IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 24.6.2020
COM(2020) 265 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-QORTI TAL-AWDITURI
Rapport Annwali tal-2019 dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-Baġit tal-UE
Taqsima 2 –
Il-kontroll intern u l-ġestjoni finanzjarja
2.1.Il-Kummissjoni tiġġestixxi l-baġit tal-UE f’ambjent kumpless
Il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lill-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-UE, kif ukoll tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u tal-Fondi Fiduċjarji tal-UE. Huwa d-dmir tal-Kummissjoni li tagħmel l-aħjar użu possibbli mill-flus tal-kontribwenti biex tappoġġa l-kisba tal-objettivi ta’ politika tal-UE. Għalhekk, huwa essenzjali li jiġi żgurat kemm livell għoli ta’ konformità mar-regoli applikabbli, kif ukoll li l-finanzjament jilħaq lill-benefiċjarji intenzjonati b’mod effettiv, effiċjenti u ekonomiku. Konsegwentement, il-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tikseb l-ogħla standards fil-ġestjoni finanzjarja, filwaqt li ssib il-bilanċ tajjeb bejn livell baxx ta’ żbalji, pagamenti veloċi u spejjeż raġonevoli tal-kontrolli.
2.2.Il-baġit tal-UE: varjetà wiesgħa ta’ oqsma, benefiċjarji u nfiq
Fl-2019, in-nefqa (
) mill-baġit tal-UE kienet tammonta għal EUR 147 biljun (ara ċ-ċart ta’ hawn taħt), li tikkorrespondi għal 240 000 pagament, li jvarjaw minn ftit mijiet ta’ euro (boroż ta’ studju tal-Erasmus) għal mijiet ta’ miljuni ta’ euro (proġetti kbar bħal ITER jew Galileo u Copernicus, kif ukoll appoġġ baġitarju għal pajjiżi li qed jiżviluppaw). Dawn il-pagamenti jsiru biex jappoġġaw attivitajiet varjati bħall-biedja u l-iżvilupp taż-żoni rurali u urbani, it-titjib tal-infrastruttura tat-trasport u dik diġitali, ir-riċerka, l-għajnuna lil intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-ħarsien tal-ambjent, it-taħriġ għall-persuni qiegħda, l-integrazzjoni tal-migranti u l-protezzjoni tal-fruntieri, l-appoġġ għall-pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fl-UE u l-għajnuna lill-pajjiżi ġirien u dawk li qed jiżviluppaw. Il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE huma diversi u numerużi ħafna.
Ir-riżorsi naturali
|
Il-koeżjoni
|
Ir-riċerka, l-industrija, l-ispazju, l-enerġija u t-trasport
|
Ir-relazzjonijiet esterni
|
Politiki interni oħrajn
|
Servizzi oħrajn u l-amministrazzjoni
EUR 7 biljun (5 %)
|
EUR 59 biljun (40 %)
|
EUR 47 biljun (32 %)
|
EUR 15-il biljun (10 %)
|
EUR 12-il biljun (8 %)
|
EUR 7 biljun (5 %)
|
|
|
|
|
|
|
|
6,2 miljun azjenda agrikola appoġġati minn fost 10,5 miljuni
|
Ir-reġjuni u l-bliet
Kważi 500 000 intrapriża appoġġati mill-2014
|
Aktar minn 12 000 intrapriża żgħar u ta’ daqs medju appoġġati,
kif ukoll riċerkaturi, laboratorji u organizzazzjonijiet kbar
|
90 pajjiż u territorju mhux tal-UE li qed jirċievu appoġġ dirett, kif ukoll bosta organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi
|
Erasmus+: kważi 360 000 student appoġġati fl-2019
(aktar minn 4,6 miljun parteċipant mill-2014)
|
|
Nefqa rilevanti tal-baġit tal-UE implimentata mill-Kummissjoni fl-2019, għal kull qasam ta’ politika, f’% u EUR biljuni
Sors: Rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea.
Aktar minn żewġ terzi tal-baġit huwa implimentat taħt ġestjoni kondiviża. L-Istati Membri jew il-korpi assenjati minnhom jiddistribwixxu l-fondi u jiġġestixxu n-nefqa f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali (pereż. fil-każ ta’ nefqa fuq il-koeżjoni u r-riżorsi naturali). Il-kumplament tal-baġit jintefaq jew direttament mill-Kummissjoni jew inkella indirettament f’kooperazzjoni mal-entitajiet fdati. It-tabella ta’ hawn taħt tiddeskrivi t-tliet modi ta’ ġestjoni.
|
|
|
|
|
Ġestjoni diretta
|
Il-fondi jiġu implimentati mill-Kummissjoni
|
22 %
|
Orizzont 2020;
Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;
nefqa amministrattiva
|
m/a (il-finanzjament imur direttament għand il-benefiċjarji)
|
Ġestjoni indiretta
|
Il-fondi jiġu implimentati b’kooperazzjoni ma’ entitajiet esterni
|
7 %
|
Erasmus+;
parti mill-għajnuna għall-iżvilupp u mill-għajnuna umanitarja; assistenza ta’ qabel l-adeżjoni
|
Aġenziji,
impriżi konġunti,
in-Nazzjonijiet Uniti, il-Bank Dinji, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, pajjiżi terzi
|
Ġestjoni kondiviża
|
Il-fondi jiġu implimentati b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u / jew nazzjonali tal-Istati Membri, li għandhom l-ewwel livell ta’ responsabbiltà
|
71 %
|
il-Fondi Agrikoli; il-Fond għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd;
il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali; il-Fond Soċjali Ewropew;
il-fondi għall-migrazzjoni u s-sigurtà
|
L-aġenziji tal-pagamenti għall-politika agrikola komuni: 76;
l-awtoritajiet maniġerjali għall-fondi ta’ koeżjoni: 492, fl-Istati Membri kollha
|
Minħabba li l-baġit tal-UE jiġi implimentat b’ħafna modi differenti, li jinvolvu atturi differenti, ir-riskji assoċjati jvarjaw minn programm u mod ta’ ġestjoni għal ieħor (ara l-Anness 3). Dan jitqies meta jiġu żviluppati l-istrateġiji ta’ kontroll (ara t-Taqsima 2.2).
2.3.Il-governanza, ir-responsabbiltà u t-trasparenza
Il-katina tar-responsabbiltà
Is-sistema ta’ governanza użata mill-Kummissjoni Ewropea hija mfassla għall-istruttura u r-rwol uniċi tagħha. L-arranġamenti ta’ governanza tal-Kummissjoni ssaħħew matul iż-żmien u ġew adattati għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu. Il-ħidma reċenti mill-awdituri interni u esterni kkonfermat li dawn l-arranġamenti huma robusti. Il-Kummissjoni von der Leyen, li ħadet il-kariga f’Diċembru 2019, kompliet tqiegħed ir-responsabbiltà u t-trasparenza fil-qalba tal-ħidma tagħha, kif ikkonfermat fil-metodi ta’ ħidma aġġornati (
) u fl-ittri ta’ missjoni indirizzati lill-Membri kollha tal-Kummissjoni. L-aħħar żviluppi huma riflessi fil-komunikazzjoni aġġornata dwar il-governanza fil-Kummissjoni, ippubblikata flimkien ma’ dan ir-rapport (
).
Il-Kulleġġ tal-Kummissarji huwa politikament responsabbli mill-ġestjoni tal-baġit tal-UE. L-elementi kostitwenti ewlenin tal-governanza tal-baġit tal-UE, mirfuda minn diviżjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn il-livelli politiċi u ta’ ġestjoni, iwasslu għal katina solida ta’ bini tal-assigurazzjoni u responsabbiltà. Dawn huma ppreżentati fiċ-ċart ta’ hawn taħt. Fil-livell tal-Kummissjoni, il-qafas tar-responsabbiltà huwa bbażat fuq responsabbiltajiet ta’ ġestjoni u rapportar definiti sewwa (ara hawn taħt).
Dawn l-arranġamenti ta’ governanza robusti jgħinu lill-Kulleġġ tal-Kummissarji jilħaq l-objettivi tal-Kummissjoni, juża r-riżorsi b’mod effiċjenti u effettiv, u jiżgura li l-baġit tal-UE jiġi implimentat f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.
Il-bini tal-assigurazzjoni u r-responsabbiltà tal-Kummissjoni: rwoli u responsabbiltajiet ċari
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.
Ir-responsabbiltà u r-rapportar fil-livell tad-dipartiment
Il-Kulleġġ tal-Kummissarji jiddelega l-ġestjoni operattiva ta’ kuljum lill-50 Direttur Ġenerali (
) jew l-ekwivalenti (
) (minn hawn ’il quddiem id-Diretturi Ġenerali), li jmexxu l-istrutturi amministrattivi tal-Kummissjoni. F’konformità mar-regoli u l-istandards korporattivi tal-Kummissjoni, huma jimmaniġġaw u jsawru d-dipartimenti tagħhom biex jilħqu l-objettivi tagħhom kif definiti fil-pjanijiet strateġiċi tagħhom u b’kont meħud tar-riżorsi disponibbli. Huma responsabbli għas-sehem tal-baġit tal-UE implimentat fid-dipartimenti tagħhom.
Fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom, huma jirrapportaw b’mod trasparenti dwar il-prestazzjoni u r-riżultati miksuba, dwar il-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom u dwar il-ġestjoni finanzjarja tas-sehem tagħhom mill-baġit tal-UE – filwaqt li jqisu l-assigurazzjoni pprovduta mill-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża. Fid-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni, li hija parti mir-rapport ta’ attività annwali, huma jiddikjaraw jekk għandhomx assigurazzjoni raġonevoli li:
·l-informazzjoni inkluża fir-rapport tagħhom tippreżenta “fehma vera u ġusta” (jiġifieri affidabbli, kompleta u korretta) dwar is-sitwazzjoni fid-dipartiment tagħhom;
·ir-riżorsi assenjati lid-dipartiment tagħhom intużaw għall-iskop intenzjonat tagħhom u f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;
·il-proċeduri ta’ kontroll implimentati fid-dipartiment tagħhom jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.
Biex jiksbu din l-assigurazzjoni, id-Diretturi Ġenerali jużaw l-informazzjoni kollha disponibbli (miġbura fil-qosor fir-rapporti tal-attività annwali tagħhom), jiġifieri:
·ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa mis-servizzi tagħhom stess jew f’isimhom;
·l-informazzjoni dwar il-ġestjoni u l-kontroll irrapportata mill-Istati Membri u minn entitajiet fdati oħrajn fuq il-bbażi tas-sistemi ta’ kontroll tagħhom stess, fil-każ ta’ ġestjoni kondiviża u indiretta;
·il-ħidma mwettqa mis-Servizz tal-Awditjar Intern (ara l-Anness 6);
·l-awditi mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-awditur estern indipendenti tal-UE.
Jekk jidentifikaw dgħufijiet b’impatt sinifikanti, huma meħtieġa li jikkwalifikaw id-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni tagħhom b’riżerva. B’mod parallel, huma jimplimentaw pjanijiet ta’ azzjoni biex itaffu r-riskji futuri u jsaħħu s-sistemi ta’ kontroll tagħhom (ara t-Taqsima 2.3.5 u l-Anness 4).
Ir-responsabbiltà u r-rapportar fil-livell korporattiv
Ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni għall-baġit tal-UE jippreżenta s-sitwazzjoni fil-livell tal-Kummissjoni. Dan ir-rapport huwa parti mill-pakkett ta’ rapportar finanzjarju u ta’ responsabbiltà integrat tal-Kummissjoni (
) li jiġi adottat mill-Kulleġġ u li huwa bbażat fuq l-assigurazzjoni u r-riżervi inklużi fir-rapporti annwali tal-attività kollha.
Il-proċedura ta’ kwittanza annwali li tirriżulta tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill iżommu lill-Kummissjoni politikament responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kwittanza hija bbażata fuq:
·ir-rapporti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li fihom hija tagħti opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u opinjoni dwar ir-regolarità tad-dħul u tal-infiq, u tippreżenta r-riżultati tal-awditi tagħha ta’ oqsma speċifiċi ta’ nfiq jew ta’ politika, jew ta’ kwistjonijiet baġitarji jew ta’ ġestjoni;
·ir-rapportar finanzjarju u ta’ responsabbiltà integrat tal-Kummissjoni;
·is-seduti ta’ smigħ tal-Kummissarji u tad-Diretturi Ġenerali u t-tweġibiet għall-mistoqsijiet bil-miktub;
·rakkomandazzjoni mill-Kunsill.
