This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006IR0334
Opinion of the Committee of the Regions youth participation and information: Follow-up to the White Paper on a New Impetus for European Youth
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom: tkomplija għall-White Paper dwar spinta ġdida liż-żgħażagħ Ewropej
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom: tkomplija għall-White Paper dwar spinta ġdida liż-żgħażagħ Ewropej
ĠU C 156, 7.7.2007, p. 8–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 156/8 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom: tkomplija għall-White Paper dwar spinta ġdida liż-żgħażagħ Ewropej
(2007/C 156/02)
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
— |
iqis essenzjali, speċjalment minħabba d-dibattitu attwali dwar il-futur ta' l-Ewropa, li tiżdied il-parteċipazzjoni miż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom fil-komunitajiet fejn jgħixu; |
— |
jisħaq fuq il-bżonn li l-kwistjonijiet taż-żgħażagħ jiġu indirizzati mill-Kunsilli kollha fis-setturi kollha, għaliex iż-żgħażagħ għandhom jiġu kkunsidrati fl-oqsma kollha ta' interess għall-UE; |
— |
ifakkar li ż-żgħażagħ jirrappreżentaw fattur ewlieni sabiex jintlaħqu l-miri ta' l-Istrategija ta' Lisbona l-ġdida, u jikkunsidraha essenzjali li jingħataw edukazzjoni aħjar, taħriġ, mobilità, dħul fl-impjieg; |
— |
però, ma jissottovalutax l-isfidi kbar li qegħdin jiffaċċjaw iż-żgħażagħ illum, bħalma huma il-qagħad, id-dewmien sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol, in-natura inċerta tax-xogħol, diffikultajiet sabiex isibu alloġġ u bħala konsegwenza d-diffikultajiet sabiex jagħżlu t-triq ta' ħajjithom; |
— |
jipproponi proġetti li jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ sabiex jieħdu sehem fil-gvern lokali u reġjonali fit-tmexxija tal-komunitajiet rispettivi tagħhom, kif ukoll kuntatti bejn l-awtoritajiet lokali u l-iskejjel sabiex titrawwem kuxjenza ċivika u użu informat tad-dritt tal-vot; |
— |
isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja inizjattivi ħalli jinxterdu l-politiki Ewropej dwar iż-żgħażagħ u d-dispożizzjonijiet tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ fil-livell lokali, permezz tan-netwerks ta' l-awtoritajiet lokali u billi jingħata rwol attiv lill-amministraturi żgħażagħ. |
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,
Wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-politika Ewropea li tikkonċerna l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom Tkomplija għall-White Paper dwar Spinta Ġdida liż-Żgħażagħ Ewropej: Li timplimenta l-għanijiet komuni għall-parteċipazzjoni miż-żgħażagħ u informazzjoni għalihom bil-għan li tippromwovi li jkunu ċittadini Ewropej attivi u d-Dokument ta' Ħidma ta' l-Istaff tal-Kummissjoni anness li fih analiżi dettaljata tar-rapporti nazzjonali ta' l-Istati Membri għall-parteċipazzjoni u l-informazzjoni (COM(2006) 417 finali — SEC(2006)1006);
Wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tat-13 ta' Ġunju 2006 li tagħti istruzzjonijiet lill-Kumissjoni għall-Kultura, l-Edukazzjoni u r-Riċerka sabiex tħejji opinjoni dwar dan is-suġġett;
Wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea Spinta ġdida liż-Żgħażagħ Ewropej, COM(2001) 681 finali;
Wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fis-sede tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 dwar il-qafas ta' kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ;
Wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-għanijiet komuni għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom;
Wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ;
Wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fis-sede tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet komuni għall-informazzjoni taż-żgħażagħ;
Wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-24 ta' Mejju 2005 dwar indikaturi ġodda fl-edukazzjoni u t-taħriġ;
Wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fis-sede tal-Kunsill dwar l-evalwazzjoni ta' l-attivitajiet li twettqu fil-qafas tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, u dwar l-implimentazzjoni ta' l-għan komuni: li tiżdied il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-sistema tad-demokrazija rappreżentattiva;
Wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar il-Perjodu ta' Riflessjoni u Pjan D (COM(2005) 494 finali u COM (2006) 212 finali) u l-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar Politika ta' Komunikazzjoni Ewropea — Id-dibattitu dwar l-Ewropa, bl-involviment tal-poplu (COM(2006) 35 finali);
Wara li kkunsidra l-opinjoni tiegħu dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Il-Kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għall-perjodu ta' riflessjoni u lil hinn: Il-Pjan D għad-Demokrazija, Djalogu u Dibattitu u l-White Paper dwar Politika ta' Komunikazzjoni Ewropea;
Wara li kkunsidra l-opinjoni tiegħu dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-politika Ewropea rigward iż-żgħażagħ Li tindirizza l-problemi taż-żgħażagħ fl-Ewropa — l-implimentazzjoni tal-Patt Ewropew għaż-żgħażagħ u l-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva;
Wara li kkunsida l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Tkomplija għall-White Paper dwar Spinta Ġdida liż-Żgħażagħ Ewropej: Li timplimenta l-għanijiet komuni għall-parteċipazzjoni miż-żgħażagħ u informazzjoni għalihom bil-għan li tippromwovi li jkunu ċittadini Ewropej attivi (COM 2006) 417 finali);
Wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni riċenti tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fis-sede tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet komuni għall-parteċipazzjoni miż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom bil-għan li tippromovi li jkunu ċittadini Ewropej attivi;
Wara li kkunsidra dan l-abbozz ta' opinjoni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-politiki Ewropej li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom Tkomplija għall-White Paper dwar Spinta Ġdida liż-Żgħażagħ Ewropej: Li timplimenta l-għanijiet komuni għall-parteċipazzjoni miż-żgħażagħ u informazzjoni għalihom bil-għan li tippromwovi li jkunu ċittadini attivi;
Wara li kkunsidra l-abbozz ta' opinjoni adottat mill-Kummissjoni għall-Kultura, l-Edukazzjoni u r-Riċerka fit-30 ta' Novembru 2006, (CdR 334/2006 rev.1) (Rapporteur: is-sur Roberto Pella, Membru tal-Kunsill tal-Provinċja ta' Biella, Viċi-Sindku ta' Valdengo (IT/EPP));
adotta l-opinjoni segwenti fis-sessjoni plenarja numru 69, li saret fit-23 ta' Marzu 2007:
1. Introduzzjoni
Il-Kumitat tar-Reġjuni
1.1 |
jilqa' l-Komunikazzjoni ġdida mill-Kummissjoni, li tevalwa s-segwitu li ngħata mill-Istati Membri għall-għanijiet komuni dwar il-parteċipazzjoni miż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom; |
1.2 |
jikkonsidra li mindu ġiet ippublikata l-White Paper ta' l-2001, l-Istati Membri għamlu progress u qegħdin jiffokaw aktar fuq iż-żagħażagħ, imma li għad fadal ħafna xi jsir, jew permezz tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni (OMC) fil-qasam taż-żgħażagħ, jew permezz ta' azzjonijiet oħra konnessi mal-politiki relatati; |
1.3 |
