This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019TA1008(02)
Annual report of the Court of Auditors on the activities funded by the 8th, 9th, 10th and 11th European Development Funds (EDFs) concerning the financial year 2018, together with the Commission's replies
Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni
Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni
ĠU C 340, 8.10.2019, p. 269–298
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/269 |
RAPPORT ANNWALI DWAR L-ATTIVITAJIET IFFINANZJATI MIT-8, MID-9, MILL-10 U MILL-11-IL FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP (FEŻ)
(2019/C 340/02)
WERREJ
FEŻ — |
Rapport annwali dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) | 273 |
Risposti tal-Kummissjoni | 295 |
Rapport annwali dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2018
WERREJ
Introduzzjoni | 1–5 |
Deskrizzjoni qasira tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp | 2–5 |
Kapitolu I — Implimentazzjoni Finanzjarja tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ | 6–9 |
Kapitolu II — Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-QEA dwar il-FEŻ | I–37 |
Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-QEA dwar it-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Rapport tal-awditur indipendentinti | I–XXI |
Informazzjoni li tappoġġa d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni | 10–37 |
Ambitu u approċċ tal-awditjar | 10–14 |
Affidabbiltà tal-kontijiet | 15 |
Regolarità tat-tranżazzjonijiet | 16–22 |
Rapport annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza | 23–37 |
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet | 38–41 |
Konklużjoni | 38–39 |
Rakkomandazzjonijiet | 40–41 |
Kapitolu III – Prestazzjoni | 42–43 |
Anness I — |
Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għall-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp |
Anness II — |
Pagamenti mill-FEŻ fl-2018 skont ir-reġjun prinċipali |
Anness III — |
Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għall-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp |
Introduzzjoni
1. |
Dan ir-rapport annwali jippreżenta s-sejbiet tagħna għat-8, id-9, l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ). Il-
Kaxxa 1
tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u tal-infiq f’dan il-qasam fl-2018.
|
Deskrizzjoni qasira tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp
2. |
Imnedija fl-1959, il-FEŻ huma l-istrument prinċipali li permezz tiegħu l-Unjoni Ewropea (UE) tipprovdi għajnuna għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp lill-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u lill-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE). Il-ftehim ta’ sħubija li ġie ffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 għal perjodu ta’ 20 sena (“il-Ftehim ta’ Cotonou”) huwa l-qafas attwali li jirregola r-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi AKP u l-PTEE. L-objettiv prinċipali tiegħu huwa t-tnaqqis, u eventwalment, il-qerda tal-faqar. |
3. |
Il-FEŻ huma partikolari minħabba li:
|
4. |
Il-FEŻ huma mmaniġġjati kważi interament mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (id-DĠ DEVCO) (3). |
5. |
L-infiq kopert f’dan ir-rapport jitwassal bl-użu ta’ firxa wiesgħa ta’ metodi ta’ twassil (4), li huma implimentati f’79 pajjiż. |
Kapitolu I — Implimentazzjoni Finanzjarja tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ
6. |
Il-baġit tat-8 FEŻ (1995-2000) kien ta’ EUR 12 840 miljun, dak tad-9 FEŻ (2000-2007) kien ta’ EUR 13 800 miljun, u dak tal-10 FEŻ (2008-2013) kien ta’ EUR 22 682 miljun. |
7. |
Il-Ftehim Intern li jistabbilixxi l-11-il FEŻ (5) (2015-2020) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2015 (6). Il-11-il FEŻ fih EUR 30 506 miljun (7), li minnhom EUR 29 089 miljun huma allokati għall-pajjiżi AKP u EUR 364,5 miljun għall-PTEE. |
8. |
Il-
Kaxxa 2
turi l-użu tar-riżorsi tal-FEŻ fl-2018 kif ukoll l-użu kumulattiv tagħhom.
|
9 |
Fl-2018, id-DĠ DEVCO kompla bl-isforzi tiegħu biex inaqqas il-prefinanzjamenti antiki u l-impenji li ma ntnefqux, bl-għan li dawn jilħqu l-mira ta’ 25 % (14) (ara l-
Kaxxa 3
).