Il-Kummissjoni tirrapporta kull sena dwar is-segwitu tagħha għat-talbiet indirizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill lill-Kummissjoni matul il-proċedura ta’ kwittanza.
2.4.Il-Kummissjoni tistrieħ fuq diversi strumenti biex tiżgura li l-flus tal-kontribwenti jiġu ġestiti tajjeb
Biex tiżgura li l-baġit jiġi implimentat tajjeb u jkun protett minn dgħufijiet u irregolaritajiet f’dan l-ambjent kumpless, il-Kummissjoni għandha diversi strumenti għad-dispożizzjoni tagħha.
2.5.Qafas ta’ kontroll intern b’saħħtu
Il-Kummissjoni għandha fis-seħħ qafas ta’ kontroll intern korporattiv b’saħħtu bbażat fuq l-ogħla standards internazzjonali (
).
Id-Diretturi Ġenerali jimplimentaw dan il-qafas korporattiv fid-dipartimenti tagħhom permezz ta’ sistemi ta’ kontroll intern imfassla apposta, filwaqt li jqisu l-ambjenti operattivi, ir-riskji u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. Huma appoġġati f’dan il-kompitu mis-servizzi ċentrali (
), li jipprovdu struzzjonijiet, gwida u pariri u jiffaċilitaw il-kondiviżjoni ta’ prattika tajba. Kull sena, huma jivvalutaw il-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom skont metodoloġija komuni u jiġbru fil-qosor il-konklużjonijiet tagħhom fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom.
Barra minn hekk, is-Servizz tal-Awditjar Intern jista’ jwettaq inkarigi tal-awditjar fuq il-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll intern u l-valutazzjoni mid-dipartimenti tal-Kummissjoni ta’ dawn is-sistemi (ara l-Anness 6).
Għall-2019, it-tieni sena tal-implimentazzjoni sħiħa tal-qafas ta’ kontroll intern attwali, il-valutazzjonijiet mid-dipartimenti tal-Kummissjoni jindikaw li s-sistemi ta’ kontroll intern tagħhom għadhom effettivi. Is-sitwazzjoni ġenerali hija ppreżentata fiċ-ċart ta’ hawn taħt.
Il-valutazzjoni tikkonferma t-titjib li sar b’rabta mal-attivitajiet ta’ kontroll, l-impatt pożittiv mis-sorveljanza korporattiva msaħħa fuq l-identifikazzjoni tar-riskji u l-ġestjoni tar-riskji, u t-titjib fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni.
Dawn ir-riżultati juru li l-Kummissjoni laħqet livell avvanzat ta’ kontroll intern. Is-servizzi ċentrali se jkomplu jipprovdu gwida u jiffaċilitaw il-kondiviżjoni ta’ prattika tajba biex jippromwovu aktar il-qafas ta’ kontroll intern bħala għodda ta’ ġestjoni li tgħin lill-organizzazzjoni tilħaq l-objettivi tagħha.
Valutazzjoni tal-funzjonament tas-17-il prinċipju ta’ kontroll intern
Sors: Rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea.
2.6.L-istrateġiji ta’ kontroll pluriennali jiżguraw li l-flus tal-kontribwenti jintefqu sewwa
Fil-qafas korporattiv tal-Kummissjoni, id-Diretturi Ġenerali, bħala maniġers tal-baġit tal-UE, jimplimentaw strateġiji ta’ kontroll pluriennali mfassla biex jipprevjenu l-iżbalji u, jekk ma jkunx possibbli li jiġu evitati l-iżbalji, jidentifikawhom u jikkoreġuhom. Biex jagħmlu dan, jeħtieġ li jibnu l-assigurazzjoni tagħhom minn isfel għal fuq u li jivvalutaw l-iżbalji li jaffettwaw l-infiq tal-UE f’livell dettaljat, jiġifieri skont il-programm jew parti rilevanti oħra tan-nefqa. Dan jippermetti lill-Kummissjoni tindividwa d-dgħufijiet u tikkoreġihom, kif ukoll tidentifika l-kawżi ewlenin ta’ żbalji sistemiċi (pereż. il-kumplessità tar-regoli), tieħu azzjonijiet korrettivi mmirati u tiżgura li kwalunkwe tagħlimiet meħuda jiġu kkunsidrati fit-tfassil ta’ programmi finanzjarji futuri.
Mill-prevenzjoni għad-detezzjoni u l-korrezzjoni
Billi l-programmi tal-infiq tal-UE huma pluriennali mit-tfassil, is-sistemi ta’ kontroll u ċ-ċikli ta’ ġestjoni relatati jkopru wkoll diversi snin. Dan ifisser li filwaqt li jistgħu jinstabu żbalji fi kwalunkwe sena partikolari, dawn jiġu kkoreġuti fis-sena attwali jew fis-snin sussegwenti wara li jkun sar il-pagament – sal-mument tal-għeluq fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tal-programmi. Barra minn hekk, l-istrateġiji ta’ kontroll huma differenzjati bejn ir-riskji, jiġifieri huma aġġustati għal modi ta’ ġestjoni, oqsma ta’ politika u / jew arranġamenti ta’ finanzjament differenti u r-riskji assoċjati magħhom.
Iċ-ċiklu ta’ kontroll pluriennali tal-Kummissjoni (għar-riżultati tal-2019 imsemmija fiċ-ċrieki, ara t-Taqsima 2.3.1 hawn taħt)
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.
Prevenzjoni tal-iżbalji
Il-prevenzjoni hija l-ewwel linja ta’ difiża kontra l-iżbalji. Il-mekkaniżmi preventivi ewlenin tal-Kummissjoni jinkludu verifiki mill-awtoritajiet maniġerjali tal-Istati Membri (b’ġestjoni kondiviża), kontrolli ex ante li jwasslu għaċ-ċaħda tal-ammonti ineliġibbli qabel ma l-Kummissjoni taċċetta l-infiq u tagħmel il-pagamenti, awditi tas-sistemi biex jiġu individwati dgħufijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-imsieħba tal-implimentazzjoni (preventivi għan-nefqa futura) u l-interruzzjoni u s-sospensjoni tal-pagamenti sakemm jitranġaw in-nuqqasijiet fis-sistemi.
Dawn il-miżuri jservu wkoll bħala inċentivi għall-Istati Membri biex jikkoreġu l-pagamenti qabel ma jippreżentaw it-talbiet tal-ispejjeż tagħhom lill-Kummissjoni. Dan jispjega għaliex, b’ġestjoni kondiviża, ir-riskju fil-waqt tal-pagament huwa relattivament baxx fir-rigward tal-pagamenti magħmula mill-Kummissjoni lill-Istati Membri, billi l-iżbalji diġà ġew ikkoreġuti mill-Istati Membri fil-livell tagħhom qabel ma jippreżentaw it-talbiet għall-pagamenti jew il-kontijiet annwali tagħhom għall-ikklerjar lill-Kummissjoni.
Fl-2019, il-miżuri preventivi kkonfermati kienu jammontaw għal EUR 416-il miljun. Dawn jinkludu tnaqqis u aġġustamenti oħrajn qabel il-ħlas / l-aċċettazzjoni tal-kontijiet mill-Kummissjoni, it-tnaqqis tal-Istat Membru min-nefqa l-ġdida ddikjarata lill-Kummissjoni (tnaqqis minn ras il-għajn) u aġġustamenti ex ante oħrajn.
Barra minn hekk, għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, l-Istati Membri applikaw korrezzjonijiet li jammontaw għal total ta’ EUR 670 miljun għall-perjodu 2014-2020. Dan huwa riżultat tad-dispożizzjonijiet regolatorji msaħħa li jżidu r-responsabbiltà tal-awtoritajiet maniġerjali u jsaħħu b’mod sinifikanti l-pożizzjoni tal-Kummissjoni fil-protezzjoni tal-baġit tal-UE minn infiq irregolari.
Minbarra dawn il-mekkaniżmi, il-gwida pprovduta lill-imsieħba tal-implimentazzjoni tgħin ukoll biex jiġu evitati l-iżbalji.
Id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji li jaffettwaw l-infiq tal-UE
Fejn il-mekkaniżmi ta’ prevenzjoni ma kinux effettivi, huwa importanti li l-iżbalji li jaffettwaw in-nefqa tal-UE jiġu individwati a posteriori, permezz ta’ kontrolli fuq l-ammonti li l-Kummissjoni aċċettat u ħallset (kontrolli ex post).
Dawn l-iżbalji jiġu kkoreġuti mill-Kummissjoni matul l-istess snin jew fi snin sussegwenti, permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji jew sostituzzjoni tal-infiq ineliġibbli f’ġestjoni kondiviża, u rkupri mill-benefiċjarji finali f’ġestjoni diretta u indiretta.
Fl-2019, il-miżuri korrettivi kkonfermati kienu jammontaw għal EUR 1,5 biljun (25 % ogħla milli kienu fl-2018). Dawn jirrigwardjaw prinċipalment żbalji li jaffettwaw il-pagamenti li saru fi snin preċedenti.
B’mod parallel, id-dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll, individwati permezz ta’ awditi tas-sistemi bbażati fuq ir-riskju, sussegwentement jiġu indirizzati u s-sistemi jiġu kkoreġuti biex tiġi evitata r-rikorrenza tal-istess żbalji fil-futur. Fil-kuntest ta’ ġestjoni kondiviża u indiretta, dan isir fl-ewwel lok mill-Istati Membri u l-imsieħba tal-implimentazzjoni.
Għal aktar informazzjoni dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-UE, ara l-Anness 5.
Dipendenza fuq is-sistemi ta’ kontroll tal-imsieħba tal-implimentazzjoni
Kważi 80 % tal-baġit jiġi implimentat b’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-entitajiet fdati bħala msieħba tal-implimentazzjoni (ara t-tieni tabella fit-Taqsima 2.1.1). B’hekk, huwa importanti li jiġi vverifikat li dawn l-imsieħba juru livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE ekwivalenti għal dak miksub meta l-Kummissjoni tiġġestixxi l-baġit hija stess. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tas-sistemi, tar-regoli u tal-proċeduri tal-persuni jew tal-entitajiet li jimplimentaw il-fondi tal-UE. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-valutazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri u tal-entitajiet fdati permezz ta’ awditi tas-sistema akkumpanjati minn ittestjar sostantiv fuq in-nefqa u tipi oħrajn ta’ verifiki msejħa valutazzjonijiet tal-pilastri jew proċeduri ta’ nomina qabel ma s-sieħeb jiġi fdat bl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE f’isem il-Kummissjoni.
F’ġestjoni indiretta, kull sena, l-imsieħba jirrapportaw dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit fdat permezz ta’ dikjarazzjoni ta’ ġestjoni. Din hija l-bażi li fuqha d-dipartimenti tal-Kummissjoni relatati jistgħu jibnu l-assigurazzjoni tagħhom f’dan l-ambjent ta’ ġestjoni u kontroll.
Il-Kummissjoni bħalissa qed taħdem biex tistabbilixxi fluss tax-xogħol awtomatizzat għall-verifiki differenti, li jikkomprendi l-proċess kollu. Għodda bħal din tiżgura li l-fażijiet kollha meħtieġa li jippermettu li entità tikkwalifika biex taħdem mal-Kummissjoni f’ġestjoni indiretta jseħħu b’mod ċentralizzat, koerenti u kkoordinat.
Fil-qasam tal-ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri jirrapportaw kull sena dwar il-kontrolli tagħhom fuq l-użu tal-fondi tal-UE fil-livell nazzjonali u dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-programmi rispettivi tagħhom permezz ta’ pakkett ta’ assigurazzjoni, li jkun fih dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, sommarju annwali tal-verifiki mwettqa u rapport ta’ kontroll annwali li jkun fih rata ta’ żball ibbażata fuq kampjuni rappreżentattivi u opinjoni tal-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa. Dan ir-rapportar huwa l-bażi għall-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni tal-kontijiet tal-programm u biex id-dipartimenti tal-Kummissjoni relatati jkunu jistgħu jibnu l-assigurazzjoni tagħhom. Din tintuża wkoll biex jiġu ddeterminati r-riskji potenzjali għall-baġit tal-UE, kif ukoll biex jiġu identifikati d-dgħufijiet u l-oqsma fejn huma meħtieġa aktar kontrolli.
