This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024O1211
Guideline (EU) 2024/1211 of the European Central Bank of 16 April 2024 on the Eurosystem’s provision of reserve management services in euro to central banks and countries located outside the euro area and to international organisations (ECB/2024/13) (recast)
Linja Gwida (UE) 2024/1211 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2024 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi f’euro mill-Eurosistema lill-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u lil organizzazzjonijiet internazzjonali (BĊE/2024/13) (riformulazzjoni)
Linja Gwida (UE) 2024/1211 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2024 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi f’euro mill-Eurosistema lill-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u lil organizzazzjonijiet internazzjonali (BĊE/2024/13) (riformulazzjoni)
ECB/2024/13
ĠU L, 2024/1211, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2024/1211/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1211 |
3.5.2024 |
LINJA GWIDA (UE) 2024/1211 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta’ April 2024
dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi f’euro mill-Eurosistema lill-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u lil organizzazzjonijiet internazzjonali (BĊE/2024/13)
(riformulazzjoni)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artikoli 12.1 u 14.3 u l-Artikolu 23 tiegħu,
Billi:
(1) |
Għandhom isiru numru ta’ emendi għal-Linja Gwida (UE) 2021/564 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/9) (1). Fl-interessi taċ-ċarezza dik il-Linja Gwida għandha tiġi rriformulata. |
(2) |
F’konformità mar-rwol tal-euro bħala munita ta’ riżerva internazzjonali, l-Eurosistema żviluppat qafas għall-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi fl-euro lil banek ċentrali, awtoritajiet monetarji u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u lil organizzazzjonijiet internazzjonali. Is-servizzi ta’ ġestjoni tar-riżervi tal-Eurosistema (ERMS) huma fil-qalba ta’ dan il-qafas u jinkludu sett definit sew ta’ servizzi standardizzati ta’ ġestjoni ta’ riżervi li jippermettu lill-klijenti jimmaniġġjaw b’mod komprensiv l-assi ta’ riżerva tagħhom iddenominati f’euro permezz ta’ bank ċentrali wieħed tal-Eurosistema. |
(3) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 23 flimkien mal-Artikolu 42.4 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jistabbilixxu relazzjonijiet ma’ banek ċentrali u istituzzjonijiet finanzjarji f’pajjiżi oħra u, fejn xieraq, ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u jwettqu kull tip ta’ tranżazzjoni bankarja fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. |
(4) |
Meta l-Eurosistema tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi lill-klijenti, irrispettivament mill-bank ċentrali tal-Eurosistema li permezz tiegħu dawn is-servizzi jiġu pprovduti, jenħtieġ li l-Eurosistema taġixxi bħala sistema waħda. Għal dan l-għan, din il-Linja Gwida għandha l-iskop li tiżgura, fost l-oħrajn, li s-servizzi ta’ ġestjoni tar-riżervi tal-Eurosistema jiġu pprovduti fuq bażi standardizzata skont termini u kundizzjonijiet armonizzati u li l-BĊE, il-fornituri tal-ERMS jew l-Eurosistema, kif xieraq, jirċievu informazzjoni adegwata dwar dawn is-servizzi. |
(5) |
L-informazzjoni, id-data u dokumenti kollha inklużi dawk reċevuti mill-klijenti abbozzati minn u/jew skambjati bejn il-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-kuntest tas-servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema huma ta’ natura kunfidenzjali u huma suġġetti għall-Artikolu 37 tal-Istatut tas-SEBĊ. Il-kondiviżjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni li jkun fiha data personali trid titwettaq f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni li tirregola l-protezzjoni tad-data. |