|
Kapitolu II — Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-QEA dwar il-FEŻ
Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-QEA dwar it-8, id-9, l-10 u l-11-il FEŻ indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Rapport tal-awditur indipendenti
Opinjoni
|
Affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
|
Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
Dħul
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul
|
Infiq
Opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq
|
Bażi għal opinjoni
Bażi għal opinjoni avversa dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq
|
Kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar
Imposti dovuti
L-impatt potenzjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fuq il-kontijiet tal-FEŻ għall-2018
|
Responsabbiltajiet tal-maniġment
|
Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet tal-FEŻ u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi
|
il-11 ta’ Lulju 2019
Klaus-Heiner LEHNE
President
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
12, rue Alcide De Gasperi, il-lussemburgu, IL-LUSSEMBURGU
Informazzjoni li tappoġġa d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni
Ambitu u approċċ tal-awditjar
10. |
L- Anness 1.1 tar-Rapport Annwali 2018 tal-QEA dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jippreżenta l-approċċ u l-metodi tal-awditjar tagħna. |
11. |
L-osservazzjonijiet tagħna dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-FEŻ huma bbażati fuq ir-rapporti finanzjarji (16) tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ, approvati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament Finanzjarju tal-FEŻ (17), flimkien mal-ittra tar-rappreżentazzjonijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà li rċevejna fis-27 ta’ Ġunju 2019. Aħna ttestjajna l-ammonti u d-divulgazzjonijiet ipprovduti, u vvalutajna l-prinċipji kontabilistiċi użati, kif ukoll l-istimi sinifikanti kollha li saru mill-Kummissjoni u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet. |
12. |
Biex nawditjaw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet, aħna eżaminajna kampjun ta’ 125 tranżazzjoni li kien rappreżentattiv tal-firxa sħiħa tal-pagamenti li saru fi ħdan il-FEŻ, u kien jikkonsisti f’96 pagament awtorizzati minn 19-il delegazzjoni tal-UE (18) u 29 pagament approvati mis-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni (19). Peress li parti mill-popolazzjoni li awditjajna kienet koperta mill-istudju tal-2018 dwar ir-rata tal-iżball residwu (RER) imwettaq mid-DĠ DEVCO (20), fil-kampjun tagħna aħna inkludejna 14-il tranżazzjoni oħra, li għalihom applikajna, wara aġġustament, ir-riżultati (21) ta’ dan l-istudju. Id-daqs totali tal-kampjun, f’dak il-perjodu, kien ta’ 139 tranżazzjoni, li huwa konformi mal-mudell ta’ aċċertament tal-QEA. Fejn kienu nqabdu żbalji fit-tranżazzjonijiet, aħna analizzajna s-sistemi rilevanti biex nidentifikaw id-dgħufijiet. |
13. |
Fl-2018 aħna eżaminajna wkoll dan li ġej:
|
14. |
Kif indikat fil-paragrafu 04, id-DĠ DEVCO jimplimenta l-biċċa l-kbira mill-istrumenti ta’ għajnuna esterna ffinanzjati kemm mill-baġit ġenerali tal-UE kif ukoll mill-FEŻ. L-osservazzjonijiet tagħna dwar is-sistemi, l-affidabbiltà tar-RAA u d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali għall-2018 jirreferu għall-qasam intier ta’ responsabbiltà tad-DĠ DEVCO. |
Affidabbiltà tal-kontijiet
15. |
L-awditu tagħna sab li l-kontijiet ma kinux affettwati minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali. |
Regolarità tat-tranżazzjonijiet
16. |
It-tranżazzjonijiet tad-dħul ma kienx fihom livell materjali ta’ żball. |
17. |
L-
Anness I
jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tal-125 tranżazzjoni ta’ pagament li eżaminajna, li minnhom 51 (41 %) kien fihom żbalji. Abbażi tad-39 żball li kkwantifikajna u tar-riżultati aġġustati tal-istudju tal-2018 dwar ir-RER (ara l-paragrafu 12), aħna nistmaw li l-livell ta’ żball huwa ta’ 5,2 % (22). Mid-39 tranżazzjoni ta’ pagament li kien fihom żbalji kwantifikabbli, 9 (23 %) kienu tranżazzjonijiet finali li ġew awtorizzati ladarba li kienu twettqu l-kontrolli ex ante kollha. Il-
Kaxxa 4
tagħti ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat minna għall-2018 skont it-tip ta’ żball. Il-
Kaxxa 5
tippreżenta eżempji ta’ dawn l-iżbalji.
|
18. |
Bħal fis-snin preċedenti, il-Kummissjoni u s-sħab tagħha inkarigati mill-implimentazzjoni wettqu aktar żbalji fi tranżazzjonijiet relatati ma’ stimi ta’ programmi, ma’ għotjiet, ma’ ftehimiet ta’ kontribuzzjoni konklużi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u ma’ ftehimiet ta’ delega konklużi ma’ aġenziji ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri tal-UE milli għamlu f’forom oħra ta’ appoġġ (23). Mill-61 tranżazzjoni ta’ dan it-tip li eżaminajna, 33 (54 %) kien fihom żbalji kwantifikabbli, li kienu jirrappreżentaw 62,5 % tal-livell ta’ żball stmat.
|
19. |
Għal 10 tranżazzjonijiet li ġew implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, huma ma bagħtux dokumenti ta’ sostenn essenzjali f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Dan kellu impatt negattiv fuq l-ippjanar u l-eżekuzzjoni tax-xogħol tal-awditjar tagħna; pereżempju, f’xi każijiet aħna ma rnexxilniex inwettqu żjarat fuq il-post għall-proġetti (ara l-
Kaxxa 6
). Dan in-nuqqas ta’ kooperazzjoni jmur kontra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (24), li jistabbilixxi d-dritt tal-QEA li tintbagħtilha l-informazzjoni mitluba. Fl-Opinjoni Nru 10/2018 tagħna (25), aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tqis li tirrinforza l-obbligu li l-organizzazzjonijiet internazzjonali jibagħtu lill-QEA d-dokumenti meħtieġa biex aħna nkun nistgħu nikkompletaw l-awditi tagħna.