jinnota r-Riżoluzzjoni riċenti tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fis-sede tal-Kunsill, li tidentifika miżuri ġodda intiżi sabiex isaħħu l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet komuni għall-parteċipazzjoni miż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom; |
1.4 |
jaqbel mal-Kunsill li l-erba' temi prijoritarji proposti fil-White Paper (parteċipazzjoni, informazzjoni, attivitajiet volontarji u għarfien aħjar taż-żgħażagħ) u l-għanijiet komuni rilevanti għadhom topiċi ħafna, u jemmen li għandhom jiggwidaw il-ħidma ta' l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej f'dan is-settur partikolari, u fil-politiki l-oħra kollha li jikkonċernaw liż-żgħażagħ; |
1.5 |
jisħaq fuq il-bżonn li l-kwistjonijiet taż-żgħażagħ jiġu indirizzati mill-Kunsilli kollha fis-setturi kollha, għaliex iż-żgħażagħ għandhom jiġu kkunsidrati fl-oqsma kollha ta' interess għall-UE; |
1.6 |
jindika però li l-Kunsill seta' saħaq iktar fuq l-importanza ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali, speċjalment fis-sezzjonijiet li jindikaw il-miżuri intiżi li jmexxu 'l quddiem l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet komuni, dan għaliex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jwettqu rwol kruċjali fl-edukazzjoni u fit-tkabbir ta' kuxjenza ċivika fost iż-żgħażagħ; |
1.7 |
iqis essenzjali, speċjalment minħabba d-dibattitu kurrenti dwar il-futur ta' l-Ewropa, li tiżdied il-parteċipazzjoni miż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom fil-komunitajiet fejn jgħixu, sabiex iħossuhom aktar parti mill-Unjoni, ħalli jiġi żgurat li jkunu jistgħu iħaddmu dawk il-jeddijiet li jinsabu fil-karta tad-drittijiet fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, u sabiex tingħata spinta ġdida lill-intrapriża Ewropea billi tagħmel il-kunċett taċ-ċittadinanza Ewropea realtà, jenfasizza li trid tingħata attenzjoni partikolari, f'dan ir-rigward, lill-“parteċipazzjoni” u lill-“informazzjoni” taż-żgħażagħ li jgħixu f'reġjuni insulari; |
1.8 |
però, ma jissottovalutax l-isfidi kbar li qegħdin jiffaċċjaw iż-żgħażagħ illum, bħalma huma il-qagħad, id-dewmien sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol, in-natura inċerta tax-xogħol, diffikultajiet sabiex isibu alloġġ u bħala konsegwenza d-diffikultajiet sabiex jagħżlu t-triq ta' ħajjithom, in-nuqqas ta' mezzi adegwati sabiex jiksbu l-ħiliet meħtieġa, il-faqar, l-abbandun bikri ta' l-iskola u l-eskluzjoni soċjali; |
1.9 |
għalhekk jemmen li l-għanijiet tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom jistgħu jintlaħqu b'mod aktar effettiv jekk l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet jagħmlu kull sforz sabiex joffrulhom prospetti aħjar fil-ħajja, jiggarantulhom it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet fundamentali li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea (li jinkludu d-dritt għax-xogħol, id-dritt għaż-żwieġ u li jkollok familja, u d-dritt li jkun hemm bilanċ bejn il-ħajja familjali u dik professjonali); |
1.10 |
ifakkar, f'dan ir-rigward, li ż-żgħażagħ jirrappreżentaw fattur ewlieni sabiex jintlaħqu l-miri ta' l-Istrategija ta' Lisbona l-ġdida, u jikkunsidraha essenzjali li jingħataw edukazzjoni aħjar, taħriġ, mobilità, dħul fl-impjieg, inklużjoni soċjali u servizzi għall-familji żgħażagħ:
|
1.11 |
iqis għalhekk li l-politiki għaż-żgħażagħ mħaddma mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jieħdu dimensjoni Ewropea permezz ta' politiki u fondi nazzjonali adegwati, flimkien ma' programmi tal-Komunità speċifiċi li jżidu l-opportunitajiet għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini żgħażagħ fil-ħajja ċivika u politika fuq il-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew; |
1.12 |
