This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TB0128
Case T-128/08 and Case T-241/08: Order of the General Court of 5 May 2010 — CBI and ABISP v Commission (State aid — Subsidies granted to public hospitals by the Belgian authorities — Service of general economic interest — Complaint — Alleged decision to take no further action on the complaint — Subsequent adoption of a decision declaring the aid to be compatible with the common market — No need to adjudicate)
Kawżi T-128/08 u T-241/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Mejju 2010 — CBI u ABISP vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Sussidji mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani lill-isptarijiet pubbliċi — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Ilment — Allegata deċiżjoni ta’ arkivjar tal-ilment — Adozzjoni ulterjuri ta’ deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )
Kawżi T-128/08 u T-241/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Mejju 2010 — CBI u ABISP vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Sussidji mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani lill-isptarijiet pubbliċi — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Ilment — Allegata deċiżjoni ta’ arkivjar tal-ilment — Adozzjoni ulterjuri ta’ deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )
ĠU C 195, 17.7.2010, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 195/17 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2010 — CBI u ABISP vs Il-Kummissjoni
(Kawżi T-128/08 u T-241/08) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Sussidji mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani lill-isptarijiet pubbliċi - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Ilment - Allegata deċiżjoni ta’ arkivjar tal-ilment - Adozzjoni ulterjuri ta’ deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2010/C 195/27
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Coordination bruxelloise d’institutions sociales et de santé (CBI) (Brussell, il-Belġju); u Association bruxelloise des institutions de soins privées (ABISP) (Brussell) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, J.-P. Keppenne u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament ta’ allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tirriżulta mill-ittri tagħha tal-10 ta’ Jannar u tal-10 ta’ April 2008, li ma jinbdewx il-proċeduri previsti fl-Artikolu 88(2) KE, u li jiġi arkivjat l-ilment tar-rikorrenti rigward l-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani fil-kuntest tal-finanzjament ta’ sptarijiet pubbliċi tan-netwerk IRIS (Interhospitalière régionale des infrastructures de soins) tar-Région de Bruxelles-Capitale (il-Belġju).
Dispożittiv
(1) |
Il-Kawżi T-128/08 u T-241/08 huma magħquda għall-finijiet tad-digriet. |
(2) |
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikorsi. |
(3) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa mill-commune de Saint-Gilles (il-Belġju), mill-commune d’Etterbeek (il-Belġju), mill-commune d’Ixelles (il-Belġju), mill-commune d’Anderlecht (il-Belġju), mir-Région de Bruxelles-Capitale (il-Belġju), mill-ville de Bruxelles (il-Belġju), kif ukoll mir-Repubblika tal-Finlandja. |
(4) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |