Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0509

Kawża C-509/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 6 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Central Administrativo Norte — il-Portugall) — IPTM-Instituto Portuário e dos Transportes Marítimos vs Navileme-Consultadoria Náutica, Lda, Nautizende — Consultadoria Náutica, Lda (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 52 TFUE u 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Għoti ta’ liċenzja nawtika għar-rikreazzjoni — Rekwiżit ta’ residenza fil-pajjiż li joħroġ il-liċenzja — Restrizzjoni għal persuni mhux residenti — Preżervazzjoni tas-sigurtà fil-baħar — Ordni pubbliku)

ĠU C 93, 29.3.2014, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Central Administrativo Norte — il-Portugall) — IPTM-Instituto Portuário e dos Transportes Marítimos vs Navileme-Consultadoria Náutica, Lda, Nautizende — Consultadoria Náutica, Lda

(Kawża C-509/12) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 52 TFUE u 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Għoti ta’ liċenzja nawtika għar-rikreazzjoni - Rekwiżit ta’ residenza fil-pajjiż li joħroġ il-liċenzja - Restrizzjoni għal persuni mhux residenti - Preżervazzjoni tas-sigurtà fil-baħar - Ordni pubbliku)

2014/C 93/20

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Central Administrativo Norte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IPTM-Instituto Portuário e dos Transportes Marítimos

Konvenuti: Navileme-Consultadoria Náutica, Lda, Nautizende — Consultadoria Náutica, Lda

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Central Administrativo Norte — Il-Portugall — Interpretazzjoni tal-Artikoli 18, 20, 45, 52 u 62 TFUE — Diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità — Moviment liberu tal-persuni u libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Dispożizzjoni li timponi kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju nazzjonali għall-ħruġ ta’ liċenzja nawtika għar-rikreazzjoni

Dispożittiv

L-Artikoli 52 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi rekwiżit ta’ residenza fit-territorju nazzjonali fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jkunu jixtiequ jiksbu liċenzja nawtika għar-rikreazzjoni mingħand dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 32, 02.02.2013.


Top