Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats
Dokument E2007P0004
Request for an Advisory Opinion from the EFTA Court by Héraðsdómur Reykjavíkur dated 19 March 2007 in the case of Jón Gunnar Þorkelsson v Gildi-lífeyrissjóður (Gildi Pension Fund) (Case E-4/07)
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti ta' l-EFTA magħmula minn Héraðsdómur Reykjavíkur datata 19 ta' Marzu 2007 fil-kawża Jón Gunnar Þorkelsson v Gildi-lífeyrissjóður (Fond tal-Pensjoni Gildi) (Kawża E-4/07)
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti ta' l-EFTA magħmula minn Héraðsdómur Reykjavíkur datata 19 ta' Marzu 2007 fil-kawża Jón Gunnar Þorkelsson v Gildi-lífeyrissjóður (Fond tal-Pensjoni Gildi) (Kawża E-4/07)
ĠU C 272, 15.11.2007, s. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 272/20 |
Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti ta' l-EFTA magħmula minn Héraðsdómur Reykjavíkur datata 19 ta' Marzu 2007 fil-kawża Jón Gunnar Þorkelsson v Gildi-lífeyrissjóður (Fond tal-Pensjoni Gildi)
(Kawża E-4/07)
(2007/C 272/08)
Saret talba lill-Qorti ta' l-EFTA permezz ta' ittra datata d-19 ta' Marzu 2007 minn Héraðsdómur Reykjavíkur (il-Qorti Distrettwali ta' Reykjavík), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fis-26 ta' Marzu 2007, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża Jón Gunnar Þorkelsson v Gildi-lífeyrissjóður (Fond tal-Pensjoni Gildi), dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
1. |
It-terminu 'assigurazzjoni soċjali' kif użat fil-Ftehim ŻEE, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tat-test prinċipali tal-Ftehim u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 ta' l-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, ikopri l-intitolament għal benefiċċju għad-diżabbiltà li joħroġ minn skemi ta' fondi għall-pensjonijiet bħalma hi dik Iżlandiża? |
2. |
Irrispettivament mit-tweġiba għall-Mistoqsija 1, il-Qorti Distrettwali tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema, u b'mod partikolari l-Artikoli 28 u 29, jistgħux jiġu interpretati b'mod li jfissru li regola fl-Artikoli ta' Assoċjazzjoni tal-fondi għall-pensjonijiet Iżlandiżi li tissoġġetta dritt għal benefiċċju speċifiku (id-dritt għal previżjoni ta' l-intitolamenti) għall-kundizzjoni li l-individwu involut ikun ħallas primjums lil fond għall-pensjonijiet Iżlandiż, li jkun parti fil-Ftehim dwar ir-Relazzjonijiet bejn il-Fondi għall-Pensjonijiet, għal mill-inqas 6 mit-12-il xahar ta' qabel id-data ta' l-inċident, hix kompatibbli mal-Ftehim ŻEE meta r-raġuni għala l-individwu ma jkunx jista' jissodisfa din il-kundizzjoni tkun li huwa jkun iċċaqlaq lejn stat ieħor fiż-ŻEE minħabba impjieg komparabbli għal dak li kellu preċedentement, u jkun ħallas f'fond għall-pensjonijiet f'dak l-istat? |
3. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 ta' l-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, għandu jkun interpretat b'mod li jfisser li l-ħaddiema għandhom jippreżentaw it-talbiet tagħhom għal kumpens fl-istat fejn kienu residenti u fejn kellhom intitolamenti tas-sigurtà soċjali fiż-żmien meta jseħħ il-korriment? |