Επιλέξτε τις πειραματικές λειτουργίες που θέλετε να δοκιμάσετε

Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex

Έγγραφο 52006TA1219(08)

    Rapport dwar il-kontijiet annwali ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti ta' l-Awtorità

    ĠU C 312, 19.12.2006, σ. 42 έως 47 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    19.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C NaN/42


    RAPPORT

    dwar il-kontijiet annwali ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2005 flimkien mar-risposti ta' l-Awtorità

    WERREJ

    1-2

    INTRODUZZJONI

    3-6

    DIKJARAZZJONI T'ASSIGURAZZJONI

    7-13

    OSSERVAZZJONIJIET

    Tabelli 1 sa 4

    Ir-Risposti ta' l-Aġenzija

    INTRODUZZJONI

    1.

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) ġiet imwaqqfa mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 (1). Il-kompiti prinċipali tagħha huma li tipprovdi l-informazzjoni xjentifika neċessarja għall-preparazzjoni tal-liġi Komunitarja, li tiġbor u tanalizza d-dejta li tippermetti li jkunu identifikati u kkontrollati r-riskji u li tipprovdi informazzjoni indipendenti dwar dawn ir-riskji.

    2.

    Tabella 1 tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet ta' l-Awtorità. Informazzjoni prinċipali meħuda mir-rendikonti finanzjarji preparati mill-Awtorità għas-sena finanzjarja 2005, hija preżentata f'Tabelli 2, 3 u 4.

    DIKJARAZZJONI T'ASSIGURAZZJONI

    3.

    Din id-Dikjarazzjoni t'Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2); hija ġiet ippreparata wara eżami tal-kontijiet taċ-Ċentru, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    4.

    Il-kontijiet ta' l-Awtorità għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2005 (3) ġew magħmula mid-Direttur tagħha, skond l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, u mibgħuta lill-Qorti, li għandha l-obbligu li tagħti dikjarazzjoni t'assigurazzjoni dwar l-affidabilità tagħhom u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi.

    5.

    Il-Qorti wettqet verifika skond il-politika u l-istandards tagħha, li huma bbażati fuq standards internazzjonali tal-verifika li ġew adattati għall-kuntest Komunitarju. Il-verifka ġiet ippjanata u mwettqa sabiex tinkiseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari.

    6.

    Il-Qorti kisbet għalhekk bażi raġonevoli għad-dikjarazzjoni espressa hawn taħt.

    Affidabilità tal-kontijietIl-kontijiet ta' l-Awtorità għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2005, fl-aspetti materjali kollha, huma affidabbli.Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażiĦlief fil-kaz imsemmi fil-paragrafu 12, it-tranżazzjonijiet ta' bażi tal-kontijiet annwali ta' l-Awtorità, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari.

    OSSERVAZZJONIJIET

    7.

    Is-sena finanzjarja 2005 kienet ikkaratterizzata minn implimentazzjoni sinifikament baxxa tal-baġit: 80 % biss ta' l-approprijazzjonijiet ta' impenji u ta' pagamenti ġew użati. Dan juri li l-Awtorità għandha tagħmel sforz serju biex tagħmel użu aħjar ta' l-approprijazzjonijiet li ġew mogħtija lilha sabiex tikseb l-objettivi tagħha.

    8.

    L-Awtorità tal-Baġit kienet emendat il-pjan ta' twaqqif anness ma' l-abbozz tal-baġit ta' l-Awtorità għall-2005, kif adottat mill-Bord Amministrattiv tagħha, partikolarment billi emendat b'mod sinifikanti d-distribuzzjoni ta' karigi disponibbli bejn kull grad. Dawn l-emendi kellhom iwasslu għal tnaqqis fl-approprijazzjonijiet assenjati għan-nefqa fuq is-salarji kif ukoll għall-infiq operattiv. Dan it-tnaqqis ma seħħx. Għalhekk l-Awtorità setgħet, mingħajr ma infurmat lill-Awtorità tal-Baġit dwar in-neċessità li jiġi ppreparat baġit supplementari u emendat, tistabilixxi mill-ġdid il-gradi li inizjalment kienet saret dispożizzjoni għalihom fl-abbożż tal-baġit fir-rigward ta' 19-il kariga.

    9.

