This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0060
Case T-60/15: Action brought on 6 February 2015 — Laboratorios Ern v OHIM — Dermogen Farma (ETERN JUVENTUS)
Kawża T-60/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – Laboratorios Ern vs UASI – Dermogen Farma (ETERN JUVENTUS)
Kawża T-60/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – Laboratorios Ern vs UASI – Dermogen Farma (ETERN JUVENTUS)
ĠU C 107, 30.3.2015, p. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 107/35 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 – Laboratorios Ern vs UASI – Dermogen Farma (ETERN JUVENTUS)
(Kawża T-60/15)
(2015/C 107/46)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: T. González Martínez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dermogen Farma, SA (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “ETERN JUVENTUS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 862 548
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 2414/2013-1
Talbiet
— |
tannulla deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Novembru 2014 fil-Każ R 2414/2013-1, sa fejn tirrigwarda l-ilqugħ parzjali tas-servizzi li ġejjin: Klassi 35 “Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut, bl-ingrossa, u permezz ta’ netwerks dinjija tal-informatika ta’ toothpaste; bejgħ esklużiv u rappreżentazzjonijiet kummerċjali dwar it-toothpastes”; |
— |
tiċħad l-Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 862 548 “ETERN JUVENTUS” fir-rigward tal-Klassi 35 “Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut, bl-ingrossa, u permezz ta’ netwerks dinjija tal-informatika ta’ toothpaste; bejgħ esklużiv u rappreżentazzjonijiet kummerċjali dwar it-toothpastes”, u |
— |
tikkundanna lill-UASI, u jekk ikun meħtieġ lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |