Επιλέξτε τις πειραματικές λειτουργίες που θέλετε να δοκιμάσετε

Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex

Έγγραφο 52008XX0916(02)

    Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/M.4854 — TomTom/Tele Atlas (Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat- 23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21 )

    ĠU C 237, 16.9.2008, σ. 7 έως 7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 237/7


    Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/M.4854 — TomTom/Tele Atlas

    (Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

    (2008/C 237/11)

    Fit-22 ta' Ottubru 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 u skond referenza għal Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża TomTom NV (“TomTom”) takkwista fis-sens ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll totali of Tele Atlas NV (“Tele Atlas”) permezz ta' offerta pubblika.

    Wara li eżaminat in-notifika, il-Kummissjoni kkonkludiet fit-28 ta' Novembru 2007 illi t-tranżazzjoni notifikata kienet taqa' fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet u li kienet tqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni u mal-Ftehim taż-ŻEE. Għaldqstant, il-Kummissjoni tat bidu għal proċedimenti skond l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet.

    Fit-3 u fit-12 ta' Diċembru 2007 ngħata aċċess għal dokumenti ewlenin lill-parti li nnotifikat, skond il-paragrafu 45 ta' l-Aħjar Prassi tad-DĠ għall-Kompetizzjoni dwar it-tmexxija ta' proċeduri ta' kontroll ta' għaqdiet fil-KE.

    Il-Kummissjoni bagħtet Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (Statement of Objections“SO”) lil TomTom fid-29 ta' Frar 2008. Tele Atlas ukoll irċeviet kopja ta' l-SO. TomTom ingħatat aċċess għall-fajl fl-istess waqt li inħareġ l-SO. TomTom u Tele Atlas wieġbu flimkien fis-17 ta' Marzu 2008. Il-partijiet ma talbux smigħ orali formali.

    Fis-sens ta' l-Artikolu 18(4) tar-Regolament dwar l-Amalgamazzjonijiet u l-Artikolu 11(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 802/2004 ikkonċedejt it-talba ta' tmien impriżi biex jitħallew jattendu l-proċedimenti bħala partijiet terzi interessati. TomTom ingħatat aċċess għall-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tal-kummenti bil-miktub sottomessi minn erba' mill-partijiet terzi.

    Bħala riżultat ta' l-investagazzjoni fil-fond il-Kummmissjoni kkonkludiet li l-konċentrazzjoni proposta ma tostakolax b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu.

    Fid-dawl ta' dan, inqis li d-drittijiet li jinstemgħu tal-parteċipanti f'dan il-proċediment ġew rispettati.

    Brussell, is-6 ta' Mejju 2008.

    Karen WILLIAMS


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Επάνω