Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 62012FN0061

    Kawża F-61/12: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Ġunju 2012 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 227, 28.7.2012, s. 38—38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 227/38


    Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2012 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-61/12)

    2012/C 227/65

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    L-annullament tal-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni abbażi tal-kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni d-DĠE l-ġodda li daħlu fis-seħħ wara t-talbiet ta’ trasferiment tar-rikorrenti.

    Talbiet tar-rikorrenti

    Jannulla d-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-ilmenti tar-rikorrenti intiżi għall-applikazzjoni tad-DĠE u tar-rati ta’ kalkolu fis-seħħ fil-mument tat-talba tagħhom ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni tagħhom;

    sakemm ikun hemm bżonn, jannulla d-deċiżjonijiet rigward il-kalkolu taż-żieda fil-valur tad-drittijiet tal-pensjoni tagħhom miksuba qabel id-dħul tagħhom fis-servizz tal-Kummissjoni

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Nahoru