EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015R0735-20230404

Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 748/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/735/2023-04-04

02015R0735 — MT — 04.04.2023 — 010.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/735

tas-7 ta' Mejju 2015

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 748/2014

(ĠU L 117 8.5.2015, p. 13)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1112 tad-9 ta' Lulju 2015

  L 182

2

10.7.2015

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/402 tas-7 ta' Marzu 2017

  L 63

7

9.3.2017

 M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/164 tat-2 ta' Frar 2018

  L 31

1

3.2.2018

►M4

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1115 tal-10 ta' Awwissu 2018

  L 204

1

13.8.2018

►M5

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2018/1116 tal-10 ta' Awwissu 2018

  L 204

6

13.8.2018

►M6

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1934 tal-10 ta' Diċembru 2018

  L 314

11

11.12.2018

 M7

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1163 tal-5 ta' Lulju 2019

  L 182

33

8.7.2019

►M8

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1208 tal-15 ta' Lulju 2019

  L 191

4

17.7.2019

►M9

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/595 tal-11 ta’ April 2022

  L 114

60

12.4.2022

►M10

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/748 tas-16 ta’ Mejju 2022

  L 138

1

17.5.2022

►M11

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/720 tal-31 ta’ Marzu 2023

  L 94

1

3.4.2023


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 146, 11.6.2015, p.  30 (2015/735)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/735

tas-7 ta' Mejju 2015

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 748/2014



Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“servizzi ta' senserija” tfisser:

(i) 

in-negozjar jew l-arranġament ta' tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-provvista ta' beni u teknoloġija jew ta' servizzi finanzjarji u tekniċi, minn pajjiż terz lejn kwalunkwe pajjiż terz ieħor; jew

(ii) 

il-bejgħ jew ix-xiri ta' beni u teknoloġija, jew ta' servizzi finanzjarji u tekniċi, li jinsabu f'pajjiżi terzi għat-trasferiment tagħhom lejn pajjiż terz ieħor;

(b) 

“pretensjoni” tfisser kull pretensjoni, sew jekk asserita permezz ta' proċeduri legali sew jekk le, li tkun saret qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, taħt kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta ma' wieħed minnhom, u b'mod partikolari tinkludi:

(i) 

pretensjoni għall-eżekuzzjoni ta' kull obbligu li jirriżulta taħt kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta ma' wieħed minnhom;

(ii) 

pretensjoni għall-proroga jew għall-ħlas ta' bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta' kwalunkwe forma;

(iii) 

pretensjoni għal kumpens fir-rigward ta' kuntratt jew tranżazzjoni;

(iv) 

kontropretensjoni;

(v) 

pretensjoni għar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni, inkluż bil-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, ta' deċiżjoni bl-arbitraġġ jew ta' deċiżjoni ekwivalenti, irrispettivament minn fejn tittieħed jew tingħata;

(c) 

“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kull tranżazzjoni ta' kwalunkwe forma u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, li tista' tikkonsisti f'kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew partijiet differenti; għal dan l-iskop, “kuntratt” jinkludi bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew le, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li tirriżulta mit-tranżazzjoni, jew b'konnessjoni magħha;

(d) 

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq is-siti elettroniċi elenkati fl-Anness III;

(e) 

“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull tip, kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi, iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, beni jew servizzi;

(f) 

“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta' riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta' fondi, beni jew servizzi b'kull mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom;

(g) 

“iffriżar tal-fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kull moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu, aċċess għal, jew innegozjar ta' fondi b'mod li jwassak għal xi bidla fil-volum, l-ammont, il-post, il-propjetà, il-pussess, il-karattru, id-destinazzjoni jew xi bidla oħra li tipermetti li l-fondi jintużaw, inkluż l-amministrazzjoni tal-portafolli;

(h) 

“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull xorta, inkluż, iżda mhux limitat għal:

(i) 

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' ħlas;

(ii) 

depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;

(iii) 

titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inkluż stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi;

(iv) 

imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew valur li jirriżulta jew li hu iġġenerat minnhom;

(v) 

kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;

(vi) 

ittri ta' kreditu, poloz tat-tagħbija, poloz ta' bejgħ; u

(vii) 

dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew f'riżorsi finanzjarji;

(i) 

“assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, muntaġġ, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom ta' istruzzjoni, pariri, taħriġ, trażmissjoni ta' tagħrif prattiku jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza, inkluż forom verbali ta' assistenza;

(j) 

“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

▼M5

Artikolu 2

Għandu jkun ipprojbit li jiġu pprovduti:

(1) 

assistenza teknika, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra relatati ma' attivitajiet militari jew il-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u spare parts għalihom, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fis-Sudan t'Isfel jew għall-użu fis-Sudan t'Isfel;

(2) 

finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat, jew għall-għoti ta' għajnuna teknika relatata, servizzi ta' senserija jew servizzi oħra direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fis-Sudan t'Isfel jew għall-użu fis-Sudan t'Isfel;

(3) 

assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja jew servizzi ta' senserija relatati mal-forniment ta' persunal merċenarju armat fis-Sudan t'Isfel jew għall-użu fis-Sudan t'Isfel.

Artikolu 3

Il-projbizzjonijiet imsemija fl-Artikolu 2 ma għandhomx japplikaw għall-għoti ta' finanzjament u assistenza finanzjarja, assistenza teknika u servizzi ta' senserija relatati ma':

(a) 

Armi u materjal relatat, maħsuba biss għall-appoġġ jew għall-użu mill-persunal tan-NU, inkluż il-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika tas-Sudan t'Isfel (UNMISS) u l-Forza tas-Sigurtà Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti għal Abyei (UNISFA);

(b) 

Ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn is-Sudan t'Isfel mill-persunal tan-NU, mir-rappreżentanti tal-midja u mill-ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u mill-persunal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss.

Artikolu 4

1.  

B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta' finanzjament u assistenza finanzjarja, assistenza teknika u servizzi ta' senserija fir-rigward ta':

(a) 

Tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, dment li l-Istat Membru jkun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 tar-RKSNU 2428 (2018);

(b) 

Armi u materjal relatat li huma esportati temporanjament lejn is-Sudan t'Isfel mill-forzi ta' Stat li jkun qed jieħu azzjoni, skont il-liġi internazzjonali, unikament u direttament biex jiffaċilita l-protezzjoni jew l-evakwazzjoni taċ-ċittadini tiegħu u ta' dawk li għalihom għandu r-responsabbiltà konsulari fis-Sudan t'Isfel, dment li l-Istat Membru jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 tar-RKSNU 2428 (2018);

(c) 

Armi u materjal relatat, għat-Task Force Reġjonali tal-Unjoni Afrikana jew biex jappoġġaha, maħsuba biss għal operazzjonijiet reġjonali biex tiġi miġġielda l-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur (LRA), dment li l-Istat Membru jkun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 tar-RKSNU 2428 (2018);

(d) 

Armi u materjal relatat li jappoġġaw biss l-implimentazzjoni tat-termini tal-ftehim ta' paċi, dment li l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 tar-RKSNU 2428 (2018);

(e) 

Bejgħ jew forniment ieħor ta' armi u materjal relatat, jew l-għoti ta' assistenza jew persunal, dment li l-Istat Membru jkun kiseb l-approvazzjoni bil-quddiem mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 tar-RKSNU 2428 (2018).

2.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

▼B

Artikolu 5

▼M5

1.  
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, li huma l-proprjetà, li huma fil-pussess jew taħt il-kontroll ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I għandhom jiġu ffriżati. L-Anness I għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi identifikati mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 16 tar-RKSNU 2206 (2015) (“il-Kumitat tas-Sanzjonijiet”) bħala responsabbli għal, jew kompliċi fi, jew li kienu involuti, direttament jew indirettament, f'azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Sudan t'Isfel, f'konformità mal-paragrafi 6, 7, 8 u 12 tar-RKSNU 2206 (2015) u l-paragrafu 14 tar-RKSNU 2428 (2018).

