This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014TA1210(14)
Report on the annual accounts of the European Centre for Disease Prevention and Control for the financial year 2013, together with the Centre’s replies
Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru
Rapport dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru
ĠU C 442, 10.12.2014, p. 123–131
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 442/123 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mar-risposti taċ-Ċentru
(2014/C 442/14)
INTRODUZZJONI
1. |
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (minn hawn ’il quddiem “iċ-Ċentru”, magħruf ukoll bħala l-“ECDC”), li jinsab fi Stokkolma, ġie stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Il-kompiti prinċipali taċ-Ċentru huma li jiġbor u jxerred data dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-bniedem u li jagħti opinjonijiet xjentifiċi dwar dan is-suġġett. Huwa meħtieġ ukoll jikkoordina n-netwerk Ewropew tal-korpi li joperaw f’dan il-qasam (2). |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
2. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll taċ-Ċentru. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
10. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI DWAR IL-LEGALITÀ U R-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET
11. |
Għalkemm iċ-Ċentru tejjeb il-ġestjoni tiegħu tal-proċeduri ta' akkwist, għal proċedura partikolari mnedija fl-2013 kien hemm informazzjoni konfliġġenti bejn l-avviż tal-kuntratt u l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerti li setgħu affettwaw il-proċess kompetittiv u r-riżultat tal-proċedura. Pagamenti li saru fl-2013 taħt il-kuntratt qafas u ż-żewġ kuntratti speċifiċi kkonċernati kienu jammontaw għal EUR 1 08 000. Wara l-awditu tal-Qorti, iċ-Ċentru ħa azzjoni korrettiva immedjata u l-kuntratt qafas ġie kkanċellat. |
KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA
12. |
Ir-rata kumplessiva ta' eżekuzzjoni tal-baġit kienet relattivament baxxa (92 %). Il-kanċellazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet 2013 dehru fit-titoli kollha tal-baġit. |
13. |
L-ammonti riportati ta' approprjazzjonijiet impenjati kienu relattivament għoljin, b'EUR 1 7 14 484 (26 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u EUR 7 9 07 139 (44 %) għat-Titolu III (nefqa operazzjonali). |
14. |
Għat-Titolu II, dan kien prinċipalment marbut ma' ħardwer u softwer tal-IT (EUR 1 0 86 203), u mal-evalwazzjoni esterna taċ-Ċentru li għadha għaddejja (EUR 2 10 000). |
15. |
Għat-Titolu III, l-approprjazzjonijiet impenjati riportati kienu prinċipalment jikkonċernaw proġetti pluriennali (EUR 4 6 20 605), u oġġetti tal-IT għall-appoġġ ta' attivitajiet operazzjonali (EUR 1 9 62 443) li għalihom ġew implimentati attivitajiet u saru pagamenti skont il-ħtiġijiet operazzjonali. Madankollu, ġew innutati dgħufijiet fir-rigward tal-ippjanar u l-eżekuzzjoni baġitarja għal laqgħat operazzjonali, prinċipalment minħabba livelli ta' attendenza u spejjeż ta' lukandi u ta' titjiriet stmati b'mod eċċessiv. Għal-linja tal-baġit rispettiva, 29 % tal-approprjazzjonijiet għall-2013 (EUR 6 55 142) u 59 % tal-ammonti riportati mill-2012 (EUR 4 55 820) ġew ikkanċellati. Barra minn hekk, 38 % tal-approprjazzjonijiet impenjati għall-2013 għal laqgħat operazzjonali (li jammontaw għal EUR 5 94 758) ġew riportati għall-2014. |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SENA PREĊEDENTI
16. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kumenti tal-Qorti mis-sena preċedenti tingħata fl-Anness I. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Pietro RUSSO, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Settembru 2014.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1.
(2) L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet taċ-Ċentru. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(4) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(5) L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(6) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(7) L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.
