This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2020J0003
Judgment of the court of 25 March 2021 in Case E-3/20 The Norwegian Government, represented by the Ministry of Health and Care Services (Helse- og omsorgsdepartementet) v Anniken Jenny Lindberg (Freedom of movement of persons – Directive 2005/36/EC – Recognition of professional qualifications – Access to profession of dental practitioner – Automatic recognition) 2021/C 303/07
Sentenza tal-Qorti tal-25 ta’ Marzu 2021 fil-Kawża E-3/20 Il-Gvern Norveġiż, irrappreżentat mill-Ministeru għas-Saħħa u s-Servizzi tal-Kura (Helse- og omsorgsdepartementet) vs Anniken Jenny Lindberg (Moviment liberu tal-persuni — Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Aċċess għall-professjoni ta’ tobba dentisti - Rikonoxximent awtomatiku) 2021/C 303/07
Sentenza tal-Qorti tal-25 ta’ Marzu 2021 fil-Kawża E-3/20 Il-Gvern Norveġiż, irrappreżentat mill-Ministeru għas-Saħħa u s-Servizzi tal-Kura (Helse- og omsorgsdepartementet) vs Anniken Jenny Lindberg (Moviment liberu tal-persuni — Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Aċċess għall-professjoni ta’ tobba dentisti - Rikonoxximent awtomatiku) 2021/C 303/07
ĠU C 303, 29.7.2021, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 303/10 |
SENTENZA TAL-QORTI
tal-25 ta’ Marzu 2021
fil-Kawża E-3/20
Il-Gvern Norveġiż, irrappreżentat mill-Ministeru għas-Saħħa u s-Servizzi tal-Kura (Helse- og omsorgsdepartementet) vs Anniken Jenny Lindberg
(Moviment liberu tal-persuni — Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Aċċess għall-professjoni ta’ tobba dentisti - Rikonoxximent awtomatiku)
(2021/C 303/07)
Fil-kawża E-3/20, il-Gvern Norveġiż, irrappreżentat mill-Ministeru għas-Saħħa u s-Servizzi tal-Kura (Helse- og omsorgsdepartementet) vs Anniken Jenny Lindberg - TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti Suprema tan-Norveġja (Norges Høyesterett) dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, b’mod partikolari l-Artikolu 21, kif adattat għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen (Imħallef Relatur) u Bernd Hammermann, Imħallfin, qatgħet is-sentenza fil-25 ta’ Marzu 2021, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:
1. |
Sabiex jibbenefika mir-rikonoxximent awtomatiku previst fl-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, applikant irid ikollu fil-pussess tiegħu ċ-ċertifikati kollha li jakkumpanjaw il-prova ta’ kwalifiki formali elenkati fl-Anness V tad-Direttiva f’konformità mar-rekwiżiti tal-Istat ta’ oriġini għall-professjoni rilevanti. |
2. |
L-Artikoli 28 u 31 taż-ŻEE jridu jiġu interpretati bħala li jeħtieġu li Stat ospitanti jwettaq evalwazzjoni individwali tal-għarfien u tat-taħriġ attestati mill-kwalifiki professjonali tal-applikant anki meta l-applikant jitlob aċċess għal professjoni li taqa’ fil-kategorija ta’ professjonijiet b’kundizzjonijiet minimi ta’ taħriġ ikkoordinati iżda ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 10 jew 21 tad-Direttiva 2005/36/KE. |
3. |
Valutazzjoni individwali tal-għarfien u l-ħiliet ta’ applikant mill-Istat ospitanti trid tinvolvi tqabbil tad-diplomi, iċ-ċertifikati u l-provi l-oħra kollha ta’ kwalifiki formali u l-esperjenza tal-applikant flimkien bir-rekwiżiti tal-Istat ospitanti stess biex wieħed jeżerċita l-professjoni inkwistjoni. Jekk l-għarfien u l-kwalifiki tal-applikant attestati mid-diploma u l-esperjenza tax-xogħol rilevanti ma jkunux ekwivalenti, jew jikkorrispondu biss parzjalment għal dawk meħtieġa mill-Istat ospitanti, dak l-Istat irid jispeċifika liema taħriġ huwa nieqes sabiex l-applikant ikun jista’ jlesti jew jissupplimenta t-taħriġ. |
4. |
Il-fatt li l-applikant ma jkollux aċċess sħiħ għall-professjoni fl-Istat ta’ oriġini ma jistax ikun deċiżiv għall-evalwazzjoni ta’ jekk l-applikant jistax jingħata aċċess għall-istess professjoni fl-Istat ospitanti. |