Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0047

Kawża T-47/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta’ Marzu 2014 – Intesa Sanpaolo vs UASI – equinet Bank (EQUITER) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva EQUITER — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti EQUINET — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni” ]

ĠU C 151, 19.5.2014, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2014 – Intesa Sanpaolo vs UASI – equinet Bank (EQUITER)

(Kawża T-47/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva EQUITER - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti EQUINET - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

2014/C 151/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Turin, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi, G. Ghisletti u F. Braga, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: equinet Bank AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2101/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn equinet Bank AG u Intesa Sanpaolo SpA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2101/2010-1) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Intesa Sanpaolo SpA.


(1)  ĠU C 109, 14.04.2012.


Top