ANNESS I
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti
Sena |
Kumment tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A) |
2012 |
L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet taċ-Ċentru kienet kwalifikata għas-sena 2011 minħabba li ċ-Ċentru ma rrispettax l-ammont massimu ta’ kuntratt qafas mill-2009. Skont dan il-kuntratt qafas, iċ-Ċentru seta’ jiffirma kuntratti speċifiċi ma’ fornituri magħżula sa ammont massimu ta’ EUR 9 miljun. Madankollu, sa tmiem l-2011 kienu saru pagamenti ta’ EUR 12,2 miljun. Sabiex jixtri servizzi essenzjali għat-tkomplija tal-proġett relatat, iċ-Ċentru, fl-2012, ikkonkluda kuntratti speċifiċi addizzjonali għal ammont ta’ EUR 2,5 miljun. Flimkien mal-pagamenti ta’ EUR 2,7 miljun li saru fl-2012 għal kuntratti ffirmati diġà fl-2011, il-pagamenti li saru ammontaw għal total ta’ EUR 17,4 miljun sa tmiem l-2012. Filwaqt li pagamenti ’l fuq mil-limitu massimu ta’ EUR 9 miljun stabbilit fil-kuntratt qafas huma irregolari, iċ-Ċentru ħa azzjoni korrettiva fl-2012 u ffirma kuntratt qafas ta’ sostituzzjoni f’Ġunju 2012 (mhumiex se jsiru aktar pagamenti taħt il-kuntratt qadim) u tejjeb il-monitoraġġ tal-konsum ta’ kuntratti qafas inġenerali. |
M/A |
|
Fl-2012 pagamenti li ammontaw għal EUR 5,2 miljun irriżultaw minn nuqqasijiet fis-snin preċedenti meta l-limitu massimu tal-kuntratt qafas ma ġiex osservat. Dawn jirrelataw ma’ obbligi kuntrattwali li rriżultaw minn snin preċedenti (EUR 2,7 miljun) jew saru fl-2012 għal raġunijiet ta’ kontinwità tan-negozju (EUR 2,5 miljun) sal-finalizzazzjoni tal-proċedura ta’ akkwist għall-kuntratt qafas ġdid. Meta wieħed iqis l-azzjoni korrettiva meħuda miċ-Ċentru fl-2012, il-Qorti ma kkwalifikatx l-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet din is-sena. |
|
2012 |
Fl-2012, iċ-Ċentru ta għotjiet lil istituzzjonijiet li jwettqu r-riċerka u individwi. In-nefqa totali tal-għotjiet ammontat għal EUR 7 52 000, li tirrappreżenta 1,4 % tan-nefqa operattiva 2012. Il-verifikazzjonijiet ex ante taċ-Ċentru qabel ir-rimborż tal-ispejjeż ikklejmjati mill-benefiċjarji jikkonsistu minn analiżi fl-uffiċċju tal-klejms tal-ispejjeż u parzjalment ukoll minn ċertifikati tal-awditjar maħruġa minn ditti indipendenti tal-awditjar ikkuntrattati mill-benefiċjarji. Iċ-Ċentru normalment ma jikseb ebda dokument mill-benefiċjarji biex jissostanzja l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tal-ispejjeż ikklejmjati. Sabiex isaħħaħ il-kontrolli, iċ-Ċentru adotta strateġija ta’ verifikazzjoni ex post u ppjana għall-implimentazzjoni tagħha fl-2012. Madankollu, huwa esperjenza dewmien ta’ 10 xhur biex jikseb aċċess għal kuntratt tal-awditjar interistituzzjonali u, fiż-żmien tal-awditu, kienet għadha ma saret ebda verifikazzjoni ex post tan-nefqa tal-għotjiet 2012. Għat-tranżazzjonijiet awditjati mill-Qorti, inkisbet dokumentazzjoni ta’ sostenn miċ-Ċentru f’isem il-Qorti u din ipprovdiet aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tagħhom. |
Għadha għaddejja |
2012 |
Ir-rati ta' implimentazzjoni tal-baġit kienu sodisfaċenti għat-Titolu I (nefqa għall-persunal) u għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) f'livell ta' 97 % u 80 % tal-approprjazzjonijiet impenjati rispettivament. Filwaqt li l-livell ta’ ammonti riportati relatat mat-Titolu III huwa għoli f’livell ta’ EUR 8,3 miljun (41 % tal-approprjazzjonijiet impenjati tat-Titolu III), dan ma seħħx minħabba d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma Annwali taċ-Ċentru, imma jirrifletti n-natura pluriennali tal-attivitajiet. Iċ-Ċentru adotta modulu ta’ ppjanar baġitarju li huwa marbut direttament mal-Programm ta’ Hidma Annwali tiegħu u l-pagamenti ġew ippjanati u magħmula skont il-ħtiġijiet operazzjonali. |