    Il-Qorti nnutat in-nuqqas li tiġi introdotta tmexxija skond l-attività minkejja li din hija mniżżla fir-Regolament Finanzjarju ta' l-Awtorità, skond dak li ġie applikat fil-baġit ġenerali bil-ħsieb li l-monitoraġġ ta' l-eżekuzzjoni jiġi mtejjeb. F'dan ir-rigward, il-kisba ta' l-objettivi ta' l-Awtorità għandha tiġi evalwata fit-termini tal-kontribuzzjoni tagħha lejn l-objettivi ffissati fir-regolament bażiku tagħha. Fil-prinċipju, il-programm ta' xogħol ta' l-Awtorità għandu jesprimi din il-kontribuzzjoni f'termini operattivi u miżurabbli.

    10.

    L-Awtorità m'għamlitx analiżi tar-riskju lanqas stabbiliet b'mod formali s-sistemi ta' kontroll intern u l-proċeduri li hija ssegwi. F'bosta każijiet il-Qorti osservat ukoll nuqqasijiet fil-kontroll ta' l-infiq (dokumenti ta' sostenn nieqsa, talbiet mhux ġustifikati għal servizzi addizzjonali) (4).

    11.

    Għal dak li għandu x'jaqsam mar-reklutaġġ, l-Awtorità rrifjutat xi kandidati billi applikat kriterji oħra minflok dawk imniżżla fl-avviżi tal-karigi battala u ma osservatx, fost oħrajn, id-dispożizzjonijiet regolatorji dwar il-gradi tal-membri tal-Bord ta' l-Għażla f'dak li għandu x'jaqsam mal-karigi li għandhom jiġu mimlija. L-għażla tal-kandidati titlob applikazzjoni stretta tal-kriterji rilevanti u kontroll effettiv dwar jekk id-dokumenti preżentati mill-kandidati biex issostnu l-applikazzjonijiet tagħhom humiex ġenwini.

    12.

    Numru konsiderevoli ta' anomaliji nstabu waqt il-verifiki mwettqa fl-għoti u l-konklużjoni ta' kuntratti. F'bosta mill-każijiet eżaminati, il-Qorti ma setgħetx tiċċekkja li n-numru minimu ta' offerenti mitlub bil-liġi kienu ġew mistiedna biex jieħdu sehem fil-proċeduri tal-kuntratti. Il-Qorti nnutat li l-applikazzjoni tal-kriterji ta' l-għażla ma kinitx dokumentata b'mod sistematiku. F'bosta każi, ma ġewx applikati regoli għan-nomina ta' kumitati ta' evalwazzjoni. F'każ ta' kuntratt strutturali minnhom, il-klawżoli ma ġewx osservati. Il-frekwenza ta' dawn l-anomaliji hi tali li l-Awtorità għandha bżonn issaħħaħ aktar is-sistema ta' kontroll intern tagħha f'dan il-qasam.

    13.

    Il-bini definittivi intiżi għall-Awtorità, għadhom mhumiex disponibbli. Għalhekk, l-Awtorità kienet obbligata li tikri u tirranġa bini temporanju (l-ispiża fl-2005: madwar 3,5 miljun euro). La darba l-Awtorità, ikollha pussess tal-bini l-ġdid, hija ser ikollha ssostni l-ispejjez ta' l-istallazzjoni. L-Awtorità, flimkien mal-Kummissjoni, imissha tikkjarifika ma' l-awtoritajiet nazzjonali din is-sitwazzjoni, b'mod partikolari bi ħsieb għal kumpens finanzjarju. Sakemm tinstab soluzzjoni, din għandha tiġi kkunsidrata waqt li jkunu qed jiġu preparati l-estimi tal-baġit.

    Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-28 ta' Settembru 2006.

    Għall-Qorti ta' l-Awdituri

    Hubert WEBER

    President


    (1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (3)  Dawn il-kontijiet ġew magħmula fil-20 ta' Ġunju 2006 u rċevuti mill-Qorti fit-29 ta' Ġunju 2006.

    (4)  Per eżempju, id-dispożizzjonjiet dwar l-ispejjeż tal-missjoni mhumiex osservati sistematikament, li jirriżulta f'pagamenti mhux ġustifikati.


