EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1183

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1183 tad-19 ta’ Ġunju 2023 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

ST/10189/2023/INIT

ĠU L 157, 20.6.2023, p. 8–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1183/oj

20.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 157/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1183

tad-19 ta’ Ġunju 2023

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005.

(2)

Wara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi T-93/22 (2) u T-94/22 (3), jenħtieġ li jitħassru żewġ entrati mil-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-19 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

E. BUSCH


(1)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.

(2)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023, Ramazani Shadary vs il-Kunsill, T-93/22, ECLI:EU:T:2023:122.

(3)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2023, Mutondo vs il-Kunsill, T-94/22, ECLI:EU:T:2023:120.


ANNESS

L-entrati li ġejjin jitħassru mil-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni) tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005:

“8.

Emmanuel Ramazani SHADARY;

9.

Kalev MUTONDO.".


Top