Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006B0829

2006/829/KE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas- 27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004

ĠU L 340, 6.12.2006, p. 86–87 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/829/oj

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 340/86


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004

(2006/829/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Centru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/93 tat-8 ta' Frar 1993 dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 11a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, għall-Ġustizzja u għall-Intern (A6-0097/2006),

1.

Jinnota l-figuri li ġejjin għall-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kont tad-dħul u ta' l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

(f'EUR 1000)

 

2004

2003

Dħul

Sussidji mill-Kummissjoni

11 730

9 300

Sussidji min-Norveġja

514

421

Dħul assenjat

211

335

Dħul varju

33

67

Dħul totali (a)

12 488

10 122

Infiq tal-Baġit għas-sena finanzjarja

Persunal – Titolu I tal-baġit

Pagamenti

5 832

5 189

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena ta' qabel

122

80

Amministrazzjoni – Titolu II tal-baġit

Pagamenti

1 088

555

Approprjazzjonijiet imniżżla

355

267

Attivitajiet ta' l-operat – Titolu III tal-baġit (barra minn dħul assenjat)

Pagamenti kontra approprjazzjonijiet għal pagament għas-sena finanzjarja

2 342

2 057

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena ta' qabel

1 260

1 469

Dħul assenjat (Phare u pajjiżi tat-tielet dinja)

201

500

Nefqa totali (b)

11 200

10 117

Riżultat għas-sena finanzjarja (a – b)

1 288

5

Bilanċ imniżżel mis-sena finanzjarja ta' qabel

295

1 626

Approprjazzjonijiet imniżżla mis-sena ta' qabel u kkanċellati

245

221

Somom għall-użu mill-ġdid mis-sena finanzjarja ta'qabel

15

21

Rimborsi lill-Kummissjoni

- 3

- 1 584

Rimborsi lin-Norveġja

81

 

Differenzi fir-rata tal-kambju

- 1

6

Bilanċ għas-sena finanzjarja

1 920

295

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u sabiex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY


(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p 44.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p 89.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p 1.

(4)  ĠU L 36, 12.2.1993, p 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1651/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p 30).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p 3).


Top

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 340/88


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Centru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/93 tat-8 ta' Frar 1993 dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 11a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, għall-Ġustizzja u għall-Intern (A6-0097/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

1.

ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Bi pjaċir jinnota li l-Qorti ta' l-Awdituri rnexxiela tikseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-tranżazzjonijiet bażiċi, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

8.

Jiddispjaċih għal-livell għoli ħafna ta' trasferimenti li saru; iħeġġeġ liċ-Ċentru biex jirrispetta iktar il-baġit imfassal oriġinarjament mill-Awtorità Baġitarja;

9.

Jinnota s-sejba tal-Qorti ta' l-Awdituri ta' numru ta' anomaliji fit-tmexxija ta' kuntratti; jilqa' l-passi meħuda miċ-Ċentru biex itejjeb it-tmexxija tal-kuntratti;

10.

Jaqbel mal-Qorti ta' l-Awdituri li l-bilanċ tal-bank u l-kontijiet għandhom jiġu rikonċiljati, sabiex jistgħu jinstabu żbalji fl-ammonti li se jiġu mħallsa u li l-istruzzjonijiet tal-bank għandhom ikunu kontrafirmati; jilqa' l-miżuri meħuda miċ-Ċentru biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri; jinnota bi pjaċir l-assigurazzjoni taċ-Ċentru li sistema ta' kontrafirmar se tiġi implimentata;

11.

Iħeġġeġ liċ-Ċentru biex fil-ġejjieni jevita l-użu ta' folji elettroniċi għall-kalkolu sabiex tkun garantita l-integrità tad-dejta mniżżla, kif irrakkomandat il-Qorti ta' l-Awdituri; jilqa' l-introduzzjoni miċ-Ċentru ta' sistema ta' inventarju ġdida u iktar effettiva;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-iktar viċin possibbli l-pjan ta' ħidma li sar qbil dwaru għas-sena ta' wara, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati b'mod xieraq, u b'mod partikulari biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol;

13.

Jitlob lill-Kommissjoni biex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi l-koperazzjoni ssir aktar effettiva, billi tiġi evitata r-ripetizzjoni tax-xogħol u jiġu indirizzati nuqqasijiet, b'mod partikolari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki Komunitarji kollha, l-użu ta' sistemi tat-tmexxija l-iktar moderni u s-soluzzjoni ta' problemi li jirrelataw mat-tmexxija soda tal-baġit.


(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p 44.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p 89.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p 1.

(4)  ĠU L 36, 12.2.1993, p 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1651/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p 30).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p 3).

Top