ifakkar li l-Unjoni hija bbażata fuq il-prinċipji ta' libertà u demokrazija u jemmen li għal dik ir-raġuni jridu jittieħdu aktar passi prattiċi mingħajr telf ta' żmien sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini Ewropej kollha, anke dawk l-aktar żgħar, ikunu jistgħu jipparteċipaw fiha, b'rispett sħiħ għall-prinċipju ta' sussidjarjetà. |
2. Dwar il-parteċipazzjoni miż-żgħażagħ
Parteċipazzjoni fil-ħajja tal-komunità
2.1 |
jinnota li l-Kunsill iħares lejn l-għan li “ż-żgħażagħ jipparteċipaw fil-ħajja tal-komunità” prinċiparjament bħala l-promozzjoni ta' l-involviment tagħhom fi strutturi parteċipattivi; |
2.2 |
ifakkar li huwa possibbli li tieħu sehem fil-ħajja tal-komunità lokali mingħajr ma tkun f'xi struttura organizzata; jemmen li dan l-għan għandu jiġi interpretat b'mod wiesa', li jinkoraġġixxi l-inizjattivi li wkoll ifittxu li jinvolvu żgħażagħ li minn jeddhom jiddeċiedu li jieħdu sehem fil-ħajja tal-komunità lokali tagħhom; |
2.3 |
jaqbel kompletament li għandha tingħata attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ li huma l-aktar żvantaġġjati u jemmen li dawn iż-żgħażagħ għandhom jiġu identifikati b'mod aktar preċiż f'kull żona lokali; jilqa' l-inizjattivi li ħadu l-Polonja u l-Litwanja mmirati lejn żgħazagħ li jgħixu f'żoni rurali; |
2.4 |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu u jimplimentaw miżuri baġitarji intiżi sabiex isaħħu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ mill-aktar żoni periferiċi ta' l-UE fil-ħajja ċivika Ewropea. Id-distanza ta' dawn iż-żoni fil-fatt tagħmilha aktar diffiċli għalihom sabiex jintegraw u jipparteċipaw; |
2.5 |
japprezza wkoll dawk l-inizjattivi kollha li ttieħdu mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex isostnu strutturi parteċipattivi permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji jew billi jipprovdu tagħmir, assistenza teknika, riżorsi umani, bini jew għajnuna sabiex jinbnew websajts. |
Parteċipazzjoni fis-sistema tad-demokrazija rappreżentattiva
2.6 |
iqis li dan l-għan għandu importanza fundamentali jekk iċ-ċittadinanza attiva ser titpoġġa fil-prattika: b'hekk iż-żgħażagħ ikollhom aktar piż fil-korpi lokali, reġjonali u nazzjonali kif ukoll f'ministeri u partiti politiċi, filwaqt li jiġi żgurat li l-ġuvintur u t-tfajliet ikollhom opportunitajiet indaqs; |
2.7 |
jisħaqq fuq l-importanza li l-opportunitajiet li joffru t-teknoloġiji l-ġodda jiġu sfruttati kemm jista' jkun sabiex l-UE toqrob aktar lejn iż-żgħażagħ. Għalhekk huwa essenzjali għall-istituzzjonijiet Ewropej li jinkoraġġixxu d-diversi miżuri innovattivi li f'dan il-kuntest jistgħu jiġu offruti mill-atturi soċjali Ewropej u, b'mod partikolari, mill-awtoritajiet lokali u reġjonali; f'dan il-kuntest, jikkunsidra li l-iskambju ta' l-aħjar prattiċi jkun ta' benefiċċju partikolari, u b'mod speċifiku, jipproponi li l-Kummissjoni tippromovi l-organizzazzjoni ta' Forum Annwali taż-Żgħażagħ fejn iż-żgħażagħ u l-istituzzjonijiet pubbliċi jistgħu jaqsmu l-opinjonijiet u jinkoraġġixxu inizjattivi ġodda; |
2.8 |
jilqa' l-inizjattivi kollha ta' l-Istati Membri li jżommu djalogu miftuħ maż-żgħażagħ: kunsilli lokali, nazzjonali u reġjonali, parlamenti taż-żgħażagħ, kummissjonijiet speċifiċi taż-żgħażagħ, ombudsmen jew korrispondenti, u laqgħat inter-ministerjali; u jittama li dan kollu jkompli jiżviluppa; |
2.9 |
jirrapporta li fl-Italja twaqqaf korp konsultattiv għal amministraturi żgħażagħ, fil-qafas ta' l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Kunsilli Lokali Taljani, li wieħed mill-kompiti tiegħu huwa li josserva, jinkoraġġixxi u jsaħħaħ l-involviment taż-żgħażagħ fl-amministrazzjonijiet lokali; |
