This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008TN0189
Case T-189/08: Action brought on 22 May 2008 — Forum 187 v Commission
Kawża T-189/08: Rikors ippreżentat fit- 22 ta' Mejju 2008 — Forum 187 vs Il-Kummissjoni
Kawża T-189/08: Rikors ippreżentat fit- 22 ta' Mejju 2008 — Forum 187 vs Il-Kummissjoni
ĠU C 183, 19.7.2008, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 183/26 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Mejju 2008 — Forum 187 vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-189/08)
(2008/C 183/50)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Forum 187 ASBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Sutton, G. Forwood, Barristers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn ma tipprovdix perijodi tranżitorji raġonevoli u potenzjali għaċ-ċentri ta' koordinazzjoni koperti mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Ġunju 2006; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta' din il-kawża u |
— |
tieħu kull miżura oħra alternattiva jew addizzjonali meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fil-kawża preżenti, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/283/KE tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-iskema ta' għajnuna implementata mill-Belġju għaċ-ċentri ta' koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju u li temenda d-Deċiżjoni 2003/757/KE (1) wara li l-Qorti tal-Ġustizzja annullat parzjalment din l-ewwel deċiżjoni (2). F'din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-deċiżjoni ta' l-2003 ma kinitx tipprovdi miżuri tranżitorji għal dawk iċ-ċentri ta' koordinazzjoni li l-applikazzjoni għat-tiġdid ta' l-awtorizzazzjoni tagħhom kienet pendenti fid-data meta d-deċiżjoni kkontestata kienet innotifikata, jew li l-awtorizzazzjoni tagħhom kienet tiskadi fl-istess data jew f'qasir żmien min-notifika ta' dik id-deċiżjoni.
Id-deċiżjoni kkontestata tipprovdi miżuri tranżitorji għall-kategorija ta' ċentri ta' koordinazzjoni koperti mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata:
— |
hija inkompatibbli mad-dritt Komunitarju dwar għajnuna mill-Istat, kif interpretat b'mod konsistenti mill-qrati Komunitarji; |
— |
iċċaħħad liċ-ċentri mill-aspettattivi leġittimi tagħhom li jibbenefikaw minn perijodu raġonevoli li fih jorganizzaw mill-ġdid l-affarijiet tan-negozju u tat-taxxa wara li tkun ingħatat id-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni li tagħlaq l-proċedura ta' l-għajnuna eżistenti (innotifikata lir-rikorrenti fis-17 ta' Marzu 2008) |
— |
tikser l-Artikolu 254(3); |
— |
filwaqt li tipprovdi għall-ġbir u għall-ħlas tat-taxxa b'mod retroattiv f'każ ta' għajnuna eżistenti, effettivament tkun qiegħda tordna l-irkupru ta' l-għajnuna bħal li kieku kienet għajnuna illegali u dan imur kontra l-prinċipju li għajnuna eżistenti għandha biss tinbidel għall-futur, f'data wara d-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura ta' l-għajnuna eżistenti; |
— |
tonqos milli tosserva l-prinċipju ta' l-aspettattivi leġittimi taċ-ċentri ta' koordinazzjoni li nvokaw id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta' Ġunju 2003 (3) bħala bażi legali li in sostenn tagħha setgħu jiksbu t-tiġdid ta' l-awtorizzazzjonijiet; |
— |
tikser il-prinċipji tat-trattament ugwali u ta' non-diskriminazzjoni peress li ttrattat b'mod differenti, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, il-gruppi differenti taċ-ċentri. |
(2) Kawżi magħquda tat-22 ta' Ġunju 2006, Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni, C-182/03 u C-217/03, Ġabra I — 5479
(3) Kawżi magħquda tas-26 ta' Ġunju 2003, Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni, C-182/03 R u C-217/03 R, Ġabra I — 5479