This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0222
Case T-222/10: Action brought on 12 May 2010 — ratiopharm v OHIM — nycomed (ZUFAL)
Kawża T-222/10: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Mejju 2010 — ratiopharm vs UASI — Nycomed (ZUFAL)
Kawża T-222/10: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Mejju 2010 — ratiopharm vs UASI — Nycomed (ZUFAL)
ĠU C 195, 17.7.2010, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 195/27 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2010 — ratiopharm vs UASI — Nycomed (ZUFAL)
(Kawża T-222/10)
2010/C 195/42
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ratiopharm GmbH (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Völker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: nycomed GmbH (Konstanz, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Marzu 2010 fil-Każ R 874/2008-4. |
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ZUFAL” għal prodotti fil-klassi 5
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: nycomed GmbH
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark vebali Komunitarja “ZURCAL” għal prodotti fil-klassi 5 u tliet trade marks nazzjonali “ZURCAL” għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma hemmx probbabiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).