This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02022R0058-20220811
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/58 of 14 January 2022 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of certain grain-oriented flat-rolled products of silicon-electrical steel originating in the People’s Republic of China, Japan, the Republic of Korea, the Russian Federation and the United States of America following an expiry review pursuant to Article 11(2) of Regulation (EU) 2016/1036 of the European Parliament and of the Council
Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/58 tal-14 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar elettriku bis-siliċju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Ġappun, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Federazzjoni Russa u mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/58 tal-14 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar elettriku bis-siliċju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Ġappun, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Federazzjoni Russa u mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
02022R0058 — MT — 11.08.2022 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/58 tal-14 ta’ Jannar 2022 (ĠU L 010 17.1.2022, p. 17) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1387 tad-9 ta’ Awwissu 2022 |
L 208 |
5 |
10.8.2022 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/58
tal-14 ta’ Jannar 2022
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar elettriku bis-siliċju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Ġappun, mir-Repubblika tal-Korea, mill-Federazzjoni Russa u mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Artikolu 1
Għall-iskopijiet tal-paragrafu 2, għandu japplika l-prezz minimu tal-importazzjoni stabbilit fit-tabella ta’ hawn taħt. Fejn jinstab, wara verifika li sseħħ wara l-importazzjoni, li l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, attwalment imħallas mill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni (il-prezz ta’ wara l-importazzjoni) huwa anqas mill-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, kif irriżulta mid-dikjarazzjoni doganali u l-prezz ta’ wara l-importazzjoni huwa anqas mill-prezz minimu tal-importazzjoni, għandu japplika ammont ta’ dazju ekwivalenti għad-differenza bejn il-prezz minimu tal-importazzjoni stabbilit fit-tabella ta’ hawn taħt u l-prezz ta’ wara l-importazzjoni, sakemm l-applikazzjoni tad-dazju ad valorem stabbilita fil-paragrafu 4 flimkien mal-prezz ta’ wara l-importazzjoni ma twassalx għal ammont (il-prezz attwalment imħallas flimkien mad-dazju ad valorem) li jibqa’ anqas mill-prezz minimu tal-importazzjoni stabbilit fit-tabella ta’ hawn taħt.
Pajjiżi kkonċernati |
Firxa tal-prodotti |
Prezzijiet Minimi tal-Importazzjoni (EUR/Tunnellata ta’ piż nett tal-prodott) |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Ġappun, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika tal-Korea |
Prodotti b’massimu tat-telf fil-qalba mhux ogħla minn 0,9 W/kg |
2 043 |
|
Prodotti b’massimu tat-telf fil-qalba għola minn 0,9 W/kg imma mhux ogħla minn 1,05 W/kg |
1 873 |
|
Prodotti b’massimu tat-telf fil-qalba ogħla minn 1,05 W/kg |
1 536 |
Għall-iskopijiet tal-paragrafu 2, għandhom japplikaw ir-rati tad-dazju ad valorem stabbiliti fit-tabella hawn taħt.
Kumpanija |
Dazju ad valorem |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Baoshan Iron & Steel Co., Ltd., Shanghai; RPĊ |
21,5 % |
C039 |
Wuhan Iron & Steel Co., Ltd., Wuhan, PRC |
36,6 % |
C056 |
JFE Steel Corporation, Tokyo, il-Ġappun |
39,0 % |
C040 |
Nippon Steel & Sumitomo Metal Corporation, Tokyo, il-Ġappun |
35,9 % |
C041 |
POSCO, Seoul, ir-Repubblika tal-Korea |
22,5 % |
C042 |
OJSC Novolipetsk Steel, Lipetsk;VIZ Steel, Ekaterinburg, il-Federazzjoni Russa |
21,6 % |
C043 |
Cleveland-Cliffs Steel Corporation, Ohio, l-Istati Uniti tal-Amerka |
22,0 % |
C044 |
Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-paragrafu 4 għandu jkun id-dazju ad valorem kif stabbilit fit-tabella hawn taħt.
Kumpanija |
Dazju ad valorem |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Il-kumpaniji Ċiniżi l-oħrajn kollha |
36,6 % |
C999 |
Il-kumpaniji Ġappuniżi l-oħrajn kollha |
39,0 % |
C999 |
Il-kumpaniji Koreani l-oħrajn kollha |
22,5 % |
C999 |
Il-kumpaniji Russi l-oħrajn kollha |
21,6 % |
C999 |
Il-kumpaniji Amerikani l-oħrajn kollha |
22,0 % |
C999 |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, trid tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(6):
“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) u t-(telf fil-qalba) tal-azzar elettriku b’vina parallela mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem il-kumpanija u indirizz) (Kodiċi TARIC addizzjonali) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.”
ANNESS II
Trid tidher dikjarazzjoni ffirmata mill-uffiċjal tal-entità li toħroġ iċ-ċertifikat tal-fabbrika, fil-format li ġej, fuq iċ-ċertifikat tal-fabbrika validu msemmi fl-Artikolu 1(6):
“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-azzar elettriku b’vina parallela mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert miċ-ċertifikat tal-fabbrika, li juri l-kejl tat-telf massimu fil-qalba f’Watts għal kull kilogramma bi frekwenza ta’ 50 Hz u induzzjoni manjetika ta’ 1,7 Tesla, u d-daqs f’mm, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’dan iċ-ċertifikat tal-fabbrika hija sħiħa u korretta.”
( 1 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).