This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22007D0044
Decision of the EEA Joint Committee No 44/2007 of 27 April 2007 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 44/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 44/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 209, 9.8.2007, p. 80–81
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
9.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 209/80 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 44/2007
tas-27 ta' April 2007
li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1). |
(2) |
Id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-sigurtà ta' ajruplani minn pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2005 tat-2 ta' Diċembru 2005 (3), b'adattamenti speċifiċi għall-pajjiż partikolari. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni (4) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 179/2004 (5) tad-9 ta' Diċembru 2004, b'adattamenti speċifiċi għall-pajjiż partikolari. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 768/2006 tad-19 ta' Mejju 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sigurtà ta' l-ajruplani li jużaw ajruporti tal-Komunità u l-ġestjoni tas-sistema ta' l-informazzjoni (6) għandu jiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(5) |
L-adattamenti previsti b'rabta mar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 għandhom, fejn applikabbli u sakemm mhux previst mod ieħor, japplikaw mutatis mutandis għal leġiżlazzjoni Komunitarja oħra li tagħti s-setgħa lill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni u inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 66r (id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
2. |
It-test ta' adattament li ġej għandu jiżdied fil-punt 66n (ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 768/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 89, 29.3.2007, p. 29.
(2) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 76.
(3) ĠU L 53, 23.2.2006, p. 53.
(5) ĠU L 133, 26.5.2005, p. 37.
(6) ĠU L 134, 20.5.2006, p. 16.
(*) Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.