▼B

2.  
Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, li huma l-proprjetà, jew li huma fil-pussess jew taħt il-kontroll ta' xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp kif elenkat fl-Anness II għandhom jiġu ffriżati. L-Anness II għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont l-Artikolu 6(1)(b) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/740, ġew identifikati mill-Kunsill bħala responsabbli li qed ixekklu l-proċess politiku fis-Sudan t'Isfel, inkluż b'atti ta' vjolenza jew ksur ta' ftehimiet ta' waqfien mill-ġlied, kif ukoll persuni responsabbli għal ksur serju ta' drittijiet tal-bniedem fis-Sudan t'Isfel, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.
3.  
L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal-benefiċċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi I u II.

▼M11

4.  

Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi neċessarji biex jiggarantixxu t-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex isostnu attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:

(a) 

in-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

(b) 

organizzazzjonijiet internazzjonali;

(c) 

organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

(d) 

organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA);

(e) 

l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) waqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew minn,

(f) 

atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I, u mill-Kunsill fir-rigward tal-Anness II.

▼B

Artikolu 6

B' deroga mill-Artikolu 5(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew iqiegħdu għad-disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, skont kondizzjonijiet li jqisu xierqa, sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) 

l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma:

(i) 

neċessarji biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, inkluż ħlas għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;

(ii) 

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta' spejjeż marbutin mal-għoti ta' servizzi legali; jew

(iii) 

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

u

(b) 

l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bid-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti l-awtorizzazzjoni, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjona għal din l-azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol min-notifika.

Artikolu 7

B'deroga mill-Artikolu 5(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew iqiegħdu għad-disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, skont kondizzjonijiet li jitqiesu xierqa, sakemm il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) 

l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għal spejjeż straordinarji;

(b) 

l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b'dik id-determinazzjoni u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun approva dik id-determinazzjoni.

Artikolu 8

1.  

B'deroga mill-Artikolu 5(2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi economiċi ffriżati jew iqiegħdu għad-disposizzjoni ċerti fondi jew riżorsi economiċi ffriżati, taħt il-kondizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew r-riżorsi economiċi kkonċernati huma:

(a) 

neċessarji biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II, u tal-membri dipendenti tal-familji ta' dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlas għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;

(b) 

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta' spejjeż marbutin mal-għoti ta' servizzi legali;

(c) 

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d) 

neċessarji għal spejjeż straordinarji, sakemm l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, tal-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

2.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 9

B'deroga mill-Artikolu 5(1), l-awtoritajiet kompetenti, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma s-suġġett ta' garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data tal-adozzjoni tal-UNSCR 2206 (2015), jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni ser jintużaw esklużivament sabiex jissodisfaw pretensjonijiet assigurati b'tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c) 

il-garanzija jew is-sentenza ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness I jew II;

(d) 

ir-rikonoxximent tal-garanzija jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat;

(e) 

il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru bil-garanzija jew bis-sentenza.

Artikolu 10

1.  

B'deroga mill-Artikolu 5(2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrarja stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew korp imsemmijin fl-Artikolu 5(2) ġew elenkati fl-Anness II, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fi Stat Membru, jew deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b) 

il-fondi jew riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jagħmlu tajjeb għal pretensjonijiet assigurati mit-tali sentenza jew rikonoxxuti bħala validi fit-tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c) 

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness I jew II;

(d) 

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.

2.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 11

B'deroga mill-Artikolu 5(1) u sakemm pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I ikun dovut taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li nħoloq għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat qabel id-data ta' meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp kienu nnominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu adatti, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat dan kollu li ġej:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I;

(b) 

il-pagament ma jkunx bi ksur tal-Artikolu 5(3);

(c) 

il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru relevanti dwar l-intenzjoni li jagħti awtorizzazzjoni għaxart ijiem ta' xogħol bil-quddiem.

Artikolu 12

1.  

B'deroga mill-Artikolu 5(2) u sakemm pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness II ikun dovut taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li nħoloq għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat qabel id-data ta' meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness II, l-awtoritajiet kompetenti, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawk il-kondizzjonijiet li huma jqisu adatti, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat dan kollu li ġej:

(a) 

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness II;

(b) 

il-pagament ma jkunx bi ksur tal-Artikolu 5(3).

2.  
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 13

1.  
L-Artikolu 5(3) ma għandux iwaqqaf l-ikkreditar ta' kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont tal-persuna fiżika jew ġuridika, tal-entità jew tal-korp elenkati, sakemm kull żieda f'dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti bi kwalunkwe tranżazzjoni bħal din mingħajr dewmien.
2.  

Sakemm kull tali mgħax, qligħ u pagamenti oħrajn jiġu ffriżati skont l-Artikolu 5(1) u (2), l-Artikoli 5(3) ma għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta' kwalunkwe minn dawn li jmiss:

(a) 

imgħax jew qligħ ieħor f'dawk il-kontijiet; jew

(b) 

ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 5 jkunu ġew inklużi fl-Anness I jew II.

3.  
Fir-rigward ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II, l-Artikolu 5(3) ma għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta' pagamenti dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fi Stat Membru jew eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat, sakemm kull tali pagament jiġi ffriżat skont l-Artikolu 5(2).

Artikolu 14

1.  

Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a) 

ifornu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u l-ammonti ffriżati skont l-Artikolu 5 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru, lill-Kummissjoni; u

(b) 

jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti fi kwalunkwe verifika ta' din l-informazzjoni.

2.  
Kull informazzjoni addizzjonali riċevuta direttament mill-Kummissjoni għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri.
3.  
Kull informazzjoni mogħtija jew riċevuta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ngħatat jew ġiet riċevuta.

▼M11

Artikolu 15

Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet bl-objettiv jew bl-effett li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 5(1), (2), u (3).

▼B

Artikolu 16

1.  
L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li dawn il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, li jkun sar in bona fede u għar-raġuni li tali azzjoni tikkonforma ma' dan ir-Regolament, ma għandu joħloq l-ebda tip ta' responsabbiltà fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawha, la għad-diretturi u lanqas għall-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma minħabba negliġenza.
2.  
L-azzjonijiet mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhomx jagħtu lok għal responsabbiltà tal-ebda xorta fuq in-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 17

1.  

Ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni ta' dawn tkub ġiet affettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal proroga jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:

(a) 

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi nominati, elenkati fl-Anness I jew II;

(b) 

kull persuna, entità jew korp li taġixxi permezz ta' waħda mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jew li taġixxi f'isimhom, imsemmija fil-punt (a).

2.  
Fi kwalunkwe proċedura għall-eżekuzzjoni ta' pretensjoni, l-obbligu ta' prova li l-issodisfar tal-pretensjoni mhux ipprojbit bil-paragrafu 1, għandu jkun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-eżekuzzjoni ta' dik il-pretensjoni.
3.  
Dan l-Artikolu huwa bla preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal reviżjoni ġudizzjarja tal-legalità tan-nonadempiment ta' obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.

Artikolu 18

1.  

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jikkondividu kull informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, partikolarment informazzjoni fir-rigward ta':

(a) 

fondi ffriżati skont l-Artikolu 5 u awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 3 u l-Artikoli 6 sa 12;

(b) 

ksur u ta' problemi li jirrigwardaw l-eżekuzzjoni u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

2.  
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li jista' jkollha impatt fuq l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 19

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness III abbażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Artikolu 20

1.  
Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp u jkun ipprovda dikjarazzjoni tar-raġunijiet għad-deżinjazzjoni, il-Kunsill għandu jinkludi dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Anness I. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu u d-dikjarazzjoni ta' raġunijiet lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, fejn dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.
2.  
Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza ġdida sostanzjali, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew entità skont il-każ.
3.  
Fejn in-NU tiddeċiedi li tneħħi mil-lista persuna, entità, jew korp, jew li temenda d-dejta li tidentifika persuna, entità jew korp elenkat, il-Kunsill għandu jemenda l-Anness I skont il-każ.

