This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0300
Case T-300/08: Action brought on 1 August 2008 — Hoo Hing v OHIM — Tresplain Investments (Golden Elephant Brand)
Kawża T-300/08: Rikors ippreżentat fl- 1 ta' Awissu 2008 — Hoo Hing vs UASI — Tresplain Investments (Golden Elephant Brand)
Kawża T-300/08: Rikors ippreżentat fl- 1 ta' Awissu 2008 — Hoo Hing vs UASI — Tresplain Investments (Golden Elephant Brand)
ĠU C 247, 27.9.2008, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 247/21 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta' Awissu 2008 — Hoo Hing vs UASI — Tresplain Investments (Golden Elephant Brand)
(Kawża T-300/08)
(2008/C 247/41)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hoo Hing Holdings Ltd (Romford, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Tresplain Investments Ltd (Hong Kong, Iċ-Ċina)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Mejju 2008, Każ R 889/2007-1, fid-dawl tal-konstatazzjoni li l-ilment dwar l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 kien inammissibbli; |
— |
sussidjarjament, tbiddel id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-7 ta' Mejju 2008, Każ R 889/2007-1 b'mod li l-ilment dwar l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 jitqies li huwa ammissibbli u fondat; |
— |
tbiddel id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-7 ta' Mejju 2008, Każ R 889/2007-1 b'mod li l-ilment dwar l-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 jitqies li huwa ammissibbli u fondat; |
— |
jekk id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-7 ta' Mejju 2008, Każ R 889/2007-1 tinbidel kif mitlub, tbiddel ulterjorment id-deċiżjoni b'mod li t-trade mark Komunitarja Nru 241 810 tiġi ddikjarata invalida bis-saħħa ta' wieħed minn, jew it-tnejn li huma, ta' dawn iż-żewġ motivi addizzjonali, skond kif meħtieġ; u |
— |
tikkundanna lill-UASI, jew lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell, għall-ispejjeż. Sussidjarjament, tikkundanna lill-UASI jew lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell sabiex iħallsu l-ispejjeż in solidum. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva “Golden Elephant Brand” għal prodotti fil-klassi 30 — Nru ta' reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja 241 810
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva mhux irreġistrata “GOLDEN ELEPHANT”, li kienet tintuża fir-Renju Unit
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda ta' l-applikazzjoni għad-dikjarazzjoni ta' invalidità
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni
Motivi invokati: Il-Bord ta' l-Appell żbalja meta qal li l-allegazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 kienet inammissibbli, kif ukoll meta ma kkonstatax li l-oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 kienet ammissibbli u fondata.