Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Dokument C2013/361/06

    Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-programmi ta’ ħidma 2014-2015 taħt l-inizjattiva Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u taħt il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020

    ĠU C 361, 11.12.2013, str. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 361/9


    Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-programmi ta’ ħidma 2014-2015 taħt l-inizjattiva Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u taħt il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020

    2013/C 361/06

    B'dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta' sejħa għal proposti u attivitajiet marbuta taħt il-programmi ta’ ħidma 2014-2015 taħt l-inizjattiva Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u taħt il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020.

    Il-Kummissjoni adottat permezz tad-Deċiżjonijiet C(2013) 8563 tal-10 ta’ Diċembru 2013, C (2013) 8631 tal-10 ta’ Diċembru 2013 u C (2013) 8632 tal-10 ta’ Diċembru 2013 tliet programmi ta’ ħidma li jinkludu sejħiet għal proposti u attivitajiet marbuta.

    Dawn huma soġġetti għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020), ir-Regolament li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u t-tixrid u r-Regolament tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020 mill-awtorità leġiżlattiva mingħajr modifiki sinifikanti. Huma wkoll soġġetti għal opinjoni pożittiva jew nuqqas ta’ oġġezzjoni mill-kumitati stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont 2020 u bir-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika kif ukoll id-disponibilità tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit għall-2014 wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2014 mill-awtorità baġitarja jew jekk il-baġit ma jiġix adottat kif previst fis-sistema ta’ wieħed minn kull tnax-il parti provviżorja. Barra minn hekk, il-programm ta’ ħidma fir-rigward tal-għan speċifiku “It-tisħiħ tar-riċerka fil-fruntiera tal-għarfien, permezz tal-attivitajiet tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka” se jkun soġġett għal opinjoni formali tal-Kunsill Xjentifiku ġdid li se jkun is-suċċessur tal-Kunsill Xjentifiku stabbilit bid-Deċiżjoni 2007/134/KE. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tikkanċella jew tagħmel rettifika għas-sejħa.

    Il-konferma li dawn id-dispożizzjonijiet tlestew se titħabbar fuq il-websajt tal-Portal tal-Parteċipanti tal-Kummissjoni Ewropea (http://ec.europa.eu/research/participants/portal).

    Dawn il-programmi ta’ ħidma, inkluż id-data tal-għeluq u l-baġit għall-attivitajiet, huma disponibbli permezz tal-Portal tal-Parteċipanti msemmija hawn fuq flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u attivitajiet relatati, u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal tal-Parteċipanti.

    Il-proposti jistgħu jiġu sottomessi f’dan l-istadju biss fir-rigward ta' suġġetti mmarkati “2014” fis-sejħiet għal proposti li jidhru fuq il-Portal tal-Parteċipanti. L-informazzjoni dwar meta l-proposti jistgħu jitressqu fir-rigward ta' suġġetti immarkat “2015” se tkun provduta fi stadju ulterjuri.


    Na vrh