Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.
Dokumentum 32021D1036
Commission Implementing Decision (EU) 2021/1036 of 22 June 2021 amending Implementing Decision (EU) 2018/1113 as regards the authorisation holder and its representative in the Union for the placing on the market of products produced from genetically modified sugar beet H7-1 (notified under document C(2021) 4325) (Only the Dutch and German texts are authentic) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1036 tat-22 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1113 fir-rigward tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u r-rappreżentant tiegħu fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti magħmulin mill-pitravi ħelu ġenetikament modifikat tat-tip H7-1 (notifikata bid-dokument C(2021) 4325) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (It-testi bl-Olandiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1036 tat-22 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1113 fir-rigward tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u r-rappreżentant tiegħu fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti magħmulin mill-pitravi ħelu ġenetikament modifikat tat-tip H7-1 (notifikata bid-dokument C(2021) 4325) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (It-testi bl-Olandiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)
C/2021/4325
ĠU L 226, 25.6.2021., 34–35. o.
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Hatályos
25.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 226/34 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1036
tat-22 ta’ Ġunju 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1113 fir-rigward tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u r-rappreżentant tiegħu fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti magħmulin mill-pitravi ħelu ġenetikament modifikat tat-tip H7-1
(notifikata bid-dokument C(2021) 4325)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(It-testi bl-Olandiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Bayer Agriculture BVBA, ibbażata fil-Belġju, hija r-rappreżentanta fl-Unjoni ta’ Monsanto Company, ibbażata fl-Istati Uniti, fejn jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti magħmula mill-pitravi ħelu ġenetikament modifikat tat-tip H7-1 skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1113 (2). KWS SAAT SE, ibbażata fil-Ġermanja, hija d-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-pitravi ħelu ġenetikament modifikat tat-tip H7-1, awtorizzat b’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
(2) |
Permezz ta’ ittra datata t-28 ta’ Lulju 2020, Bayer Agriculture BVBA infurmat lill-Kummissjoni li mill-1 ta’ Awwissu 2020 tikkonverti l-forma ġuridika tagħha u se tbiddel isimha għal Bayer Agriculture BV. |
(3) |
Permezz ta’ ittra datata t-28 ta’ Lulju 2020, Bayer Agriculture BVBA infurmat lill-Kummissjoni li mill-1 ta’ Awwissu 2020 Monsanto Company tikkonverti l-forma ġuridika tagħha u se tbiddel isimha għal CropScience LP. |
(4) |
Il-bidliet mitluba huma purament amministrattivi fin-natura tagħhom u għalhekk ma jeħtiġux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati. |
(5) |
Permezz ta’ ittra datata l-10 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni infurmat lil KWS SAAT SE dwar il-bidliet mitluba. Permezz tal-ittra tad-9 ta’ Diċembru 2020, KWS SAAT SE infurmat lill-Kummissjoni li taqbel mal-modifikazzjonijiet proposti. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1113 tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1113
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1113 hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 8, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
Fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
(a) |
KWS SAAT SE, Grimsehlstrasse 31, 37574 Einbeck, il-Ġermanja, u |
(b) |
Bayer CropScience LP, 800 N, Lindbergh Boulevard, St. Louis, Missouri 63167, l-Istati Uniti tal-Amerika, rappreżentata fl-Unjoni minn Bayer Agriculture BV, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju. |
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1113 tat-3 ta’ Awwissu 2018 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel u għalf magħmulin mill-pitravi ħelu ġenetikament modifikat tat-tip H7-1 (KM-ØØØH71-4), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 10.8.2018, p. 32).