|
20. |
F’disa’ każijiet ta’ żbalji kwantifikabbli u fi tmien każijiet ta’ żbalji mhux kwantifikabbli, il-Kummissjoni kellha informazzjoni suffiċjenti biex tipprevieni, jew biex taqbad u tikkoreġi, l-iżball qabel ma taċċetta l-infiq. Li kieku l-Kummissjoni għamlet użu xieraq minn din l-informazzjoni kollha li kellha għad-dispożizzjoni tagħha, il-livell ta’ żball stmat kien ikun aktar baxx b’1,3 punti perċentwali. Aħna sibna ħames tranżazzjonijiet oħra bi żbalji li kien imisshom inqabdu mill-awdituri u s-superviżuri esterni. Dawn il-każijiet ikkontribwew 1,1 punt perċentwali għal-livell ta’ żball stmat (26). |
21. |
Barra minn hekk, 17-il tranżazzjoni li kien fihom żball kwantifikabbli (27) kienu ġew suġġetti għal awditu jew għal verifikazzjoni tal-infiq. L-informazzjoni pprovduta fir-rapporti tal-awditjar/ta’ verifikazzjoni dwar ix-xogħol li fil-fatt kien sar ma ppermettitilniex nivvalutaw jekk l-iżbalji setgħux jinqabdu u jiġu kkoreġuti matul dawn il-kontrolli ex ante. |
22. |
F’żewġ oqsma, it-tranżazzjonijiet eżaminati ma kienx fihom żbalji. L-ewwel wieħed minn dawn l-oqsma kien l-appoġġ baġitarju (28) (disa’ tranżazzjonijiet awditjati). It-tieni qasam kien jinkludi każijiet fejn l-"approċċ nozzjonali" kien ġie applikat għal proġetti ffinanzjati minn bosta donaturi u implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali (disa’ tranżazzjonijiet awditjati). Il-paragrafi 9.9 – 9.12 fil-Kapitolu 9 tar-Rapport Annwali 2018 tal-QEA dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jagħtu aktar dettalji dwar in-natura ta’ dawn l-oqsma. |
Rapport annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza
23. |
F’kull rapport annwali tal-attività mill-2012 ’il hawn, id-DĠ DEVCO ħareġ riżerva dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Għaldaqstant, ġie adottat pjan ta’ azzjoni biex jindirizza d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tad-DĠ DEVCO. |
24. |
Is-sena li għaddiet aħna rrappurtajna dwar il-progress sodisfaċenti li kien sar taħt il-pjan ta’ azzjoni 2016: kienu ġew ikkompletati 10 azzjonijiet, filwaqt li 2 ġew implimentati tnejn parzjalment u 2 kienu għadhom għaddejjin. |
25. |
Fil-pjan ta’ azzjoni tiegħu tal-2017, id-DĠ DEVCO kompla bl-isforzi tiegħu biex inaqqas ir-rata ta’ żball billi ħa miżuri mmirati lejn oqsma ta’ riskju għoli attwali jew li ġew identifikati preċedentement: fondi taħt ġestjoni indiretta permezz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u għotjiet taħt ġestjoni diretta. Fl-istess ħin, bosta azzjonijiet li kienu marbutin ma’ aġġustamenti għall-allinjament mar-Regolament Finanzjarju l-ġdid — xi wħud minnhom kellhom jiġu riportati minħabba l-adozzjoni tardiva tar-regolament innifsu. Sa April 2019, disa’ azzjonijiet kienu ġew ikkompletati, filwaqt li waħda kienet ġiet implimentata parzjalment u erbgħa kienu għadhom għaddejjin. |
26. |
Żewġ miżuri mmirati ġodda ġew miżjuda mal-pjan ta’ azzjoni 2018, u dan jirrifletti l-ħtieġa li jiġu kkjarifikati u promossi l-opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati u l-finanzjament ibbażat fuq ir-riżultati introdotti mir-Regolament Finanzjarju l-ġdid. Miżura li kienet teżisti qabel u li tikkjarifika l-proċeduri ta’ għotja ġiet riformulata, u oħra mmirata lejn il-valutazzjonijiet tal-pilastri mwettqa minn OI ġiet ripartita fi tliet azzjonijiet separati. B’kollox, il-pjan ta’ azzjoni 2018 kien fih 13-il miżura, li minnhom 7 kienu ġew riportati mis-snin preċedenti, filwaqt li 4 taw segwitu għal miżuri mis-snin preċedenti u 2 kienu ġodda. |
27. |
Is-sistema ta’ kontroll tad-DĠ DEVCO hija bbażata fuq kontrolli ex ante li jitwettqu qabel ma jiġi aċċettat l-infiq ikklejmjat mill-benefiċjarji. Għal darb’oħra din is-sena, il-frekwenza tal-iżbalji li nstabu – inklużi xi wħud li nstabu fil-klejms finali li kienu ġew suġġetti għal awditi esterni ex ante u verifikazzjonijiet tal-infiq ex ante – tindika li hemm dgħufijiet f’dawn il-kontrolli. |
28. |