L-aħjar prattika dwar il-kwistjonijiet ta’ kontroll intern hija kondiviża ma’ u fost l-Istati Membri fil-qafas tan-networks għal fondi strutturali u agrikoli, kif ukoll in-network pubbliku ta’ kontroll intern, immexxi mill-Kummissjoni.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ppreżentat proposta (
) biex tipproteġi l-baġit tal-UE f’każ ta’ nuqqasijiet iġġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri. Din il-proposta, li hija parti integrali mill-qafas finanzjarju pluriennali futur, hija soġġetta għan-negozjati li għaddejjin bħalissa fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill.
Il-Kummissjoni qed taħdem ukoll mal-Istati Membri biex tiffaċilita l-fehim u l-implimentazzjoni tar-regoli msaħħa dwar il-kunflitt ta’ interess fis-seħħ minn mindu daħal fis-seħħ ir-regolament finanzjarju rivedut fit-2 ta’ Awwissu 2018. Hija qed tissorvelja wkoll l-allegazzjonijiet kollha miġjuba għall-attenzjoni tagħha f’dan il-kuntest.
Il-kosteffettività tal-kontrolli
Id-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni japplikaw il-karatteristiċi ta’ kontroll komuni deskritti hawn fuq, li permezz tagħhom jiġu applikati miżuri preventivi u korrettivi fuq bażi pluriennali fil-livell ta’ programmi speċifiċi jew segmenti oħrajn tan-nefqa. Madankollu, kif jidher fit-Taqsima 2.1.1, il-programmi ta’ nfiq individwali jistgħu jkunu differenti ħafna u, għalhekk, l-istrateġiji ta’ kontroll jeħtieġ li jiġu adattati għal modi ta’ ġestjoni, oqsma ta’ politika u / jew modalitajiet ta’ finanzjament differenti u r-riskji assoċjati magħhom. Differenzjazzjoni bħal din tal-istrateġiji ta’ kontroll hija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-kontrolli jibqgħu kosteffettivi, jiġifieri li jsibu l-bilanċ xieraq bejn livell baxx ta’ żbalji (effettività), pagamenti veloċi (effiċjenza) u spejjeż raġonevoli (ekonomija). Oqsma aktar riskjużi jwasslu għal livell ogħla ta’ skrutinju u / jew għal frekwenza akbar ta’ kontrolli, filwaqt li oqsma b’riskju baxx jenħtieġ li jwasslu għal kontrolli inqas intensivi, għaljin jew onerużi. Barra minn hekk, il-potenzjal ta’ rkupru effettiv tal-fondi tal-UE minfuqa indebitament jiġi kkunsidrat meta tiġi stabbilita l-istrateġija ta’ kontroll (pereż. l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-verifiki fil-post).
Il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri: rwoli differenti jwasslu għal approċċi ta’ kontroll differenti
Il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għandhom rwoli differenti fil-katina tal-kontroll tal-baġit tal-UE u, għalhekk, l-approċċi ta’ kontroll tagħhom ivarjaw b’mod konsiderevoli. Id-dmir tal-Kummissjoni bħala maniġer tal-baġit tal-UE huwa li tipprevjeni u, jekk ikun meħtieġ, tikkoreġi l-iżbalji u tirkupra l-fondi minfuqa mhux kif suppost. Dan jirrikjedi valutazzjoni dettaljata minn isfel għal fuq tas-sistemi ta’ kontroll biex jiġi identifikat fejn huma d-dgħufijiet, biex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri korrettivi mmirati fil-livell tal-programm jew saħansitra fil-livell tal-imsieħba inkarigati mill-implimentazzjoni. Min-naħa l-oħra, ir-rwol tal-Qorti tal-Awdituri huwa li tipprovdi opinjoni tal-awditjar annwali dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq tal-UE b’mod ġenerali, li tista’ tiġi ssupplimentata b’valutazzjonijiet speċifiċi ta’ oqsma ewlenin tal-baġit tal-UE (ara t-tabella komparattiva fil-paġna li jmiss). Għalhekk, għalkemm iż-żewġ istituzzjonijiet jikkonverġu fuq diversi kunċetti, il-metodoloġija tal-Kummissjoni tvarja debitament minn dik tal-Qorti.
Dawn l-approċċi jistgħu jwasslu għal differenzi bejn ir-rati ta’ żball irrapportati mill-Qorti tal-Awdituri u mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, meta l-Qorti tal-Awdituri ssib żbalji ta’ akkwist u / jew id-disponibbiltà tardiva ta’ dokumenti ta’ sostenn għal għotjiet, fi (ftit) tranżazzjoni(jiet) inkluża/i fil-kampjun, hija testrapola l-impatt għall-intestatura kollha jew għall-baġit kollu tal-UE, li ta’ spiss tamplifika l-importanza ta’ żbalji bħal dawn. Minħabba s-segmentazzjoni aktar dettaljata tagħha tan-nefqa skont il-profili tar-riskju u s-sistemi ta’ kontroll, meta ssib dawn l-iżbalji, il-Kummissjoni tkun tista’ testrapolahom b’mod aktar preċiż għall-popolazzjoni li x’aktarx tkun l-aktar affettwata. B’hekk, hija tista’ tagħti fehma aktar sfumata tal-livell ta’ żball fost il-pagamenti li jsiru u tidentifika b’mod ċar l-oqsma fejn hemm bżonn ta’ titjib.
Xi eżempji ta’ dawn id-differenzi jinsabu fil-kaxxa ta’ hawn taħt.
Riżorsi naturali
Fl-2018, il-Qorti tal-Awdituri sabet żbalji fi tlieta mis-sitt tranżazzjonijiet inklużi fil-kampjun relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. Billi dan il-fond huwa kopert mill-intestatura “Riżorsi naturali”, il-Qorti tal-Awdituri estrapolat l-iżbalji għall-intestatura kollha, anki jekk is-sajd jammonta għal 1,3 % biss tal-infiq taħt din l-intestatura, u minkejja li s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom huma differenti minn dawk għall-infiq fuq il-politika agrikola komuni. Il-Kummissjoni tapplika livell ogħla ta’ granularità għall-estrapolazzjoni tal-iżbalji.
Tabilħaqq, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd huwa parti mill-Fondi Strutturali u jsegwi ċiklu ta’ ġestjoni u ta’ kontroll identiku għal dak tal-infiq fil-kuntest tal-koeżjoni. Għall-koeżjoni, il-Qorti tal-Awdituri tivvaluta l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet wara l-ikklerjar annwali tal-kontijiet, jiġifieri ladarba jkunu tlestew il-kontrolli ex ante kollha. Dan huwa konformi mal-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-infiq kollu permezz tal-Fondi Strutturali, filwaqt li għat-tranżazzjonijiet awditjati taħt is-sajd, is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri saru qabel it-tlestija tal-kontrolli ex ante kollha u xorta setgħu jiġu kkoreġuti qabel il-pagamenti tal-Kummissjoni.
Koeżjoni
Filwaqt li l-Qorti tal-Awdituri u l-Kummissjoni jħaddnu l-istess opinjoni dwar il-kawżi ewlenin tal-iżbalji fl-infiq taħt il-koeżjoni, f’xi każijiet, il-Qorti tal-Awdituri għandha interpretazzjonijiet diverġenti u aktar restrittivi tar-regoli nazzjonali jew tal-UE applikabbli. Dan għandu impatt fuq ir-rata ta’ żball ikkalkolata, li ladarba tiġi estrapolata tamplifika r-rata ta’ żball għall-intestatura kollha.
Lil hinn mill-interpretazzjoni tar-regoli applikabbli, il-kwantifikazzjoni tal-iżbalji tal-Qorti tal-Awdituri “tista’ tkun differenti minn dik użata mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri meta jiddeċiedu kif jirreaġixxu għall-applikazzjoni ħażina tar-regoli tal-akkwist pubbliku” (
). Il-Qorti tal-Awdituri tikkwantifika sistematikament l-iżbalji fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku għal 100 %. Madankollu, il-Kummissjoni se tivvaluta l-impatt finanzjarju attwali fuq il-bażi tal-interpretazzjonijiet u l-gwida legali tagħha (
), jiġifieri korrezzjoni finanzjarja ta’ 100 % ma titqisx bħala proporzjonata mill-Kummissjoni għal ksur bħal dan. Bl-istess mod, il-linji gwida applikabbli tal-Kummissjoni jistgħu jipprevedu kwantifikazzjoni tal-iżbalji tal-akkwist pubbliku ta’ 5 %, 10 % jew 25 % meta l-Qorti tal-Awdituri tqis żball bħala kwistjoni ta’ konformità biss, bl-ebda impatt fuq il-kalkolu tagħha tar-rata ta’ żball.
Relazzjonijiet esterni
Fis-snin preċedenti, l-aċċess (f’waqtu) għad-dokumenti ta’ sostenn minn entitajiet fdati, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, kien sors ta’ irregolaritajiet. Din kienet ukoll raġuni għal-livell ta’ żball stmat relattivament għoli tal-Qorti tal-Awdituri għall-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (5,2 % għall-2018). Madankollu, dan il-livell ta’ żball stmat ġie kkalkolat qabel ma ġew implimentati l-kontrolli ex ante kollha u speċjalment qabel ma ġew ipprovduti d-dokumenti ta’ sostenn. Il-Qorti tal-Awdituri rrikonoxxiet li “[m]id-39 tranżazzjoni ta’ pagament li kien fihom żbalji kwantifikabbli, disgħa (23 %) kienu tranżazzjonijiet finali li ġew awtorizzati ladarba kienu twettqu l-kontrolli ex ante kollha” (
). Għalhekk, għat-30 tranżazzjoni l-oħra, il-livell ta’ żball seta’ kien aktar baxx kieku l-Qorti tal-Awdituri awditjathom ladarba kienu twettqu l-kontrolli ex ante kollha.
|
Perspettiva tal-ġestjoni
tal-Kummissjoni Ewropea
|
Perspettiva tal-awditjar
tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
|
Rwoli
|
·Tipprovdi assigurazzjoni ta’ ġestjoni annwali
·Tidentifika d-dgħufijiet u tieħu azzjoni fuq bażi pluriennali
·Tipproteġi l-baġit tal-UE
|
·Tipprovdi opinjoni tal-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji ta’ sena speċifika
|
Livell ta’ granularità
|
·Rata ta’ żball għall-baġit tal-UE kollu kemm hu u rati ta’ żbalji individwali għal kull dipartiment u qasam ta’ politika taħt l-Intestaturi minn 1 sa 5, kif ukoll għad-dħul
·Ir-rati ta’ żbalji kkalkolati għal kull qasam ta’ politika, programm u / jew (sub)segment rilevanti
·In-nefqa u d-dħul tas-sena (jew sentejn għar-riċerka) b’perspettiva pluriennali
|
·Rata ta’ żball għall-baġit tal-UE kollu kemm hu u rati ta’ żbalji individwali għall-Intestaturi 1a, 1b, 2 u 5, kif ukoll għad-dħul
·Infiq u dħul tas-sena
|
Pluriennalità
|
·Żewġ rati ta’ żbalji (riskju fil-waqt tal-pagament u riskju fl-għeluq (
));
il-pluriennalità meħuda f’kunsiderazzjoni b’mod prospettiv għar-riskju fl-għeluq, permezz tal-korrezzjonijiet futuri stmati għall-programmi kollha
|
·Rata ta’ żball waħda (l-aktar żball probabbli)
·Il-pluriennalità kkunsidrata b’mod retroattiv, permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji implimentati għall-programmi magħluqa biss
|
Livell limitu ta’ materjalità
|
·2 %
·Għajr għad-dħul (1 %) u għal Orizzont 2020 (bejn 2 % u 5 %)
|
·2 %
|
Aktar informazzjoni
|
·L-Anness 3 għal dan ir-rapport
|
·L-Anness 1.1 għar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri
|
Paragun bejn il-perspettivi tal-Kummissjoni u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
2.7.Il-frodi għad-detriment tal-kontribwenti tiġi evitata permezz ta’ strateġiji u kontrolli fuq bosta livelli
Jenħtieġ li jiġi enfasizzat li l-frodi tirrappreżenta parti limitata ħafna tal-infiq illegali jew irregolari, li ħafna minnu huwa relatat ma’ żbalji. Il-Kummissjoni għandha tolleranza żero għall-frodi.
