This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022XC1021(02)
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION Approval of the content of a draft for a Commission Regulation amending Commission Regulation (EU) No 1218/2010 as regards its period of application 2022/C 405/02
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI L-approvazzjoni tal-kontenut ta’ abbozz għal Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2010 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu 2022/C 405/02
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI L-approvazzjoni tal-kontenut ta’ abbozz għal Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2010 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu 2022/C 405/02
C/2022/7274
ĠU C 405, 21.10.2022, p. 50–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 405/50 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
L-approvazzjoni tal-kontenut ta’ abbozz għal Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2010 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu
(2022/C 405/02)
Il-Kummissjoni approvat il-kontenut ta’ abbozz għal Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2010 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu fl-14 ta’ Ottubru 2022.
L-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni huwa mehmuż bħala Anness ma’ din il-Komunikazzjoni.
L-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni huwa miftuħ għall-konsultazzjoni pubblika fi:
http://ec.europa.eu/competition/consultations/open.html
ANNESS
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/… tal-14 Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2010 fir-rigward tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu
ABBOZZ TA’
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2821/71 tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1971 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma (1),
Wara li ppubblikat l-abbozz ta’ dan ir-Regolament (2)
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2821/71 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara, permezz ta’ regolament u skont l-Artikolu 101(3) tat-Trattat, li l-Artikolu 101(1) tat-Trattat ma għandux japplika għal ċerti kategoriji ta’ ftehimiet ta’ speċjalizzazzjoni. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2010 (3) jiddefinixxi kategoriji ta’ ftehimiet ta’ speċjalizzazzjoni li l-Kummissjoni tqis li normalment jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 101(3) tat-Trattat. Dan ir-Regolament jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2022. |
(3) |
Fil-5 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni nediet evalwazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1218/2010. L-evidenza miġbura fl-evalwazzjoni tissuġġerixxi li r-Regolament (UE) Nru 1218/2010 kien strument utli u r-regoli tiegħu jibqgħu rilevanti għall-partijiet konċernati. Abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni, tas-7 ta’ Ġunju 2021 il-Kummissjoni nediet valutazzjoni tal-impatt tal-għażliet ta’ politika għall-adozzjoni ta’ regolament ġdid ta’ eżenzjoni ta’ kategorija għal ftehimiet ta’ speċjalizzazzjoni. |
(4) |
Sabiex il-Kummissjoni tingħata biżżejjed żmien biex tlesti l-proċess għall-adozzjoni ta’ regolament ġdid ta’ eżenzjoni ta’ kategorija għal ftehimiet ta’ speċjalizzazzjoni u skont is-setgħa tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2821/71, il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1218/2010 jenħtieġ li jiġi estiż b’sitt xhur. |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1218/2010 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1218/2010, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Għandu jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2023.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tliet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 285, 29.12.1971, p. 46. B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE (li qabel kien l-Artikolu 85 tat-Trattat KEE) sar l-Artikolu 101 tat-Trattat. Dawn id-dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza, identiċi. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-Artikolu 85 tat-Trattat tal-KEE jew l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE jenħtieġ li jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 101 tat-Trattat fejn xieraq.
(2) ĠU C 405, 21.10.2022, p. 50.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2010 tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ akkordji ta’ speċjalizzazzjoni (ĠU L 335, 18 ta’ Diċembru 2010, p. 43).