Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0077

Kawża C-77/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad- 19 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz — L-Awstrija) — Dachsberger & Söhne GmbH vs Zollamt Salzburg, Erstattungen (Rifużjoni fuq l-esportazzjoni — Rifużjoni differenzjata — Mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni — Dikjarazzjoni tal-esportazzjoni — Nuqqas ta’ prova tat-twettiq tal-formalitajiet għar-rilaxx għall-konsum fil-pajjiż ta’ destinazzjoni — Sanzjoni)

ĠU C 113, 16.5.2009, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Marzu 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz — L-Awstrija) — Dachsberger & Söhne GmbH vs Zollamt Salzburg, Erstattungen

(Kawża C-77/08) (1)

(Rifużjoni fuq l-esportazzjoni - Rifużjoni differenzjata - Mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni - Dikjarazzjoni tal-esportazzjoni - Nuqqas ta’ prova tat-twettiq tal-formalitajiet għar-rilaxx għall-konsum fil-pajjiż ta’ destinazzjoni - Sanzjoni)

2009/C 113/19

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dachsberger & Söhne GmbH

Konvenut: Zollamt Salzburg, Erstattungen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz — Interpretazzjoni tat-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2945/94, tat-2 ta’ Diċembru 1994, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3665/87 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli f’dak li jirrigwarda l-ħlas lura ta’ ammonti li tħallsu indebitament u l-penali (ĠU L 310, p. 57) — Kunċett tat-talba tal-parti differenzjata tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni — Applikazzjoni tas-sanzjoni fil-każ ta’ indikazzjoni ineżatta dwar il-pajjiż ta’ destinazzjoni magħmula fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KEE) tal-Kummissjoni Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, kif emendat mir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 495/97, tat-18 ta’ Marzu 1997, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ rifużjoni differenzjata, il-parti differenzjata tar-rifużjoni hija mitluba mhux fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni prevista fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament Nru 3665/87 u tad-dokumenti relatati mal-ħlas tar-rifużjoni previst fl-Artikolu 47(2) ta’ dan ir-regolament, iżda mill-mument tal-preżentazzjoni tad-dokument imsemmi fl-Artikolu 3(5) ta’ dan ir-regolament. L-inklużjoni f’dan id-dokument ta’ informazzjoni li tista’ twassal għal rifużjoni ogħla mir-rifużjoni applikabbli u li tirriżulta inkorretta twassal, konsegwentement, bla ħsara għall-każijiet previsti fit-tielet u s-seba’ subparagrafi tal-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-regolament, għall-applikazzjoni tas-sanzjoni prevista fl-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan l-Artikolu 11(1).


(1)  ĠU C 128, 24.5.2008


Top