Fl-2018, id-DĠ DEVCO wettaq is-seba’ studju tiegħu dwar ir-RER biex jistma l-livell ta’ żball li l-kontrolli ta’ ġestjoni kollha għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji ma rnexxilhomx jaqbdu fil-qasam intier tar-responsabbiltà tiegħu (29). Għat-tielet sena konsekuttiva, ir-RER stmata mill-istudju kienet tinsab taħt is-soll ta’ materjalità ta’ 2 % ssettjat mill-Kummissjoni (30). |
29. |
L-istudju dwar ir-RER ma jikkostitwix inkarigu ta’ aċċertament jew awditu; huwa bbażat fuq il-metodoloġija relatata mal-istudju dwar ir-RER u l-manwal ipprovdut mid-DĠ DEVCO. Bħal fis-snin preċedenti, aħna identifikajna limitazzjonijiet, bħall-għadd żgħir ħafna ta’ kontrolli fuq il-post imwettqa fuq it-tranżazzjonijiet (31), il-kontrolli inkompleti fuq il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku u s-sejħiet għal proposti (32), kif ukoll l-istima tal-iżbalji (33). Dawn il-limitazzjonijiet kollha kkontribwew għal rata tal-iżball residwu aktar baxxa, li ma tirriflettix ir-realtà. |
30. |
Il-kuntrattur inkarigat mit-twaqqif tal-istudju dwar ir-RER għandu lok sinifikanti għal interpretazzjoni tal-metodoloġija, billi l-manwal dwar ir-RER jipprovdi primarjament gwida ġenerali aktar milli struzzjonijiet dettaljat. Barra minn hekk, il-kuntratt li jirrigwarda l-istudju dwar ir-RER jiġi konkluż għal sena waħda biss kull darba, u għalhekk il-kuntrattur u l-approċċ li jittieħed jistgħu jinbidlu kull sena. Li kieku l-metodoloġija tar-RER u l-gwida mid-DĠ DEVCO kienu aktar komprensivi, il-livell ta’ konsistenza u aċċertament jistgħu jittejbu, anke jekk il-kuntrattur jinbidel. |
31. |
L-analiżi li wettaqna tax-xogħol tal-kuntrattur inkarigat mit-twettiq tal-istudju dwar ir-RER identifikat żbalji u inkonsistenzi fil-kalkolu u l-estrapolazzjoni ta’ żbalji individwali. Aħna osservajna wkoll żbalji fid-dokumenti ta’ ħidma tal-kuntrattur, bħal żbalji aritmetiċi u l-fatt li l-kontrolli ma kinux ikopru l-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà tal-infiq. Li kieku dawn l-iżbalji kienu ġew ikkoreġuti, ir-rata ta’ żball residwu kienet tkun ogħla. |
32. |
Fir-Rapport Annwali 2017 tagħna, aħna osservajna li l-għadd ta’ tranżazzjonijiet fejn ma kienx twettaq ittestjar sostantiv minħabba li kienet tpoġġiet fiduċja sħiħa fuq ix-xogħol ta’ kontroll preċedenti kien ferm ogħla fl-istudju tal-2017 dwar ir-RER milli fi studji preċedenti. Din is-sena, aħna qed nosservaw li l-perċentwal ta’ tranżazzjonijiet li għalihom kien hemm fiduċja sħiħa reġa’ lura għal-livell tal-istudju tal-2016. Madankollu, fejn ix-xogħol ta’ kontroll preċedenti vverifika biss parti mill-infiq, l-iżbalji identifikati ma jiġux estrapolati għall-parti mhux ittestjata tal-infiq. Għaldaqstant, l-istudju jassumi li l-parti mhux ittestjata hija ħielsa minn żball, li jnaqqas ir-rata tal-iżball residwu. |
33. |
Fir-RAA 2018, id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali tinkludi żewġ riżervi. L-ewwel waħda hija relatata ma’ għotjiet immaniġġjati mid-DĠ NEAR f’isem id-DĠ DEVCO. It-tieni waħda tirrigwarda ġestjoni indiretta permezz ta’ organizzazzjoni internazzjonali, u tirreferi espliċitament għall-programmi mmaniġġjati mill-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana li jinvolvu akkwist sinifikanti. Din it-tieni riżerva nħarġet fl-2017 u nżammet għall-2018. |
34. |
L-ambitu tal-ewwel riżerva tnaqqas b’mod sinifikanti kemm fl-2017 kif ukoll fl-2018. Dan huwa parzjalment dovut għall-fatt li r-rata tal-iżball residwu ilha taħt is-soll ta’ materjalità għal tliet snin konsekuttivi. B’kont meħud tal-limitazzjonijiet tal-istudju dwar ir-RER fl-2018 (ara l-paragrafi 29–32) u fi snin preċedenti, (34) it-tnaqqis fl-ambitu tal-ewwel riżerva mhuwiex iġġustifikat b’mod suffiċjenti. Billi l-istudju dwar ir-RER huwa wieħed mill-elementi ewlenin fil-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mid-DĠ DEVCO, jeħtieġ li huwa jkun appoġġat minn gwida li tkun suffiċjentement dettaljata sabiex tipprovdi bażi affidabbli għar-riżerva. Il-
Kaxxa 7
turi l-evoluzzjoni tar-riżervi ppreżentati fir-rapporti annwali tal-attività mill-2011 sal-2018.
