Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0424

    Kawża T-424/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 28 ta’ Novembru 2013 — Gaumina vs EIGE ( “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ sostenn għall-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-EIGE — Ċaħda tas-sejħa ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni” )

    ĠU C 15, 18.1.2014, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 15/15


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2013 — Gaumina vs EIGE

    (Kawża T-424/12) (1)

    (Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ sostenn għall-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tal-EIGE - Ċaħda tas-sejħa ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni)

    2014/C 15/21

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Partijiet

    Rikorrenti: UAB Gaumina (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentanti: S. Aviža u D. Soloveičikas, avukati)

    Konvenut: Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) (rappreżentanti: V. Langbakk, aġent, assistit minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EIGE tas-26 ta’ Lulju 2012 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EIGE/2012/ADM/13.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) tas-26 ta’ Lulju 2012 li tiċħad l-offerta magħmula minn UAB Gaumina fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EIGE/2012/ADM/13 hija annullata.

    (2)

    L-EIGE għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk ta’ Gaumina.


    (1)  ĠU C 373, 01.12.2012.


    Top