L-istrateġija tal-Kummissjoni għal kontra l-frodi qed tissaħħaħ
Skont l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jipproteġu l-baġit tal-UE minn frodi u attivitajiet illegali oħrajn. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni u kull wieħed u waħda mid-dipartimenti u l-aġenziji eżekuttivi tagħha żviluppaw strateġija kontra l-frodi, li tidentifika l-vulnerabbiltajiet għall-frodi u l-prijoritajiet fil-ġlieda kontra l-frodi.
Fir-rigward tal-inizjattiva tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, f’April 2019, il-Kummissjoni adottat strateġija korporattiva ġdida kontra l-frodi, bl-objettivi ewlenin li ġejjin:
·li jittejjeb l-għarfien tal-Kummissjoni dwar il-frodi u l-kapaċità analitika tagħha li tmexxi l-azzjoni kontra l-frodi;
·li tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi fil-ġlieda kontra l-frodi;
·li tissaħħaħ is-sorveljanza korporattiva mill-Kummissjoni tal-ġlieda kontra l-frodi.
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u d-dipartimenti l-oħrajn tal-Kummissjoni bdew jimplimentaw l-istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni kontra l-frodi (
).
L-inizjattiva ewlenija tal-analiżi strateġika kontra l-frodi hija r-rapport dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE. Fl-okkażjoni tat-tletin edizzjoni tiegħu, maħruġa fil-11 ta’ Ottubru 2019, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi ppubblika fuljett li fih l-avvenimenti ewlenin fil-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni matul l-aħħar 30 sena (
).
Is-sistema ta’ ġestjoni tal-irregolaritajiet, li permezz tagħha l-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali jirrapportaw frodi misjuba u irregolaritajiet oħrajn fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE lill-Kummissjoni, ġiet żviluppata aktar kif previst fil-pjan ta’ azzjoni għall-istrateġija kontra l-frodi. Id-data miġbura fis-sistema se tippermetti lill-utenti jwettqu xi analiżijiet predefiniti f’ħin reali. L-għodda tagħti lill-utenti l-possibbiltà li jisfruttaw id-data faċilment u b’mod intuwittiv biex jibnu politiki bbażati fuq l-evidenza, u b’hekk tissaħħaħ il-motivazzjoni tagħhom li jirrapportaw b’mod preċiż u f’waqtu.
Biex jiġu promossi l-kooperazzjoni u s-superviżjoni, ġiet stabbilita struttura li tiffaċilita l-iskambju prattiku ta’ fehmiet u prattika tajba bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni, fosthom l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-istrateġiji tagħhom kontra l-frodi. It-tisħiħ tas-sorveljanza korporattiva bħalissa qed jiffoka fuq il-monitoraġġ tas-segwitu mogħti għar-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi mill-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi tagħha. Il-kapijiet tas-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni (
) jiddiskutu regolarment il-konklużjonijiet ta’ dan l-eżerċizzju kontinwu.
|
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (
) huwa essenzjali għall-ġlieda kontra l-frodi, mhux biss bħala dipartiment tat-tfassil tal-politika iżda, b’mod kruċjali, bħala korp investigattiv indipendenti. L-investigazzjonijiet amministrattivi tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi dwar frodi, korruzzjoni u reati u irregolaritajiet oħrajn jgħinu biex dawk li jwettqu l-frodi jitressqu quddiem il-ġustizzja u jsewwu l-ħsara li ssir lill-baġit tal-UE. Fl-2019, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi għalaq 181 investigazzjoni u kkompleta 1 174 selezzjoni (
).
Il-ġlieda kontra l-frodi fil-prattika
Eżempju: L-investigazzjoni tal-allegat użu ħażin tal-fondi ta’ riċerka tal-UE
Il-bażi ta’ din l-investigazzjoni kienet l-allegazzjonijiet ta’, fost l-oħrajn, il-possibbiltà ta’ approprjazzjoni indebita u użu ħażin ta’ diversi miljuni ta’ euro ta’ fondi ta’ riċerka tal-UE minn kumpanija li ma ħallsitx, kif kuntrattwalment meħtieġ, l-ammonti dovuti lill-imsieħba tagħha fil-proġett ta’ riċerka, filwaqt li b’mod frodulenti evitat ukoll il-proċedimenti ta’ insolvenza.
Bħala parti mill-operazzjonijiet, u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi mill-bidu, l-awtoritajiet Ġermaniżi għamlu tfittxijiet f’bini kummerċjali u djar privati tal-persuni kkonċernati f’diversi postijiet fil-Ġermanja. Il-pulizija Franċiża għamlet ukoll tfittxijiet simultanji fi Franza, fuq il-bażi ta’ talba għal assistenza legali reċiproka mill-awtoritajiet ġudizzjarji Ġermaniżi. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi pparteċipa fit-tfittxijiet, li kienu ġew ikkoordinati minn qabel bl-għajnuna tal-awtorità ġudizzjarja tal-UE, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali.
Bħala riżultat tat-tfittxijiet ikkoordinati, l-awtoritajiet Ġermaniżi ssekwestraw ammonti kbar ħafna ta’ evidenza essenzjali għall-iżvilupp tal-investigazzjoni, li għadha għaddejja.
Eżempju: L-operazzjoni doganali konġunta "Hygiea"
Madwar 200 000 fwieħa, toothpastes u oġġetti kożmetiċi foloz, 120 tunnellata ta’ deterġenti, xampujiet u ħrieqi foloz, aktar minn 4,2 miljun oġġett falz ieħor (ċelloli tal-batteriji, żraben, ġugarelli, blalen tat-tennis, shavers, apparat elettroniku, eċċ.), 77 miljun sigarett u 44 tunnellata ta’ tabakk falz tal-pipi tal-ilma ġew issekwestrati mill-awtoritajiet doganali Asjatiċi u tal-UE f’operazzjoni kkoordinata mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi.
Matul din l-operazzjoni, l-awtoritajiet doganali wettqu kontrolli fiżiċi jew bir-raġġi X immirati fuq diversi mijiet ta’ vjeġġi magħżula ttrasportati f’kontejners tal-baħar. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi ffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi parteċipanti bl-appoġġ ta’ tim ta’ 10 uffiċjali ta’ kollegament mill-Bangladexx, iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Litwanja, il-Malasja, Malta, il-Portugall, Spanja, il-Vjetnam u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi, li kollha ħadmu flimkien fi Brussell. Unità ta’ Koordinazzjoni Operattiva Virtwali – mezz ta’ komunikazzjoni sigur għal operazzjonijiet doganali konġunti bħal dawn – intużat biex tindirizza l-fluss tal-informazzjoni li tkun dieħla. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni f’ħin reali ppermetta lill-esperti kollha involuti jidentifikaw il-flussi suspettużi ta’ oġġetti ffalsifikati minn tranżazzjonijiet kummerċjali ordinarji.
|
B’mod parallel, u fil-biċċa l-kbira fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz tal-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, il-prevenzjoni u s-sanzjonar tal-frodi jseħħu permezz tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni, li tippermetti l-identifikazzjoni bikrija u l-esklużjoni ta’ operaturi ekonomiċi mhux affidabbli mill-fondi tal-UE fl-implimentazzjoni ta’ ġestjoni diretta u indiretta. Fl-2019, żdiedet is-sensibilizzazzjoni fost id-dipartimenti tal-Kummissjoni u s-sena kienet ikkaratterizzata minn żieda sostanzjali f’każijiet irreġistrati f’identifikazzjoni bikrija u f’każijiet ippreżentati għal sanzjonijiet amministrattivi possibbli (jiġifieri esklużjoni u / jew penali finanzjarji u, fejn applikabbli, il-pubblikazzjoni tagħhom). Dawn jiġu ddeterminati skont il-prinċipju tal-proporzjonalità (ara s-serjetà tas-sitwazzjoni, inkluż l-impatt fuq l-interessi finanzjarji u l-immaġini tal-UE; iż-żmien li għadda mindu seħħ l-aġir rilevanti; id-durata u r-rikorrenza; l-intenzjoni jew il-grad ta’ negliġenza; u l-ammont inkwistjoni).
2.8.Ir-riżultati tal-kontroll tal-Kummissjoni jikkonfermaw li l-baġit tal-UE huwa protett sewwa.
Il-Kummissjoni tqis li l-baġit huwa protett b’mod effettiv meta r-riskju fl-għeluq ikun inqas minn 2 % tan-nefqa rilevanti, li huwa l-livell limitu ta’ materjalità użat ukoll mill-Qorti tal-Awdituri.
Jekk jinstabu dgħufijiet jew żbalji matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-programm, il-Kummissjoni tieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa.
Bl-għeluq tal-programm l-aktar tard – jiġifieri meta jkunu saru l-kontrolli, il-korrezzjonijiet, l-irkupri, eċċ. kollha – jenħtieġ li r-riskju fl-għeluq ikun u huwa stmat li jinsab taħt it-2 %.
2.9.Fi tmiem iċ-ċikli tal-ħajja tal-programmi, ir-riskju jinsab taħt it-2 %
Fuq il-bażi tal-awditi u l-kontrolli mwettqa kif deskritt hawn fuq, kull sena, id-dipartiment tal-Kummissjoni jistma r-riskju għal-legalità u r-regolarità tal-infiq tal-UE f’żewġ stadji fiċ-ċiklu ta’ kontroll pluriennali: fil-waqt tal-pagament u fl-għeluq.
Ir-riskju fil-waqt tal-pagament huwa stima tal-iżbalji li ma ġewx evitati u li xorta jistgħu jaffettwaw il-pagamenti (magħmula lill-Istati Membri, lil organizzazzjonijiet intermedjarji, benefiċjarji, eċċ.) minkejja l-kontrolli ex ante. Huma jiġu identifikati permezz ta’ kontrolli ex post u awditi fuq il-pagamenti magħmula.
Ir-riskju fl-għeluq huwa stima tal-iżbalji li se jibqgħu fit-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja tal-programmi, ladarba jkunu saru l-kontrolli u l-korrezzjonijiet ex post kollha. Dan huwa ugwali għar-riskju fil-waqt tal-pagament nieqes stima konservattiva tal-korrezzjonijiet futuri skont il-mekkaniżmi korrettivi pluriennali – dawk li se jseħħu bejn iż-żmien tar-rapportar u t-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja tal-programm.
Riskji fil-waqt tal-pagament u fl-għeluq, għall-Kummissjoni kollha, għall-perjodu 2017-2019
Sors: Rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni Ewropea.
Għal aktar dettalji dwar dawn il-kunċetti u l-metodoloġija użata biex jiġu ddeterminati dawn l-estimi, kif ukoll ir-rati għal kull qasam ta’ politika u għal kull dipartiment tal-Kummissjoni, ara l-Anness 3.
Għall-2019, ir-riskju globali fl-għeluq huwa stmat għal 0,7 % tan-nefqa rilevanti tal-Kummissjoni (ara l-graff).
Minħabba r-riskju ogħla fil-waqt tal-pagament fin-nefqa ta’ koeżjoni matul din is-sena, ir-riskju globali fil-waqt tal-pagament huwa ta’ 2,1 % għall-2019 (1,7 % fl-2018). Madankollu, billi l-korrezzjonijiet futuri stmati relatati huma wkoll ogħla (1,4 %, meta mqabbla ma’ 0,9 % fl-2018) dan jirriżulta f’riskju stabbli u baxx fl-għeluq ta’ 0,7 % (0,8 % fl-2018).
Billi dan huwa stmat li huwa inqas minn 2 %, filwaqt li jitqiesu l-korrezzjonijiet futuri, dan ifisser li, b’mod ġenerali, is-sistemi ta’ kontroll pluriennali tal-Kummissjoni żguraw il-protezzjoni effettiva tal-baġit tal-UE fl-2019.
Is-sitwazzjoni li tirrigwardja r-riskji fil-waqt tal-pagament u fl-għeluq, skont il-qasam ta’ politika, hija deskritta hawn taħt għall-2019, u l-evoluzzjoni tagħhom għall-perjodu 2017-2019 hija murija f’format ta’ graff. Għal aktar dettalji, inklużi dwar id-dipartimenti koperti f’kull qasam ta’ politika, ara l-Anness 3.
Ir-riżorsi naturali
Għar-riżorsi naturali, ir-riskju fil-waqt tal-pagament qed ikompli fix-xejra ’l isfel tiegħu, bi tnaqqis ulterjuri minn 2,1 % fl-2018 għal 1,9 % fl-2019, li huwa taħt il-livell limitu ta’ materjalità. Dan jikkorrespondi għar-riskju fil-waqt tal-pagament għan-nefqa agrikola minħabba li din tirrappreżenta l-biċċa l-kbira tan-nefqa f’dan il-qasam ta’ politika (98 %) – meta mqabbla mal-infiq fuq l-affarijiet marittimi u s-sajd (
), l-ambjent u l-klima.
