EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01999L0002-20081211

Consolidated text: Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti ta' l-ikel trattati b'radjazzjoni li tionizza

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/2/2008-12-11

01999L0002 — MT — 11.12.2008 — 002.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA 1999/2/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Frar 1999

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti ta' l-ikel trattati b'radjazzjoni li tionizza

(ĠU L 066 13.3.1999, p. 16)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

  L 284

1

31.10.2003

►M2

REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008

  L 311

1

21.11.2008




▼B

ID-DIRETTIVA 1999/2/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Frar 1999

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti ta' l-ikel trattati b'radjazzjoni li tionizza



Artikolu 1

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta' ikel u ingredjenti ta' l-ikel, hawn iżjed “il quddiem imsejjħa” oġġetti ta' l-ikel, trattati b'radjazzjoni li tionizza.

2.  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:

(a) 

oġġetti ta' l-ikel esposti għar-radjazzjoni li tionizza prodotti minn strumenti li jkejjlu jew li jispezzjonaw, sakemm id-doża assorbita ma tkunx aktar minn 0,01 Gy għal strumenti li jispezzjonaw li jitulizzaw in-newtroni u 0,5 Gy fil-każi l-oħra, f'livell ta' enerġija ta' radjazzjoni massima ta' 10 MeV fil-każ ta' X-rays, 14 MeV fil-każ ta' newtroni u 5 MeV fil-każi l-oħra;

(b) 

ir-radjazzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel ippreparati għall pazjenti li jeħtieġu dieti sterili taħt kontroll mediku.

Artikolu 2

L-istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li oġġetti ta' l-ikel irradjati jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk dawn jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.  Il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti sabiex jiġi awtorizat it-trattament ta' l-oġġetti ta' l-ikel b'radjazzjoni li tionizza huma stabbiliti f'Anness I. Fil-ħin tat-trattament dawk l-oġġetti ta' l-ikel għandhom ikunu jinstabu fi' stat tajjeb għas-saħħa.

2.  L-irradjazzjoni tista' ssir biss permezz tal-mezzi tas-sorsi elenkati f'Anness II u skond ir-rekwiżiti tal-Kodiċi ta' Prattika imsemmija f'Artikolu 7(2). Il-medja totali tad-doża assorbita għandha tiġi kkalkolata skond Anness III.

Artikolu 4

1.  Il-Lista Komunitarja ta' oġġetti ta' l-ikel li jistgħu jiġu ttrattati b'radjazzjoni li tionizza bl-esklużjoni ta' l-oħrajn kollha u d-dożi massimi ta' radjazzjoni awtorizzati għandho jiġu definiti fid-Direttiva li timplimenta, li għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilità f'Artikolu 100a tat-Trattat billi jittieħed kont tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stabbiliti f'Anness I.

2.  Din il-lista għandha tiġi stabbilita fi stadji.

3.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali fis-seħħ u, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, tibgħat skond il-proċedura mniżżla f'Artikolu 100a tat-Trattat proposti mmirati lejn l-istabbiliment tal-lista.

Mhux iżjed tard mill-31 ta' Diċembru 2000, il-Kummissjoni għandha, skond Artikolu 100a tat-Trattat, tibgħat proposta maħsuba li tikkompleta l-lista pożittiva prevista fil-paragrafu 1.

4.  Sakemm tidħol fis-seħħ d-Direttiva adottata fuq il-bażi tal-proposta imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tat-trattament ta' l-oġġetti ta' l-ikel b'radjazzjoni li tionizza sakemm:

(a) 

it-trattament ta' l-oġġetti ta' l-ikel in kwistjoni jkun ġie soġġett għall-opinjoni favorevoli tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel;

(b) 

il-medja totali tad-doża assorbita ta' radjazzjoni ma taqbisx il-valuri tal-limitu rrakkomandati mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel;

(ċ) 

ir-radjazzjoni li tionizza u t-tqegħid fis-suq jiġu effettwati skond din id-Direttiva.

