Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009XX0526(02)

    Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ Permis de l’Ourcq) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 117, 26.5.2009, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 117/5


    Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi (1)

    (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ “Permis de l’Ourcq”)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2009/C 117/04

    Permezz ta' applikazzjoni bid-data tal-31 ta’ Mejju 2008, il-kumpanija Galli Coz, li għandha s-sede tagħha f'50 rue du Midi, 94300 Vincennes, Franza, talbet għal permess esklussiv ta’ ħames snin għall-prospettar għall-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de l’Ourcq”, fuq medda ta' madwar 1 444 kilometru kwadru, li tagħmel parti mid-dipartiment ta’ l’Aisne.

    Il-perimetru ta' din il-liċenzja huwa magħmul mill-arki tal-meridjani u l-paralleli li suċċessivament jgħaqqdu l-punti definiti bil-koordinati ġeografiċi tagħhom fit-tabella ta’ hawn taħt (NTF il-meridjan ta' Pariġi):

    Punti

    Lonġitudni

    Latitudni

    A

    1,50 gr Lvant

    55,00 gr Tramuntana

    B

    1,00 gr Lvant

    55,00 gr Tramuntana

    C

    1,00 gr Lvant

    54,90 gr Tramuntana

    D

    0,90 gr Lvant

    54,90 gr Tramuntana

    E

    0,90 gr Lvant

    54,70 gr Tramuntana

    F

    1,00 gr Lvant

    54,70 gr Tramuntana

    G

    1,00 gr Lvant

    54,50 gr Tramuntana

    H

    1,30 gr Lvant

    54,50 gr Tramuntana

    I

    1,30 gr Lvant

    54,60 gr Tramuntana

    J

    1,40 gr Lvant

    54,60 gr Tramuntana

    K

    1,40 gr Lvant

    54,90 gr Tramuntana

    L

    1,50 gr Lvant

    54,90 gr Tramuntana

    It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tad-drittijiet

    Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 4 u 5 tal-liġi Nru 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

    Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, f'konformità mal-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti bil-liġi Nru 2006-648 dwar id-drittijiet minerarji u l-ħżin taħt l-art. L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jintbagħtu lill-Ministru inkarigat mill-minjieri fl-indirizz mogħti hawn taħt.

    Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi isiru bl-applikazzjoni tal-kriterji għall-għoti ta' dritt minerarju definiti fl-Artikolu 6 tal-liġi msemmija, u jsiru sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Ġunju 2010.

    Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-attività u għall-waqfien tagħha

    L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għal-liġi Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 rigward il-ftuħ ta' xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-pulizija tal-minjieri u l-ħażniet taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

    Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Enerġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Użu tal-Artijiet (Id-Direttorat Ġenerali tal-Enerġija u l-Klima, id-Direttorat tal-Enerġija, is-Sottodirettorat tas-Sigurtà tal-Provvista u tal-Prodotti l-Ġodda tal-Enerġija, l-Uffiċċju tal-Esplorazzjoni u tal-Produzzjoni tal-Idrokarburi), 41, boulevard Vincent Auriol, 75703 Paris Cedex 13, FRANCE (telefown +33 144972302, feks: +33 153941440).

    Id-dispożizzjonijiet regolatorji u leġiżlattivi msemmija hawn fuq jistgħu jinkisbu mil-Légifrance fis-sit:

    http://www.legifrance.gouv.fr


    (1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


    Top