Artikolu 21

L-Anness I għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet neċessarja biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data tad-deżinjazzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 22

1.  
Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jagħmel persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp soġġetta għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2, hu għandu jemenda l-Anness II skont il-każ.
2.  
Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp msemmijin fil-paragrafu 1, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, fejn dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.
3.  
Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza ġdida sostanzjali, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew entità skont il-każ.
4.  
Il-lista fl-Anness II għandha tiġi riveduta f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.

Artikolu 23

1.  
L-Anness II għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati.
2.  
L-Anness II għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 24

1.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
2.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn ir-regoli lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u għandhom jinnotifikawha b' kull emenda sussegwenti.

Artikolu 25

1.  
L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u jidentifikawhom fuq is-siti elettroniċi elenkati fl-Anness III. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet kollha fl-indirizzi tas-siti elettroniċi tagħhom elenkati fl-Anness III.
2.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.
3.  
Fejn dan ir-Regolament jippreżenta l-obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata jew infurmata, jew issir xi komunikazzjoni magħha xorta oħra, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom jkunu dawk indikati fl-Anness III.

Artikolu 26

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) 

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b) 

abbord kull inġenju tal-ajru jew kull bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(c) 

għal kull persuna ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadina ta' Stat Membru;

(d) 

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(e) 

għal kull persuna ġuridika, entità jew korpi fir-rigward ta' kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.

▼C1

Artikolu 27

Ir-Regolament (UE) Nru 748/2014 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 28

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

▼B

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I

LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(1)

▼M2

A.    PERSUNI

▼M6

1.    Gabriel JOK RIAK MAKOL (magħruf ukoll bħala: a) Gabriel Jok b) Jok Riak c) Jock Riak)

Titlu: Logutenent Ġeneral

Kariga: a) Eks-Kmandant ta' Sector One tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA); b) Kap tal-Forzi tad-Difiża

Data tat-Twelid: 1 ta' Jannar 1966

Post tat-twelid: BOR, is-Sudan/is-Sudan t'Isfel

Nazzjonalità: Sudan t'Isfel

Nru tal-passaport: Is-Sudan t'Isfel numru D00008623

Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: M6600000258472

Indirizz: a) L-Istat ta' Unity, is-Sudan t'Isfel b) Wau, Bahr El Ghazal tal-Punent, is-Sudan t'Isfel

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Lulju 2015

Tagħrif ieħor: Maħtur Kap tal-Forzi tad-Difiża fit-2 ta' Mejju 2018. Ikkmanda lis-Sector One tal-SPLA, li jopera prinċipalment fl-Istat ta' Unity, sa minn Jannar 2013. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala kmandant ta' Sector One tal-SPLA, kabbar u estenda l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel permezz ta' ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet. L-SPLA hija entità militari tas-Sudan t'Isfel li kienet involuta f'azzjonijiet li estendew l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-ksur tal-Ftehim ta' Jannar 2014 dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet u l-Ftehim tad-9 ta' Mejju 2014 biex tiġi Solvuta l-Kriżi fis-Sudan t'Isfel, li kien impenn mill-ġdid lejn is-CoHA, u ostakolat l-attivitajiet tal-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika tal-IGAD. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5879060

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Gabriel Jok Riak ġie elenkat fl-1 ta' Lulju 2015 skont il-paragrafi 7(a), 7(f) u 8 tar-riżoluzzjoni 2206 (2015) għal, “azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jespandu jew jestendu l-konflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jostakolaw it-taħdidiet jew il-proċessi ta' rikonċiljazzjoni jew paċi, inkluż ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet”; “it-tfixkil tal-attivitajiet ta' missjonijiet internazzjonali, diplomatiċi, jew umanitarji taż-żamma tal-paċi fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika tal-IGAD jew tal-kunsinna jew id-distribuzzjoni ta' għajnuna umanitarja jew l-aċċess għaliha”; u bħala mexxej “ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe grupp tal-gvern tas-Sudan t'Isfel, tal-oppożizzjoni, ta' milizzja, jew ta' grupp ieħor, li kien involut, jew li l-membri tiegħu kienu involuti, fi kwalunkwe waħda mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”.

Gabriel Jok Riak huwa l-kmandant ta' Sector One tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA), entità militari tas-Sudan t'Isfel li kienet involuta f'azzjonijiet li estendew il-kunflitt fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-ksur tal-Ftehim ta' Jannar 2014 dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet (CoHA) u l-Ftehim tad-9 ta' Mejju 2014 biex tiġi Solvuta l-Kriżi fis-Sudan t'Isfel (Il-Ftehim ta' Mejju), li kien impenn mill-ġdid lejn is-CoHA.

Jok Riak ikkmanda lis-Sector One tal-SPLA, li jopera prinċipalment fl-Istat ta' Unity, sa minn Jannar 2013. Id-Diviżjonijiet Tlieta, Erbgħa u Ħamsa tal-SPLA huma subordinati għal Sector One u tall-kmandant tiegħu, Jok Riak.

Jok Riak u l-forzi ta' Sector One u Three tal-SPLA taħt il-kmand ġenerali tiegħu kienu involuti f'bosta azzjonijiet, kif dettaljati hawn taħt, bi ksur tal-impenji tas-CoHA ta' Jannar 2014 biex jieqfu l-azzjonijiet militari kollha mmirati lejn il-forzi ta' oppożizzjoni, kif ukoll azzjonijiet provokatorji oħra, jiġu ffriżati l-forzi fis-siti attwali tagħhom, u joqogħdu lura minn attivitajiet bħall-moviment ta' forzi jew ir-riforniment ta' munizzjon li jistgħu jwasslu għal konfront militari.

Il-forzi tal-SPLA taħt il-kmand ġenerali ta' Jok Riak kisru diversi drabi il-ftehim tas-CoHA permezz ta' ostilitajiet evidenti.

Fl-10 ta' Jannar 2014, forza tal-SPLA taħt il-kmand ġenerali tal-kmandant tas-Sector One Jok Riak ħatfet Bentiu, li kienet tqiegħdet preċedentement taħt il-kontroll tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLM-IO) mill-20 ta' Diċembru 2013. Id-Diviżjoni Tlieta tal-SPLA għamlet imbuskata u bbumbardjat ġellieda tal-SLPM-IO qrib Leer ftit wara li ġie ffirmat is-CoHA ta' Jannar 2014 u f'nofs April 2014 ħatfu Mayom u qatlu aktar minn 300 truppa tal-SPLM-IO.

Fl-4 ta' Mejju 2014, forza tal-SPLA mmexxija minn Jok Riak reġgħu ħatfu Bentiu. Fuq it-televiżjoni statali f'Juba, kelliem għall-SPLA stqarr li l-armata tal-gvern taħt il-kmand ta' Jok Riak kienet ħatfet Bentiu fl-erbgħa ta' waranofsinhar, filwaqt li żied jgħid li kienu involuti id-Diviżjoni Tlieta u taskforce speċjali tal-SPLA. Sigħat wara li tħabbar il-Ftehim ta' Mejju, il-forzi tad-Diviżjoni Tlieta u Erbgħa tal-SPLA ġġieldu kontra u reġġgħu lura l-ġellieda tal-oppożizzjoni li aktar kmieni kienu attakkaw il-pożizzjonijiet tal-SPLA qrib Bentiu u fir-reġjuni taż-żejt tat-tramuntana tas-Sudan t'Isfel.

Ukoll wara l-iffirmar tal-Ftehim ta' Mejju it-truppi tad-Diviżjoni Tlieta tal-SPLA reġgħu ħatfu Wang Kai, u l-kmandant tad-diviżjoni Santino Deng Wol, awtorizza lill-forzi tiegħu biex joqtlu lil kull min ikun qed iġorr fuqu xi arma jew ikun qed jinħeba d-dar, u ordnalhom biex jaħarqu kwalunkwe dar li fiha jkun hemm xi forzi tal-oppożizzjoni.