|
35. |
Skont l-istima tad-DĠ DEVCO, l-ammont kumplessiv f’riskju fl-għeluq kien ta’ EUR 49,8 miljun (35). Abbażi tal-istudju dwar ir-RER, din l-istima naqset għal 29 % mis-sena preċedenti. L-osservazzjonijiet tagħna rigward l-istudju dwar ir-RER jaffettwaw ukoll l-istimi tal-ammonti f’riskju. |
36. |
Skont l-istima tad-DĠ DEVCO, l-ammont kumplessiv f’riskju meta sar il-pagament kien ta’ EUR 64,7 miljun (36) (1 % tal-infiq tal-2018). Minn dan l-ammont, huwa jistma li EUR 14,9 miljun (23 %) se jiġu kkoreġuti permezz tal-kontrolli li se jwettaq fis-snin li ġejjin (37). |
37. |
Fl-2018, id-DĠ DEVCO ħa bosta passi biex itejjeb il-kwalità tad-data għall-kalkolu tal-kapaċità korrettivà tiegħu u biex jindirizza n-nuqqasijiet li aħna konna identifikajna fis-snin preċedenti. Huwa żied il-monitoraġġ u l-kontrolli tiegħu tal-ordnijiet ta’ rkupru u għamel aktar sforzi biex iżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-mod kif dawn jiġu kkodifikati b’mod korrett billi, pereżempju, inkluda struzzjoni speċifika dwar il-kuntest ta’ rkupru fin-nota dwar l-eżerċizzju ta’ għeluq tal-2018. Fir-rigward tal-kalkolu tal-kapaċità korrettiva għall-2018, aħna ma identifikajniex żbalji fil-kampjun tagħna (38). |
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet
Konklużjoni
38. |
L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-kontijiet tal-FEŻ għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom, il-flussi tal-flus tagħhom u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà. |
39. |
L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li, għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018:
|
Rakkomandazzjonijiet
40. |
L- Anness III juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu li wettaqna għas-sitt rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2015 tagħna (39), li minnhom id-DĠ DEVCO kien implimenta (40) bis-sħiħ ir-Rakkomandazzjonijiet 2, 3, 4 u 6 u r-Rakkomandazzjoni 5 fil-biċċa l-kbira mill-aspetti. Ir-Rakkomandazzjoni 1 ma għadhiex applikabbli minħabba li d-DĠ DEVCO iddeċieda li jtejjeb il-kwalità tal-awditi u l-verifikazzjonijiet tal-infiq tiegħu billi jemenda t-termini ta’ referenza minflok ma juża l-grilja tal-kwalità. |
41. |
Ibbażat fuq din l-analiżi u fuq is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna għall-2018, aħna nirrakkomandaw li, sal-2020, il-Kummissjoni:
Rakkomandazzjoni 1 Tieħu passi biex tirrinforza l-obbligu fuq l-organizzazzjonijiet internazzjonali biex jibagħtu lill-QEA, fuq talba tagħha stess, kull dokument jew informazzjoni meħtieġa sabiex twettaq il-kompitu tagħha, kif previst fit-TFUE (ara l-paragrafu 19); Rakkomandazzjoni 2 Ittejjeb il-metodoloġija u l-manwal relatati mal-istudju dwar ir-RER biex jagħtu gwida aktar komprensiva dwar il-problemi li identifikajna f’dan ir-rapport u, għalhekk, jipprovdu appoġġ xieraq għall-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mid-DĠ DEVCO għar-riżervi (ara l-paragrafi 29 - 34); |
Kapitolu III — Prestazzjoni
42. |
Il-kontrolli fuq il-post li wettaqna mhux biss ippermettewlna neżaminaw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet iżda wkoll nagħmlu osservazzjonijiet dwar l-aspetti tat-tranżazzjonijiet magħżula relatati mal-prestazzjoni. |
43. |
Matul il-kontrolli fuq il-post li wettaqna, biex nivverifikaw l-eżistenza tal-oġġetti mixtrija, aħna osservajna każijiet fejn l-oġġetti kienu ntużaw b’mod effettiv u kkontribwew għall-ilħuq tal-objettivi tal-proġetti. Għall-kuntrarju, aħna osservajna wkoll każijiet fejn l-effiċjenza u l-effettività tal-azzjoni kienu ġew kompromessi, billi l-oġġetti mixtrija/l-installazzjonijiet ma kinux qed jintużaw kif ippjanat.
|
(1) Ara l-Artikoli 43, 48-50 u 58 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17).
(2) Fl-2012, ftehim tripartitiku bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti (l-Artikolu 134 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1)) stabbilixxa r-regoli għall-awditjar ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-Qorti. Il-Faċilità ta’ Investiment mhijiex koperta mid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-Qorti.
(3) Bl-eċċezzjoni tal-5 % tal-infiq li sar fl-2018 taħt il-FEŻ, u li kien immaniġġjat mid-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (id-DĠ ECHO).
(4) Bħall-finanzjament ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet/provvisti/servizzi, għotjiet, appoġġ baġitarju u stimi ta’ programmi.
(6) Bejn l-2013 u l-2015, il-fondi ġew impenjati permezz ta’ faċilità ta’ tranżizzjoni biex tiġi żgurata l-kontinwità sakemm jiġi rratifikat il-11-il FEŻ.
(7) Inklużi EUR 1 139 miljun immaniġġjati mill-BEI.
(8) Jinkludu allokazzjonijiet inizjali għat-8, għad-9, għall-10 u għall-11-il FEŻ, kofinanzjament, imgħax, riżorsi varji u trasferimenti minn FEŻ preċedenti.