(6) |
Skont l-Artikolu 1, il-punt (c), tal-Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2019/7 (2)), id-dispożizzjonijiet ta’ dik il-Linja Gwida ma japplikawx għal tranżazzjonijiet eżegwiti u depożiti meħuda fil-qafas tas-servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema. Sabiex jiġi evitat kull dubju u fl-interessi taċ-ċertezza legali dan għandu jkun speċifikat f’din il-Linja Gwida. |
(7) |
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li hija meħtieġa aktar trasparenza fir-remunerazzjoni ta’ depożiti ta’ politika mhux monetarja. Ir-rati ta’ remunerazzjoni applikabbli għal dawn id-depożiti huma stabbiliti f’diversi atti legali differenti. Sabiex titjieb it-trasparenza, kif ukoll il-konsistenza fl-atti legali relatati, huwa xieraq li r-rati ta’ remunerazzjoni jkunu stabbiliti b’mod komprensiv f’att legali wieħed biex tkun iffaċilitata l-komunikazzjoni tar-rati ta’ remunerazzjoni u jkunu jistgħu jsiru aġġustamenti futuri ta’ dawk ir-rati. Konsegwentement, ir-regoli ta’ remunerazzjoni relatati ma’ depożiti meħuda fil-qafas tas-servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema jinkludu referenzi għad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (UE) 2024/1209 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/11) (3), li hija l-att legali waħdieni li jistabbilixxi r-remunerazzjoni applikabbli għal depożiti ta’ politika mhux monetarja. |
(8) |
Sabiex tkun żgurata ċertezza legali, huwa neċessarju li d-data tal-applikazzjoni ta’ din il-Linja Gwida tiġi allinjata mad-data ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2024/1209 (BĊE/2024/11). Għaldaqstant, din il-Linja Gwida għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2024, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Din il-Linja Gwida tistabbilixxi l-qafas għall-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema minn banek ċentrali tal-Eurosistema lill-klijenti.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser kull organizzazzjoni, minbarra l-istituzzjoni jew l-korp tal-Unjoni stabbiliti permezz jew taħt l-awtorità ta’ trattat internazzjonali; |
(2) |
“Servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema” jew “ERMS” tfisser is-servizzi ta’ ġestjoni tar-riżervi elenkati fl-Artikolu 3 li jistgħu jiġu pprovduti mill-fornituri tal-ERMS lill-klijenti li jippermettu lill-klijenti jimmaniġġjaw b’mod komprensiv ir-riżervi tagħhom permezz ta’ fornitur wieħed jew aktar tal-ERMS; |
(3) |
“klijent” tfisser kwalunkwe bank ċentrali (inkluża kwalunkwe awtorità monetarja) jew kwalunkwe pajjiż (inkluż kwalunkwe awtorità pubblika jew aġenzija tal-gvern) li jinsab barra ż-żona tal-euro, jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali li lilha jiġu pprovduti servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema minn bank ċentrali wieħed jew aktar tal-Eurosistema; |
(4) |
“Bank ċentrali tal-Eurosistema” tfisser il-BĊE jew kwalunkwe bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro; |
(5) |
“Fornitur tal-ERMS” tfisser bank ċentrali tal-Eurosistema li jipprovdi s-servizzi kollha ta’ ġestjoni tar-riżervi tal-Eurosistema jew subsett minnhom irrispettivament minn jekk il-bank ċentrali tal-Eurosistema rilevanti kkonkludiex kuntratt mal-klijent; |
(6) |
“Faċilità ta’ investiment tal-Grad 1” tfisser faċilità limitata għall-investiment direttament mal-fornitur tal-ERMS; |
(7) |
“Faċilità ta’ investiment tal-Grad 2” tfisser faċilità għall-investiment fuq bażi ta’ aġenzija fis-suq b’kontropartijiet magħżula mill-fornitur tal-ERMS; |
