Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XG0323(03)

    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/483, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 401/2013, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/480 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma 2021/C 99/04

    ST/6955/2021/INIT

    ĠU C 99, 23.3.2021, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 99/5


    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/483, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 401/2013, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/480 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

    (2021/C 99/04)

    L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/483 (2), u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/480 (4) dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma.

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni deżinjati, ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jibqgħu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2013/184/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

    Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi rigward tal-Myanmar/Burma, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4b tar-Regolament).

    Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li tinkludihom fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel l-1 ta’ Novembru 2021:

    Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Segretarjat Ġenerali

    RELEX.1.C

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

    Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK u l-Artikolu 4i(4) tar-Regolament (UE) Nru 401/2013.

    L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tiġi ikkontestata d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba' u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75.

    (2)  ĠU L 99 I, 22.3.2021, p. 40

    (3)  ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1.

    (4)  ĠU L 99 I, 22.3.2021, p. 15


    Top