This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008AP0204
Community Tobacco Fund * European Parliament legislative resolution of 20 May 2008 on the proposal for a Council regulation amending Regulation (EC) No 1782/2003 as regards the transfer of tobacco aid to the Community Tobacco Fund for the years 2008 and 2009 and Regulation (EC) No 1234/2007 with regard to financing of the Community Tobacco Fund (COM(2008)0051 — C6-0062/2008 — 2008/0020(CNS))
Fond tal-Komunità għat-Tabakk * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 20 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta' għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) (Nru) 1234/2007 fir-rigward ta' finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk (COM(2008)0051 — C6-0062/2008 — 2008/0020(CNS))
Fond tal-Komunità għat-Tabakk * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 20 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta' għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) (Nru) 1234/2007 fir-rigward ta' finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk (COM(2008)0051 — C6-0062/2008 — 2008/0020(CNS))
ĠU C 279E, 19.11.2009, p. 144–147
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 279/144 |
Fond tal-Komunità għat-Tabakk *
P6_TA(2008)0204
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta' għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) (Nru) 1234/2007 fir-rigward ta' finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk (COM(2008)0051 — C6-0062/2008 — 2008/0020(CNS))
(2009/C 279 E/30)
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0051), |
— |
wara li kkunsidra t-tielet inċiż tal-Artikolu 37(2) tat-Trattat KE, li b'konformità miegħu huwa ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0062/2008), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat tal-Baġit (A6-0164/2008), |
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
2. |
Jikkunsidra li kwalunkwe ammont imbassar għandu jkun kompatibbli mal-limitu tal-Intestatura 2 tal-qafas finanzjarju plurijennali (MFF) 2007-2013, u juri li l-ammont annwali se jiġi deċiż fil-proċedura baġitarja annwali u se jiġi evalwat f'kuntest plurijennali; |
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE; |
4. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
5. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Skond |
l-Artikolu 110j tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda ċerti Regolamenti għajnuna għat-tabakk tingħata lill-produttiri ta' tabakk mhux irfinat għas-snin ta' ħsad tal-2006 sa l-2009 . |
(1) |
Skond l-Artikolu 110j tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda ċerti Regolamenti għajnuna għat-tabakk tingħata lill-produttiri ta' tabakk mhux irfinat sas-sena ta' ħsad 2012. |
(1a) |
Wara li kkunsidra l-bosta riformi li saru mill-2004, b'mod partikulari fil-qasam tal-frott u tal-ħaxix, jaqbel li l-produtturi tat-tabakk mhux irfinat ma jitpoġġewx f'sitwazzjoni diskriminatorja meta mqabbla ma' bdiewa oħra Ewropej. |
(3) |
L-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk taw prova li huma ta' suċċess kbir kif ukoll li huma eżempju pożittiv ta' koooperazzjoni bejn politiki agrikoli u tas-saħħa. Sabiex jiġi żgurat li dawk l-azzjonijiet ikomplu filwaqt li nqisu li l-Fond kien dejjem iffinanzjat permezz ta' trasferiment mill-għajnuna għat-tabakk, huwa xieraq li nittrasferixxu ammont ugwali għal 5 % tal-għajnuna għat-tabakk mogħtija għas-snin kalendarji 2008 u 2009 lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk. |
(3) |
L-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk taw prova li huma ta' suċċess kbir kif ukoll li huma eżempju pożittiv ta' koperazzjoni bejn politiki agrikoli u tas-saħħa. Sabiex jiġi żgurat li dawk l-azzjonijiet ikomplu filwaqt li nqisu li l-Fond kien dejjem iffinanzjat permezz ta' trasferiment mill-għajnuna għat-tabakk, huwa xieraq li nittrasferixxu ammont ugwali għal 6 % tal-għajnuna għat-tabakk mogħtija għas-snin kalendarji mill-2009 sa l-2012 lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:
-1) |
L-Artikolu 110 j għandu jiġi sostiwit b'dan li ġej: Artikolu 110 j Kamp ta' applikazzjoni Għas-snin ta' ħsad sa l-2012 , tista' tingħata għajnuna lill-bdiewa li jipproduċu t-tabakk mhux irfinat tal-kodiċi NC 2401, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-kapitolu. |
-1a) |
Fl-Artikolu 11 l, it-tabella għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:
|
L-Artikolu 110m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jinbidel b'dan li ġej:
-1b) |
L-artikolu 110 m jinbidel b'dan li ġej: |
Artikolu 110m
Trasferiment lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk
Artikolu 110m
Trasferiment lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk
Ammont ugwali għal 4 % għas-sena kalendarja 2006 u għal 5 % għas-snin kalendarji 2007, 2008 u 2009 tal-għajnuna mogħtija skond dan il-Kapitolu għandu jiffinanzja azzjonijiet informattivi taħt il-Fond tal-Komunità għat-Tabakk pprovdut fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92.
Ammont ugwali għal 4 % għas-sena kalendarja 2006 , għal 5 % għas-sena kalendarja 2007 u għal 6 % għas-snin kalendarji mill-2009 sa l-2012 tal-għajnuna mogħtija skond dan il-Kapitolu għandu jiffinanzja azzjonijiet informattivi taħt il-Fond tal-Komunità għat-Tabakk pprovdut fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92.
-1c) |
L-Artikolu 143 e huwa mħassar. |
-1d) |
L-Anness VII, punt I, inċiż 2 huwa mħassar. |
b) |
għas-snin kalendarji 2006 sa 2009 , skond l-Artikolu 110m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. |
b) |
għas-snin kalendarji 2006 u 2007 u mill- 2009 sa l-2012 , skond l-Artikolu 110 m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. |