Lejn l-aħħar ta' April u Mejju 2015, il-forzi tas-Sector One tal-SPLA mmexxija minn Jok Riak wettqu offensiva militari fuq skala sħiħa kontra l-forzi tal-oppożizzjoni fl-Istat ta' Unity mill-Istat ta' Lakes.

Bi ksur tat-termini tas-CoHA kif deskritt hawn fuq, Jok Riak allegatament ipprova jsewwi t-tankijiet u jimmodifikahom għall-użu kontra l-forzi tal-oppożizzjoni kmieni f'Settembru 2014. Tard f'Ottubru 2014, mill-inqas 7 000 truppa u armi b'saħħithom tal-SPLA mid-Diviżjoni Tlieta u Ħamsa reġgħu kienu skjerati biex isaħħu t-truppi tad-Diviżjoni Erbgħa li kienu qed iġarrbu l-piż ta' attakk mill-oppożizzjoni qrib Bentiu. F'Novembru 2014, l-SPLA daħħlet tagħmir u armi militari ġodda, inkluż trasportaturi armati tal-persunal, ħelikopters, xkubetti tal-artillerija u munizzjon fil-qasam ta' responsabbiltà tas-Sector One, x'aktarx bi tħejjija għall-ġlied kontra l-oppożizzjoni. Kmieni fi Frar 2015, Jok Riak allegatament ordna li jintbagħtu trasportaturi armati tal-persunal Bentiu, possibbilment biex jirreaġixxu għall-imbuskati reċenti mill-oppożizzjoni.

Wara l-offensiva ta' April u Mejju 2015 fl-Istat ta' Unity, is-Sector One tal-SPLA ċaħad talbiet mit-Tim ta' Monitoraġġ u Verifika tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD-MVM) f'Bentiu biex jinvestiga dan il-ksur tas-CoHA; b'hekk ċaħħad lill-IGAD-MVM mil-libertà ta' moviment biex iwettaq il-mandat tiegħu.

Minbarra dan, f'April 2014, Jok Riak espanda l-konflitt fis-Sudan t'Isfel billi allegatament għen biex jarma u jimmobilizza daqs 1 000 żagħżugħ Dinka biex jissupplimentaw il-forzi tradizzjonali tal-SPLA.

▼M2

2.    Simon Gatewech DUAL (psewdonimu magħruf ukoll bħala: a) Simon Gatwich Dual b) Simon Getwech Dual c) Simon Gatwec Duel d) Simon Gatweach e) Simon Gatwick f) Simon Gatwech g) Simon Garwich h) General Gaduel i) Dhual

Titolu: Maġġur Ġeneral

Deżinjazzjoni: Kap tal-Persunal Ġenerali, SPLA fl-Oppożizzjoni

Data tat-Twelid: 1953

Post tat-Twelid: a) Akobo, Stat ta' Jonglei, is-Sudan/is-Sudan t'Isfel b) Kontea ta' Uror, Stat ta' Jonglei, is-Sudan/is-Sudan t'Isfel

Indirizz: Stat ta' Jonglei, is-Sudan/is-Sudan t'Isfel

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Lulju 2015

Informazzjoni oħra: Huwa l-Kap tal-Persunal Ġenerali, tal-SPLA-IO u kien preċedentement il-kmandant tal-forzi tal-oppożizzjoni fl-Istat ta' Jonglei. Il-forzi tiegħu wettqu attakk kmieni fi Frar 2015 fl-Istat ta' Jonglei, u minn Marzu 2015, huwa pprova jkisser il-paċi fl-Istat ta' Jonglei permezz ta' attakki fuq il-popolazzjoni ċivili. Ritratt huwa disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5879066

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Simon Gatwech Dual iddaħħal fil-lista fl-1 ta' Lulju 2015 skont il-paragrafi 6, 7(a), 7(d), u 8 tar-riżoluzzjoni 2206 (2015) bħala, “responsabbli għal jew kompliċi fi, jew li involva ruħu, direttament jew indirettament f'azzjonijiet jew linji ta' politika li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Sudan t'Isfel”; “azzjonijiet jew linji ta' politika li għandhom l-għan jew l-effett li jżidu jew jestendu l-konflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jxekklu t-taħditiet jew il-proċessi għar-rikonċiljazzjoni jew il-paċi, inkluż ksur tal-Ftehim ta' Waqfien mill-Ostilitajiet”; “il-mira ta' persuni ċivili, inkluż in-nisa u t-tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, spostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju, jew permezz ta' aġir li jikkostitwixxi abbuż serju jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali”; u bħala mexxej “ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern, oppożizzjoni, milizzja, jew grupp ieħor tas-Sudan t'Isfel, li kien, jew li l-membri tiegħu kienu, involuti fi kwalunkwe waħda mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”.

Simon Gatwech Dual (Gatwech Dual) impenja ruħu f'azzjonijiet jew linji ta' politika li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Sudan t'Isfel u huwa mexxej tal-Moviment għal-Liberazzjoni tal-Poplu Sudaniż fl-Oppożizzjoni (SPLM-IO), entità li involviet ruħha fi: azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Sudan t-Isfel; u mmirat kontra l-popolazzjoni ċivili, inklużi n-nisa u t-tfal, billi wettqet atti ta' vjolenza.

Gatwech Dual huwa l-Kap tal-Persunal Ġenerali, tal-SPLM-IO u kien preċedentement il-kmandant tal-forzi tal-oppożizzjoni fl-Istat ta' Jonglei.

Mill-2014 sal-2015, Gatwech Dual kellu għadd kbir ta' truppi taħt il-kmand tiegħu u opera b'xi mod awtonomu fit-tmexxija tal-attakki. Gatwech Dual jissorvelja l-iskjerament tal-SPLM-IO u x'aktarx l-iskjerament ta' xi forzi ta' Armata Bajda (milizzja taż-żgħażagħ Nuer) ukoll.

Lejn l-aħħar ta' April 2014, forzi taħt il-kmand ġenerali ta' Gatwech Dual kienu qed jirbħu territorji fl-Istat ta' Jonglei hekk kif imxew fuq il-belt kapitali tal-istat Bor. Gatwech Dual seta' uża l-aħbar tal-attakk tas-17 ta' April 2014 fuq persuni Nuer spostati f'pajjiżhom fil-kampament tan-NU f'Bor biex jinċita lit-truppi tiegħu jivvendikaw ruħhom. Il-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika tal-IGAD fl-Istati ta' Upper Nile, Unity u Jonglei semma' wkoll forzi taħt Gatwech Dual fis-sinteżi tiegħu tal-14 ta' Awwissu 2014 dwar il-ksur tal-waqfien mill-ġlied.

Il-forzi ta' Gatwech Dual wettqu attakk kmieni fi Frar 2015 fl-Istat ta' Jonglei. Minn Marzu 2015, Gatwech Dual ipprova jkisser il-paċi fl-Istat ta' Jonglei permezz ta' attakki fuq il-popolazzjoni ċivili.

Lejn l-aħħar ta' April 2015, Gatwech Dual kien involut fl-ippjanar u l-koordinazzjoni ta' attakki sorpriża kontra l-forzi tal-gvern tas-Sudan t'Isfel fl-Istat ta' Upper Nile. Ir-rapport ta' sinteżi tal-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika tal-IGAD dwar il-ksur tal-waqfien mill-ostilitajiet mit-12-31 ta' Mejju 2015 jelenka ksur mill-forzi tal-oppożizzjoni taħt il-kontroll ta' Gatwech, inkluż attakk fuq il-forzi tal-gvern f'Ayod.

Il-forzi tal-SPLM-IO taħt il-kmand ta' Gatwech Dual immiraw lin-nisa, it-tfal u l-popolazzjoni ċivili. Gatwech Dual allegatament ordna lil unitajiet taħt il-kmand tiegħu biex joqtlu lil priġunieri tal-gwerra (POWs) Dinka, nisa u tfal, u uffiċjali taħt il-kmand tiegħu stqarru li l-forzi tal-oppożizzjoni m'għandhom jagħmlu l-ebda distinzjoni bejn it-tribujiet Dinka differenti u għandhom joqtluhom kollha.

