This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22007D0001
Decision of the EEA Joint Committee No 1/2007 of 27 April 2007 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 209, 9.8.2007, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
9.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 209/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 1/2007
tas-27 ta' April 2007
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1). |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat 2006/130/KE ta' l-10 ta' Frar 2006 li temenda d-Deċiżjoni 98/536/KE li tistabbilixxi l-lista ta' laboratorji nazzjonali ta' referenza biex jiġu identifikati r-residwi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/117/KE tat-3 ta' Frar 2001 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/881/KE rigward il-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/214/KE tas-7 ta' Marzu 2006 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2002/308/KE li tistabbilixxi listi ta' żoni approvati u rziezet approvati rigward waħda jew iktar mill-mard tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/272/KE tal-5 ta' April 2006 li temenda id-Deċiżjoni 2000/453/KE rigward l-Iżvezja u r-Renju Unit (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(6) |
Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:
1. |
L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punti 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE) u 46 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/459/KE) fil-Parti 1.2:
|
2. |
L-inċiż li ġej jiżdied wara l-punt 66 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE) fil-Parti 4.2:
|
3. |
Dan li ġej għandu jiddaħħal f'punt 79 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE) fil-Parti 4.2: “, kif emendat b’li ġej:
|
4. |
L-inċiż li ġej jiżdied wara l-punt 39 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/536/KE) fil-Parti 6.2:
|
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet Nri 2006/130/KE, 2006/117/KE, 2006/214/KE u 2006/272/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(2) ĠU L 52, 23.2.2006, p. 25.
(4) ĠU L 80, 17.3.2006, p. 46.
(*) Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.