2.10 |
jafda li l-Istati Membri kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali ser jintegraw b'mod sistematiku programmi ta' taħriġ għall-parteċipazzjoni demokratika fl-istituzzjonijiet, fis-sistema edukattiva uffiċjali u li jinkoraġġixxu kuntatti interattivi bejn l-edukazzjoni formali u mhux formali; |
2.11 |
jenfasizza li kuntatti bejn l-iskejjel u l-awtoritajiet lokali jistgħu jkunu mezz effettiv sabiex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni ta' l-istudenti fil-ħajja tal-komunitajiet tagħhom, u jsejjaħ lill-amministraturi lokali — speċjalment dawk żgħażagħ — sabiex iservu ta' ambaxxaturi u jorganizzaw dibattiti pubbliċi dwar kwistjonijiet ta' interess lokali li jkunu miftuħa wkoll għaż-żgħażagħ li telqu mill-iskola; |
2.12 |
huwa konvint li l-mira li l-gvern lokali jinfetaħ għaż-żgħażagħ iġġib magħha fehma reali tar-responsabbiltà fir-rigward tat-tmexxija tat-territorju proprju tiegħu u tgħin sabiex tinħoloq kuxjenza ċivika u tinkoraġġixxi l-eżerċizzju informat tad-dritt għall-vot, li s'issa interessa lil ftit wisq żagħżagħ; |
2.13 |
jilqa' l-inizjattiva Finlandiża li testendi d-dritt tal-vot għall-elezzjonijiet lokali liż-żagħżagħ li għandhom 'il fuq minn 16-il sena, u l-inizjattiva Ġermaniża relatata mal-proġetti taż-żgħażagħ dwar ir-riġenerazzjoni urbana, u jilqa' s-sejħa tal-Kunsill sabiex jiġi kkunsidrat dibattitu sabiex titbaxxa l-età għad-dritt tal-vot; |
2.14 |
jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-każ ta' mara żagħżugħa bħala deputat sindku fil-belt ta' Stokkolma; |
2.15 |
jikkunsidra l-Karta Ewropea Riveduta dwar il-Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ fil-Ħajja Lokali u Reġjonali tal-Kunsill ta' l-Ewropa bħala strument siewi ħafna, u jittama li din tasal għand l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Unjoni, u li magħha jkun hemm ukoll kooperazzjoni aktar mill-qrib f'dan il-qasam bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kungress ta' l-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali. |
Parteċipazzjoni fl-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea
2.16 |
jaqbel mal-proposti tal-Kummissjoni, ikkonfermati mill-Kunsill, dwar kif għandu jintlaħaq dan il-għan; |
2.17 |
bi pjaċir jinnota li l-Kummissjoni Ewropea kkunsidrat il-kummenti preċedenti tal-KtR (1) dwar politika sostnuta ta' dibattitu u konsultazzjoni maż-żgħażagħ u tappoġġja bis-sħiħ l-idea ta' djalogu mtejjeb dwar l-Aġenda Ewropea. Madankollu jisħaq li dan għandu jinvolvi b'mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
2.18 |
jilqa' l-programm il-ġdid “Żgħażagħ f'azzjoni” u l-programmi oħra ta' edukazzjoni u taħriġ għaż-żgħażagħ, li taw l-opportunità lil ħafna żgħażagħ sabiex jiksbu esperjenza prattika ta' l-Ewropa, u jħeġġeġ għal aċċess usa' u disseminazzjoni mifruxa ta' dawn il-programmi, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali liż-żgħażagħ l-aktar żvantaġġjati jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiddeċentralizzaw aktar il-ġestjoni ta' dan il-programm, sabiex jiżguraw is-sussidjarjetà billi t-tmexxija tiegħu tiġi aktar f'idejn l-awtoritajiet reġjonali, u jiddispjaċih li twaqqaf il-programm Imprendituri Żgħażagħ, li għin ħafna żgħażagħ sabiex jiftħu negozju u jiksbu esperjenzji importanti; |
2.19 |
jipproponi li l-awtoritajiet Ewropej lokali u reġjonali jipprovdu forum għaż-żgħażagħ mill-komunitajiet tagħhom li jaħdmu fl-istituzzjonijiet u fl-uffiċċji Ewropej jew li jipparteċipaw fi programmi Ewropej, u jiġu involuti bħala ambaxxaturi f'dibattiti dwar l-Ewropa, u b'hekk isaħħu l-metodu ta' parteċipazzjoni doppja filwaqt li jagħtu valur lix-xogħol, u lill-esperjenza edukattiva u vokazzjonali barra mill-pajjiż; |