3.    James Koang CHUOL (psewdonimu: a) James Koang Chol Ranley b) James Koang Chol c) Koang Chuol Ranley d) James Koang Chual

Titolu: Maġġur Ġeneral

Data tat-Twelid: 1961

Nazzjonalità: Is-Sudan t'Isfel Nru tal-passaport: R00012098, is-Sudan t'Isfel

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Lulju 2015

Informazzjoni oħra: Kmandant maħtur tad-Diviżjoni Speċjali tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLA-IO) f'Diċembru 2014. Il-forzi tiegħu kienu involuti f'attakki kontra l-popolazzjoni ċivili. Fi Frar 2014, il-forzi taħt il-kmand tiegħu attakkaw kampijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, sptarijiet, knejjes, u skejjel, b'involviment mifrux fi stupru, tortura, u l-qerda ta' proprjetà, f'tentattiv biex jeħilsu miċ-ċivili, is-suldati u l-pulizija alleati mal-gvern. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5879069

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

James Koang Chuol (Koang) ġie elenkat fl-1 ta' Lulju 2015 skont il-paragrafi 6, 7 (a), 7 (d) u 8 tar-riżoluzzjoni 2206 (2015) bħala, “responsabbli għal jew kompliċi fi, jew li kien involut, direttament jew indirettament, f'azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Sudan t'Isfel”; “azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jespandu jew jestendu l-konflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jfixklu r-rikonċiljazzjoni jew taħditiet jew proċessi ta' paċi, inkluż ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet”; “il-mira ta' persuni ċivili, inkluż in-nisa u t-tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, l-ispostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju, jew permezz ta' aġir li jikkostitwixxi abbuż serju jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali”; u bħala mexxej “ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern, oppożizzjoni, milizzja, jew grupp ieħor tas-Sudan t'Isfel, li kien, jew li l-membri tiegħu kienu, involuti fi kwalunkwe waħda mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”.

James Koang Chuol (Koang) hedded il-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Sudan t'Isfel fil-pożizzjoni tiegħu bħala mexxej tal-forzi kontra l-gvern fl-Istat ta' Unity, fis-Sudan t'Isfel, fejn il-membri tiegħu mmiraw l-popolazzjoni ċivili, inklużi n-nisa u t-tfal, bi qtil u vjolenza sesswali, u wettqu attakki fuq skejjel, sptarijiet, postijiet reliġjużi, u postijiet fejn il-popolazzjoni ċivili kienet qed tfittex il-kenn.

Koang telaq mill-pożizzjoni tiegħu bħala l-kmandant tar-Raba' Diviżjoni tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA) f'Diċembru 2013. Taħt l-ordnijiet ta' Koang, is-suldati diżerturi ġġustizzjaw daqs 260 mill-kontroparti tagħhom qabel ma mmiraw u qatlu lil ċivili fil-belt kapitali tal-istat Bentiu.

Koang inħatar Kmandant tad-Diviżjoni Speċjali tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLA-IO) f'Diċembru 2014. Fil-pożizzjoni l-ġdida tiegħu, Koang mexxa attakki fuq forzi tal-gvern fil-kontei ta' Renk u Maban tal-Istat ta' Upper Nile f'Jannar 2015 li kienu ċċitati mill-Awtorità Intergovernattiva dwar il-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika dwar l-Iżvilupp bħala ksur tas-CoHA.

Fi Frar 2014, wara li Koang ingħata l-kmand tal-forzi kontra l-gvern fl-Istat ta' Unity, dawk il-forzi attakkaw kampijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, sptarijiet, knejjes, u skejjel, b'involviment mifrux fi stupru, tortura, u l-qerda ta' proprjetà, f'tentattiv biex jeħilsu miċ-ċittadini, suldati u pulizija alleati mal-gvern. Fl-14-15 ta' April 2014, il-forzi ta' Koang qabdu lil Bentiu wara ġlied qalil u wettqu attakki kontra l-popolazzjoni ċivili. F'inċidenti separati fuq moskea, knisja, u ċentru abbandunat tal-ikel f'Bentiu, il-forzi sseparaw lill-persuni ċivili li kienu qed jistkennu minħabba l-etniċità u n-nazzjonalità tagħhom qabel ma jwettqu qtil immirat, u ħallew mill-anqas 200 persuna mejta u 400 feruti. F'nofs Settembru 2014, Koang allegatament ordna l-forzi tiegħu biex jimmiraw persuni ċivili ta' Dinka waqt attakk fl-Istat tal-Upper Nile.

4.    Santino Deng WOL (Psewdonimu: a) Santino Deng Wuol b) Santino Deng Kuol

Titolu: Maġġur Ġeneral

Deżinjazzjoni: Kmandant tat-Tielet Diviżjoni tal-SPLA

Data tat-twelid: 9 ta' Novembru 1962

Post tat-Twelid: Aweil, is-Sudan/is-Sudan t'Isfel

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Lulju 2015

Informazzjoni oħra: Wassal u mexxa azzjonijiet militari kontra l-forzi tal-oppożizzjoni u mexxa movimenti ta' truppi konfrontazzjonali bi ksur tas-CoHA. Matul Mejju 2015, forzi taħt il-kmand tiegħu qatlu tfal, nisa u rġiel anzjani, ħarqu proprjetà, u serqu bhejjem filwaqt li kienu qed javvanzaw mill-Istat ta' Unity lejn il-faċilità taż-żejt ta' Thorjath. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5879071

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Santino Deng WOL ġie elenkat fl-1 ta' Lulju 2015 skont il-paragrafi 7(a), 7(d) u 8 tar-riżoluzzjoni 2206 (2015) għal, “azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jespandu jew jestendu l-konflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jfixklu r-rikonċiljazzjoni jew taħditiet jew proċessi ta' paċi, inkluż ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet”; “il-mira ta' persuni ċivili, inkluż in-nisa u t-tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, l-ispostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju, jew permezz ta' aġir li jikkostitwixxi abbuż serju jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali”; u bħala mexxej “ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern, oppożizzjoni, milizzja jew grupp ieħor tas-Sudan t'Isfel, li involva ruħu, jew li l-membri tiegħu involvew ruħhom, fi kwalunkwe waħda mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”.

Santino Deng WOL (Deng Wol) huwa Maġġur Ġeneral tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA) u Kmandant tat-Tielet Diviżjoni tal-SPLA, entità militari tas-Sudan t'Isfel li involviet ruħha f'azzjonijiet li estendew il-konflitt fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet (CoHA) ta' Jannar 2014 u l-Ftehim biex tiġi Solvuta l-Kriżi fis-Sudan t'Isfel (Ftehim ta' Mejju), tad-9 ta' Mejju, 2014, li kien impenn mil-ġdid għas-CoHA.

Deng Wol wassal u mexxa azzjonijiet militari kontra l-forzi tal-oppożizzjoni u mexxa movimenti ta' truppi konfrontazzjonali bi ksur tas-CoHA.

Ftit wara li n-negozjaturi miż-żewġ naħiet qablu li jtemmu l-ostilitajiet, DENG WOL ħejja l-forzi tiegħu biex javvanza lejn il-belt żgħira ta' Leer fl-Istat ta' Unity. Sussegwentement huma mbuskaw u bbumbardjaw il-ġellieda ribelli ħdejn Leer.

F'nofs April 2014, huwa rrappurtat li l-forzi ta' Deng Wol ħejjew biex jerġgħu jaħtfu lil Bentiu minn forzi kontra l-gvern. Aktar tard dak ix-xahar, il-forzi ta' Deng Wol qabdu lil Mayom wara ġlieda ħarxa fejn qatlu aktar minn 300 mill-forzi tal-oppożizzjoni. Imbagħad, fil-bidu ta' Mejju 2014, il-forzi ta' Deng Wol ħatfu lil Tor Abyad, u fil-proċess qatlu forzi tal-oppożizzjoni. Ftit wara dan, il-forzi tal-SPLA, inkluż il-forzi ta' Deng Wol, attakkaw u reġgħu ħatfu l-belt żgħira ta' Wang Kai fl-Istat ta' Unity. Deng Wol awtorizza lill-forzi tiegħu biex joqtlu lil kull min ikun qed iġorru armi jew jistaħba fid-djar, u ordnalhom jaħarqu kwalunkwe dar li jkun fiha partitarji tal-oppożizzjoni.

