Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex
Dokument 52008AA0002
Opinion No 2/2008 on a proposal for a Council Regulation amending Regulation (EC, Euratom) No 1150/2000 implementing Decision 2000/597/EC, Euratom on the system of the Communities' own resources
Opinjoni Nru 2/2008 fuq proposta għal Regolament tal-Kunsill biex jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom fuq is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet
Opinjoni Nru 2/2008 fuq proposta għal Regolament tal-Kunsill biex jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom fuq is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet
ĠU C 192, 29.7.2008, s. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 192/1 |
OPINJONI Nru 2/2008
fuq proposta għal Regolament tal-Kunsill biex jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom fuq is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet
(2008/C 192/01)
IL-QORTI TA' L-AWDITURI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 248(4), it-tieni sottoparagrafu u l-Artikolu 279(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikoli 160c(4) u 183 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (3),
Wara li kkunsidrat l-opinjonijiet preċedenti mogħtija mill-Qorti ta’ l-Awdituri dwar ir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej u l-Opinjoni Nru 2/2006 tagħha dwar proposta għal Deċiżjoni (4) tal-Kunsill fuq is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej b’mod partikolari,
Wara li kkunsidrat it-talba tal-Kunsill, datata id-19 ta’ Mejju 2008, għall-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri fuq il-proposta għal Regolament tal-Kunsill (5) biex jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 (6) li jimplimenta d-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji (7) tal-Komunitajiet Ewropej,
Billi l-Kunsill Ewropew li ltaqa' f'Berlin fl-24 u l-25 ta' Marzu 1999 ikkonkluda (8), inter alia, li s-sistema tar-riżorsi proprji ta’ l-Unjoni għandha tkun ekwa, trasparenti, effettiva skond l-ispiża u sempliċi u bbażata fuq kriterji li jesprimu bl-aħjar mod l-abbiltà ta' kull Stat Membru li jikkontribwixxi.
Billi l-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tal-15 u s-16 ta’ Diċembru 2005 laħaq ftehim (9), inter alia, illi l-arranġamenti dwar ir-riżorsi proprji għandhom ikunu ggwidati mill-objettiv globali ta’ l-ekwità, illi dawn l-arranġament għandhom għalhekk jiżguraw li l-ebda Stat Membru ma jġorr piż baġitarju li huwa eċċessiv meta mqabbel mal-prosperità relattiva tiegħu u li dawn l-arranġamenti għandhom għalhekk jintroduċu dispożizzjonijiet li jkopru Stati Membri speċifiċi,
Billi l-Qorti tinnota fl-Opinjoni tagħha Nru 2/2006 li:
a) |
l-ebda kriterju ma kien ġie stabbilit biex jiddetermina fuq bażi oġġettiva jekk piż baġitarju huwiex eċċessiv u meta Stat Membru għandu jibbenefika minn korrezzjoni; |
b) |
m'hemm l-ebda mekkaniżmu għal monitoraġġ, matul iż-żmien, jekk piż baġitarju jkompli jkun eċċessiv u jekk għadux iġġustifikat li Stat Membru jibbenefika minn korrezzjoni; u |
c) |
m’hemm l-ebda mekkaniżmu li jħalli Stat Membru għajr dawk imsemmija b’mod espliċitu fil-proposta, jikkwalifika għal korrezzjoni, |
ADOTTAT DIN L-OPINJONI LI ĠEJJA:
I. INTRODUZZJONI
1. |
Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 jaġġorna r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom il-ġdida, dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej, b’mod partikolari:
|
2. |
Barra minn hekk, tikkunsidra l-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità mill-aħħar emendi 'l hawn, introdotti mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2028/2004. L-elementi prinċipali jikkonċernaw:
|
3. |
Ir-Regolament propost kif ukoll id-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom għandu jidħol fis-seħħ ladarba l-Istati Membri jkunu adottaw id-Deċiżjoni skond il-bżonnijiet kostituzzjonali tagħhom, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2007. |
II. OSSERVAZZJONIJIET ĠENERALI
4. |
It-tħassib espress fl-Opinjoni tal-Qorti Nru 2/2006 dwar il-kumplessità addizzjonali tas-sistema emendata tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej ma ġiex ikkunsidrat fid-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom. Il-Qorti kkonkludiet li din id-Deċiżjoni marret iktar ‘il bogħod minn sistema ta' riżorsi proprji bbażata fuq mekkaniżmi ċari u applikati b'mod ġenerali, lejn kontribuzzjonijiet nazzjonali nnegozjati abbażi ta' kull pajjiż. |
5. |
Barra minn hekk, l-Opinjoni stiednet lill-Kummissjoni biex tikkunsidra mill-ġdid il-forma legali tad-dokument li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar il-kalkulazzjoni, l-iffinanzjar, il-pagament u d-dħul fil-baġit tal-korrezzjoni ta' l-iżbilanċi fil-baġit favur ir-Renju Unit. Il-Qorti tikkunsidra li l-proposta tal-Kummissjoni taħt eżami kellha tinkludi diżposizzjonijiet simili. |