    Tabella 1

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (Parma)

    Oqsma ta' kompetenzi Komunitarji skond it-Trattat

    Kompetenzi ta' l-Awtorità

    (Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002)

    Tmexxija

    Riżorsi disponibbli għall-Awtorità 2005

    (2004)

    Prodotti u servizzi provduti

    Moviment ħieles ta' oġġetti (Artikolu 37 tat-Trattat)

    Kontribut għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, siġurtà u l-protezzjoni ta' l-ambjent u tal-konsumaturi, b'konsiderazzjoni għal xi żviluppi ġodda bbażati fuq fatti xjentifiċi (Artikolu 95 tat-Trattat)

    Politika tan-negozju komuni (Artikolu 133 tat-Trattat)

    Is-Saħħa Pubblika (Artikolu 152(4)(b) tat-Trattat)

    Obbjettivi

    Tagħti opinjonijiet xjentifikiċi u għajnuna xjentifika u teknika għall-politika u l-liġi tal-Komunità li għandha impatt dirett jew indirett fuq is-sigurtà ta' l-ikel u t-tmiegħ

    Tagħti informazzjoni indipendenti dwar riskji relatati mas-sigurtà ta' l-ikel

    Tikkontribwixxi għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja umana

    Tiġbor u tevalwa d-dejta neċessarja biex tippermetti il-karatteristikazzjoni u l-monitoraġġ tar-riskji

    Kompiti

    Toħroġ opinjonijiet u studji xjentifiċi

    Tippromwovi metodoloġiji ta' evalwazzjoni tar-riskju uniformi

    Tgħin lill-Kummisjoni

    Tagħmel riċerka, evalwazzjoni u sommarju tad-dejta xjentifika u teknika neċessarja

    Tidentifika u tikkaratterizza riskji emerġenti

    Tistabilixxi netwerk ta' organizzazzjonijiet li joperaw f'oqsma simili

    Tipprovdi assistenza xjentifika u teknika għall-ġestjoni tal-kriżi

    Ittejjeb il-koperazzjoni internazzjonali

    Tipprovdi lill-pubbliku u lill-partijiet interessati b'informazzjoni li hija affidabbli, oġġettiva u li tinftiehem faċilment

    Tipparteċipa fis-sistema ta' attenzjoni fil-pront tal-Kummissjoni.

    1. Bord Aministrattiv

    Kompożizzjoni

    14-il membru nominati mill-Kunsill (b'koperazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni) u rappreżentant tal-Kummissjoni,

    Kompiti

    Tadotta l-programm ta' xogħol u l-baġit u tiżgura li jiġu implimentati

    2. Direttur eżekuttiv

    Nominat mill-Bord Amministrattiv fuq il-bażi ta' lista ta' kandidtati proposti mill-Kummissjoni u wara intervista mal-Parlament Ewropew;

    3. Forum Konsultattiv

    Kompożizzjoni

    Rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru,

    Kompiti

    Jagħti pariri lid-Direttur;

    4. Kumitat u gruppi xjentifiċi:

    Jippreparaw l-opinjonijiet xjentifiċi ta' l-Awtorità

    5. Verifika esterna

    Il-Qorti ta' l-Awdituri

    6. Awtorità t'approvazzjoni Il-Parlement fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

    Baġit finali:

    36,9 miljun euro (29,1 miljun euro) Kontribuzzjoni komunitarja: 100 % (100 %)

    Numru tal-persunal fil-31 ta' Diċembru 2005:

    Numru ta' karigi fil-pjan ta' twaqqif: 194 (138)

    Karigi okkupati: 124 (102)

    +36 (37) kariga oħra (kuntratti awżiljarji, esperti nazzjonali ssekondati, aġenti lokali)

    Total tal-persunal: 160 (139)

    Assenjati fid-doveri li ġejjin:

    operattivi: 104 (83)

    amministrattivi: 56 (56)

    Mit-301 talba għall-opinjonijiet xjentifiċi indirizzati lill-EFSA fl-2005 (li tirrappreżenta żieda ta' 65 % meta mqabbla ma' l-2004), 163 opinjoni ġew adottati u ppubblikati. Dawn ikopru bosta oqsma u jinkludu l-pjanti aromatiċi, l-organiżmi ġenetikament modifikati (ma' l-WHO), l-ispongiforme encephaltopathy tal- bovini (BSE) u l-ispongiforme encephalopathy transmessa (TSE). Barra dan, l-Awtorità ppublikat l-ewwel rapport annwali tagħha dwar il-mard ta' l-annimali u pubblikazzjonijiet oħra importanti dwar id-determinazzjoni tar-riskju fuq is-settur ta' l-ikel.

