This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0083
Case C-83/13: Request for a preliminary ruling from the Arbetsdomstolen (Sweden) lodged on 19 February 2013 — Fonnship A/S, Svenska Transportarbetarförbundet v Fonnship A/S, Svenska Transportarbetarförbundet, Facket för Service och Kommunikation (SEKO)
Kawża C-83/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbetsdomstolen (l-Isvezja) fid- 19 ta’ Frar 2013 — Fonnship A/S, Svenska Transportarbetarförbundet vs Fonnship A/S, Svenska Transportarbetarförbundet, Facket för Service och Kommunikation (SEKO)
Kawża C-83/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbetsdomstolen (l-Isvezja) fid- 19 ta’ Frar 2013 — Fonnship A/S, Svenska Transportarbetarförbundet vs Fonnship A/S, Svenska Transportarbetarförbundet, Facket för Service och Kommunikation (SEKO)
ĠU C 114, 20.4.2013, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 114/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbetsdomstolen (l-Isvezja) fid-19 ta’ Frar 2013 — Fonnship A/S, Svenska Transportarbetarförbundet vs Fonnship A/S, Svenska Transportarbetarförbundet, Facket för Service och Kommunikation (SEKO)
(Kawża C-83/13)
2013/C 114/42
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Arbetsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fonnship A/S, Svenska Transportarbetarförbundet
Konvenuti: Fonnship A/S, Svenska Transportarbetarförbundet, Facket för Service och Kommunikation (SEKO)
Domanda preliminari
Ir-regola prevista fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea dwar il-moviment liberu tas-servizzi, servizzi ta’ trasport bil-baħar — li hemm regola ekwivalenti għaliha fit-Trattat KE — hija applikabbli għal kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat tal-EFTA fir-rigward tal-attivitajiet tagħha fil-forma ta’ servizzi ta’ trasport lejn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew lejn Stat tal-EFTA permezz ta’ bastiment li huwa rreġistrat, itajjar il-bandiera, ta’ pajjiż terz barra mill-Unjoni/Żona Ekonomika Ewropea