This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/170/61
Case T-178/07: Action brought on 21 May 2007 — Euro-Information v OHIM
Kawża T-178/07: Rikors ippreżentat fil- 21 ta' Mejju 2007 — Euro-Information vs L-UASI
Kawża T-178/07: Rikors ippreżentat fil- 21 ta' Mejju 2007 — Euro-Information vs L-UASI
ĠU C 170, 21.7.2007, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 170/31 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Mejju 2007 — Euro-Information vs L-UASI
(Kawża T-178/07)
(2007/C 170/61)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Européenne de traitement de l'Information SAS (Strasbourg, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u J. Schoumann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, tal-15 ta' Marzu 2007, kawża R 1249/2006-1, li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tagħha CYBERHOME Nru 4 114 666 għal parti mill-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 9, 36 u 38; |
— |
ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja CYBERHOME Nru 4 114 666 għall-prodotti u s-servizzi imsemmija. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “CYBERHOME” għal prodotti u servizi fil-klassijiet 9, 36 u 38 (applikazzjoni Nru 4 114 666)
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Ir-reġistrazzjoni ġiet miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ir-rikors ġie miċħud
Motivi invokati: Ir-rikorrenti tqis, kuntrarjament għal dak li kkonstata il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI fid-deċiżjoni kkontestata, li t-trade mark tagħha hija arbitrarja u għandha karattru distintiv biżżejjed kif mitlub mir-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (1) fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi msemmija.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).