5.  Sakemm tidħol fis-seħħ din id-Direttiva adottata fuq il-bażi tal-proposta ismemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, kwalunkwe Stat Membru jista' wkoll jawtorizza t-trattament ta' l-oġġetti ta' l-ikel li għalihom ġew sostnuti l-awtorizzazzjonijiet minn Stat Membru ieħor skond il-paragrafu 4, u fejn il-kondizzjonijiet rimsemmija fil-paragrafu 4 ikunu ġew sodisfatti.

6.  L-Istati Membru għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-awtorizzazzjonijiet sostnutiskond il-paragrafu 4 jew mogħtija skond il-paragrau 5 u tal-kondizzjonijiet meħmuża magħhom. Il-Kummissjoni għandha tippublika dawn in-notifikazzjonijiet fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew.

7.  Sakemm tidħol fis-seħħ id-Direttiva adottata fuq il-bażi tal-proposta imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu, b'konformità mar-regoli tat-Trattat, ikomplu japplikaw ir-restrizzjonijiet jew il-projbizzjonijiet nazzjonali esiżtenti fuq ir-radjazzjoni li tionizza ta' oġġetti ta' l-ikel u fuq il-kummerċ ta' oġġetti ta' l-ikel irradjati li m'humix inklużi fil-lista pożittiva inizjali stabbilita bid-Direttiva li timplimenta;

Artikolu 5

1.  Id-doża massima ta' radjazzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel tista' tingħata f'dożi parzjali; iżda, d-doża massima ta' radjazzjoni ffissata skond Artikolu 4 m'għandhix tinqabeż. It-trattament bl-irradjazzjoni m'għandux jintuża flimkien ma' xi trattament kimiku li jkollu l-istess skopta'dak it-trattament.

▼M2

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta eċċezzjonijiet għall-paragrafu 1. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4).

▼B

Artikolu 6

It-tikkettjar ta' l-oġġetti ta' l-ikel ittrattati b'radjazzjoni li tionizza għandu jiġi rregolat bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

1. 

fil-każ ta' prodotti intenzjonati għall-konsumatur finali u għall-fornituri ta' l-ikel u x-xorb għall-massa:

(a) 

jekk il-prodotti jinbiegħu bħala oġġetti, il-kliem “irradjati” jew “trattati b'radjazzjoni li tionizza” għandhom jidhru fuq it-tikketta kif provdut f'Artikolu 5(3) tar-Direttiva 79/112/KEE.

Fil-każ ta' prodotti mibjugħu bil-kwantità, dawn il-kliem għandhom jidhru flimkien ma' l-isem tal-prodott fuq display jew avviż fuq jew maġenb il-kontenitur li fih jitqiegħdu l-prodotti;

(b) 

jekk prodott irradjat jintuża bħala ingredjent, l-istess kliem għandhom jakkumpanjaw id-deskrizzjoni tiegħu fil-lista ta' ingredjenti.

Fil-każ ta' prodotti mibjugħa bil-kwantità, dawn il-kliem għandhom jidhru flimkien ma' l-isem tal-prodott fuq display jew avviż fuq jew maġenb il-kontenitur li fih jitqiegħdu l-prodotti;

(ċ) 

b'deroga minn Artikolu 6(7) tad-Direttiva 79/112/KEE, l-istess kliem għandhom jiġu rekwiżiti sabiex jiġu ndikati l-ingredjenti rradjati użati fl-ingredjenti komposti ta' l-oġġetti ta' l-ikel, anki jekk dawn jagħmlu parti minn anqas minn 25 % tal-prodott lest;

2. 

fil-każ ta' prodotti mhux intenzjonati għall-konsumatur finali u għall fornituri ta'l-ikel u x-xorb għall-massa:

(a) 

il-kliem provduti fil-paragrafu ta' qabel għandhom jintużaw biex jindikaw it-trattament kemm ta' l-ikel kif ukoll ta' l-ingredjenti li jkunu jinsabu f'oġġetti ta' l-ikel mhux irradjati;

(b) 

jew l-identità u l-indirizz tal-faċilità li wettqet l-irradjazzjoni jew in-numru tar-referenza tagħha kif previst f'Artikolu 7 għandhom jiġu indikati;

3. 