(9) Bħala perċentwal tar-riżorsi
(10) Ammonti negattivi jikkorrispondu ma’ diżimpenji.
(11) Impenji globali huma relatati ma’ deċiżjonijiet ta’ finanzjament.
(12) Impenji individwali huma relatati ma’ kuntratti individwali.
(13) Impenji netti wara diżimpenji. Pagamenti netti wara rkupri.
(14) Din il-mira ġiet stabbilita kemm bħala mira kumplessiva għall-qasam intier ta’ responsabbiltà tad-DĠ DEVCO kif ukoll bħala mira speċifika għall-FEŻ.
(15) Skont l-Artkoli 43, 48-50 u 58 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il FEŻ, din id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni ma tapplikax għar-riżorsi tal-FEŻ li huma mmaniġġjati mill-BEI.
(16) Ara l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2018/1877.
(17) Ara l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2018/1877.
(18) L-Angola, Barbados, il-Botswana, il-Burkina Faso, iċ-Chad, il-Djibouti, l-Etjopja, il-Guinea, il-Haiti, il-Ġamajka, il-Kenja, Madagascar, il-Malawi, il-Mozambique, in-Niġer, Sierra Leone, is-Sudan, it-Tanzanija u ż-Żimbabwe.
(19) Id-DĠ DEVCO: 124 pagament; id-DĠ ECHO: pagament wieħed għall-għajnuna umanitarja.
(20) Kull sena, id-DĠ DEVCO jikkuntratta studji dwar ir-RER biex jistma l-livell ta’ żball li l-kontrolli kollha ta’ ġestjoni għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji fil-qasam intier tar-responsabbiltà tiegħu ma jkunux irnexxielhom jaqbdu. L-istudju dwar ir-RER ma jikkostitwix inkarigu ta’ aċċertament jew awditu; huwa bbażat fuq il-metodoloġija relatata mal-istudju dwar ir-RER u l-manwal ipprovdut mid-DĠ DEVCO.
(21) L-analiżijiet li wettaqna tal-istudji dwar ir-RER urew li, meta mqabbla max-xogħol tal-awditjar tagħna, il-metodoloġija ta’ bażi tinvolvi ferm inqas (massimu ta’ disgħa) kontrolli fuq il-post u tagħti inqas lok biex jiġu eżaminati l-proċeduri ta’ akkwist. Għalhekk, din is-sena aħna aġġustajna r-riżultati tal-istudju dwar ir-RER biex jirrifletti l-livell ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku. Is-sejbiet tal-QEA fir-rigward tad-DAS 2014-2017 għall-FEŻ kienu l-bażi għall-aġġustamenti tagħna.
(22) Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli li nistgħu nagħtu. Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-livell ta’ żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 1,2 % u 9,1 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).
(23) Bħal kuntratti ta’ xogħlijiet/provvisti/servizzi.
(24) L-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea: “Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirċievu pagamenti mill-baġit, għandhom jgħaddu lill-Qorti tal-Awdituri, fuq talba tagħha stess, kull dokument jew informazzjoni meħtieġa sabiex twettaq ix-xogħol tagħha.”
(25) L-Opinjoni Nru 10/2018 tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali, il-paragrafu 18.
(26) Għal inqas minn 0,1 punt perċentwali tar-rata ta’ żball (każ wieħed) il-Kummissjoni wettqet l-iżball hija stess u għal 2,5 punti perċentwali (11-il każ) l-iżball sar mill-benefiċjarji.
(27) Li jikkontribwixxu 1,7 punti perċentwali għal-livell ta’ żball stmat.
(28) Il-pagamenti relatati mal-appoġġ baġitarju li ġew iffinanzjati mill-FEŻ fl-2018 ammontaw għal EUR 796 miljun.
(29) Il-FEŻ u l-baġit ġenerali tal-UE.
(30) 2016: 1,7 %; 2017: 1,18 % u 2018: 0,85 %.
(31) Fl-istudju tal-2018, ix-xogħol fuq il-post fil-pajjiż tal-implimentazzjoni tal-proġett twettaq għal 5 biss mill-219-il tranżazzjoni li ġew ittestjati.
(32) Ix-xogħol relatat mar-RER ma kopriex biżżejjed ċerti aspetti tal-proċeduri ta’ akkwist, bħar-raġunijiet għar-rifjut ta’ kandidati li ma ntgħażlux jew il-konformità tal-offerent magħżul mal-kriterji kollha tal-għażla u tal-għoti, u lanqas ma vverifika l-proċeduri ta’ sejħiet għal proposti jew il-ġustifikazzjonijiet għal għotjiet diretti.
(33) Il-metodu ta’ stima speċifiku għar-RER jippermetti marġni wiesa’ għal ġudizzju meta jkunu qed jiġu stmati żbalji individwali (eż. dokumenti neqsin u l-validità tar-raġunijiet għal dan).
(34) Ara r-Rapport Annwali 2017 tal-QEA dwar il-FEŻ, il-paragrafi 34-38.
(35) Ara r-Rapport Annwali tal-Attività 2018 tad-DĠ DEVCO, p. 69.
(36) Din hija l-aħjar stima konservattiva tal-ammont ta’ nfiq awtorizzat matul is-sena iżda li ma kienx konformi mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali u regolatorji applikabbli fil-ħin meta sar il-pagament.
