EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC0222(01)

Sommarju ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ Ottubru 2011 li jemenda l-Impennji Nru 73 u Nru 84 fid-Deċiżjoni fil-Każ COMP/M.4180 – Gaz de France/Suez (Każ COMP/M.4180 – Gaz de France/Suez) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7572)

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/5


Sommarju ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Ottubru 2011

li jemenda l-Impennji Nru 73 u Nru 84 fid-Deċiżjoni fil-Każ COMP/M.4180 – Gaz de France/Suez

(Każ COMP/M.4180 – Gaz de France/Suez)

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7572)

(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)

2013/C 51/05

Fit-28 ta’ Ottubru 2011 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li timmodifika l-impennji magħmula f'każ ta' amalgamazzjoni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi  (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ u fl-ilsna proċedurali tal-Kummissjoni fuq il-websajt tad-Direttorat – Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=2_M_4180

I.   INTRODUZZJONI

(1)

Bid-Deċiżjoni tagħha tal-14 ta' Novembru 2006 (2), il-Kummissjoni awtorizzat l-amalgamazzjoni ta’ GDF u Suez, suġġett għall-implimentazzjoni tal-impenji (minn hawn ‘il quddiem “l-Impenji”).

(2)

L-impenji kienu jinkludu, inter alia, impenji marbuta ma': (i) l-iżvilupp tal-kapaċità tal-ħżin tal-gass fi Franza, bil-kapaċità eċċessiva tagħhom li tiġi offruta fis-suq (Impenn Nru 73), u (ii) l-istallazzjoni ta’ impjant ta’ deodorizzazzjoni ta’ gass f’Taisnières, fuq il-fruntiera Franco-Belġjana (Impenn Nru 84).

(3)

Permezz ta’ ittri tad-9 ta' Novembru 2009, l-24 ta’ Ġunju 2011 u t-18 ta' Lulju 2011 GDF Suez (l-entità l-ġdida li tirriżulta mill-amalgamazzjoni tas-16 ta’ Lulju 2008) infurmat lill-Kummissjoni bid-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-Impennji Nru 73 u Nru 84 u talbu l-modifika tagħhom (minn hawn ‘il quddiem “it-Talbiet”). Hija pproponiet ukoll l-impennji modifikati għall-Impenn Nru 73 u infurmat lill-Kummissjoni li s-sit ta’ Hauterive se jissostitwixxi s-sit tal-Alsace inizjalment previst fl-istess l-impenn.

(4)

Fir-rigward tal-Impenn Nru 73, il-valutazzjoni tat-talba ta’ GDF Suez uriet li jeżistu raġunijiet leġittimi biex jittardja il-bejgħ ta' kapaċità ta’ ħażna (iżda mhux id-data li fiha l-kapaċità ser titqiegħed għad-disposizzjoni tas-suq kif previst fl-Impennji) u li taċċetta l-impennji modifikati proposti minn GDF Suez li jiżguraw is-suċċess ta’ dan il-bejgħ. B’mod partikolari l-impennji modifikati fir-rigward tal-bejgħ tal-kapaċità multiannwali, il-limitu tar-riżerva u ż-żmien relattiv għall-kapaċità ta’ trasmissjoni ta’ gass x’aktarx jiżguraw l-ikbar suċċess fil-bejgħ futur tal-kapaċità ta' ħażna.

(5)

Fir-rigward tal-Impenn Nru 84, il-valutazzjoni wriet li l-kostruzzjoni ta’ impjant ta’ deodorizzazzjoni hija mhedda serjament minn fatturi lil hinn mill-kontroll ta’ GDF Suez u, barra minn hekk, ma għadux jikkorrispondi mad-domanda reali tas-suq. Il-konklużjoni għalhekk tista’ ssir li t-talba ta’ GDF Suez sabiex jinħeles mill-Impenn Nru 84 hija bbażata fuq raġunijiet leġittimi.

II.   KONKLUŻJONI

(6)

Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, id-Deċiżjoni tikkonkludi li:

L-impenn Nru 73 huwa emendat. Il-bejgħ ta’ kapaċità ta' ħażna tas-sit Hauterive (is-sostituzzjoni għas-sit tal-Alsace) se jittardja u se jitwettaq f'konformità mal-prinċipji kif esposti minn GDF Suez fit-Talbiet;

L-impenn Nru 84 qed jiġi rtirat.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  Każ COMP/M.4180 – Gaz de France/Suez, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2006.


Top