Dit document is overgenomen van EUR-Lex
Document 62014TN0171
Case T-171/14: Action brought on 20 March 2014 — Léon Van Parys v Commission
Kawża T-171/14: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Marzu 2014 – Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni
Kawża T-171/14: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Marzu 2014 – Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni
ĠU C 151, 19.5.2014, blz. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 151/28 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-171/14)
2014/C 151/36
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Firma Léon Van Parys NV (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, B. Van Vooren u R. Verbeke, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla l-ittra tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Jannar 2014, li tinforma lir-rikorrenti biż-żamma tas-sospensjoni tat-terminu previst mill-Artikolu 907 tar-Regolament Nru 2454/93; |
— |
tistabbilixxi li l-Artikolu 909 tar-Regolament Nru 2454/93 kien kompletament applikabbli favur ir-rikorrenti wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-324/10 tad-19 ta’ Marzu 2013 fil-Każ REM/REC 07/07; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 907 u 909 tar-Regolament Nru 2454/93 (1), kif ukoll tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 41 dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 907 tar-Regolament Nru 2454/93, kif ukoll tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 41 dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba, peress li l-Kummissjoni użat b’mod illeċitu l-possibbiltà li tintalab informazzjoni skont it-termini stabbiliti fl-Artikolu 907 tar-Regolament Nru 2454/93 sabiex tiġi evitata, jew minn tal-inqas posposta, l-applikazzjoni futura tal-Artikolu 909 tar-Regolament Nru 2454/93. |
(1) Ir-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).