6. |
Il-modifiki proposti mill-Kummissjoni f’COM(2008) 223 finali, ġeneralment jaġġornaw id-diżposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom. |
7. |
Il-Qorti tilqa’ l-emendi l-oħra proposti li jimmiraw li jaġġornaw referenzi, termini u regoli fl-oqsma tal-GNP/GNI, FAEGG/FAEG u riżervi (li jirrelataw ma' self, garanziji dwar self u għajnuna waqt emerġenza) u li jipprovdu test irrevedut u kkonsolidat ta’ l-Artikolu 10. Hija tappoġġa wkoll id-dispożizzjonijiet il-ġodda proposti intenzjonati li jtejjbu l-ġestjoni tal-kontijiet tar-riżorsi proprji tal-Kummissjoni. |
III. RIMARKI SPEĊIFIĊI
8. |
L-Artikolu 1(4) tal-proposta tal-Kummissjoni jipprevedi li l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 jinbidel b’test ġdid rigward iż-żamma ta’ dokumenti ta’ sostenn li jirrelataw mal-proċeduri u bażijiet ta’ statistika msemmija fir-Regolament tal-GNI (11). It-test preċedenti jinkludi wkoll l-istess regola li għandha x’taqsam mar-riżorsi tal-VAT li fl-opinjoni tal-Qorti għandhom jinżammu. |
9. |
Fit-test kollu tal-proposta tal-Kummissjoni (12), il-“korrezzjoni tar-Renju Unit” qed tissejjaħ “il-korrezzjoni mogħtija lir-Renju Unit għall-iżbilanċi baġitarji”, ħlief għall-Artikolu 1(6) li jintroduċi modifika għall-Artikolu 6(3)(c), li jirreferi għall-“korrezzjoni mogħtija lir-Renju Unit”. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, jeħtieġ li din tinbidel. |
10. |
L-Artikolu 1(8) tal-proposta tal-Kummissjoni tipprovdi verżjoni konsolidata ta’ l-Artikolu 10. L-Artikolu 10(9) propost jikkonċerna t-tnaqqis gross mogħti lill-Olanda u lill-Iżvezja, introdott mid-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom. Fit-tieni sentenza, huwa ddikjarat li m’għandu jkun hemm ebda reviżjoni sussegwenti ta’ l-iffinanzjar ta’ dak it-tnaqqis gross fil-każ ta’ modifika sussegwenti tal-figura tal-GNI. Il-Qorti tifhem li dan in-nuqqas ta’ reviżjoni sussegwenti jista’ jkun iġġustifikat abbażi ta’ l-effettività ta’ l-ispejjeż, imma tikkunsidra li prinċipalment dan ma jikkonformax ma l-objettiv ta’ l-ekwità, imfakkar mill-Kunsill ta’ l-Ewropa f’diversi okkażjonijiet. |
11. |
Simili għas-sistema preċedenti r-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 2(7) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom jiddikjara li jekk il-modifiki għas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (13) (ESA 95) jirriżultaw f’bidliet sinifikanti fil-GNI kif ipprovdut mill-Kummissjoni, il-Kunsill, wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jiddeċiedi jekk dawn il-modifiki għandhomx japplikaw għall-iskopijiet ta’ riżorsi proprji. L-istess Deċiżjoni introduċiet ukoll l-Artikolu 3(3) l-ġdid, li jiddikjara li jekk modifiki simili tabilħaqq japplikaw, il-limiti ta’ l-approprijazzjonijiet annwali għal pagamenti u impenji għandhom jiġu kkalkolati mill-ġdid permezz ta’ formula speċifikata (14). Sabiex ikun hemm applikazzjoni konsistenti ta’ dawn ir-regoli, f’każ ta’ reviżjonijiet oħra ta’ ESA 95, il-Qorti tipproponi li d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu inklużi fl-emenda tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 sabiex jistabbilixxu prinċipji li jiddefinixxu t-terminu “bidliet sinifikanti”. |
Din l-Opinjoni ġiet adottata mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-3 ta’ Lulju 2008.
Għall-Qorti ta’ l-Awdituri
Vítor Manuel DA SILVA CALDEIRA
President
(1) ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.
(4) ĠU C 203, 25.8.2006, p. 50.
(5) COM(2008) 223 finali tad-29 ta' April 2008.
(6) ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2028/2004 (ĠU L 352, 27.11.2004, p. 1).
(7) ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.
(8) Ara l-Bullettin ta’ l-UE 3-1999.
(9) Ara l-paragrafu 6 tal-Konklużjonijiet tal-Presidenza (Id-Dokument tal-Kunsill 15914/1/05, REV 1, KONKL 3 tat-30 ta’ Jannar 2006) li jirreferi għad-Dokument tal-Kunsill 15915/05 CADREFIN 268 tad-19 ta’ Diċembru 2005, u b’mod partikolari il-paragrafu 77 tiegħu.
(10) Barra minn hekk, ir-referenzi għar-riżerva monetarja ta’ l-FAEGG ġew imħassra minħabba li l-użu ta’ din ir-riżerva kien intenzjonat għas-snin 2000 sa 2002.
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1).
(12) Iżda dan ma japplikax għall-verżjonijiet tal-lingwa Ġermaniża u Taljana.
(13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 (ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1). Ir-Regloment kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1392/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 1).
(14) Fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom (ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42), il-kalkulazzjoni mill-ġdid ta’ dawn il-limiti hija wkoll prevvista. Madankollu, hija tapplika għal modifiki lill-ESA 95 li jirriżultaw f'bidliet fil-livell tal-GNI (mingħajr ma jinkludu t-terminu “sinifikanti”).