L-indikazzjoni tat-trattament għandha f'kull każ tidher fid-dokumenti li jakkumpanjaw jew li jirreferu għall-irradjazzjoni ta' oġġetti ta' l-ikel.

Artikolu 7

1.  L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet responsabbli għal:

— 
l-approvazzjoni bil-quddiem ta' faċilitajiet ta' irradjazzjoni,
— 
l-allokazzjoni ta' numru ta' referenza uffiċjali għall-faċilitajiet ta' radjazzjoni approvati,
— 
kontroll uffiċjali u l-ispezzjoni,
— 
irtirar jew il-modifika ta' l-approvazzjoni.

▼M2

2.  L-approvazzjoni għandha tingħata biss jekk il-faċilità:

— 
tissodisfa r-rekwiżiti tal-Kodiċi Konġunt tal-FAO/WHO ta' Prattika Internazzjonali Codex Alimentarius Irrikmandat mill-Kummissjoni għat-tħaddim tal-faċilitajiet ta' irradjazzjoni użati għat-trattament ta' l-ikel (referenza FAO/WHO/CAC, vol.XV edizzjoni 1), u kwalunkwe rekwiżiti supplimentari li jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4);
— 
tinnomina persuna responsabbli għall-osservanza tal-kondizzjonijiet kollha meħtieġa għall-applikazzjoni tal-proċess.

▼B

3.  Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni:

— 
l-ismijiet, l-indirizzi u n-numri ta' riferenza tal-faċilitajiet ta' l-irradjazzjoni li jkun approva, it-test tad-dokument li japprova, u kull deċiżjoni li tissospendi jew li tirtira l-approvazzjoni.

Flimkien ma dan, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni kull sena:

— 
ir-riżultati tal-verifiki mwettqa fil-faċilitajiet ta' l-irradjazzjoni li tionizza, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-kategoriji u l-kwantitajiet tal-prodotti ttrattati u d-dożi amministrati,
— 
ir-riżultati tal-verifiki mwettqa fl-istadju tat-tqegħid fis-suq tal-prodott. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-metodi użati biex jiġi skopert it-trattament bir-radjazzjoni li tionizza jikkonformaw mal-paragrafi 1 u 2 ta' Annessi tad-Direttiva 85/591/KEE ( 1 ) u huma standardizzati jew ivvalidati jew diġà jew kemm jista' jkun malajr, u sa mhux iżjed tard mill-1 ta' Jannar 2003. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummisjsoni bil-metodi użati u l-Kummissjoni għandha tagħmel stima ta' l-użu u l-iżvilupp ta' dawn filwaqt li tieħu kont ta' l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel.

4.  Fuq il-bażi tad-data provduta skond il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej:

— 
id-dettalji tal-faċilitajiet kif ukoll xi tibdil fl-istatus tagħhom,
— 
rapport bażat fuq it-tagħrif provdut kull sena mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza.

Artikolu 8

1.  Il-faċilitajiet ta' l-irradjazzjoni approvati skond Artikolu 7 għandhom, għal kull sors ta' radjazzjoni li tionizza użat, iżommu reġistru li juri għal kull lott ta' oġġetti ta' l-ikel ittrattati:

(a) 

in-natura u l-kwantità ta' l-oġġetti ta' l-ikel irradjati;

(b) 

in-numru tal-lott;

(ċ) 

il-persuna li tordna t-trattament ta' l-irradjazzjoni;

(d) 

ir-reċipjent ta' l-oġġetti ta' l-ikel ittrattati;

(e) 

id-data ta' l-irradjazzjoni;

(f) 

il-materjali ta' l-imballaġġ użati waqt it-trattament;

(ġ) 

id-data għall-kontroll tal-proċess ta' irradjazzjoni kif previst f'Anness III, il-verifiki dosimetriċi mwettqa u r-riżultati miksuba, bid-dettalji b'mod partikolari tal-limiti, ta' fuq u ta' isfel, tad-doża assorbita u tat-tip ta' radjazzjoni li tionizza;

(ħ) 

ir-riferenza għall-kejl tal-validazzjoni tad-doża iniżjali.