(8) |
“bażi ta’ aġenzija” tfisser li l-fornitur tal-ERMS jaġixxi bħala aġent għal klijent f’wieħed mill-modi li ġejjin: (a) fuq bażi divulgata, fejn il-fornitur tal-ERMS jaġixxi f’isem u għan-nom tal-klijent tiegħu vis-à-vis il-kontroparti tiegħu, jiġifieri jiżvela l-identità tal-klijent tiegħu u l-fatt li jaġixxi bħala aġent għal dak il-klijent; jew (b) fuq bażi mhux żvelata, fejn il-fornitur tal-ERMS jaġixxi f’isem iżda mhux f’isem il-klijent tiegħu vis-à-vis il-kontroparti tiegħu, jiġifieri jiżvela l-fatt li jaġixxi bħala aġent f’isem wieħed mill-klijenti tiegħu iżda ma jiżvelax l-identità ta’ dak il-klijent; |
(9) |
“bilanċ ta’ flus f’eċċess” tfisser bilanċ li ma jistax jiġi akkomodat la taħt il-faċilità ta’ investiment tal-Grad 1 u lanqas taħt il-faċilità ta’ investiment tal-Grad 2 fi kwalunkwe jum partikolari; |
(10) |
“bażi prinċipali” tfisser li l-fornitur tal-ERMS jaġixxi f’ismu stess u għan-nom tiegħu stess fir-rigward tal-klijenti u l-kontropartijiet tiegħu; |
(11) |
“riżervi” tfisser flus iddenominati f’euro u dawk it-titoli ddenominati f’euro li huma inklużi fil-lista tal-Eurosistema ta’ assi negozjabbli eliġibbli, kif ippubblikata u aġġornata kuljum fuq is-sit web tal-BĊE skont l-Artikolu 61 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60 (4)), bl-eċċezzjoni ta’:
|
Artikolu 3
Servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema
Il-fornituri tal-ERMS jistgħu joffru s-servizzi kollha ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema li ġejjin jew subsett tagħhom lil klijenti skont din il-Linja Gwida. Meta rilevanti, ir-remunerazzjoni applikata għandha tkun kif stabbilit fl-Artikolu 2 (2) tad-Deċiżjoni (UE) 2024/1209 (BĊE/2024/11):
(1) |
is-servizzi ta’ flus kontanti li ġejjin:
|
(2) |
is-servizzi ta’ kustodju li ġejjin:
|
(3) |
is-servizzi ta’ saldu li ġejjin:
|
(4) |
is-servizzi ta’ investiment ta’ flus mil-lum għall-għada li ġejjin:
|
(5) |
is-servizzi ta’ depożitu għal żmien fiss li ġejjin:
|
(6) |
l-eżekuzzjoni ta’ investimenti għall-klijenti skont l-istruzzjonijiet permanenti tagħhom, jew mandat ta’ investiment, u skont is-sett ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema, soġġett għal dan li ġej:;
|
(7) |
eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijenti għal xiri jew bejgħ ta’ titoli fis-suq sekondarju, li għandha tkopri titoli mill-firxa sħiħa ta’ titoli eliġibbli li għalihom huma pprovduti kontijiet ta’ titoli kif stabbilit fil-punt (2)(a), soġġett għal dan li ġej:
|
(8) |
is-servizzi ta’ tranżazzjonijiet ta’ kambju barrani li ġejjin fir-rigward ta’ euro kontra muniti oħra u deheb kif ukoll ftehimiet ta’ retroriakkwist (reverse repos) f’euro:
Servizzi ta’ tranżazzjonijiet ta’ kambju barrani tal-Eurosistema offruti minn fornituri tal-ERMS fuq bażi prinċipali għandhom jiġu eżegwiti f’isimhom stess u jistgħu jkunu soġġetti għal-linji gwida adottati mill-BĊE fuq il-bażi tal-Artikolu 31 tal-Istatut tas-SEBĊ li stabbilixxa l-limiti li fihom jew taħtu diversi tipi ta’ operazzjonijiet ta’ kambju barrani fi kwalunkwe jum partikolari jistgħu jitwettqu minn banek ċentrali nazzjonali mingħajr l-approvazzjoni tal-BĊE, u meta jinqabżu diversi tipi ta’ operazzjonijiet tal-kambju fi kwalunkwe jum partikolari ma jistgħux jitwettqu minn banek ċentrali nazzjonali mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-BĊE. Sa fejn it-tranżazzjonijiet imwettqa skont din il-Linja Gwida huma soġġetti għal-linji gwida adottati mill-BĊE fuq il-bażi tal-Artikolu 31 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-linji gwida tal-aħħar għandhom japplikaw ukoll. |
Artikolu 4
Spejjeż u tariffi ta’ servizz
Il-fornituri tal-ERMS għandhom jiċċarġjaw lill-klijenti tagħhom l-ispejjeż u t-tariffi tas-servizz li ġejjin:
