Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0097

    Kawża C-97/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Frar 2019 — Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Köln

    ĠU C 182, 27.5.2019, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 182/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Frar 2019 — Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Köln

    (Kawża C-97/19)

    (2019/C 182/14)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG

    Konvenut: Hauptzollamt Köln

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 78(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, skont din id-dispożizzjoni, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hemm lok li tiġi vverifikata u rrettifikata dikjarazzjoni doganali b’tali mod li l-informazzjoni dwar id-dikjarant tiġi ssostitwita bir-riferiment għall-persuna li lilha nħareġ ċertifikat ta’ importazzjoni għall-merkanzija importata u li din il-persuna hija rrappreżentata mill-persuna li kienet ġiet indikata fid-dikjarazzjoni doganali bħala dikjarant u li ppreżentat lill-uffiċċju doganali mandat tad-detentur taċ-ċertifikat ta’ importazzjoni?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.


    Top