2.20 |
isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja inizjattivi ħalli jinxterdu l-politiki Ewropej dwar iż-żgħażagħ u d-dispożizzjonijiet tal-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ fil-livell lokali, permezz tan-netwerks ta' l-awtoritajiet lokali u billi jingħata rwol attiv lill-amministraturi żgħażagħ. |
3. Dwar l-informazzjoni għaż-żgħażagħ
Aċċess għall-informazzjoni miż-żgħażagħ
3.1 |
ifakkar li d-dritt għall-informazzjoni huwa l-bażi tax-xogħol għall-informazzjoni taż-żgħażagħ li sar mill-Unjoni Ewropea; bħala kosegwenza, jikkonsidrah d-dmir ta' l-Istati Membri u, f'każ ta' bżonn, ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jimplimentaw bħala parti mill-proċess edukattiv politiki li jiżguraw l-eżerċizzju effettiv ta' dan id-dritt miż-żgħażagħ, billi jiffukaw b'mod speċjali fuq il-promozzjoni taċ-ċarezza u tal-faċilità ta' l-aċċess għall-informazzjoni; |
3.2 |
jilqa' bis-sħiħ il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea aċċettat il-kummenti tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-importanza tad-dimensjoni lokali u reġjonali fil-politika taż-żgħażagħ, waqt li rrikonoxxiet li l-mobilizzazzjoni ta' l-awtoritajiet lokali hija kruċjali sabiex titrawwem il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-lokalità. Jisħaq f'dan ir-rigward fuq l-importanza tad-dimensjoni lokali u reġjonali għaliex huwa f'dan il-livell li jseħħ l-ewwel kuntatt dirett mal-politika u ċ-ċittadinanza attiva ssir realtà; |
3.3 |
jinnota b'sodisfazzjoni li l-websajts li jipprovdu informazzjoni liż-żgħażagħ issa jeżistu kważi fl-Istati Membri kollha, imma jħeġġeġ li tiġi mfassla strateġija effettiva ta' informazzjoni li tkopri l-oqsma differenti tal-mistoqsijiet u suġġetti li jinteressaw liż-żgħażagħ; |
3.4 |
jaqbel mal-Kunsill li l-portall taż-żgħażagħ Ewropew huwa għodda utli ħafna li għandha tiġi żviluppata u mxerrda, u li l-istrumenti li jiġu pprovduti lokalment u dawk fil-livell nazzjonali jew Ewropew għandhom jiġu kkoordinati aħjar, sabiex l-informazzjoni tiġi ċċirkulata aktar malajr u b'mod aktar faċli; |
3.5 |
jemmen li n-netwerks ta' assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ li jaħdmu f'livell lokali għandhom jieħdu sehem fil-proċess ta' konsultazzjoni u parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, sabiex jiġi evitat il-periklu li jipparteċipaw biss in-netwerks nazzjonali maġġuri u jsejjaħ għall-iżvilupp ta' kanali għall-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni taż-żgħażagħ li m'humiex f'xi assoċjazzjoni. Għal dan il-għan ikun milqugħ is-sehem dirett tal-muniċipalitajiet li jistgħu jiżviluppaw il-mudelli tagħhom sabiex iż-żgħażagħ jipparteċipaw fil-proċess ta' konsultazzjoni u kooperazzjoni. |
Informazzjoni ta' kwalità
3.6 |
huwa informat mill-Kummissjoni li huma biss ftit l-Istati Membri li jiffukaw fuq it-taħriġ ta' dawk li jaħdmu fl-ambitu ta' l-informazzjoni għaż-żgħażagħ; isejjaħ għal aktar attenzjoni f'dan ir-rigward, bi programmi speċifiċi ta' studju; |
3.7 |
iqis li l-Kummissjoni għandha titfa' aktar enfasi fuq ir-rabta bejn l-informazzjoni u l-konsulenza, sabiex iż-żgħażagħ jiġu megħjuna jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa sabiex jiksbu, jagħżlu u jwieżnu l-informazzjoni, u b'hekk isiru utenti informati. L-Istati Membri huma mħeġġa sabiex jużaw il-kanali kollha eżistenti sabiex iwasslu l-informazzjoni liż-żgħażagħ (Internet, mobiles, videos u ċinema). |
Parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-informazzjoni
3.8 |