Fil-politika agrikola komuni, l-ewwel nett, ir-riskju fil-waqt tal-pagament huwa l-aktar baxx fil-pagamenti ta’ għajnuna diretta tal-Fond ta’ Garanzija (1,6 %) u taħt il-livell limitu ta’ materjalità għat-tielet sena konsekuttiva. Din in-nefqa, li tappartjeni għall-pilastru 1 tal-politika agrikola komuni, hija riskju baxx b’mod inerenti minħabba l-mekkaniżmu ta’ rimborż “ibbażat fuq l-intitolamenti” (ara t-Taqsima 2.3.2). It-tieni nett, dejjem fil-pilastru 1 tal-politika agrikola komuni, ir-riskju fil-waqt tal-pagament jibqa’ ogħla fl-interventi tas-suq tal-Fond ta’ Garanzija (2,8 %). It-tielet nett, fil-pilastru 2 tal-politika agrikola komuni, ir-riskju fil-waqt tal-pagament ikun ogħla wkoll (2,7 %), iżda dan naqas b’mod kostanti matul dawn l-aħħar snin.
Għaż-żewġ pilastri, it-tnaqqis kontinwu fir-rati ta’ żbalji huwa dovut għas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll effiċjenti applikati, b’mod partikolari s-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll, inkluża s-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Irqajja’ tal-Art, u l-kooperazzjoni b’suċċess bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, fejn il-pjanijiet ta’ azzjoni mill-Istati Membri wrew li huma għodda effettiva biex jirrimedjaw id-dgħufijiet identifikati f’ċerti aġenziji tal-pagamenti.
Minħabba d-disinn tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll f’dan il-qasam ta’ politika, kważi l-iżbalji kollha li jaffettwaw il-pagamenti li ma jkunux ġew individwati fi tmiem is-sena huma mistennija jkunu koperti minn irkupri (mill-Istati Membri) jew korrezzjonijiet finanzjarji sussegwenti. Dan jispjega l-livell għoli ta’ korrezzjonijiet futuri stmati (1,8 %). B’hekk, ir-riskju stmat fl-għeluq (
) jibqa’ baxx ħafna fil-livell ta’ 0,1 %.
Fi tmiem l-2019, kien hemm ħames riżervi għal segmenti ta’ nfiq jew programmi fejn ġew identifikati dgħufijiet fil-kontroll u / jew rati ta’ żbalji ta’ aktar minn 2 % (ara t-Taqsima 2.3.5 u aktar dettalji fl-Anness 4), jiġifieri:
·tliet riżervi għall-agrikoltura: il-miżuri tas-suq tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u l-pagamenti diretti, u l-miżuri tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, li jikkorrespondu għal dawk l-Istati Membri u l-aġenziji tal-pagamenti, li (temporanjament) jiffaċċjaw id-dgħufijiet fil-kontroll u / jew ir-rati ta’ żbalji għoljin;
·riżerva mhux ikkwantifikata rikorrenti waħda għar-reġistru tas-sistema għan-negozjar tal-emissjonijiet tal-UE;
·riżerva ġdida waħda fl-2019 għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, li tikkorrespondi għal Stat Membru wieħed u programm operazzjonali b’rata ta’ żball materjali.
Il-koeżjoni
Għall-koeżjoni, l-implimentazzjoni tal-programmi attwali issa qed iżżomm għal kollox mal-iskeda. Ir-riskju fl-għeluq huwa stmat għal 1,1 %, li huwa konformi mal-2018 (1,3 %). Anki jekk ir-riskju fil-waqt tal-pagament żdied minn 1,7 % fl-2018 għal firxa ta’ bejn 2,2 % u 3,1 % fl-2019, il-korrezzjonijiet futuri stmati żdiedu wkoll (minn 1,1 % għal 2 %).
L-istima tal-kapaċità korrettiva futura ġejja mis-sistema ta’ kontroll innifisha: tabilħaqq, skont il-politika ta’ koeżjoni (
), l-iżbalji individwati mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni jew mill-Qorti tal-Awdituri fl-awditi rispettivi tagħhom huma soġġetti b’mod sistematiku għal korrezzjonijiet finanzjarji. Il-programmi individwali kkonċernati huma divulgati bi trasparenza sħiħa fir-rapporti annwali tal-attività, li jinkludu wkoll rapportar dwar il-passi sussegwenti meħuda biex jiġu implimentati l-korrezzjonijiet meħtieġa. B'ġestjoni kondiviża, kull sena, il-Kummissjoni tapplika korrezzjonijiet finanzjarji ulterjuri meta l-livell ta’ żball (irrapportat jew ikkalkolat mill-ġdid) jibqa’ ogħla minn 2 % fil-kontijiet tal-programm annwali. Fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tal-programm skont il-politika ta’ koeżjoni, il-programmi ma jingħalqux sakemm ikunu ġew implimentati l-korrezzjonijiet finanzjarji kollha meħtieġa.
Fil-koeżjoni, għadd ta’ programmi operazzjonali fl-Istati Membri pproċedew għall-ewwel pagamenti tagħhom fl-2018 u fl-2019. Dan ifisser li l-awdituri kellhom il-possibbiltà li jeżaminaw il-proċess sħiħ għal għadd akbar ta’ programmi u għadd akbar ta’ pagamenti. Dan irriżulta f’żieda fl-għadd ta’ żbalji li nstabu, kif ukoll f’rata ogħla ta’ żbalji. Għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, b’mod partikolari, li għandu l-akbar sehem tan-nefqa f'dan il-qasam ta’ politika, ir-riskju fil-waqt tal-pagament żdied minn 2 % fl-2018 għal livell fil-medda ta’ bejn 2,7 % u 3,8 % fl-2019, b’kont meħud tar-riskji kollha possibbli. Għall-Fond Soċjali Ewropew, ir-riskju fil-waqt tal-pagament huwa fil-medda ta’ bejn 1,7 % u 2,4 %.
Fl-2019, l-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri rrapportaw irregolaritajiet taħt tipoloġija komuni miftiehma u rrakkomandata mill-Kummissjoni. In-nefqa ineliġibbli, l-irregolaritajiet fl-akkwist pubbliku u l-kwistjonijiet tar-rendikont tal-entrati huma s-sorsi ewlenin tas-sejbiet tal-awditjar u tal-irregolaritajiet identifikati kemm mill-awtoritajiet tal-awditjar kif ukoll mill-Kummissjoni permezz tal-awditi tagħhom.
Biex jiġu indirizzati l-aktar żbalji frekwenti, minbarra l-korrezzjonijiet finanzjarji għall-infiq tal-passat u l-miżuri korrettivi għas-sistema fil-futur fil-każijiet kollha, l-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri huma mħeġġa mill-Kummissjoni sabiex jirrapportaw lura lill-awtoritajiet maniġerjali u taċ-ċertifikazzjoni tagħhom dwar is-sorsi ewlenin tal-irregolaritajiet identifikati. Dan jippermetti lil dawn l-awtoritajiet tal-programmi jaġġustaw il-kontrolli interni tagħhom, isaħħu l-listi ta’ kontroll tagħhom u jkomplu jħarrġu lill-persunal u l-benefiċjarji tagħhom. Il-Kummissjoni torganizza wkoll avvenimenti ta’ bini tal-kapaċità u workshops bi sħab mal-awtoritajiet tal-programmi, b’mod partikolari l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u tal-awditjar. Hija tipprovdi rakkomandazzjonijiet dettaljati tal-awditjar u titlob pjanijiet dettaljati ta’ azzjoni ta’ rimedju fejn jinstabu nuqqasijiet fis-sistema.
Minħabba l-importanza tal-akkwist pubbliku għall-politika ta’ koeżjoni, il-Kummissjoni qed tkompli timplimenta l-pjan ta’ azzjoni aġġornat tagħha dwar l-akkwist pubbliku biex ittejjeb il-konformità tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku f’dan il-qasam ta’ politika. Qed issir enfasi partikolari fuq l-azzjonijiet li jgħinu lill-Istati Membri jkomplu jipprofessjonalizzaw lill-akkwirenti, f’konformità mal-pakkett dwar l-akkwist pubbliku adottat mill-Kummissjoni f’Ottubru 2017. Il-Kummissjoni qed tagħmel gwida estensiva, eżempji ta’ prattiki tajba u spjegazzjonijiet disponibbli online. L-iskambji bejn il-pari qed jiġu promossi biex jappoġġaw lill-awtoritajiet kontraenti u tal-programm biex jittrattaw dawn il-kwistjonijiet u jnaqqsu l-iżbalji.
Iż-żewġ dipartimenti ta’ koeżjoni ħarġu riżervi għall-programmi operazzjonali 2014-2020 bi żbalji ’l fuq mil-livell ta’ materjalità fl-2019. Barra minn hekk, għall-perjodu 2007-2013, għad hemm ftit programmi operazzjonali b’riżerva mhux ikkwantifikata (ara t-Taqsima 2.3.5 u aktar dettalji fl-Anness 4).
Relazzjonijiet esterni
Għar-relazzjonijiet esterni, kemm ir-riskji fil-waqt tal-pagament (1 %) kif ukoll dawk fl-għeluq (0,7 %) baqgħu stabbli u huma ferm inqas minn 2 %.
Fl-2019, il-Kummissjoni kompliet bl-isforzi tagħha biex ittejjeb l-istrateġiji ta’ kontroll differenzjati bejn ir-riskji għall-infiq tagħha fuq l-iżvilupp u l-viċinat, u b’hekk tiffoka aħjar l-azzjonijiet speċifiċi fuq is-segmenti b’riskju ogħla. Iż-żewġ dipartimenti responsabbli komplew itejbu wkoll it-trasparenza tal-istudji tagħhom dwar ir-rata ta’ żbalji residwi (ara l-Anness 3). Pereżempju, għan-nefqa fuq l-iżvilupp, ir-rata globali (1,13 %) issa hija maqsuma f’waħda għall-baġit tal-UE (1,14 %) u waħda għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (1,13 %), li turi b’mod ċar il-profili tar-riskju simili tagħhom.
Fost il-kwistjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, l-aċċess (f’waqtu) għad-dokumenti ta’ sostenn minn entitajiet fdati, fosthom organizzazzjonijiet internazzjonali, jibqa’ sors ta’ irregolaritajiet. Din hija wkoll raġuni għal-livell stmat relattivament għoli ta’ żball tal-Qorti għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (5,2 % għall-2018), li jiġi ddeterminat qabel ma jkunu ġew implimentati l-kontrolli kollha (il-kapaċità korrettiva ta’ 0,3 %) u speċjalment qabel ma jkunu ġew ipprovduti d-dokumenti ta’ sostenn. Għalhekk, ġie implimentat pjan ta’ azzjoni li jimmira lejn fluss aktar fluwidu ta’ informazzjoni bejn l-entitajiet fdati, il-Kummissjoni u / jew il-Qorti tal-Awdituri.
Fi tmiem l-2019, id-DĠ Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir żamm iż-żewġ riżervi tiegħu: waħda għal “għotjiet b'ġestjoni diretta” (livell ta’ żball ta’ 2,65 %) u waħda għal “proġetti fil-Libja u s-Sirja” (il-bini tal-assigurazzjoni mhux possibbli għal raġunijiet ta’ sikurezza) (ara t-Taqsima 2.3.5 u aktar dettalji fl-Anness 4).
Ir-riċerka, l-industrija, l-ispazju, l-enerġija u t-trasport
Għall-qasam ta’ politika wiesa’ tar-riċerka, l-industrija, l-ispazju, l-enerġija u t-trasport b’mod ġenerali, ir-riskji fil-waqt tal-pagament (2 %) u fl-għeluq (1,5 %) baqgħu stabbli.
F'dan il-qasam ta’ politika, ir-riskju fil-waqt tal-pagament għall-programmi ta’ riċerka ta’ Orizzont 2020 (3,3 %) baqa’ ’l fuq minn 2 %. Dan ir-riskju ogħla huwa inerenti f’għotjiet ibbażati fuq ir-rimborż tal-ispejjeż eliġibbli reali (ara t-Taqsima 2.3.2) li jintużaw f’Orizzont 2020 u l-kompetittività tal-programmi ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, skont il-bażijiet ġuridiċi relatati. Il-kumplessitajiet biex jiġu ddeterminati l-ispejjeż eżatti li jistgħu jiġu ddebitati għall-proġetti jwasslu għal żbalji fit-talbiet tal-ispejjeż u fil-waqt tal-pagamenti relatati.
