EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0750

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 750/2014 tal- 10 ta' Lulju 2014 dwar il-miżuri ta' protezzjoni f'rabta mad-dijarea porċina epidemika fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni tal-annimali porċini fl-Unjoni Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 203, 11.7.2014, p. 91–97 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2016: This act has been changed. Current consolidated version: 04/10/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/750/oj

11.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 203/91


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 750/2014

tal-10 ta' Lulju 2014

dwar il-miżuri ta' protezzjoni f'rabta mad-dijarea porċina epidemika fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni tal-annimali porċini fl-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(1) u (7) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/496/KEE tipprevedi, fost l-oħrajn, li jekk marda jew kwalunkwe fenomenu ieħor li għandhom il-probabbiltà li jippreżentaw theddida serja għas-saħħa tal-annimali jew dik umana fit-territorju ta' pajjiż terz, jew jekk kwalunkwe raġuni oħra serja tas-saħħa tal-annimali hekk timmerita, il-Kummissjoni, billi taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru, tista' tadotta miżuri mingħajr dewmien, inkluż kundizzjonijiet speċjali fir-rigward ta' annimali li ġejjin mill-pajjiż terz ikkoċernat, kollu jew parti minnu.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (2) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti kunsinni ta' annimali ħajjin. Fih previst li l-kunsinni tal-bhejjem tal-ifrat għandhom jiġu introdotti fl-Unjoni biss jekk jikkonformaw ma' ċerti rekwiżiti u jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikat veterinarju li jixraq, magħmul skont il-mudell rilevanti stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(3)

Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-mudell taċ-ċertifikati verterinarji jipprevjenu garanziji fir-rigward tal-mard tal-annimali li jistgħu jagħmlu ħsara lill-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni. L-issodisfar ta' rekwiżiti bħal dawn huwa għalhekk essenzjali sabiex l-Unjoni tiġi protetta minn tifqigħa ta' mard eżotiku.

(4)

Notifika mill-Istati Uniti lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, l-Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epiżootiku (3) turi li Mard Ġdid Koronavajrus Enteriku tal-Ħnieżer ikkawżat mill-alfakoronavajrusis porċini emerġenti inkluż il-vajrus tad-dijarea porċina epidemika u deltakoronavajrus porċin ġdid ħareġ fl-Amerika ta' Fuq. Il-Kanada informat lill-Kummissjoni dwar ir-riżutati pożittivi tat-testijiet għall-preżenza kemm tal-alfa kif ukoll tad-deltakoronavajrus li twettqu fl-impriżi tal-ħnieżer Kanadiżi.

(5)

Id-dijarea porċina epidemika kkawżata mill-alfakoronavajrus emerġenti u d-deltakoronavajrus ġdid tista' tikkostitwixxi riskju għall-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni. Din taffettwa lill-ħnieżer u l-marda klinika hija iktar evidenti fil-qżieżes fejn kien hemm perċentwali għoljin ta' mwiet.

(6)

Għalhekk hemm bżonn li jiġu riveduti r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul tal-kunsinni tal-annimali porċini fl-Unjoni miż-żoni li fihom hija preżenti l-marda kkawżata minn dawn il-vajrusis sabiex jiġu fornuti l-garanziji neċessarji fl-impriża tal-oriġini u tiġi evitata l-introduzzjoni fl-Unjoni tad-dijarea porċina epidemika li hija kkawżata minn dawk il-vajrusis.

(7)

B'riżultat tal-bżonn li tiġi protetta s-saħħa tal-annimali fl-Unjoni u t-theddida serja minħabba l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ħnieżer ħajjin għat-tnissil u/jew il-produzzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' salva gwardja proviżorji għall-kunsinni ta' dawk l-annimali minn pajjiżi terzi affettwati elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Bl-istess mod, il-kunsinni ta' dawk l-annimali għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament li jipprevjeni garanziji speċifiċi fir-rigward tad-dijarea porċina epidemika kkawżata mill-alfakoronavajrus emerġenti u d-deltakoronavajrus porċin ġdid.

(8)

Minħabba r-riskju serju għas-saħħa tal-annimali b'riżultat ta' dawk il-kunsinni, dawk il-miżuri ta' salva gwardja proviżorji għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u japplikaw għal perjodu ta' 6 xhur.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Permezz ta' deroga mill punt (b) tal-Artikolu 3 u l-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, il-kunsinni tal-ħnieżer ħajjin għat-tnissil u l-produzzjoni, koperti miċ-ċertifikat veterinarju mudell “POR-X” stipulat f'dak l-Anness, minn pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju skont il-mudell stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sat-12 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

(3)  http://www.oie.int/wahis_2/public/wahid.php/Reviewreport/Review?page_refer=MapFullEventReport&reportid=15133


ANNESS I

CA — Il-Kanada

US — L-Istati Uniti


ANNESS II

Mudell POR-X -PED

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Top