Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0202

    Kawża T-202/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2020 – Target Brands vs EUIPO – The a.r.t. company b&s (ART CLASS)

    ĠU C 201, 15.6.2020, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 201/44


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2020 – Target Brands vs EUIPO – The a.r.t. company b&s (ART CLASS)

    (Kawża T-202/20)

    (2020/C 201/57)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Target Brands Inc. (Minneapolis, Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Norris, Barrister)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The a.r.t. company b&s, SA (Quel, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ART CLASS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 888 695

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 1597/2019-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tiċħad id-deċiżjoni ta’ oppożizzjoni inkonnessjoni mal-oġġetti kkontestati rimanenti l-oħra kollha;

    alternattivament, tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO għal kunsiderazzjoni mill-ġdid;

    tordna li għandhom jitħallsu l-ispejjeż tagħha tal-proċeduri odjerni tal-appell, tal-proċedimenti ta’ rikors quddiem l-EUIPO u tal-oppożizzjoni.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top