(1) |
biex jiġu rkuprati l-ispejjeż interni għall-kustodju u s-servizzi ta’ saldu pprovduti lill-klijenti għall-firxa ta’ titoli eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 3, il-punti (2) u (3), it-tariffi li ġejjin, kif determinati mill-Kunsill Governattiv:
|
(2) |
għall-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ titoli, l-ispejjeż interni għandhom ikunu koperti bl-applikazzjoni ta’ marġni li għandu jiġi ddeterminat mill-fornitur tal-ERMS ikkonċernat fuq bażi ta’ tranżazzjoni. Kwalunkwe tariffa esterna, pereżempju tariffi imposti minn CSDs, ICSDs u banek ċentrali korrispondenti fil-kuntest ta’ arranġamenti bilaterali għandha tiġi mgħoddija b’mod sħiħ lill-klijenti. Dawn it-tariffi jistgħu jvarjaw u mhumiex armonizzati fil-livell tal-Eurosistema; |
(3) |
it-tariffi imposti fuq il-klijenti għal investimenti skont l-istruzzjonijiet permanenti jew mandat ta’ investiment għandhom ikunu dawk applikati għall-operazzjoni relatata mat-titoli sottostanti jew għas-servizz ta’ flus kontanti. Ma għandha tiġi applikata l-ebda tariffa separata jew addizzjonali għall-eżekuzzjoni tal-istruzzjonijiet permanenti bħala tali. It-tariffa għal mandat ta’ investiment għandha tiġi ddeterminata mill-fornitur rilevanti tal-ERMS; |
(4) |
għall-ispejjeż imġarrba fil-forniment ta’ servizzi ta’ tranżazzjonijiet tal-kambju barrani fuq bażi prinċipali l-fornitur rilevanti tal-ERMS għandu japplika marġni bejn il-prezz tax-xiri jew tal-bejgħ tal-kambju, kif ddeterminat mill-fornitur tal-ERMS rispettiv, u r-rata prevalenti tas-suq fuq bażi ta’ tranżazzjoni individwali; |
(5) |
il-klijenti għandhom jiżguraw li l-bilanċi tal-kontijiet tal-flus tagħhom ikunu akbar minn jew ugwali għal żero mhux aktar tard mill-għeluq tan-negozju f’kull jum ta’ negozju. |
Artikolu 5
Informazzjoni dwar is-servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema
1. Il-fornituri tal-ERMS għandhom jipprovdu lill-BĊE b’kull informazzjoni rilevanti dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema lil klijenti u għandhom jgħarrfu lill-BĊE meta javviċinahom xi klijent potenzjali. Il-BĊE jista’ jikkondividi informazzjoni rilevanti fi ħdan il-BĊE u l-Eurosistema fuq bażi stretta ta’ bżonn ta’ informazzjoni. Il-kondiviżjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni li jkun fiha data personali għandha titwettaq f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni li tirregola l-protezzjoni tad-data. Informazzjoni kondiviża ma għandhiex tinkludi data dwar tranżazzjonijiet maqsuma abbażi ta’ klijenti individwali.
2. Il-fornituri tal-ERMS għandhom jagħmlu ħilithom biex jiksbu l-kunsens ta’ klijent għall-iżvelar tal-identità tiegħu lill-Eurosistema għall-finijiet li ġejjin:
(a) |
analiżi tas-servizzi u l-kundizzjonijiet tal-ġestjoni tar-riżervi tal-Eurosistema, inkluża l-allokazzjoni tal-faċilità ta’ investiment tal-Grad 1; |
(b) |
il-protezzjoni tal-klijenti u fornituri oħra tal-ERMS minn ħsara permezz ta’ inċidenti kbar identifikati, jiġifieri attakki ċibernetiċi, falliment tekniku jew operazzjonali jew frodi min-naħa tal-klijent; |
(c) |
appoġġ għal operazzjonijiet ta’ self/riakkwist (repo) mal-klijent; |
(d) |
kompiti oħra tal-Eurosistema jew funzjonijiet konsultattivi fi ħdan il-mandat tal-BĊE. |
3. Jekk ma jinkisibx il-kunsens ta’ klijent għall-iżvelar tal-identità tiegħu għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-fornitur tal-ERMS ikkonċernat għandu jipprovdi lill-BĊE l-informazzjoni rilevanti (permezz ta’ kodiċi numeriku ta’ identifikazzjoni psewdonimizzat) mingħajr ma jiżvela l-identità ta’ dak il-klijent, u għandu jistabbilixxi l-limitu tal-klijent għall-bilanċi tal-faċilità ta’ investiment tal-Grad 1 għal żero.