bi pjaċir jinnota l-attenzjoni ġdida li qiegħda tingħata lill-kunsilli lokali taż-żgħażagħ, bl-involviment sistematiku taż-żgħażagħ f'korpi lokali responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet u bis-sostenn ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Isejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tinkoraġġixxi l-formulazzjoni ta' kriterji preċiżi dwar l-għan tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ sabiex tappoġġja l-parteċipazzjoni fil-livell lokali u ċ-ċittadinanza attiva; |
3.9 |
jenfasizza l-importanza li ż-żgħażagħ jiġu involuti fil-perfezzjonament ta' strateġiji ta' informazzjoni, fil-ħolqien ta' prodotti ta' informazzjoni, fit-tixrid ta' l-informazzjoni u fl-attivitajiet ta' konsulenza; |
3.10 |
iqis li l-kontribuzzjonijiet ta' żgħażagħ individwali jew ta' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ f'dan ir-rigward jirrappreżentaw riżorsa siewja li għandha tintuża' bl-aktar mod effettiv, u jsejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jidentifikaw modi ġodda ta' parteċipazzjoni. |
4. Dwar il-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni
4.1 |
huwa konxju li s-settur taż-żgħażagħ jaqa' taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri, u għalhekk isejjaħ għal impenn konġunt min-naħa tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri, f'kollaborazzjoni ma' l-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
4.2 |
iqis fuq kollox li l-Kummissjoni tista' tenfasizza l-kisbiet u b'mod aktar speċifiku l-aħjar prattiċi ta' l-Istati Membri. |
5. Il-konklużjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni
Dwar il-parteċipazzjoni
5.1 |
jirrikmanda li l-Istati Membri jiggarantixxu opportunitajiet indaqs bejn iċ-ċittadini kollha, irġiel u nisa, u b'mod partikolari fost l-addoloxxenti taż-żewġ sessi u fost il-ġuvintur u t-tfajliet; |
5.2 |
jafda li r-riżorsi jitqassmu b'mod ġust bejn il-proġetti ta' l-assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ u dawk immirati għal żgħażagħ individwali, filwaqt li ma jiġux injorati l-programmi għall-aktar gruppi żvantaġġjati; |
5.3 |
jittama wkoll li l-Istati Membri jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ sabiex jieħdu sehem f'korpi lokali, reġjonali u nazzjonali, f'ministeri u partiti politiċi, u li dawn jiġu kkonsultati permezz tal-kunsilli taż-żgħażagħ u strutturi oħra ta' parteċipazzjoni; |
5.4 |
jipproponi proġetti min-naħa ta' l-Istati Membri li jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ sabiex jieħdu sehem fil-gvern lokali u reġjonali u fit-tmexxija tal-komunitajiet rispettivi tagħhom, kif ukoll li jkun hemm kuntatti bejn l-awtoritajiet lokali u l-iskejjel sabiex titrawwem kuxjenza ċivika u użu informat tad-dritt tal-vot; |
5.5 |
isejjaħ lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali sabiex jinkludu liż-żgħażagħ fid-dibattiti dwar il-futur ta' l-Ewropa, sabiex isaħħu l-parteċipazzjoni tagħhom fl-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea, billi jagħtu sehem attiv lil dawk li jaħdmu fl-istituzzjonijiet jew fl-uffiċċji Ewropej jew li huma involuti fil-programmi Ewropej. |
Dwar l-informazzjoni
5.6 |
iqis essenzjali li l-Istati Membri jiggarantixxu d-dritt għall-informazzjoni permezz ta' strateġiji speċifiċi li jirriflettu l-bżonnijiet taż-żgħażagħ filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-aktar gruppi vulnerabbli, u fl-istess ħin jiġi pprovdut it-taħriġ neċessarju lil dawk kollha li huma involuti fl-edukazzjoni u t-trawwim taż-żgħażagħ; |
5.7 |