It-Tielet Diviżjoni tal-SPLA ta' Deng Wol ħadet sehem fl-offensiva ta' April-Mejju 2015 fl-Istat ta' Unity, li matulha l-SPLA nediet offensiva koordinat biex tieħu fortizzi tal-oppożizzjoni fil-kontei ta' Mayom, Guit, Koch, Mayendit, u Leer. Il-forzi ta' Deng Wol qatlu tfal, nisa u rġiel anzjani, ħarqu proprjetà, u serqu bhejjem filwaqt li kienu qed javvanzaw mill-Istat ta' Unity lejn il-faċilità taż-żejt ta' Thorjath matul Mejju 2015. Barra minn hekk, aktar kmieni dak ix-xahar, huwa rrapportat li Deng Wol insista għall-eżekuzzjoni ta' suldati tal-oppożizzjoni maqbuda.

5.    Marial Chanuong Yol MANGOK (Psewdonimu: a) Marial Chinuong b) Marial Chan c) Marial Chanoung Yol d) Marial Chinoum

Deżinjazzjoni: a) Maġġur Ġeneral tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan b) Kmandant, Unità tal-Gwardja Presidenzjali

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1960

Post tat-Twelid: Yirol, l-Istat ta' Lakes

Nazzjonalità: Is-Sudan t'Isfel, Nru tal-passaport: R00005943, is-Sudan t'Isfel

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Lulju 2015

Informazzjoni oħra: Il-Gwardja Presidenzjali tiegħu mexxiet il-qtil ta' persuni ċivili f'Nuer f'Juba u madwarha, li ħafna minnhom ġew midfuna f'oqbra tal-massa. Wieħed minn dawn l-oqbra kien maħsub biex jinkludi 200-300 ċivili. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/72684667

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Marial Chanuong Yol Mangok ġie elenkat fl1 ta' Lulju 2015 skont il-paragrafi 7(a), 7(c), 7(d) u 8 tar-riżoluzzjoni 2206 (2015) għal, “azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jespandu jew jestendu l-konflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jfixklu r-rikonċiljazzjoni jew taħditiet jew proċessi ta' paċi, inkluż ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet”; “ippjanar, tmexxija jew twettiq ta' atti bi ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijet tal-bniedem, fis-Sudan t'Isfel”; “il-mira ta' persuni ċivili, inkluż in-nisa u t-tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, l-ispostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju, jew permezz ta' aġir li jikkostitwixxi abbuż serju jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali”; u bħala mexxej “ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern, oppożizzjoni, milizzja jew grupp ieħor tas-Sudan t'Isfel, li involva ruħu, jew li l-membri tiegħu involvew ruħhom, fi kwalunkwe waħda mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”.

Mangok huwa l-Kmandant tal-Gwardja Presidenzjali tal-Gvern tas-Sudan t'Isfel, li mexxa l-operazzjonijiet f'Juba wara l-ġlied li beda fil-15 ta' Diċembru, 2013. Huwa esegwixxa ordnijiet għad-diżarm tas-suldati Nuer imbagħad ordna l-użu ta' tankijiet biex jimmiraw persuni politiċi f'Juba, fejn inqatlu 22 gwardja personali mhux armati tal-mexxej tal-oppożizzjoni Riek Machar u seba' gwardji personali tal-ex Ministru għall-Intern Gier Chuang Aluong.

Fl-operazzjonijiet inizjali f'Juba, skont għadd ta' għidut kredibbli, il-Gwardji Presidenzjali ta' Mangok mexxew il-qtil ta' persuni ċivili ta' Nuer f'Juba u madwarha, li bosta minnhom ġew midfuna f'oqbra tal-massa. Wieħed minn dawn l-oqbra kien maħsub biex jinkludi 200-300 ċivili.

6.    Peter GADET (psewdonimu: a) Peter Gatdet Yaka b) Peter Gadet Yak c) Peter Gadet Yaak d) Peter Gatdet Yaak e) Peter Gatdet f) Peter Gatdeet Yaka

Titolu: a) General b) Maġġur Ġeneral

Data tat-Twelid: Bejn l-1957 u l-1959

Post tat-Twelid: a) Il-Kontea ta' Mayom Stat ta' Unity b) Mayan, Stat ta' Unity

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Lulju 2015

Informazzjoni oħra: Maħtur il-Viċi Kap tal-Persunal għal Operazzjonijiet tal-SPLA-IO fil-21 ta' Diċembru, 2014. Forzi taħt il-kmand tiegħu mmiraw persuni ċivili, inklużi nisa, f'April 2014 waqt attakk fuq Bentiu, inkluż qtil immirat fuq abbażi ta' etniċità. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/notice/search/un/5879076

Peter Gadet ġie elenkat fl-1 ta' Lulju 2015 skont il-paragrafi 7(a), 7(d), 7(e) u 8 tar-riżoluzzjoni 2206 (2015) għal, “azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jespandu jew jestendu l-konflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jfixklu r-rikonċiljazzjoni jew taħditiet jew proċessi ta' paċi, inkluż ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet”; “il-mira ta' persuni ċivili, inkluż in-nisa u t-tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, l-ispostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju, jew permezz ta' aġir li jikkostitwixxi abbuż serju jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali”; “ir-reklutaġġ ta' tfal minn gruppi armati jew forzi armati fil-kuntest tal-konflitt armat fis-Sudan t'Isfel”; u bħala mexxej “ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern, oppożizzjoni, milizzja, jew grupp ieħor tas-Sudan t'Isfel, li kien, jew li l-membri tiegħu kienu, involuti fi kwalunkwe waħda mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”.

Informazzjoni addizzjonali

Peter Gadet huwa l-Kmandant tal-forzi tal-Armata tal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLA-IO) li kienu involuti f'azzjonijiet li estendew l-konflitt fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet ta' Jannar 2014 (CoHA).

Forzi mmexxija minn Gadet attakkaw u qabdu lil Kaka, l-Istat ta' Upper Nile mill-Armata tal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA) fl-aħħar ta' Marzu 2014. Sussegwentement, Gadet ġie trasferit mill-Istat ta' Jonglei għal Bentiu, fejn huwa ġie nnominat gvernatur militari tal-Istat ta' Unity, biex jassisti l-forzi ta' kontra l-gvern fl-isforzi tagħhom biex jimmobilizzaw il-popolazzjoni predominanti ta' Bol Nuer. Sussegwentement, Gadet mexxa l-attakki tal-SPLA-IO fl-Istat ta' Unity. Il-forzi ta' Gadet kienu responsabbli għal ħsara li saret fuq raffinerija taż-żejt parzjalment mibnija fl-Istat ta' Unity, li qed tinbena minn kumpannija Russa. Il-forzi ta' Gadet ħadu wkoll kontroll taż-żoni ta' Tor Abyad u Kilo 30 fil-faċilitajiet taż-żejt tal-Istat ta' Unity.

Sa min-nofs April 2014, 50 000 truppa tal-forzi ta' kontra l-gvern iċċirkondaw Malakal bi tħejjija għal attakk fuq Bentiu. Fil-15 ta' April 2014, il-forzi ta' Gadet attakkaw u ħadu kontroll fuq Bentiu, qabel ma' sussegwentement tilfu l-kontroll tal-belt. Forzi mmexxija minn Gadet attakkaw persuni ċivili, inklużi nisa, f'April 2014 waqt attakk fuq Bentiu, inkluż qtil immirat abbażi ta' etniċità.

F'Ġunju 2014, Peter Gadet ħareġ Direttiva lill-kmandanti tal-SPLA-IO biex jirreklutaw żgħażagħ fil-kontei kollha f'idejn ir-ribelli.