M/A |
ANNESS II
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (Stokkolma)
Kompetenzi u attivitajiet
Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat (L-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
“Il-livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni. L-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infirmità tal-bniedem, u li jevitaw (jiġu evitati) il-fonti ta’ periklu għas-saħħa umana (fiżika u mentali). Din l-azzjoni għandha tkopri l-ġlieda kontra l-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-tixrid tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa, kif ukoll il-monitoraġġ ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa, l-allert (bikri) għal dan it-theddid u l-ġlieda kontrih.” |
||||||||||||||
Kompetenzi taċ-Ċentru (Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) |
Għanijiet
Kompiti
|
||||||||||||||
Governanza |
Bord tal-Amministrazzjoni Kompożizzjoni Membru nnominat minn kull Stat Membru, żewġ membri nnominati mill-Parlament Ewropew u tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni. Kompiti Il-Bord jadotta l-programm annwali u l-baġit taċ-Ċentru u jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. Direttur Maħtur mill-Bord tal-Amministrazzjoni fuq il-bażi ta’ lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni. Forum Konsultattiv Kompożizzjoni Rappreżentant ta’ kull Stat Membru u tliet rappreżentanti tal-Kummissjoni mingħajr id-dritt għall-vot. Kompiti Il-Forum għandu jiżgura l-eċċellenza xjentifika tax-xogħol u l-indipendenza tal-attivitajiet u l-opinjonijiet taċ-Ċentru. Awditu estern Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Awditu intern Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS). Awtorità ta' kwittanza Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||
Riżorsi disponibbli għaċ-Ċentru fl-2013 (2012) |
Baġit Finali EUR 58,3(58,2) miljun Persunal fil-31 ta' Diċembru 2013 Postijiet fit-tabella tal-persunal: 198 (200) Postijiet okkupati: 190 (187) Postijiet oħra: 95 (91) Total: 285 (278), assenjati għad-dmirijiet li ġejjin:
|
||||||||||||||
Prodotti u servizzi fl-2013 (2012) |
42 (69) theddida għas-saħħa identifikati u mmonitorjati bl-użu tal-Għodda tat-Traċċar tat-Theddid (Threat Tracking Tool) (TTT). 52 (52) rapport ta’ theddid kull ġimgħa dwar mard trasmissibbli, mibgħuta lil 400 (334) riċevitur. Barra minn hekk, mill-2012 'il hawn, ir-rapport huwa disponibbli wkoll fuq il-websajt tal-ECDC kull ġimgħa u sar waħda mill-paġni l-aktar miżjura tas-sit (8 000 żjara fl-2013). Għoti ta’ appoġġ lill-intelliġenza dwar l-epidemiji għal 2 (3) avvenimenti kbar li jiġbdu l-massa. Barra minn dan, 4 (3) avvenimenti ta’ natura eċċezzjonali jew ta' importanza pubblika eċċezzjonali ġew immonitorjati wkoll. Tħejjija ta’ 3 (6) valutazzjonijiet tar-riskju, 12 (16)-il valutazzjoni rapida tar-riskju ġdida u 9 (16-il) aġġornament dwar il-valutazzjoni rapida tar-riskju. 1 (1) eżerċizzju ta' simulazzjoni mwettaq għall-ittestjar u t-titjib tal-istat ta' tħejjija u r-rispons għal mard trasmissibbli. 117-il (104) sieħeb imħarreġ fil-Programm Ewropew dwar it-Taħriġ tal-Epidemjoloġija tal-Intervent (EPIET) u t-Taħriġ Ewropew dwar il-Mikrobijoloġija tas-Saħħa Pubblika (EUPHEM). 112 (114)-il espert dwar is-saħħa pubblika minn 30 pajjiż tal-UE-ŻEE pparteċipaw f’moduli qosra ta’ taħriġ taċ-Ċentru. 9 45 000(7 80 000) viżitatur fuq il-web portal taċ-Ċentru. 