    Il-komunikazzjoni tar-riskji u, b'mod ġenerali, l-attivitajiet tad-dipartiment raw żieda ta' 40 % fin-numru ta' komunikazzjonijiet lill-pubbliku fl-2005. Konsultazzjonijiet tal-website ta' l-EFSA rduppjaw ukoll fl-2005. Il-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni tar-riskji żdiedet permezz tal-Bord Konsultattiv u workshops organizzati.

    In-networking ta' l-EFSA mal-partijiet interessati, awtoritajiet nazzjonali u kontrapartijiet istituzzjonali intensifikat permess tat-twaqqif ta' forum għall-partijiet interssati. Il-Forum Konsultattiv iltaqa' ħames darbiet bi ħsieb li jaħdem bħala netwerk ma' l-awtoritajiet nazzjonali fuq kwistjonijiet speċifici bħall-koordinazzjoni fil-każ ta' kriżi jew iż-żieda ta' l-użu ta' l-extranet li jorbot l-awtoritajiet nazzjonali, il-Kummissjoni u l-EFSA.

    F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-EFSA fl-2005, ir-rapport finali tal-konsulenti ġie ppubblikat fuq il-website mill-Bord Ammistrattiv li ppreżenta r-rakkomandazzjonijiet fl-aħħar ta' l-2006.

    Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Awtorità.

    L-AWTORITÀ EWROPEA DWAR IS-SIGURTÀ FL-IKEL

    Sors: Dejta ta' l-Awtorità — Dawn it-tabelli jagħtu sommarju tad-dejta mogħtija mill-Awtorità fil-kontijiet annwali tagħha.

    Tabella 2

    Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005

    (1000 euro)

    Dħul

    Infiq

    Sors tad-dħul

    Dħul imdaħħal fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

    Dħul miġbur

    Allokazzjoni tan-nefqa

    Approprijazzjonijiet tal-baġit finali

    Approprijazzjonjiet trasferiti 'il quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti (1)

    Approprijazzjonijiet għas-sena finanzjarja u trasferiti 'il quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti

    imdaħħla

    impenjati

    mħallsa

    trasferiti 'il quddiem

    annullati

    disponibbli

    imħallsa

    annullati

    disponibbli

    impenjati

    imħallsa

    trasferiti 'il quddiem

    annullati

    Sussidji komunitarji

    36 857

    31 537

    Titolu I

    Persunal

    16 354

    14 571

    14 024

    546

    1 784

    389

    312

    77

    16 743

    14 960

    14 336

    546

    1 861

    Dħul proprju

     

     

    Titolu II

    Amministrazzjoni

    6 446

    5 591

    3 306

    2 285

    855

    1 477

    1 307

    170

    7 923

    7 068

    4 613

    2 285

    1 025

    Dħul ieħor

     

     

    Titolu III

    Attivitajiet operattivi

    14 057

    9 300

    5 824

    3 477

    4 756

    3 818

    2 003

    1 815

    17 875

    13 118

    7 827

    3 477

    6 571

    Total

    36 857

    31 537

    Total

    36 857

    29 462

    23 154

    6 308

    7 395

    5 684

    3 622

    2 062

    42 541

    35 146

    26 776

    6 308

    9 457


    Tabella 3

    Kont tad-dħul u l-infiq għas-snin finanzjarji 2005 u 2004

    (1000 euro)

     

    2005

    2004

    Dħul operattiv

    Sussidji komunitarji

    27 405

    20 591

    Sussidji/dħul ieħor

    0

    0

    Total (a)

    27 405

    20 591

    Infiq operattiv

    Persunal

    13 012

    7 564

    Amministrazzjoni

    6 436

    5 788

    Attivitajiet operattivi

    8 718

    6 431

    Total (b)

    28 166

    19 783

    Riżultat operattiv (c = a – b)

    – 761

    808

    Dħul ieħor (d)

    0

    0

    Spejjeż oħra (e)

    –7

    –33

    Riżultat ekonomiku (f = c + d + e)

    – 768

    775


    Tabella 4

    Karta ta' Bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2005 u 2004

    (1000 euro)

     

