir-reġistrazzjoni tal-“Preparazzjonijiet ta’ mikro organiżmi u enżimi” fl-Anness VI, it-Taqsima B tar-Regolament (KEE) 2092/91, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 780/2006, tniżżlet bi żball fin-nota tal-qiegħ. Din ir-reġistrazzjoni għandha tiġi mitbugħa f’tipa normali u miżjuda bħala reġistrazzjoni separata. Għalhekk, l-Anness VI għandu jiġi kkoreġut f'dan is-sens, b'effett mid-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 780/2006. |
(10) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-15 ta’ Frar 2008.
Madankollu, il-punt (3)(f) ta’ l-Anness għandu japplika b’effett mill-1 ta’ Diċembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1517/2007 (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 13).
(2) ĠU L 137, 25.5.2006, p. 9.
(3) Konklużjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti Indipendenti dwar “Addittivi ta’ l-Ikel u Sustanzi li Jgħinu l-Ipproċessar ta’ l-Ikel permessi fl-ipproċessar ta’ Ikel organiku li joriġina mill-Pjanti u l-Annimali” http://ec.europa.eu/agriculture/qual/organic/foodadd/expert/05072007.pdf
ANNESS
L-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Ir-raba' paragrafu ta’ taħt l-intestatura “PRINĊIPJI ĠENERALI” huwa mibdul b'li ġej: “L-użu ta’ dawn is-sustanzi għandu jerġa’ jiġi eżaminat sal-31 ta’ Diċembru 2010:
L-eżaminazzjoni mill-ġdid msemmija fl-ewwel inċiż għandha tqis l-isforzi li saru mill-Istati Membri biex isibu alternattivi sikuri għan-nitriti/nitrati u biex jistabbilixxu programmi edukattivi dwar l-ipproċessar alternattiv u iġjene għall-proċessuri/manifatturi tal-laħam organiku.” |
(2) |
It-Taqsima A hija emendata kif ġej:
|
(3) |
It-Taqsima B hija emendata kif ġej:
|
(*) ‘Dulce de leche’ jew ‘Confiture de lait’ tirreferi għal krema ratba, delizzjuża u kannella li ssir mill-ħalib ħelu u kremuż
(1) Ir-restrizzjoni tikkonċerna prodotti derivati mill-annimali biss.”
(2) Ir-restrizzjoni tikkonċerna prodotti derivati mill-annimali biss.
(3) Ir-restrizzjoni tikkonċerna prodotti derivati mill-pjanti biss.”
(4) Ir-restrizzjoni tikkonċerna prodotti derivati mill-annimali biss.
(5) Ir-restrizzjoni tikkonċerna prodotti derivati mill-pjanti biss.”
(6) Ir-restrizzjoni tikkonċerna prodotti derivati mill-annimali biss.”
(7) Ir-restrizzjoni tikkonċerna prodotti derivati mill-annimali biss.”
(8) Ir-restrizzjoni tikkonċerna prodotti derivati mill-annimali biss.”