216-il (204) pubblikazzjoni xjentifika ppubblikati. Ċitazzjonijiet tal-fattur tal-impatt fuq ħames snin: 5,6(4,55) Is-Sitt Jum Ewropew ta' Sensibilizzazzjoni dwar l-Antibijotiċi organizzat, bil-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 40 (43) pajjiż; Id-data tat-18 ta' Novembru qiegħda tiġi rikonoxxuta dejjem aktar u qed issir għeliem għas-sensibilizzazzjoni dwar l-użu prudenti tal-antibijotiċi mhux biss fl-Ewropa, iżda wkoll fl-Istati Uniti, fil-Kanada u fl-Awstralja, u bnadi oħra. 16,3(12,9) miljun rekord uniku fid-databases ta’ TESSy; 1 492(1 324) utent attiv minn 57 (56) pajjiż. Sorveljanza mtejba; integrazzjoni fiċ-Ċentru ta’ 15 (15) mis-17-il netwerk ta' sorveljanza ddedikat fi tmiem l-2013 (wieħed li ma tkompliex u l-aħħar wieħed ġie esternalizzat). Pubblikazzjoni tar-Rapport Annwali dwar l-Epidemjoloġija. 18-il rapport ta' sorveljanza ppubblikati dwar suġġetti li jinkludu rapporti annwali annwali dwar it-tuberkulożi, l-HIV/AIDS u l-ġlieda kontra l-mikrobijoreżistenza. 41 (40) bullettin ta’ kull ġimgħa dwar l-influwenza/ħarsa ġenerali lejn is-sorveljanza tal-influwenza għall-2013. 89 (34) opinjoni xjentifika prodotti, ibbażati fuq talbiet mill-partijiet interessati; aktar minn 80 % tat-talbiet għal pariri xjentifiċi twieġbu fil-waqt. Organizzazzjoni tas-seba' Konferenza Ewropea Xjentifika dwar l-Epidemjoloġija Applikata tal-Mard Li Jittieħed (ESCAIDE) fil-5-7 ta' Novembru 2013 fi Stokkolma, b’550 (511-il) parteċipant. Pubblikazzjoni ta' kull ġimgħa tal-ġurnal xjentifiku Eurosurveillance, bi 11 600(14 000) abbonat onlajn. Fl-2013, Eurosurveillance ngħata fattur tal-impatt għat-tieni sena, li b'5,49 kien ftit anqas minn dak tal-2012 (6,15). Dan iqiegħed lil Eurosurveillance fil-klassifikazzjoni numru 6 fost l-aqwa 70 ġurnal madwar id-dinja fil-kategorija ta’ “Mard li Jittieħed”. |
||||||||||||||
Sors: Anness ipprovdut miċ-Ċentru. |
IR-RISPOSTI TAĊ-ĊENTRU
11. |
L-ECDC ħa azzjoni korrettiva immedjata biex jikkomunika s-sitwazzjoni lill-kuntratturi u jikkanċella l-kuntratt. It-taqsima tal-akkwist taċ-Ċentru ġiet organizzata mill-ġdid f’Marzu 2014. L-organizzazzjoni mill-ġdid u l-proċeduri interni riveduti jiċċaraw il-kompiti, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi u l-partijiet kollha involuti. Ġie organizzat taħriġ intensiv għall-membri tal-persunal tal-ECDC matul sessjonijiet ta’ taħriġ iddedikati li saru matul Marzu u April 2014. |
12-13-14-15. |
Iċ-Ċentru kellu fondi ta’ riżerva mill-baġit tal-2013 sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu lejn il-persunal relatati mal-aġġustamenti tas-salarji tal-2011, l-2012 u l-2013. Il-fondi riżervati ammontaw għal 3,3 miljun euro. Peress li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat is-sentenza fl-aħħar trimestru tas-sena, iċ-Ċentru ma setax juża dawn il-fondi għal finijiet oħrajn. Dawn il-fondi kienu ġew assenjati mit-titoli tal-baġit kollha, konsegwentement dawn il-kanċellazzjonijiet affettwaw it-titoli tal-baġit kollha. Kieku d-deċiżjoni waslet fl-2013, l-implimentazzjoni tal-baġit kienet tkun ta’ 97,8 %. Rigward il-laqgħat operattivi, 4 00 000 euro mis-655 142 euro kienu minħabba l-aġġustamenti tal-koeffiċjent tal-piżijiet u s-salarji msemmija hawn fuq u għaldaqstant il-kanċellazzjoni hija 11 %. Mill-594 758 euro riportati għall-2014, 3 84 938 euro huma riportati biex jiġu ssodisfati l-obbligi finanzjarji għall-laqgħat fl-2014 li għalihom l-inviti tal-laqgħat kellhom jintbagħtu fl-2013 filwaqt li 2 09 820 euro huma riportati biex jiġu ssodisfati l-obbligi finanzjarji pendenti għal-laqgħat li saru fl-2013. Iċ-Ċentru se jissorvelja aktar mill-qrib l-ispejjeż tal-laqgħat operattivi biex jiġu evitati riporti jew kanċellazzjonijiet mhux meħtieġa. |