(37) Ara r-Rapport Annwali tal-Attività 2018 tad-DĠ DEVCO, p. 69.
(38) Aħna ttestajna 12-il ordni ta’ rkupru li jammontaw għal EUR 10,5 miljun, jiġifieri 58 % tal-popolazzjoni totali (EUR 18,2 miljun).
(39) Aħna għażilna r-Rapport 2015 tagħna għall-eżerċizzju ta’ segwitu ta’ din is-sena billi, fil-prinċipju, il-Kummissjoni kellha biżżejjed żmien biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tagħna.
(40) L-għan ta’ dan is-segwitu kien biex jiġi vverifikat jekk ġewx introdotti miżuri korrettivi b’rispons għar-rakkomandazzjonijiet tagħna, u mhux biex tiġi vvalutata l-effettività tal-implimentazzjoni tagħhom.
ANNESS I
RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦALL-FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP
|
2018 |
2017 |
|
DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN |
|||
Total tat-tranżazzjonijiet |
139 |
142 |
|
IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI |
|||
Livell ta’ żball stmat |
5,2 % |
4,5 % |
|
Limitu superjuri tal-iżball (UEL) |
9,1 % |
|
|
Limitu inferjuri tal-iżball (LEL) |
1,2 % |
|
ANNESS II
PAGAMENTI MILL-FEŻ FL-2018 SKONT IR-REĠJUN PRINĊIPALI
Pagamenti mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp - l-Afrika
Sors: |
Sfond tal-mappa ©OpenStreetMap kontributuri liċenzjati taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution-ShareAlike 2.0 (CC BY-SA) u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq il-kontijiet konsolidati tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ għall-2018. |
Pagamenti mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp — il-Karibew u l-Paċifiku
Sors: |
Sfond tal-mappa ©OpenStreetMap kontributuri liċenzjati taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution-ShareAlike 2.0 (CC BY-SA) u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq il-kontijiet konsolidati tat-8, tad-9, tal-10 u tal-11-il FEŻ għall-2018. |
ANNESS III
SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦALL-FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP
Sena |
Rakkomandazzjoni tal-Qorti |
Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar |
|||||
Implimentata bis-sħiħ |
Qed tiġi implimentata |
Mhux implimentata |
Mhux applikabbli |
Evidenza insuffiċjenti |
|||
Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti |
F’xi wħud mill-aspetti |
||||||
2015 |
Rakkomandazzjoni 1: jespandi l-użu tal-grilja tal-kwalità għall-awditi u l-verifikazzjonijiet tal-infiq ikkuntrattati direttament mill-benefiċjarji; |
|
|
|
|
x |
|
Rakkomandazzjoni 2: jadatta t-termini ta’ referenza tal-awditi u l-verifikazzjonijiet tal-infiq bil-ħsieb li jikseb l-informazzjoni rilevanti kollha dwar ix-xogħol li fil-fatt ikun sar, sabiex ikun jista’ jivvaluta l-kwalità tagħhom bl-użu tal-grilja tal-kwalità l-ġdida; |
x |
|
|
|
|
|
|
Rakkomandazzjoni 3: jivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċji tat-titjib tal-monitoraġġ tal-awditi u l-verifikazzjonijiet tal-infiq ikkuntrattati direttament mill-benefiċjarji, billi jinkludihom fl-applikazzjoni tal-awditjar il-ġdida; |
x |
|
|
|
|
|
|
Rakkomandazzjoni 4: japplika sanzjonijiet xierqa lil entitajiet li ma jikkonformawx mal-obbligu tagħhom li jipprovdu dokumentazzjoni essenzjali ta’ sostenn għall-awditu tal-Qorti; |
x |
|
|
|
|
|
|
Rakkomandazzjoni 5: għal pagamenti taħt ġestjoni indiretta ma’ pajjiżi benefiċjarji, (i) isostni d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni bl-evidenza disponibbli li tkun statistikament l-aktar affidabbli, u (ii) jiddistingwi bejn forom ta’ għajnuna bi profili differenti tar-riskju, kif isir għal pagamenti taħt ġestjoni diretta; |
|
x |
|
|
|
|
|
Rakkomandazzjoni 6: jirrevedi l-istima tal-kapaċità korrettiva tiegħu fil-futur billi jeskludi mill-kalkolu (i) irkupri ta’ prefinanzjament li ma ntnefaqx u ta’ mgħax iġġenerat, u (ii) kanċellazzjonijiet ta’ ordnijiet ta’ rkupru li nħarġu qabel. |
x |
|
|
|
|
|
RISPOSTI TAL-KUMMISSJONI GĦAR-RAPPORT ANNWALI TAL-QORTI TAL-AWDITURI DWAR L-ATTIVITAJIET IFFINANZJATI MIT-8, MID-9, MILL-10 U MILL-11-IL FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP (FEŻ) GĦAS-SENA FINANZJARJA 2018
Kapitolu II — Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-QEA dwar il-FEŻ
Kaxxa 6 — Nuqqas ta’ kooperazzjoni minn organizzazzjonijiet internazzjonali
Il-Kummissjoni fittxet kuntatt mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati fil-livelli kollha biex tiffaċilita l-forniment tad-dokumenti ta’ sostenn mitluba mill-QEA. Bħalissa qed tanalizza l-każijiet speċifiċi mqajma mill-QEA.