4. Il-BĊE jista’ jitlob lill-fornituri tal-ERMS biex jiżvelawlu informazzjoni ad hoc dwar kwalunkwe klijent f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħall-klijent li jkun potenzjalment soġġett għal sanzjonijiet jew miżuri restrittivi, u jista’ jikkondividi din l-informazzjoni fi ħdan l-Eurosistema. Il-fornituri tal-ERMS għandhom jibagħtu informazzjoni dwar tali kondiviżjoni ta’ informazzjoni ad hoc lill-klijent hekk kif ikun raġonevolment prattikabbli.
5. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jinfurmaw lill-BĊE dwar il-forniment ta’ kwalunkwe servizz f’euro fir-rigward tal-investiment ta’ riżervi li mhuwiex inkluż fl-Artikolu 3 għalhekk mhux soġġett għal din il-Linja Gwida, filwaqt li jispeċifikaw it-tip ta’ servizz u t-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli.
Artikolu 6
Projbizzjoni u sospensjoni ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema
1. Il-klijent għandu jikkonforma mal-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar sanzjonijiet jew miżuri restrittivi u għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, sa punt u sa fejn tali leġiżlazzjoni tkun applikabbli għall-klijent, inklużi struzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti. Il-klijent għandu jikkonferma wkoll lill-fornitur tal-ERMS il-konformità tiegħu ma’ tali leġiżlazzjoni u li ma jkun involut fl-ebda forma ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu.
2. Il-fornituri tal-ERMS jistgħu jillimitaw, jissospendu jew jeskludu klijent mill-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema taħt kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) |
jekk il-klijent jonqos milli jikkonforma mal-obbligi msemmija fil-paragrafu 1; |
(b) |
jekk il-klijent u/jew ir-riżervi tiegħu jkunu soġġetti għal kwalunkwe sanzjoni jew miżura restrittiva imposta mill-Unjoni u/jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali; |
(c) |
jekk il-klijent jonqos milli jikkonforma ma’ kwalunkwe obbligu previst f’din il-Linja Gwida jew fil-kuntratt ERMS individwali. |
3. Jekk il-fornitur tal-ERMS jirrifjuta li jipprovdi, jew jillimita l-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema lil klijent, fuq il-bażi ta’ miżura jew deċiżjoni għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-fornitur tal-ERMS ikkonċernat għandu jinnotifika minnufih lill-BĊE b’dan. Il-BĊE għandu min-naħa tiegħu jinforma minnufih lill-banek ċentrali l-oħra tal-Eurosistema b’dan. It-teħid ta’ kwalunkwe miżura jew deċiżjoni bħal din ma għandux jipprevjeni lill-banek ċentrali l-oħra tal-Eurosistema milli jipprovdu servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema lil dawk il-klijenti.
Artikolu 7
Responsabbiltà u obbligazzjoni għal servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema
1. Kull fornitur tal-ERMS għandu jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ kwalunkwe arranġament kuntrattwali jew informali dwar is-servizzi ta’ ġestjoni tar-riżervi tal-Eurosistema mal-klijenti tiegħu u għandu jkun responsabbli għas-servizzi li jipprovdi. L-eżistenza ta’ tali arranġament fiha nnifisha ma toħloqx drittijiet jew intitolamenti tal-klijenti fir-rigward ta’ kwalunkwe bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.