    2005

    2004

    Attiv

    Attiv fiss

    1 588

    1 071

    Riċevibbli ta' skadenza qasira

    299

    5 025

    Kontijiet likwidi

    10 879

    3 201

    Total

    12 766

    9 297

    Passiv

    Riżultati akkumulati mis-sena finanzjarja preċedenti

    4 452

    3 677

    Riżultat ekonomiku għas-sena

    – 768

    775

    Passiv ta' skadenza qasira

    9 082

    4 845

    Total

    12 766

    9 297


    (1)  L-Awtorità ma tinkludix l-implimentazzjoni ta' trasferimenti mhux awtomatiċi ta' approprijazzjonijiet fit-tabella li turi l-implimentazzjoni ġenerali tal-baġit li hija tippubblika fir-rapport annwali tagħha.


    TWEĠIBIET TA’ L-AWTORITÀ EWROPEA DWAR IS-SIGURTÀ FL-IKEL

    7.

    Fl-2006, l-AESI saħħet il-kontroll tal-baġit tagħha billi orgnizzat reviżjonijiet regolari kif ukoll analiżi u previżjonijiet ta’nofs is-sena ta’ l-eżekuzzjoni tal-baġit. L-ippjanar ta’ l-attivitajiet tagħha se jkomplu jiġu msaħħa bil-għan li jintlaħaq il-punt fejn ikun hemm eżekuzzjoni sħiħa u kompleta tal-baġit.

    8.

    Billi bl-emenda tal-Pjan ta’ Twaqqif ta’ l-AESI għall-2005, l-Awtorità tal-Baġit naqqset ċertu numru ta’ postijiet li kienu diġà mimlija fl-2004, l-Awtorità kellha tirispetta l-obbligu legali tagħha lejn dawn l-aġenti u żżomm il-postijiet tagħhom skond ir-Regolament Finanzjarju tagħha u timmodifika dan il-Pjan.

    9.

    Il-Ġestjoni Bbażata fuq l-Attivitajiet se tiġi progressivament implimentata mill-AESI peress li din hija biċċa għodda essenzjali sabiex l-Awtorità tkun tista’ twettaq l-attivitajiet tagħha b’mod effiċjenti. Fil-programm ta’ xogħol tagħha ta’ l-2007, l-Awtorità se tagħti definizzjoni ċara tal-prijoritajiet tagħha fil-qafas tar-Regolament Bażiku tagħha u ta’ leġiżlazzjonijiet oħra ta’ l-UE li japplikaw f’dan il-kuntest u se tagħti deskrizzjoni ta’ l-inizjattivi prinċipali sabiex tkun tista’ tilħaq dawn il-prijoritajiet. Se jsir ukoll aktar titjib fil-qasam ta’ l-indikaturi ta’ l-attività (performance indicators) u għodda oħra ta’ ġestjoni sabiex ir-riżultati ta’ l-attivitajiet ikunu jistgħu jitkejlu.

    10.

    F’Lulju ta’ l-2005, l-AESI adottat standards ta’ kontroll intern u qed tkompli fl-isforzi tagħha sabiex timplementhom bis-sħiħ. Barra minn hekk, l-Awtorità qed tippjana sabiex twettaq analiżi tar-riskju għall-2007.

    11.

    Bħala prijorità fl-2006, l-Awtorità ħadet miżuri sabiex issaħħaħ il-kontrolli madwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ u żżid it-trasparenza tagħhom u se jitkomplew l-isforzi min-naħa tagħha sabiex jigarantixxu r-rispett tar-regoli li huma fis-seħħ.

    12.

    L-Awtorità se tassigura li s-sistemi ta’ kontroll intern għall-proċeduri ta’ akkwist pubbliku jiġu msaħħa sabiex ikunu jikkonformaw bis-sħiħ mar-regoli fis-seħħ. Fl-2006, se jiġu organizzat taħriġ speċifiku fuq il-proċeduri tas-sejħa għall-offerti u se jiġu mwaqqfa sistemi aħjar ta’ implimentazzjoni sabiex issaħħu il-kontrolli fuq dawn il-proċeduri.

    13.

    L-Awtorità ġibdet l-attenzjoni ta’ l-Awtoritajiet tal-Baġit u tal-Kummissjoni dwar l-ispiża tal-bini għas-sede ta’ l-AESI u se żżommhom infurmati dwar il-progress tal-proġett għal bini definittiv tagħha.


    Επάνω