2.  Ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinzammu għall-perjodu ta' ħames snin.

3.  Regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbiliti ►M2  l-Artikolu 12(2) ◄ .

Artikolu 9

1.  Oġġett ta' l-ikel ittrattat b'radjazzjoni li tionizza m'għandux jiġi importat minn pajjiż terz jekk dan:

— 
ma jikkonformax mal-kondizzjonijiet li japplikaw għal dawk l-oġġetti ta' l-ikel,
— 
ma jiġix akkumpanjat bid-dokumenti li juru l-isem u l-indirizz tal-faċilità li wettqet it-trattament ta' l-irradjazzjoni u li jipprovdu l-informazzjoni msemmija f'Artikolu 8,
— 
ma jkunx ġie ttrattat f'faċilità ta' irradjazzjoni approvata mill-Kummissjoni u li tidher fil-lista imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.  

(a) 

Skond il-proċedura stabbilità ►M2  l-Artikolu 12(2) ◄ , il-Kummissjoni għandha tfassal lista ta' faċilitajiet approvati li għalihom is-sorveljanza uffiċjali tiggarantixxi illi r-rekwiżiti ta' Artikolu 7 jiġu osservati.

Għall-iskop tat-tfassil ta' din il-lista, il-Kummissjoni tista' tqabbad esperti biex jagħmlu, taħt l-awtorità tagħha, evalwazzjonijiet u spezzjonijiet tal-faċilitajiet ta' radjazzjoni f'pajjiżi terzi skond Artikolu 5 tad-Direttiva 93/99/KEE.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik il-lista u l-emendi kollha magħmula lilha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

(b) 

Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi arranġamenti tekniċi ma' l-organizzazzjonijiet kompetenti f'pajjiżi terzi dwar il-proċeduri li bihom l-evalwazzjonijiet u l-ispezzjonijiet imsemmija f'(a) għandhom isiru.

Artikolu 10

Il-materjali użati għall-imballaġġ ta' l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom jiġu rradjati għandhom ikunu addattati għal dak l-iskop.

Artikolu 11

L-emendi li jsiru lill-Annessi sabiex jingħata kont tal-progress xjentifiku u tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilità f'Artikolu 100a tat-Trattat.

▼M2

Artikolu 12

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a minn (1) sa (4) u (5)(b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-limiti ta' żmien previsti fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta' xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.

5.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.';

▼B

Artikolu 13

Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel għandu jiġi kkonsultat dwar kull materja li taqa' fl-iskop ta' din id-Direttiva li x'aktarx ikollha effett fuq is-saħħa pubblika.

Artikolu 14

1.  Meta Stat Membru, b'riżultat ta xi nformazzjoni ġdida jew minħabba stima mill-ġdid ta' nformazzjoni eżistenti magħmula minn meta ġiet adottata din id-Direttiva, ikollu prova ċara li l-irradjazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-ikel tipperikola s-saħħa umana għandki jekk tkun tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, dak l-Istat Membru jista' temporanjament jissospendi jew jirrestrinġi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet in kwistjoni fit-territorju tiegħu. Għandu minnufih javża lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dan, kif ukoll jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

2.  Il-Kummissjoni għandha teżamina r-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 kemm jista' jkun malajr fi' ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Oġġetti ta' l-Ikel; għandha tieħu l-miżuri xierqa skond il-proċedura stabbilità ►M2  l-Artikolu 12(2) ◄ . L-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħa jsostniha sakemm il-miżuri jkunu daħlu fis-seħħ.

▼M2

3.  L-adattamenti ta' din id-Direttiva jew tad-Direttiva implimentattiva jistgħu jsiru mill-Kummissjoni biss sal-punt neċessarju biex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika u għandhom f'kull każ ikunu limitati għal projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet kif paragunati mas-sitwazzjoni legali ta' qabel. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). Minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tuża l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 12(5).