itenni li l-ħolqien ta' Ewropa taċ-ċittadini u l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjetà huma prijorità ewlenija tal-Kumitat, u jixtieq jagħti kontribut billi jikkommetti ruħu li jorganizza djalogi strutturati u sistematiċi, laqgħat mar-rappreżentanti ta' l-assoċjazzjonijiet u l-kunsilli lokali u reġjonali taż-żgħażagħ, filwaqt li jippjana li jwaqqaf grupp ta' ħidma sabiex josserva u jippromovi l-impenji reali ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali u jivverifika l-aħjar prattiċi lokali u reġjonali bl-għajnuna ta' l-assoċjazzjonijiet nazzjonali rilevanti; jimmira li jkun strumentali sabiex jassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-informazzjoni għalihom; |
5.8 |
jikkommetti ruħu li jferrex b'mod usa' l-informazzjoni dwar temi Ewropej sabiex jiġu żviluppati d-dibattiti fil-livell lokali u reġjonali, u dwar avvenimenti Ewropej organizzati għaż-żgħażagħ, sabiex ikabbar il-parteċipazzjoni bl-aktar mod wiesa'; |
5.9 |
sabiex jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni fl-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea, isejjaħ lill-Kummissjoni ħalli tipprovdi kampanja ta' informazzjoni ad hoc sabiex twassal il-programmi kollha Ewropej taż-żgħażagħ. |
Dwar il-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni
5.10 |
japprezza l-intenzjoni ddikjarata mill-Kunsill li jadotta u jtejjeb il-linji ta' azzjoni u li jħaddem il-miżuri li ġew indikati fir-Riżoluzzjoni riċenti, u għalhekk jitlob li jiġu kkunsidrati l-kummenti u l-proposti magħmula f'din l-opinjoni; |
5.11 |
iħeġġeġ lill-Istati Membri, sabiex ikomplu jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-politiki proprji tagħhom dwar iż-żgħażagħ, bħala parti mir-rapporti ta' rutina li diġa jeżistu, u b'hekk jagħtu l-kontribut tagħhom fil-kuntest ta' l-OMC u jippermettu li l-aħjar prattika tiġi identifikata b'mod preċiż u ddisseminata; |
5.12 |
jaqbel li l-linji ta' azzjoni li l-Istati Membri għandhom l-intenzjoni li jiffukaw fuqhom fil-qasam tal-parteċipazzjoni u l-informazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti sa mhux aktar tard minn Marzu 2007, sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati pjanijiet ta' azzjoni rilevanti u b'mod partikolari sabiex l-aħjar prattiċi jitferrxu b'mod usa'; |
5.13 |
jitlob lill-Kummissjoni li tidentifika l-aħjar mezzi sabiex tiżgura analiżi effettiva tal-progress milħuq mill-Istati Membri permezz ta' metodi effikaċi ta' statistika u ta' riċerka kwalitattiva; |
5.14 |
jipproponi li jitwaqqaf grupp ta' ħidma responsabbli li jiddefenixxi l-istrumenti li ser jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri sabiex isaħħu l-għanijiet komuni u jsejjaħ lir-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex ikunu involuti permezz tal-Kumitat; |
5.15 |
jerġa' jisħaq li l-għanijiet komuni fir-rigward taż-żgħażagħ jintlaħqu l-aħjar billi ż-żgħażagħ jiġu provduti kondizzjonijiet ta' għajxien aħjar. Jittama li l-Kummissjoni toħloq pjan ta' azzjoni taħt il-Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ li jkun jista' jiggwida u jappoġġja aħjar l-inizjattivi ta' l-Istati Membri individwali, jipprovdi fondi għal dan l-iskop u possibbilment ikun marbut ma' azzjonijiet innovattivi u skambju dwar l-aħjar prattiċi; |
5.16 |
isejjaħ lill-Istati Membri sabiex jallokaw biżżejjed fondi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex ikunu jistgħu jimplimentaw l-għanijiet komuni; |
5.17 |
jittama li fl-aħħar mill-aħħar, il-kwistjoni ta' l-inċertezza fl-impjiegi fost iż-żgħażagħ tiġi indirizzata mill-Istati Membri, sabiex jintlaħqu aħjar l-għanijiet taż-żgħażagħ, anke fil-kuntest tad-diskussjoni dwar il-Karta Ħadra (Green Paper) l-ġdida tal-Kummissjoni dwar il-liġi tax-xogħol. |
Ruma, 23 ta' Marzu 2007
Il-President
tal- Kumitat tar-Reġjuni
Michel DELEBARRE
(1) CdR 253/2005 fin.