This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0679
Case C-679/23 P: Appeal brought on 14 November 2023 by WS, WT, WY, WZ, YA and YB against the judgment of the General Court (Sixth Chamber) delivered on 6 September 2023 in Case T-600/21, WS and Others v Frontex
Kawża C-679/23 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2023 minn WS, WT, WY, WZ, YA u YB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-6 ta’ Settembru 2023 fil-Kawża T-600/21, WS et vs Frontex
Kawża C-679/23 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2023 minn WS, WT, WY, WZ, YA u YB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-6 ta’ Settembru 2023 fil-Kawża T-600/21, WS et vs Frontex
ĠU C, C/2024/633, 15.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/633/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
C/2024/633 |
15.1.2024 |
Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2023 minn WS, WT, WY, WZ, YA u YB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-6 ta’ Settembru 2023 fil-Kawża T-600/21, WS et vs Frontex
(Kawża C-679/23 P)
(C/2024/633)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: WS, WT, WY, WZ, YA u YB (rappreżentanti: A.M. van Eik, L.-M. Komp, advocaten u E. Sharpston, Barrister-at-Law)
Parti oħra fil-proċedura: Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha; |
— |
tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, jekk il-Qorti Ġenerali tqis li jkun meħtieġ, sabiex il-Qorti Ġenerali tkun tista’ tagħmel il-konstatazzjonijiet ta’ fatt rilevanti kollha u tiddeċiedi, fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali f’dan l-appell, dwar il-motivi 1 sa 8 invokati mill-appellanti; |
— |
sussidjarjament, jekk il-Qorti Ġenerali tqis possibbli, tiddeċiedi b’mod definittiv fuq il-kwistjonijiet li huma s-suġġett ta’ dan l-appell u tiddikjara l-motivi 1 sa 8 invokati mill-appellanti fl-ewwel istanza bħala fondati; |
— |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lil Frontex għall-ispejjeż tal-appellanti li jirriżultaw minn dan l-appell, kif ukoll dawk li jirriżultaw mill-Kawża T-600/21 quddiem il-Qorti Ġenerali, flimkien mal-interessi rilevanti. |
Aggravji u argumenti prinċipali
1. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkaratterizzat b’mod żbaljat ir-rikors tal-appellanti bħala kontestazzjoni tad-deċiżjoni li rrifjutatilhom il-protezzjoni internazzjonali u/jew id-deċiżjoni (impliċita) ta’ ritorn meħuda fil-konfront tagħhom. L-appellanti għaldaqstant isostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat (impliċitament) li Frontex ma kinitx obbligata li tivverifika, għall-inqas, jekk l-operazzjoni ta’ ritorn kinitx tikkonċerna persuni effettivament irritornati li għalihom kienet inħarġet deċiżjoni ta’ ritorn bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma vverifikatx jekk il-Frontex naqset milli tittratta kif suppost l-ilmenti li l-appellanti kienu ressqu lill-mekkaniżmu intern tal-ilmenti ta’ Frontex. |
2. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li ma kien hemm ebda rabta kawżali bejn l-atti u l-ommissjonijiet ta’ Frontex u d-dannu subit mill-appellanti. L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat ir-Regolament (UE) 2016/1624 fis-sens li dan jimplika li Frontex ma għandhiex obbligu indipendenti li tiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuna umana waqt it-titjiriet ta’ ritorn. Il-Qorti Ġenerali għalhekk wettqet żball ta’ liġi kemm fir-rigward tal-kompetenza stess tal-Frontex stess kif ukoll tal-missjonijiet ta’ kontroll li l-Frontex twettaq billi tassisti lill-Istati Membri waqt l-eżekuzzjoni tat-titjiriet ta’ ritorn. Tali interpretazzjoni tar-Regolament 2016/1624 tmur kontra l-Karta u trendi d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-regolament ineffettivi u bla sens. L-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tippreġudika wkoll l-applikazzjoni xierqa tad-Direttiva 2008/115/KE (1). |
3. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li r-rabta kawżali meħtieġa bejn l-atti u l-ommissjonijiet tal-Frontex u d-dannu mġarrab kienet inkisret mill-“għażliet” stess tal-appellanti. L-appellanti jsostnu li d-dannu li sofrew kien konsegwenza prevedibbli tan-nuqqas ta’ Frontex li twettaq l-obbligi tagħha li tiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali waqt l-operazzjonijiet ta’ ritorn u li tipprevjeni li kwalunkwe persuna tiġi żbarkata f’pajjiż bi ksur tal-prinċipju ta’ non-refoulement. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ħaditx inkunsiderazzjoni (kif mitlub mill-Artikolu 3 tal-KEDB u l-Artikolu 4 korrispondenti tal-Karta) il-fatt li l-appellanti kienu persuni li jfittxu ażil u għaldaqstant persuni vulnerabbli. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li ma kien hemm l-ebda rabta kawżali bejn l-aġir illegali ta’ Frontex u l-ispejjeż sostnuti mill-appellanti għall-proċedura interna tal-ilmenti. |
4. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat l-Annessi C.1, C.3 sa C.6 u E.1 inammissibbli, minħabba li huma provi ġodda jew amplifikazzjoni ta’ provi prodotti b’risposta għall-argumenti mressqa mill-appellata fir-risposta tagħha. |
(1) Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU 2008, L 348, p. 98).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/633/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)