Mill-25 sad-29 ta' Ottubru 2014, forzi taħt il-kmand ta' Gadet iċċirkondaw u attakkaw Bentiu u Rubkona, u ħatfu għal żmien qasir il-belt ta' Bentiu fid-29 ta' Ottubru qabel irtiraw.

Fil-21 ta' Diċembru 2014, Gadet inħatar Viċi Kap tal-Persunal għal Operazzjonijiet tal-SPLA-IO. Sussegwentement għal din il-ħatra, il-forzi tal-SPLA-IO ġew iċċitati mill-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika tal-IGAD għal ksur multiplu fl-Istati ta' Unity, Upper Nile u Jonglei.

▼M4

7.    Malek REUBEN RIAK RENGU (alias: a) Malek Ruben)

Titolu: Logutenent Ġeneral

Deżinjazzjoni: a) Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali għal-Loġistika; b) Viċi Kap tal-Persunal tad-Difiża u Spettur Ġenerali tal-Armata

Data tat-twelid: 1 ta' Jannar 1960

Post tat-twelid: Yei, is-Sudan t'Isfel

Nazzjonalità: Sudan t'Isfel

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 13 ta' Lulju 2018

Informazzjoni oħra: Bħala Viċi Kap tal-Persunal tal-SPLA għal-Loġistika, Riak kien wieħed mill-uffiċjali għolja tal-Gvern tas-Sudan t'Isfel li ppjana u mexxa offensiva fl-istat ta' Unity fl-2015 li rriżultat f'qerda mifruxa u ċaqliq kbir tal-popolazzjoni.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Malek Ruben Riak iddaħħal fil-lista fit-13 ta' Lulju 2018 skont il-paragrafi 6, 7(a), u 8 tar-riżoluzzjoni 2206 (2015), kif affermat mill-ġdid fir-riżoluzzjoni 2418 (2018), għal “azzjonijiet jew linji ta' politika li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Sudan t'Isfel”; “Azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jkabbru jew jestendu l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel …,” u bħala mexxej “ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern, oppożizzjoni, milizzja, jew grupp ieħor tas-Sudan t'Isfel, li kienet involuta, jew li l-membri tagħha kienu involuti, fi kwalunkwe mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”, u skont il-paragrafu 14(e) ta' din ir-riżoluzzjoni għal “l-ippjanar, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jinvolvu vjolenza sesswali u sessista fis-Sudan t'Isfel”.

Skont ir-rapport mill-Bord ta' Esperti dwar is-Sudan t'Isfel f'Jannar 2016 (S/2016/70), Riak kien wieħed minn grupp ta' uffiċjali għolja tas-sigurtà li ppjanaw offensiva tal-istat ta' Unity kontra l-SPLM-IO li bdiet f'Jannar 2015, u sussegwentement ħa ħsieb l-eżekuzzjoni tagħha mill-aħħar ta' April 2015 'il quddiem. Il-Gvern tas-Sudan t'Isfel beda jarma liż-żgħażagħ ta' Bul Nuer fil-bidu tal-2015 biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fl-offensiva. Il-biċċa l-kbira taż-żgħażagħ ta' Bul Nuer diġà kellhom aċċess għall-azzarini awtomatiċi tad-disinn AK, iżda l-munizzjon kien kruċjali għas-sostenn tal-operazzjonijiet tagħhom. Il-Bord ta' Esperti rrapporta evidenza, inkluż xhieda minn sorsi militari, li l-munizzjon ġie fornut lil gruppi ta' żgħażagħ mill-kwartieri ġenerali tal-SPLA speċifikament għall-offensiva. F'dak iż-żmien kien Riak il-Viċi Kap tal-Persunal tal-SPLA għal-Loġistika. L-offensiva wasslet għal qerda sistematika ta' rħula u infrastruttura, iċ-ċaqliq sfurzat tal-popolazzjoni lokali, il-qtil indiskriminat u t-tortura ta' persuni ċivili, l-użu mifrux ta' vjolenza sesswali, inkluż kontra l-anzjani u t-tfal, u l-ħtif u r-reklutaġġ ta' tfal bħala suldati, u ċaqliq kbir tal-popolazzjoni. Wara l-qerda tal-biċċa l-kbira tal-partijiet ċentrali u tan-nofsinhar tal-istat, bosta organizzazzjonijiet umanitarji u tal-media, kif ukoll il-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Sudan t'Isfel (UNMISS) ippubblikaw rapporti dwar l-iskala tal-abbużi li twettqu.

▼M8

8.    Paul MALONG AWAN ANEI (psewdonimu: a) Paul Malong Awan Anei, b) Paul Malong, c) Bol Malong)

Titolu: Ġeneral

Deżinjazzjoni: a) Eks Kap tal-Persunal tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan (SPLA), b) Eks Gvernatur, l-Istat ta' Bahr el-Ghazal ta' Fuq

Data tat-twelid: a) 1962, b) 4 ta' Diċembru 1960, c) 12 ta' April 1960, d) 1 ta' Jannar 1962

Post tat-twelid: a) Malualkon, is-Sudan t'Isfel, b) Kotido, l-Uganda

Nazzjonalità: a) is-Sudan t'Isfel b) l-Uganda

Nru tal-passaport: a) is-Sudan t'Isfel numru S00004370, b) is-Sudan t'Isfel numru D00001369, c) is-Sudan numru 003606, d) is-Sudan numru 00606, e) is-Sudan numru B002606, f) l-Uganda numru DA025963

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 13 ta' Lulju 2018

Informazzjoni oħra: Bħala Kap tal-Persunal Ġenerali tal-SPLA, Malong kabbar jew estenda l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel permezz ta' ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet u ksur tal-Ftehim tal-2015 dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kunflitt fis-Sudan t'Isfel (ARCSS). Huwa allegatament mexxa sforzi biex jinqatel il-mexxej tal-oppożizzjoni Riek Machar. Ordna unitajiet tal-SPLA biex jipprevjenu t-trasport ta' provvisti umanitarji. Taħt it-tmexxija ta' Malong, l-SPLA attakkat persuni ċivili, skejjel u sptarijiet; sfurzat l-ispostament ta' persuni ċivili; wettqet għajbien sfurzat; wettqet detenzjoni arbitrarja ta' persuni ċivili; u kkommettiet atti ta' tortura, u ta' stupru. Huwa mmobilizza l-milizzja tribali Mathiang Anyoor Dinka, li tuża suldati tfal. Taħt it-tmexxija tiegħu, l-SPLA irrestrinġiet l-aċċess lill-UNMISS, il-Kummissjoni Konġunta ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni (JMEC) u CTSAMM għal siti biex jinvestigaw u jiddokumentaw l-abbużi.

Informazzjoni mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Paul Malong Awan ġie elenkat fit-13 ta' Lulju 2018, b'segwitu għall-paragrafi 6, 7 (a), 7 (b), 7 (c), 7 (d), 7 (f), u 8 tar-riżoluzzjoni 2206 (2015), kif affermati mill-ġdid fir-riżoluzzjoni 2418 (2018), għal “azzjonijiet jew politiki li għandhom l-għan jew l-effett li jkabbru jew jestendu l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel jew li jostakolaw it-taħditiet jew il-proċessi ta' rikonċiljazzjoni jew paċi, inkluż ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet”; “azzjonijiet jew politiki li jheddu l-ftehimiet tranżizzjonali jew ixekklu l-proċess politiku fis-Sudan t'Isfel”; “il-mira ta' persuni ċivili, inkluż in-nisa u t-tfal, permezz tat-twettiq ta' atti ta' vjolenza (inkluż il-qtil, mankament, tortura, jew stupru jew vjolenza sesswali oħra), ħtif, għajbien sfurzat, l-ispostament sfurzat, jew attakki fuq skejjel, sptarijiet, siti reliġjużi, jew postijiet fejn persuni ċivili qed ifittxu rifuġju, jew permezz ta' aġir li jikkostitwixxi abbuż serju jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali”; “ippjanar, tmexxija jew twettiq ta' atti bi ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijet tal-bniedem, fis-Sudan t'Isfel”; “L-użu jew ir-reklutaġġ ta' tfal minn gruppi armati jew forzi armati fil-kuntest tal-konflitt armat fis-Sudan t'Isfel”; “it-tfixkil tal-attivitajiet ta' missjonijiet ta' żamma tal-paċi internazzjonali, diplomatiċi, jew umanitarji fis-Sudan t'Isfel, inkluż il-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ u Verifika tal-IGAD jew tal-kunsinna jew id-distribuzzjoni ta' għajnuna umanitarja jew l-aċċess għaliha”; u bħala mexxej “ta' kwalunkwe entità, inkluż kwalunkwe gvern, oppożizzjoni, milizzja, jew grupp ieħor tas-Sudan t'Isfel, li kienu involuti, jew li l-membri tagħha kienu involuti, fi kwalunkwe mill-attivitajiet deskritti fil-paragrafi 6 u 7”.