Biex tittaffa din is-sitwazzjoni, l-istrateġija ta’ kontroll ex post stabbilita sewwa għall-programm ta’ Orizzont 2020, li hija komuni għad-dipartimenti kollha involuti fl-implimentazzjoni tagħha, wasslet għal korrezzjonijiet ex post sinifikanti matul is-snin, li jintużaw ukoll bħala l-bażi għall-korrezzjonijiet futuri stmati.
Madankollu, id-dipartimenti tar-riċerka jagħmlu ħilithom kontinwament biex inaqqsu r-riskju fil-waqt tal-pagament: pereżempju, permezz ta’ simplifikazzjoni ulterjuri tal-mudell tal-ftehim ta’ għotja, komunikazzjoni aktar ċara tar-regoli tal-eliġibbiltà u estensjoni ulterjuri tal-finanzjament b’somma f’daqqa. Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni għall-programm ta’ riċerka li jmiss (Orizzont Ewropa mill-2021) tkompli testendi l-użu ta’ għażliet ta’ spejjeż issimplifikati.
Fir-rigward tal-programmi l-oħrajn, ir-riskji fil-waqt tal-pagament u fl-għeluq għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (it-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjoni), implimentati mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks, huma globalment taħt it-2 %. Il-programmi spazjali tal-UE (
), implimentati mill-Aġenzija Spazjali Ewropea u mill-Aġenzija Ewropea tas-Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita, għandhom ukoll riskji inerentement aktar baxxi fil-waqt tal-pagament u fl-għeluq bis-saħħa tat-tip ta’ finanzjament u l-livell ta’ awditjar imwettaq. Madankollu, dawn ġew stabbiliti, b’mod konservattiv, fil-livell ta’ 0,5 %.
Bħal fis-snin preċedenti, id-dipartimenti tar-riċerka u l-aġenziji eżekuttivi ma kkwalifikawx id-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni tagħhom b’xi riżerva b’rabta mal-programm Orizzont 2020 minkejja livell ta’ żball attwali ta’ 2,3 %. Dan għaliex huma japplikaw il-livell limitu speċifiku ta’ materjalità ta’ bejn 2 % u 5 % tal-programm sabiex iqisu r-riskji inerenti tiegħu u l-limitazzjonijiet ta’ kontroll (
).
Għall-2019, hemm biss riżerva waħda relatata mas-seba’ programm qafas preċedenti għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (ara t-Taqsima 2.3.5 u aktar dettalji fl-Anness 4).
Politiki interni oħrajn
Għal politiki interni oħrajn, li jinkludu prinċipalment l-edukazzjoni u l-kultura, il-migrazzjoni u l-affarijiet interni, u l-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji, ir-riskji fil-waqt tal-pagament u fl-għeluq baqgħu stabbli, għal 1,0 % u 0,8 % rispettivament, u huma ferm inqas minn 2 %.
Anki jekk xi programmi ta’ edukazzjoni u kultura għandhom profil ta’ riskju ogħla, li huwa wkoll relatat mal-kumplessità tal-programmi ta’ rimborż, is-sistemi ta’ kontroll tagħhom itaffu dawk ir-riskji.
Id-DĠ Ġustizzja u Konsumaturi żamm ir-riżerva tiegħu għal rata ta’ żball materjali f’għotjiet b'ġestjoni diretta. Id-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni żamm żewġ riżervi f’ġestjoni kondiviża (għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u għall-Fond għas-Sigurtà Interna, u għas-solidarjetà u l-ġestjoni tal-programmi tal-flussi ta’ migrazzjoni, taħt riżerva fi ftit Stati Membri) u riżerva waħda f’għotjiet ta’ ġestjoni diretta minħabba livell materjali ta’ żball (ara wkoll it-Taqsima 2.3.5 u aktar dettalji fl-Anness 4).
L-amministrazzjoni u servizzi oħrajn
Fl-aħħar nett, id-dipartimenti tal-amministrazzjoni u servizzi oħrajn tal-Kummissjoni jkopru l-aktar it-tipi ta’ nfiq b’riskju baxx, bħall-infiq amministrattiv mill-uffiċċju tal-ħlas. Madankollu, ir-riskju fil-waqt tal-pagament huwa stabbilit b’mod prudenti fil-livell ta’ 0,5 %. Billi l-biċċa l-kbira tas-sistemi ta’ kontroll korrispondenti jinvolvu b’mod predominanti kontrolli ex ante, il-korrezzjonijiet futuri stmati sikwit jiġu stabbiliti f’livell konservattiv ta’ 0,0 %. B’hekk, ir-riskju fl-għeluq huwa kważi daqs ir-riskju fil-waqt tal-pagament u għadu baxx ħafna f’livell ta’ 0,5 %.
F’dan il-qasam ta’ politika, id-DĠ għall-Appoġġ għar-Riformi Strutturali żamm ir-riżerva tiegħu għal livell materjali ta’ żball f’segment wieħed ta’ għotjiet b'ġestjoni diretta (ara t-Taqsima 2.3.5 u aktar dettalji fl-Anness 4).
2.10.Programmi b’riskju relattivament aktar baxx u ogħla
Minn dan ta’ hawn fuq jidher li hemm programmi jew segmenti ta’ nfiq b’livelli pjuttost baxxi ta’ żball u oħrajn b’livelli relattivament ogħla. Dan huwa relatat mill-qrib man-natura tal-finanzjament, b’mod partikolari d-differenza bejn skemi pjuttost kumplessi bbażati fuq rimborżi, minn naħa waħda, u pagamenti pjuttost sempliċi bbażati fuq l-intitolamenti, (
) min-naħa l-oħra.
Fuq il-bażi ta’ dan, il-portafoll tal-Kummissjoni jista’ jiġi suddiviż f’livelli ta’ riskju aktar baxx u ta’ riskju ogħla (ara ċ-ċart hawn taħt), kif spjegat fis-segwenti.
·Riskju aktar baxx. In-nefqa b’riskju fil-waqt tal-pagament ta’ inqas minn 2 % hija ta’ EUR 80 biljun (54 %);
din tinkludi: l-agrikoltura – pagamenti diretti; il-Fond għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd; l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie; Għotjiet mill-Kunsill tar-Riċerka; l-Aġenzija Spazjali Ewropea u l-Aġenzija Ewropea tas-Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita; il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; Erasmus+; il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni; appoġġ baġitarju, sussidji, nefqa amministrattiva, eċċ.
·Riskju ogħla. In-nefqa b’riskju fil-waqt tal-pagament ta’ aktar minn 2 % hija ta’ EUR 67 biljun (46 %);
din tinkludi: l-agrikoltura – il-miżuri tas-suq u l-iżvilupp rurali; il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali; il-Fond Soċjali; l-għotjiet għar-riċerka ta’ Orizzont 2020; għotjiet kumplessi ta’ dipartimenti oħrajn, eċċ.
Barra minn hekk, b’kont meħud tal-karattru pluriennali tas-sistemi ta’ kontroll, jekk din il-qasma minflok tkun ibbażata fuq ir-riskju fl-għeluq, allura d-differenza tkun saħansitra aktar evidenti. Pereżempju, in-nefqa tal-Fond Soċjali Ewropew (EUR 11.2 biljun; b’riskju fl-għeluq ta’ 1,3 %) imbagħad tiġi kklassifikata fil-livell ta’ riskju aktar baxx.
Huwa importanti li jiġi enfasizzat li din l-istima tirriżulta minn analiżi tar-rati ta’ żbalji fil-livell tal-programmi u ta’ segmenti rilevanti oħrajn tal-infiq. Din il-qasma hija differenti minn dik tal-Qorti tal-Awdituri, li hija bbażata fuq it-tip ta’ rimborżi li jsiru – jiġifieri li l-intitolamenti jitqiesu li huma inerentement b’riskju baxx u r-rimborżi jitqiesu li huma inerentement b’riskju għoli – irrispettivament mil-livell tar-rata ta’ żball effettivament misjuba. Minn perspettiva ta’ ġestjoni, bis-saħħa tar-riżultati tal-kontrolli fis-seħħ, il-livell reali ta’ żball jista’ jkun aktar baxx mil-livell limitu ta’ materjalità u l-programmi li jitqiesu li huma b’riskju għoli mill-Qorti tal-Awdituri jistgħu jkunu b’riskju pjuttost baxx fir-realtà.
Għalhekk, il-kwistjoni tal-kumplessità u ta’ jekk xi ħaġa titqisx bħala li għandha riskju ogħla u / jew rata ogħla ta’ żbalji ġiet ikkunsidrata wkoll fil-kuntest tal-proposti tal-Kummissjoni għal simplifikazzjoni inkorporati fil-programmi tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (ara t-Taqsima 2.4.2 hawn taħt).
|
2.11.Il-Kummissjoni qed tkompli ttejjeb l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tagħha
F’kuntest ta’ restrizzjonijiet baġitarji stretti, il-Kummissjoni qed tagħmel ħilitha biex ittejjeb l-effiċjenza fl-oqsma kollha tal-attività tagħha, filwaqt li żżomm livell għoli ta’ eżekuzzjoni. Il-Bord tat-Tmexxija Korporattiva jmexxi x-xogħol fil-Kummissjoni kollha f’oqsma bħall-ġestjoni tar-riżorsi umani, il-ġestjoni finanzjarja, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-maniġment, il-komunikazzjoni, il-loġistika u l-ġestjoni tal-avvenimenti. Il-metodi u l-proċessi ta’ ħidma qed jiġu ssimplifikati biex ikun żgurat l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi limitati. Din il-ħidma se tkompli biex tiġi żgurata l-aħjar allokazzjoni tar-riżorsi u livell għoli ta’ prestazzjoni ffaċċjat b’ammont ta’ xogħol li qed jiżdied f’ħafna oqsma, inkluż l-aktar reċenti b’rabta mar-rispons għall-pandemija COVID-19.
Fil-komunikazzjoni tagħha “L-inizjattiva tas-sinerġiji u l-effiċjenzi: sa fejn wasalna u t-triq ’il quddiem” (Marzu 2019), il-Kummissjoni stabbilixxiet id-DĠ Baġit bħala l-mexxej tad-dominju għall-ġestjoni finanzjarja u l-qafas ta’ kontroll intern. L-objettiv huwa li tittejjeb kontinwament il-ġestjoni finanzjarja tajba permezz ta’ aktar professjonalizzazzjoni tad-dominju, filwaqt li jitqiesu aħjar l-evoluzzjonijiet reċenti fil-mod kif jiġi ġestit il-baġit tal-UE. Fis-sistema deċentralizzata attwali, l-azzjonijiet jittieħdu f’żewġ direzzjonijiet: it-titjib tal-governanza u s-sorveljanza ċentralizzati, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja fil-Kummissjoni kollha. Fl-2019, ittieħdu passi ulterjuri għall-armonizzazzjoni, l-istandardizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja fil-Kummissjoni kollha, minbarra l-promozzjoni ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. L-enfasi kienet fuq it-twaqqif ta’ programmi ta’ finanzjament aktar interoperabbli u flessibbli wara l-2020.
Is-simplifikazzjoni tista’ tinkiseb permezz tas-simplifikazzjoni tar-regoli; mudelli korporattivi armonizzati u, sa fejn ikun possibbli, standardizzati ta’ strumenti legali u ta’ għodod moderni tat-teknoloġija tal-informazzjoni finanzjarja korporattiva; u l-iżgurar tal-konsistenza fir-relazzjonijiet mal-imsieħba li jimplimentaw il-fondi tal-UE b'ġestjoni indiretta.
L-azzjonijiet meħuda fil-livell korporattiv matul l-2019 jinkludu l-iżvilupp ta’ flussi ta’ xogħol korporattivi aktar effiċjenti (għal għotjiet, akkwist, strumenti finanzjarji) permezz ta’ mudelli u proċeduri korporattivi ssimplifikati (li jibnu fuq iż-żona unika ta’ skambju ta’ data elettronika). Barra minn hekk, il-Kummissjoni żiedet il-gwida u l-koordinazzjoni vis-à-vis kemm l-Istati Membri kif ukoll id-dipartimenti l-oħrajn tal-Kummissjoni f’oqsma li huma rilevanti għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE (pereż. is-sistemi ta’ kontroll intern fl-Istati Membri, il-kunflitti ta’ interess, l-istat tad-dritt, il-miżuri kontra l-frodi). Inizjattivi oħrajn tat-teknoloġija tal-informazzjoni huma l-koeżjoni elettronika f’ġestjoni kondiviża u s-sistema ġeospazjali użata għall-agrikoltura.