2. Il-fornitur tal-ERMS jista’ jagħmel suġġerimenti lill-klijenti dwar iż-żmien u l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni biex jiġu evitati kunflitti mal-politika monetarja u tar-rata tal-kambju tal-Eurosistema, u ma għandux ikun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza li dawn is-suġġerimenti jista’ jkollhom għall-klijent.
Artikolu 8
Arranġamenti kuntrattwali mal-klijenti
1. Il-fornituri tal-ERMS għandhom jiżguraw li l-arranġamenti kuntrattwali tagħhom mal-klijenti jimplimentaw din il-Linja Gwida.
2. Jekk klijent ma jaqbilx mal-bidliet meħtieġa biex jiġi żgurat li l-arranġament kuntrattwali tiegħu mal-fornitur tal-ERMS ikun konsistenti ma’ din il-Linja Gwida, il-fornitur tal-ERMS għandu jittermina l-arranġament kuntrattwali. Meta l-emenda tirreferi għal servizz speċifiku biss u mhux għas-sett sħiħ ta’ servizzi, il-fornitur tal-ERMS jista’ jagħżel li jittermina biss is-servizz li huwa kkonċernat mill-bidliet rilevanti.
Artikolu 9
Rwol tal-BĊE
Il-BĊE għandu jikkoordina l-forniment ġenerali ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi tal-Eurosistema u l-qafas ta’ informazzjoni relatat, u għal dan il-għan, jista’ jistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi interni. Kwalunkwe bank ċentrali tal-Eurosistema li jsir fornitur tal-ERMS jew li jtemm l-istatus tiegħu bħala fornitur tal-ERMS għandu jgħarraf lill-BĊE dwar dan.
Artikolu 10
Assenza ta’ applikazzjoni tal-Linja Gwida (UE) 2019/671 (BĊE/2019/7)
Skont l-Artikolu 1, il-punt (c), tal-Linja Gwida (UE) 2019/671 (BĊE/2019/7), id-dispożizzjonijiet ta’ dik il-Linja Gwida ma japplikawx għal tranżazzjonijiet eżegwiti u depożiti meħuda fil-qafas tas-servizzi ta’ ġestjoni tar-riżervi tal-Eurosistema.
Artikolu 11
Tħassir tal-Linja Gwida (UE) 2021/564 (BĊE/2021/9)
1. Il-Linja Gwida (UE) 2021/564 (BĊE/2021/9) titħassar b’effett mill-1 ta’ Diċembru 2024.
2. Ir-referenzi għal-Linja ta’ Gwida mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din il-Linja Gwida u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-1 ta’ Diċembru 2024.
Artikolu 13
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ April 2024.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Linja Gwida (UE) 2021/564 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Marzu 2021 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ riżervi f’euro mill-Eurosistema lill-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u lil organizzazzjonijiet internazzjonali u li tħassar il-Linja Gwida (UE) 2020/1284 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/9) (ĠU L 119, 7.4.2021, p. 121).
(2) Linja Gwida (UE) 2019/671 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ April 2019 dwar operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2019/7) (ĠU L 113, 29.4.2019, p. 11).
(3) Deċiżjoni (UE) 2024/1209 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2024 dwar ir-remunerazzjoni ta’ depożiti ta’ politika mhux monetarja miżmuma mal-banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/11) (ĠU L, 2024/1209, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1209/oj).
(4) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(5) Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30).
ANNESS
Tabella ta’ korrelazzjoni
Linja Gwida (UE) 2021/564 (BĊE/2021/9) |
Din il-Linja Gwida |
- Artikolu 1 Artikolu 2 Artikolu 3 - Artikolu 4 Artikolu 5 Artikolu 6 Artikolu 7 - Artikolu 8 Artikolu 9 Artikolu 10 - - Artikolu 11 Artikolu 12 |
Artikolu 1 Artikolu 2 Artikolu 3 - Artikolu 4 Artikolu 5 Artikolu 6 Artikolu 7 - Artikolu 8 Artikolu 9 - - Artikolu 10 Artikolu 11 Artikolu 12 Artikolu 13 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2024/1211/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)