Malong serva bħala Kap tal-Persunal Ġenerali tal-SPLA mit-23 ta' April, 2014, sa Mejju 2017. Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala l-Kap tal-Persunal Ġenerali, huwa kabbar jew estenda l-kunflitt fis-Sudan t'Isfel permezz ta' ksur tal-Ftehim dwar il-Waqfien mill-Ostilitajiet u ksur tal-Ftehim tal-2015 dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kunflitt fis-Sudan t'Isfel (ARCSS). Minn kmieni f'Awwissu 2016, Malong allegatament mexxa sforzi biex jinqatel il-mexxej tal-oppożizzjoni tas-Sudan t'Isfel, Riek Machar. Malong, filwaqt li konxjament mar kontra l-ordnijiet tal-President Salva Kiir, ordna l-attakki tal-10 ta' Lulju 2016 bit-tankijiet, ħelikopters armati, u bl-infanterija fuq ir-residenza ta' Machar u fuq il-bażi “Jebel” tal-Moviment għal-Liberazzjoni tal-Popli tas-Sudan fl-Oppożizzjoni (SPLM-IO). Malong personalment mexxa l-isforzi mill-kwartieri ġenerali tal-SPLA biex jinterċetta lil Machar. Minn kmieni f'Awwissu 2016, Malong ried lill-SPLA tattakka l-pożizzjoni suspettata ta' Machar immedjatament u informa lill-kmandanti tal-SPLA li ma kellhomx jaqbdu lil Machar ħaj. Barra minn hekk, kmieni fl-2016 l-informazzjoni tindika li Malong ordna lill-unitajiet tal-SPLA jipprevjenu t-trasport ta' provvisti umanitarji għan-naħa l-oħra tax-Xmara Nil, fejn għexieren ta' eluf ta' persuni ċivili kienu qed jiffaċċjaw il-ġuħ, fejn sostna li l-għajnuna alimentari kienet ser tingħata lill-gruppi tal-milizzja minflok lill-persuni ċivili. Kaġun tal-ordnijiet ta' Malong il-provvisti tal-ikel inżammu milli jaqsmu n-Nil għal mill-inqas ġimagħtejn.

Matul iż-żmien tiegħu bħala Kap tal-Persunal Ġenerali tal-SPLA, Malong kien responsabbli għall-SPLA u l-forzi alleati tagħha fit-twettiq ta' abbużi serji inkluż attakki fuq persuni ċivili, ċaqliq sfurzat, għajbien furzat, detenzjonijiet arbitrarji, tortura u stupru. Taħt it-tmexxija ta' Malong, l-SPLA nediet attakki diretti kontra l-popolazzjoni ċivili u qatlet intenzjonalment persuni ċivili mhux armati li kienu qed jaħarbu. Fiż-żona ta' Yei biss, in-NU ddokumentat il-qtil ta' 114-il persuna ċivili mill-SPLA u l-forzi alleati tagħha bejn Lulju 2016 u Jannar 2017. L-SPLA intenzjonalment attakkat skejjel u sptarijiet. F'April 2017, Malong allegatament ordna lill-SPLA biex tneħħi lil kulħadd, inkluż persuni ċivili, miż-żona madwar Wau. Malong allegatament ma skoraġġiex il-qtil ta' persuni ċivili minn truppi tal-SPLA, u persuni suspettati li qed jaħbu ribelli kienu kkunsidrati miri leġittimi.

Skont rapport tal-15 ta' Ottubru 2014 tal-Kummissjoni ta' Inkjesta tal-Unjoni Afrikana dwar is-Sudan t'Isfel, Malong kien responsabbli għall-mobilizzazzjoni tal-massa tal-milizzja tribali Mathiang Anyoor Dinka, li skont kif iddokumentat mill-Mekkaniżmu ta' Monitoraġġ dwar Arranġamenti tas-Sigurtà ta' Transizzjoni u ta' Waqfien mill-Ġlied (CTSAMM) tuża suldati tfal.

Taħt it-tmexxija ta' Malong tal-SPLA, il-forzi tal-gvern regolarment irrestrinġew l-aċċess lill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Sudan t'Isfel (UNMISS), il-Kummissjoni Konġunta ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni (JMEC), u CTSAMM meta ppruvaw jinvestigaw u jiddokumentaw l-abbużi. Pereżempju, fil-5 ta' April, 2017, pattulja konġunta tan-NU u CTSAMM ippruvat taċċessa Pajok iżda ntbagħtet lura minn suldati tal-SPLA.

▼M1

B.   PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI

▼B




ANNESS II

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 5(2)

▼M10



 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

1.

Michael MAKUEI LUETH

Data tat-twelid: 1947

Post tat-twelid: Bor Sudan (issa s-Sudan t'Isfel)

Ġeneru: raġel

Michael Makuei Leuth ilu jokkupa l-kariga ta' Ministru għall-Informazzjoni u x-Xandir sa mill-2013 u għadu jżomm dik il-pożizzjoni fil-Gvern Tranżizzjonali tal-unità Nazzjonali. Huwa kien ukoll il-kelliem pubbliku għad-delegazzjoni tal-gvern għat-taħditiet ta' paċi tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp mill-2014 sal-2015 u mill-2016 sal-2018.

Makuei xekkel il-proċess politiku fis-Sudan t'Isfel, b'mod partikolari billi xekkel permezz ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Konflitt fis-Sudan t'Isfel (ARCSS) ta' Awwissu 2015 (sostitwit f'Settembru 2018 bl-“ARCSS Rivitalizzat” (R-ARCSS)), billi ostakola l-ħidma tal-Kummissjoni Konġunta ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni (JMEC, tal-ARCSS, imsemmija mill-ġdid “JMEC Rikostitwita” skont R-ARCSS) u billi xekkel l-istabbiliment tal-Istituzzjonijiet tal-Ġustizzja Tranżizzjonali tal-ARCSS, li l huwa previst ukoll f’R-ARCSS. Huwa ostakola wkoll l-operazzjonijiet tal-Forza ta' Protezzjoni Reġjonali tan-N azzjonijiet Uniti.

Makuei huwa wkoll responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni.

3.2.2018

▼B




ANNESS III

Siti elettroniċi għal informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u indirizz biex tiġi nnotifikata l-Kummissjoni Ewropea

▼M9

IL-BELĠJU

https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions

IL-BULGARIJA

https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions

IĊ-ĊEKJA

www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html

L-ESTONJA

https://vm.ee/et/rahvusvahelised-sanktsioonid

L-IRLANDA

https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955

L-ITALJA

https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/politica_europea/misure_deroghe/

ĊIPRU

https://mfa.gov.cy/themes/

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html

L-UNGERIJA

https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato

MALTA

https://foreignandeu.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/SMB-Home.aspx

IN-NETHERLANDS

https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

L-AWSTRIJA

https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/

IL-POLONJA

https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe

https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions

IL-PORTUGALL

https://www.portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

IS-SLOVAKKJA

https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

https://um.fi/pakotteet

L-IŻVEZJA

https://www.regeringen.se/sanktioner

Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA)

Rue de Spa 2

B-1049 Brussell, il-Belġju

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu

Top