Ittieħdu wkoll inizjattivi fil-livell tad-dipartimenti tal-Kummissjoni biex tkompli tiżdied l-effiċjenza fil-ġestjoni finanzjarja.
·L-ewwel nett, għadd ta’ dipartimenti tal-Kummissjoni komplew jiddiġitalizzaw il-proċessi finanzjarji tagħhom. Dan jikkontribwixxi għal Kummissjoni aktar effiċjenti, inqas burokratika, integrata aħjar u aktar flessibbli. B’riżultat ta’ dan, ir-riżorsi huma dejjem aktar iffokati fuq l-attivitajiet prominenti. Barra minn hekk, l-għodod awtomatizzati għad-dashboarding itejbu l-proċess ta’ monitoraġġ u jiffaċilitaw il-ġestjoni mtejba u l-użu aħjar tad-data, filwaqt li jnaqqsu ċ-ċansijiet ta’ opportunitajiet mitlufa għal reazzjoni bikrija.
·It-tieni nett, diversi dipartimenti tal-Kummissjoni rrapportaw ukoll li rrevedew l-istrateġiji ta’ kontroll tagħhom u / jew il-flussi tax-xogħol finanzjarji tagħhom, bil-għan li jissimplifikaw il-proċeduri u jkomplu jallinjaw il-frekwenza u l-intensità tal-kontroll mar-riskju tat-tranżazzjonijiet.
L-inizjattivi msemmija hawn fuq jiżguraw il-protezzjoni effettiva tal-baġit tal-UE, filwaqt li jnaqqsu ż-żmien meħtieġ biex jitlestew il-proċessi finanzjarji. B’mod partikolari, l-indikaturi taż-“żmien għall-ħlas” komplew bix-xejra ’isfel favorevoli ħafna tagħhom. Fl-2019, iż-żmien tal-ħlas nett medju tal-Kummissjoni kien ta’ 16-il jum (imnaqqas minn 20 u 18 fis-sentejn preċedenti), ferm inqas mil-limitu statutorju ta’ 30 jum. Il-Kummissjoni għamlet 95 % tal-pagamenti tagħha fil-ħin (l-għadd ta’ pagamenti affettwati minn dewmien naqas minn 10 % u 8 % fis-sentejn preċedenti). Madankollu, l-għan għadu li jintlaħaq iż-żmien tal-ħlas statutorju għal kull pagament. Ara d-dettalji fl-Anness 8.
2.12.L-ispiża tal-kontrolli tibqa’ proporzjonata għar-riskji assoċjati
B’mod ġenerali, l-ispejjeż stmati tal-kontroll huma raġonevoli fid-dawl tan-natura tal-programmi u / jew tal-ambjenti ta’ kontroll. Barra minn hekk, huma jibqgħu stabbli minħabba l-ambjenti ta’ kontroll u l-istrateġiji mhux mibdula fis-seħħ għall-programmi attwali.
It-tqabbil dirett bejn il-programmi sikwit ma jkunx possibbli minħabba l-karatteristiċi u l-fatturi ewlenin tal-ispejjeż tagħhom, li eżempji tagħhom huma mogħtija fil-kaxxa hawn taħt.
Eżempji ta’ fatturi ewlenin tal-ispejjeż komuni
·Il-grad ta’ kumplessità tal-programmi ġestiti.
·Il-volumi u l-ammonti li għandhom jiġu pproċessati: jiġifieri l-ipproċessar ta’ numru kbir ta’ tranżazzjonijiet ta’ valur baxx jinvolvi aktar xogħol mill-ipproċessar ta’ numru baxx ta’ tranżazzjonijiet ta’ valur għoli.
·Il-profili ta’ riskju speċifiċi tal-programmi ġestiti: pereżempju, programmi f’relazzjonijiet esterni fejn il-fondi jintefqu l-aktar f’pajjiżi terzi.
·Id-diżekonomiji ta’ skala possibbli għal ċerti programmi iżgħar, f’termini tal-ammont ta’ finanzjament, kif ukoll il-programmi li qed jitneħħew gradwalment, jew il-fondi ġestiti minn entitajiet fdati iżgħar, jew dipartimenti tal-Kummissjoni li jiġġestixxu ammonti iżgħar ta’ fondi, minħabba li dejjem ikun hemm numru irreduċibbli ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu, irrispettivament mill-ammonti ta’ finanzjament involuti.
·It-tip ta’ ġestjoni: ġestjoni indiretta u kondiviża timplika li l-ispejjeż tal-kontrolli jiġu kondiviżi bejn il-Kummissjoni u l-imsieħba tal-implimentazzjoni tagħha, l-awtoritajiet nazzjonali jew l-entitajiet fdati u, għalhekk, l-ispejjeż fil-livell tal-Kummissjoni jistgħu jkunu ferm aktar baxxi għal programmi bħal dawn meta mqabbla ma’ oħrajn li huma ġestiti direttament mill-Kummissjoni.
|
Għall-fini ta’ trasparenza u kompletezza, dawk id-dipartimenti li jittrattaw il-ġestjoni kondiviża u / jew indiretta rrapportaw ukoll fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom dwar il-kost tal-kontrolli fl-Istati Membri u fl-entitajiet fdati, separatament mill-kost tal-kontrolli tal-Kummissjoni stess. Pereżempju, għall-politika agrikola komuni, l-ispejjeż irrapportati mill-Istati Membri għall-konsenja kienu jirrappreżentaw 3,5 % tan-nefqa għall-2019.
F’awditu reċenti dwar il-kost tal-implimentazzjoni tal-Fondi ta’ Koeżjoni (
), il-Qorti tal-Awdituri sabet li l-ispiża globali għall-implimentazzjoni tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni ppreżentati mill-Kummissjoni fir-rapporti annwali tal-attività tagħha hija komparattivament baxx meta mqabbla ma’ fondi oħrajn tal-UE u programmi ffinanzjati fuq livell internazzjonali. Dawn l-ispejjeż kienu jirrappreżentaw, bħala perċentwali tal-pagamenti li saru fl-2018, 2,87 % għall-Fond Soċjali Ewropew, 2,45 % għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u 2,03 % għall-Fond ta’ Koeżjoni, rispettivament.
Fl-2019, wara l-valutazzjoni kkombinata tal-effettività, tal-effiċjenza u tal-ekonomija tagħhom, id-dipartimenti tal-Kummissjoni kollha kkonkludew li, b’mod ġenerali, il-kontrolli tagħhom kienu kosteffettivi.
2.13.Assigurazzjoni tal-ġestjoni, opinjonijiet tal-awditjar u awtorità tal-kwittanza
Valutazzjonijiet, assigurazzjoni u riżervi tad-Diretturi Ġenerali
Fid-dikjarazzjonijiet tal-assigurazzjoni tagħhom għall-2019 (
), il-50 Direttur Ġenerali kollha (jew l-ekwivalenti) ddikjaraw li kellhom assigurazzjoni raġonevoli li: (i) l-informazzjoni inkluża fir-rapport tagħhom tippreżenta “fehma vera u ġusta” (jiġifieri ta' min joqgħod fuqha, kompleta u korretta) dwar is-sitwazzjoni fid-dipartiment tagħhom; (ii) ir-riżorsi assenjati għall-attivitajiet tagħhom intużaw għall-iskop intenzjonat tagħhom u f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba; u (iii) il-proċeduri ta’ kontroll implimentati jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.
Fil-kuntest tal-proċess ġenerali tagħhom ta’ bini ta’ assigurazzjoni u mill-perspettiva ta’ ġestjoni tagħhom, id-Diretturi Ġenerali jwettqu wkoll analiżi aktar dettaljata għal kull programm jew segment tal-portafoll tagħhom. Dawn jużaw l-informazzjoni disponibbli kollha, speċjalment ir-riżultati tal-kontrolli tagħhom, biex jidentifikaw kwalunkwe dgħufija sinifikanti potenzjali f’termini kwantitattivi jew kwalitattivi. Fi tmiem kull sena finanzjarja, huma jiddeterminaw jekk l-impatt finanzjarju minn dgħufija bħal din huwiex probabbli li jkun ’il fuq mil-livell limitu ta’ materjalità ta’ 2 % u / jew jekk l-impatt fuq ir-reputazzjoni huwiex sinifikanti. Jekk iva, huma jikkwalifikaw id-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni tagħhom b’riżerva għas-segment speċifiku tal-portafoll affettwat.
Għall-2019, 11 mill-50 Direttur Ġenerali ħarġu dikjarazzjoni kkwalifikata b’total ta’ 18-il riżerva. Dan it-tnaqqis sinifikanti fin-numru, meta mqabbel mal-2018 (meta ġew irrapportati 40 riżerva minn 20 dipartiment), huwa spjegat kif ġej.
·Sitt riżervi tneħħew minħabba li d-dgħufijiet sottostanti ssolvew..
·Għal 17-il riżerva, ġiet applikata r-regola ‘de minimis’, fejn ir-riżervi ma għadhomx jitqiesu bħala sinifikanti taħt ċerti kundizzjonijiet, jiġifieri n-nefqa limitata involuta (inqas minn 5 % tal-pagamenti tad-dipartiment) u l-impatt finanzjarju baxx li jirriżulta (inqas minn EUR 5 miljun). Dawn kienu fil-biċċa l-kbira relatati ma’ programmi ta’ legat għas-snin 2007-2013 fir-riċerka, il-kompetittività, l-edukazzjoni u l-kultura, u r-relazzjonijiet esterni.
·Total ta’ 17-il riżerva huma rikorrenti mis-sena / mis-snin preċedenti, u waħda biss hija ġdida fl-2019, prinċipalment minħabba li l-kawżi ewlenin tal-livell materjali ta’ żbalji jistgħu jiġu parzjalment imtaffija, iżda mhux eradikati għal kollox taħt l-oqfsa legali tal-programmi attwali. Ara d-dettalji fit-Taqsima 2.3.1 u l-kunċetti fl-Anness 4.
L-impatt finanzjarju totali mir-riżervi kollha (EUR 1 053 miljun għall-2019; jiġifieri 2 % inqas mill-EUR 1 078 miljun fl-2018) huwa komparabbli mal-livell fis-sentejn preċedenti. Għal kull riżerva, id-Diretturi Ġenerali kkonċernati implimentaw azzjonijiet ta’ mitigazzjoni biex jindirizzaw id-dgħufijiet sottostanti u jtaffu r-riskji li jirriżultaw.
L-Anness 4 jipprovdi l-lista sħiħa ta’ riżervi għall-2019, kif ukoll spjegazzjonijiet u dettalji ulterjuri.
Il-ħidma tas-Servizz tal-Awditjar Intern u opinjoni ġenerali
Id-dipartimenti tal-Kummissjoni bbażaw ukoll l-assigurazzjoni tagħhom fuq il-ħidma mwettqa mis-Servizz tal-Awditjar Intern. Is-Servizz tal-Awditjar Intern jivverifika s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll fil-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, li jipprovdu assigurazzjoni indipendenti u oġġettiva fuq l-adegwatezza u l-effettività tagħhom.
Kif mitlub mill-karta tal-missjoni tiegħu (
), is-Servizz tal-Awditjar Intern ħareġ opinjoni ġenerali annwali dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-Kummissjoni, ibbażata fuq il-ħidma tal-awditjar imwettqa minnu fil-qasam tal-ġestjoni finanzjarja fil-Kummissjoni matul it-tliet snin preċedenti (2017-2019). L-opinjoni ġenerali tqis ukoll l-informazzjoni minn sorsi oħrajn, jiġifieri r-rapporti mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni tal-awditjar, l-awditur intern kien tal-fehma li, fl-2019, il-Kummissjoni implimentat proċeduri ta’ governanza, ta’ ġestjoni tar-riskji u ta’ kontroll intern li, meta meqjusa flimkien, huma adegwati sabiex jagħtu assigurazzjoni raġonevoli dwar il-kisba tal-objettivi finanzjarji tagħha. Madankollu, l-opinjoni ġenerali hija kkwalifikata fir-rigward tar-riżervi magħmula mill-uffiċjali awtorizzanti b’delega fid-dikjarazzjonijiet tal-assigurazzjoni tagħhom maħruġa fir-rapporti annwali tal-attività rispettivi tagħhom.