▼B

Artikolu 15

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva b'mod illi:

— 
jippermettu t-tqegħid fis-suq u l-użu ta' oġġetti ta' l-ikel irradjati sa 'l-20 ta' Settembru 2000,
— 
jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u l-użu ta' oġġetti ta' l-ikel irradjati li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva sa 'l-20 ta' Marzu 2001,

Għandhom javżaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha ssir ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 16

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak li fih tkun ġiet ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 17

Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri kollha.




ANNESS I

KONDIZZJONIJIET GĦALL-AWTORIZZAZZJONI TA' L-IRRADJAZZJONI TA' L-IKEL

1. 

L-irradjazzjoni ta' l-ikel tista' tiġi awtorizzata biss jekk:

— 
ikun hemm ħtieġa teknoloġika raġonevoli,
— 
ma tkun tippreżenta ebda perikolu għas-saħħa u jekk ssir taħt il-kondizzjonjiet proposti,
— 
tkun ta' benefiċċju għall-konsumatur,
— 
ma tintużax bħala sostitut għall-prattika ta' l-iġjene jew tas-saħħa jew għall-prattika tajba ta' manifattura jew agrikola.
2. 

L-irradjazzjoni ta' l-ikel tista' tintuża biss għall-iskopijiet li ġejjin:

— 
biex tnaqqas l-inċidenza ta' mard li jinġarr fl-ikel billi jiġu distrutti l-organiżmi patoġeniċi,
— 
biex jitnaqqas it-taħsir ta' l-ikel billi jiġu ttardjati jew imwaqqfa l-proċessi ta' l-alterazzjoni u distrutti l-organiżmi li jħassru,
— 
biex jitnaqqas t-telf ta' l-oġġetti ta' l-ikel minħabba s-sajran prematur, il-ġelbin jew tinbit,
— 
biex l-oġġetti ta' l-ikel jiġu meħlusa mill-organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti.




ANNESS II

KORPI LI JITFGĦU R-RADJAZZJONI LI TIONIZZA

L-oġġetti ta' l-ikel jistgħu jiġu trattati biss bil-korpi li jitfgħu r-radjazzjoni li tionizza li ġejjin:

(a) 

raġġi gamma minn radjunuklidi 60Co jew 137Cs;

(b) 

Raġġi-X ġġenerati minn magni mħaddma fi jew taħt il-livell ta' enerġija nominali (maximum quantum energy) ta' 5 MeV;

(ċ) 

elettroni ġġenerati minn magni mħaddma fi jew taħt il-livell ta' enerġija nominali ta' (maximum quantum energy) ta' 10 MeV.




ANNESS III

1.   DOŻIMETRIJA

Doża medja totali assorbita

Jista’ jiġi assumat għal fini tad-determinazzjoni tat-tjubija għas-saħħa ta' oġġetti ta' l-ikel ittrattati b'doża medja totali ta' 10 kGy jew anqas li l-effetti kimiċi kollha tar-radjazzjoni f'dik id-doża partikolari huma proporzjonali għad-doża.

Id-doża medja totali,

image

, hija definita bl-integral li ġej fuq il-volum totali ta' l-oġġetti:

image

billi

M

=

il-massa totali tal-kampjun ittrattat

p

=

id-densità totali fil-punt (x,y,z)

(d)

=

id-doża lokali assorbita fil-punt (x,y,z)

dV

=

dx dy dz, l-element ta' volum infiniteżimali li fil-każi reali huwa rappreżentat mill-frazzjonijiet tal-volum fejn

Id-doża medja totali assorbita tista’ tiġi stabbilità direttament għal prodotti omoġenji jew għall-oġġetti bil-kwantità ta' densità evidenti omoġenja billi jiġi distribwit b'mod strateġiku jew saltwarju numru adegwat ta' dożimetri f'kull parti tal-volum tal-prodotti. Mid-distribuzzjoni tad-doża stabbilità b'dan il-mod tista’ tiġi kkalkolata medja li tkun id-doża medja totali assorbita.