Il-Kummissjoni se tintroduċi sistema ta’ kuntatt immedjat ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fuq livell ċentrali kull meta l-operazzjonijiet tagħhom jittieħdu għall-kampjun mill-QEA.
Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza
27. |
Fir-rigward tas-sistema ta’ kontroll tad-DĠ DEVCO, it-termini ta’ referenza riveduti (ToR) għall-verifiki tal-infiq ġew adottati fi tmiem Marzu 2018. Huma mistennija jikkontribwixxu għal prestazzjoni mtejba ta’ verifiki ex-ante. |
28. |
L-istudju dwar ir-RER huwa wieħed minn diversi elementi fil-proċess tal-bini tal-aċċertament. Il-limitazzjonijiet osservati mill-QEA huma magħrufa sew mal-Kummissjoni u jitqiesu mill-Kummissjoni meta tivvaluta l-punti b’saħħithom u dawk dgħajfa tas-sistema ta’ ġestjoni tagħha. Dawn l-elementi kollha, meħudin flimkien, jiżguraw li r-Rapport ta’ Attività Annwali tad-DEVCO jippreżenta l-informazzjoni ta’ ġestjoni b’ħarsa vera u ġusta. |
30. |
Fir-rigward tal-manwal RER, il-livell ta’ dettall fil-manwal u l-metodoloġija għandu jsib bilanċ bejn kemm ikun eżawrijenti u flessibbli. L-istudju tal-RER jingħata b’kuntratt kull sena sabiex iżomm ċerta flessibbiltà fid-definizzjoni tat-termini ta’ referenza speċifiċi. F’dak il-mument jistgħu jitqiesu s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-QEA. |
31. |
Id-differenzi fl-erruri kwantifikabbli identifikati mill-QEA se jirriżultaw tabilħaqq f’żieda fir-rata ta’ errur residwu. Madankollu, il-biċċa l-kbira ta’ din iż-żieda ġejja minn operazzjoni waħda biss, li l-Kummissjoni tqis li ġiet implimentata f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-konklużjoni tal-QEA dwar dan il-każ speċifiku. |
32. |
L-approċċ ma nbidilx meta mqabbel mas-sena preċedenti. L-erruri identifikati fir-rapport ta’ ħidma ta’ kontroll preċedenti li fuqu kienet ibbażata d-dipendenza sħiħa, mhumiex estrapolati jekk hemm evidenza li l-Kummissjoni ħarġet ordnijiet ta’ rkupru relatati jew aġġustati fil-pagament finali fuq l-azzjoni abbażi tal-ammont ineliġibbli misjub.
Ix-xogħol tal-kuntrattur jinkludi l-eżerċizzju ta’ ġudizzju professjonali li jiddetermina meta u sa liema punt hija permessa jew meħtieġa estrapolazzjoni tas-sejbiet. |
34. |
Il-Kummissjoni se tfittex modi kif tintroduċi gwida aktar komprensiva.
Anke għal segmenti oħra li mhumiex taħt riżerva, l-isforzi ta’ kontroll ma jitnaqqsux. Fid-deskrizzjoni tar-riżerva huwa spjegat li għalkemm ir-riżerva tirrigwarda biss għotjiet b’ġestjoni diretta, ser jitkomplew ukoll l-azzjonijiet relatati mal-oqsma ta’ nfiq l-oħrajn. |
Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet
Rakkomandazzjoni 1 (organizzazzjonijiet internazzjonali)
Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni se tintroduċi sistema ta’ kuntatt immedjat ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fuq livell ċentrali kull meta l-operazzjonijiet tagħhom jittieħdu għall-kampjun mill-QEA.
Rakkomandazzjoni 2 (Metodoloġija u manwal tal-istudju tal-RER)
Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni u se tfittex modi kif tintroduċi gwida aktar komprensiva.
Kapitolu III — Prestazzjoni
Kaxxa 8 — Eżempji ta’ osservazzjonijiet relatati mal-prestazzjoni
(b) |
Is-sostenibbiltà tal-proġett fil-periklu Il-Kummissjoni qed tippjana awditu tekniku u evalwazzjoni biex tivvaluta l-istatus tal-proġett u tidentifika riskji potenzjali sabiex tiżgura l-vijabbiltà tal-proġett. Il-Kummissjoni tiżgura wkoll segwitu mill-qrib mal-partijiet kollha involuti. |
(c) |
Oġġetti/stallazzjonijiet mixtrija li mhux jintużaw: Il-Kummissjoni se tħares lejn iż-żewġ kwistjonijiet biex tiċċekkja l-istatus tal-użu tat-tagħmir u l-installazzjonijiet korrispondenti. |
(d) |
Il-prinċipju tal-ekonomija mhux rispettat: Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li l-kontribuzzjoni ġiet miftiehma f’kuntratt bejn iż-żewġ IOs u l-pagamenti ġew eżegwiti skont id-dispożizzjonijiet kuntrattwali. Ir-rapport ta’ progress jikkonferma riżultati pożittivi tas-serje kif analizzati minn kumpaniji ta’ riċerka tal-midja indipendenti. |