Jekk il-forma tal-kurva tad-distribuzzjoni tad-doża minn ġol-prodot tkun stabbilità sew, il-posizzjonijiet tad-dożi minimi u massimi jkunu magħrufa. Il-kejl tad-distribuzzjoni tad-doża f'dawn iż-żewġ posizzjonijiet f'serje ta' kampjuni tal-prodott jistgħu jiġu użati biex tingħata stima tad-doża medja totali.

F’ċerti każijiet, il-valur intermedju ta-valuri medji tad-doża minima (
image min) u tad-doża massima (
image max) tkun stima tajba tad-doża totali: i.e., f'dawn il-każijiet:

Doża medja totali ≈

image

Il-proporzjoni ta’

image

m'għandu jeċċedi 3

2.   PROĊEDURI

2.1. 

Qabel mar-radjazzjoni ta' rutina ta' kategorija partikolari ta' oġġetti ta' l-ikel tinbeda ġewwa faċilità ta' radjazzjoni, il-lokazzjonijiet tad-dożi minimi u massimi jiġu stabbilit billi titkejjel id-doża fil-volum kollu tal-prodott. Dan it-teħid tal-kejl tal-validazzjoni għandu jsir għal numru addattat ta' drabi (eż. 3-5) sabiex ikun jista jitħalla għall-varjazzjonijiet fid-densità jew jew fil-ġeometrija tal-prodott.

2.2. 

It-teħid tal-kejl għandu jiġi ripetut kull meta il-prodott, il-ġeometrija tiegħu jew il-kondizzjonijiet ta' l-irradjazzjoni tiegħu jinbidlu.

2.3. 

Matul il-proċess, it-teħid tal-kejl ta' rutina tad-doża għandu jsir biex jiġi żgurat li l-limiti tad-doża ma jinqabżux. It-teħid tal-kejl għandu jsir billi jiġu ppustjati d-dożimetri fil-posizzjonijiet tad-doża massima jew minima, jew f'pożizzjoni ta' referenza. Id-doża fil-pożizzjoni ta' referenza għandha tkun marbuta kwantitattivament mad-doża massima u minima. Il-pożizzjoni ta' referenza għandha tkun ippostjata f'punt konvenjenti ġewwa jew fuq il-prodott, fejn il-varjazzjonijiet tad-doża jkunu baxxi.

2.4. 

It-teħid tal-kejl rutina tad-doża għandu jsir għal kull lott u f'intervalli regolari waqt il-produzzjoni.

2.5. 

F'każijiet fejn jiġu rradjati oġġetti liberi u mhux imballaġġati, il-lokazzjonijiet tad-dożi minimi u massimi ma jistgħux jiġu stabbiliti. F'dawn il-każi jkun preferibbli t-teħid ta' kampjuni b'dożimetru saltwarju biex jiġu żgurati l-valuri ta' dawn l-estremitajiet tad-dożi.

2.6. 

It-teħid tal-kejl tad-dożi għandu jsir bl-użu ta' sistemi rikonoxxuti tad-dożimetrija, u l-miżuri għandhom jkun jistgħu jiġu ntraċċati għall-i standards ewlenin.

2.7. 

Waqt l-irradjazzjoni, ċerti parametri ta' faċilità għandhom jiġu kontinwament kkontrollati u rrekordjati. Għall-faċilitajiet radjonuklidi il-parametri jinkludu l-voloċità tat-trasport tal-prodotti jew il-ħin li jagħmlu fiż-żona ta' l-irradjazzjoni u l-indikazzjoni posittiva għall-pożizzjoni korretta tal-korp ta' l-irradjazzjoni. Għall-faċilitajiet li jaċċelleraw, il-parametri jinkludu l-veloċità tat-trasport tal-prodott u l-livell ta' enerġija, il-kurrent ta' l-elettron u l-wisa’ ta' l-iskàner tal-faċilità.



( 1 ) ĠU L 372, tal-31.12.1985, p. 50.

( 2 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

Top