Biex wasal għall-opinjoni ġenerali, l-awditur intern ikkunsidra wkoll l-impatt ikkombinat ta’ (i) l-ammonti kollha stmati li huma f’riskju fil-waqt tal-pagament billi dawn imorru lil hinn mill-ammonti mqiegħda taħt riżerva u (ii) il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri relatati man-nuqqasijiet u l-iżbalji li d-dipartimenti tal-Kummissjoni se jindividwaw u jikkoreġu fis-snin li ġejjin minħabba l-mekkaniżmi korrettivi pluriennali mibnija fis-sistemi ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni. Minħabba dawn l-elementi, is-Servizz tal-Awditjar Intern iqis li l-baġit tal-UE huwa protett b’mod adegwat fit-totalità tiegħu u matul iż-żmien.
It-tifqigħa tal-COVID-19 u r-rispons tal-Kummissjoni ma affettwawx il-kapaċità tal-Kummissjoni li tipproteġi l-baġit tal-UE matul l-2019. Madankollu, hija tista’ tagħmel dan fl-2020 u fis-snin ta’ wara, billi l-miżuri korrettivi ex post li sa issa wasslu għal korrezzjonijiet jistgħu jsiru inqas effettivi (u jaffettwaw il-kapaċità korrettiva). Dan jista’ jirriżulta mit-tħaffif ta’ ċerti proċeduri li jirregolaw l-infiq u kwistjonijiet li jikkonċernaw l-irkupru tal-infiq illegali jew irregolari minn benefiċjarji finali li jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji u ekonomiċi bħala konsegwenza tal-kriżi tal-coronavirus. Mingħajr ma kkwalifika l-opinjoni ulterjorment, l-awditur intern żied żewġ “osservazzjonijiet”, li huma deskritti fl-Anness 6 għal dan ir-rapport, rigward:
·l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE fil-kuntest tal-kriżi attwali relatata mal-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari l-ħtieġa għal valutazzjoni dettaljata tar-riskji emerġenti u d-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni relatati; u
·strateġiji ta’ superviżjoni għal terzi persuni li jimplimentaw politiki u programmi.
Bil-għan li jikkontribwixxi għall-kultura bbażata fuq il-prestazzjoni tal-Kummissjoni u l-enfasi akbar fuq il-valur għall-flus, fl-2019, is-Servizz tal-Awditjar Intern wettaq awditi tal-prestazzjoni bħala parti mill-pjan tal-awditjar strateġiku tiegħu għall-2019-2021. Dawn l-awditi rriżultaw f’rakkomandazzjonijiet, kollha aċċettati mill-partijiet awditjati, li jikkonċernaw: strateġiji ta’ superviżjoni rigward l-implimentazzjoni ta’ programmi minn partijiet terzi; strateġiji ta’ kontroll ta’ dipartimenti magħżula; ir-riżorsi umani u l-proċessi ta’ ġestjoni tat-teknoloġija tal-informazzjoni; u l-aspetti relatati mal-prestazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet u programmi mid-dipartimenti. Għar-rakkomandazzjonijiet kollha, il-partijiet awditjati abbozzaw pjanijiet ta’ azzjoni, li ġew ppreżentati lis-Servizz tal-Awditjar Intern u vvalutati minnu bħala sodisfaċenti.
Fl-aħħar nett, f’konformità mal-politika ta’ segwitu stretta tiegħu, is-Servizz tal-Awditjar Intern ivvaluta fuq bażi regolari l-implimentazzjoni proprja tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu mid-dipartimenti u l-aġenziji eżekuttivi tal-Kummissjoni. Il-ħidma kkonfermat li 98 % tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa matul il-perjodu 2015-2019 u segwiti kienu implimentati b’mod adegwat u effettiv mill-partijiet awditjati. Dan ir-riżultat jindika li s-servizzi tal-Kummissjoni huma diliġenti fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u fil-mitigazzjoni tar-riskji identifikati mis-Servizz tal-Awditjar Intern.
L-Anness 6 jinkludi aktar informazzjoni dwar l-assigurazzjoni pprovduta mis-Servizz tal-Awditjar Intern. Barra minn hekk, rapport tal-ħidma tal-awditur intern jintbagħat mill-Kummissjoni lill-awtorità tal-kwittanza f’konformità mal-Artikolu 118(8) tar-regolament finanzjarju, bħala parti mill-pakkett ta’ rapportar finanzjarju u ta’ responsabbiltà integrat.
Il-ħidma tal-Kumitat tal-Progress tal-Awditjar
Il-Kumitat tal-Progress tal-Awditjar (
) jissorvelja kwistjonijiet ta’ awditjar fil-Kummissjoni u jirrapporta kull sena lill-Kulleġġ. Huwa jagħmel dan billi jiżgura l-indipendenza tas-Servizz tal-Awditjar Intern, jissorvelja l-kwalità tal-ħidma tal-awditjar intern u jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar intern (jiġifieri mis-Servizz tal-Awditjar Intern) u estern (jiġifieri mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri) jitqiesu kif xieraq mid-dipartimenti tal-Kummissjoni u li dawn jirċievu segwitu xieraq.
Matul is-sena tar-rapportar, il-Kumitat tal-Progress tal-Awditjar kompla jaqdi r-rwol importanti tiegħu biex itejjeb il-governanza, il-prestazzjoni organizzazzjonali u r-responsabbiltà fl-organizzazzjoni kollha. Huwa kellu tliet sessjonijiet ta’ laqgħat, filwaqt li ffoka l-ħidma tiegħu fuq l-erba’ objettivi ewlenin stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma tal-2019 u tal-2020. Il-Kumitat tal-Progress tal-Awditjar huwa sodisfatt bl-indipendenza u bil-kwalità tal-ħidma tal-awditjar intern u sab li l-ippjanar tal-awditur intern ikopri b’mod adegwat id-dinja tal-awditjar u qed ikompli jkopri l-oqsma ta’ riskju ewlenin. Il-kumitat ikkunsidra li huwa inkoraġġanti li r-rata ta’ implimentazzjoni effettiva tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditur intern baqgħet għolja (jiġifieri 98 % għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa fil-perjodu 2015-2019) u li kien hemm biss sitt rakkomandazzjonijiet tal-awditjar importanti ħafna li kienu ilhom li skadew b’aktar minn sitt xhur minn Jannar 2020. Il-progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kien sodisfaċenti wkoll. Rakkomandazzjoni waħda biss maħruġa fil-perjodu 2001-2014 baqgħet pendenti minn Frar 2020. Fl-aħħar nett, il-Kumitat tal-Progress tal-Awditjar kien sodisfatt li għat-12-il darba konsekuttiva l-Qorti tal-Awdituri tat opinjoni pożittiva dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet ikkonsolidati tal-UE.
L-Anness 7 jinkludi aktar informazzjoni dwar il-ħidma u l-konklużjonijiet tal-kumitat.
L-opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet tal-2018 u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet
Fl-2019, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat opinjoni pożittiva (nadifa) dwar il-kontijiet annwali tal-UE tal-2018, għat-tnax-il sena konsekuttiva.
Validazzjoni tas-sistemi lokali
L-uffiċjal tal-kontabbiltà huwa meħtieġ li jiffirma fuq il-kontijiet annwali, li jiċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li dawn jippreżentaw fehma vera u ġusta tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Kummissjoni. Il-validazzjoni tas-sistemi lokali tikkonsisti f’għadd ta’ kontrolli ta’ monitoraġġ u ta’ superviżjoni li għandhom l-għan li jipprovdu assigurazzjoni li huwa jista’ jistrieħ fuq l-informazzjoni mdaħħla mid-diversi dipartimenti tal-Kummissjoni fis-sistemi tal-kontabbiltà. Dan minbarra l-valutazzjonijiet tal-ġestjoni tas-sistemi ta’ kontroll intern fis-seħħ tad-dipartimenti stess.
Il-ħidma mwettqa fl-2019 identifikat il-punti ta’ saħħa, kif ukoll għadd ta’ dgħufijiet u kwistjonijiet, li rriżultaw f’rakkomandazzjonijiet maħsuba biex itejbu l-ambjent ta’ kontroll u l-kwalità tal-kontabbiltà fid-dipartimenti (
) – riskji ta’ mitigazzjoni għall-preċiżjoni tar-rapportar tal-ġestjoni finanzjarja u regolatorja (
). L-ebda waħda mid-dgħufijiet identifikati ma hija probabbli li jkollha impatt materjali fuq il-kontijiet annwali.
Għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, il-Qorti tal-Awdituri tat opinjoni kkwalifikata (favorevoli, iżda b’osservazzjonijiet) għall-baġit tal-UE, iżda opinjoni avversa (negattiva) għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp.
Il-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u tirrapporta dwar il-miżuri meħuda fir-rapporti annwali tal-attività. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tirrapporta regolarment dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat tal-Progress tal-Awditjar, li jwettaq ċerti attivitajiet ta’ monitoraġġ f’dan ir-rigward bil-mandat aġġornat tiegħu (
).
Il-Qorti tal-Awdituri tissorvelja l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha u tipprovdi rispons, biex b’hekk tgħin lill-Kummissjoni ttejjeb l-attivitajiet ta’ segwitu tagħha. Fir-rapport annwali tagħha tal-2018, il-Qorti tal-Awdituri vvalutat il-kwalità tas-segwitu tal-Kummissjoni ta’ 184 rakkomandazzjoni tal-awditjar minn 25 rapport speċjali ppubblikati fl-2015. Il-Qorti ta’ l-Awdituri nnotat li l-Kummissjoni kienet implimentat madwar tliet kwarti tar-rakkomandazzjonijiet b’mod sħiħ jew fil-biċċa l-kbira tal-aspetti, u ftit inqas minn wieħed minn kull ħamsa fi wħud mill-aspetti. Ir-rakkomandazzjonijiet li fadal ma ġewx aċċettati mill-Kummissjoni u, għalhekk, ma ġewx implimentati. B’mod ġenerali, dan huwa konformi mas-snin preċedenti.
Kwittanza 2018
Il-Parlament Ewropew ta l-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2018 b’maġġoranza ċara fl-14 ta’ Mejju 2020 wara li eżamina r-rapporti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-pakkett dwar ir-rapportar finanzjarju integrat tal-Kummissjoni u r-rakkomandazzjoni ta’ kwittanza tal-Kunsill. Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew stieden ukoll lil Kummissarji u Diretturi Ġenerali magħżula għal skambji ta’ fehmiet matul il-proċedura ta’ kwittanza. Ir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-Parlament Ewropew għall-2018 tinkludi rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-implimentazzjoni tal-baġit, kif ukoll rakkomandazzjonijiet marbuta mal-oqsma ta’ politika speċifiċi u sitwazzjonijiet li jikkonċernaw, pereżempju, l-istat tad-dritt u l-allegati kunflitti ta’ interess. Bħas-soltu, il-Kummissjoni qed tieħu azzjoni biex timplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet u se ssegwihom f’rapport speċifiku (
).
2.14.Żviluppi ulterjuri: prospett għall-2020 u l-perjodu 2021-2027
2.15.L-effett tal-kriżi tas-saħħa mill-coronavirus fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba fl-2020
Il-Kummissjoni ħadet firxa ta’ miżuri biex tirrispondi għall-kriżi kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19, bħall-inizjattivi ta’ investiment fir-rispons għall-coronavirus biex jittaffa l-impatt soċjoekonomiku. Il-pandemija nnifisha, permezz tal-impatt enormi tagħha fuq il-benefiċjarji tal-UE, l-awtoritajiet nazzjonali u s-servizzi tal-Kummissjoni, u l-miżuri li jittieħdu se jkollhom impatt fuq il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE, iżda se jippreżentaw ukoll sfidi potenzjali għall-bini tal-assigurazzjoni tal-Kummissjoni.
Pereżempju, il-kuntest speċifiku tal-kriżi kien jeħtieġ aġġustamenti fil-proċeduri ta’ kontroll u aktar flessibbiltà fil-ġestjoni tal-fondi (pereż. il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej) biex il-fondi jkunu jistgħu jintużaw malajr fejn ikunu l-aktar meħtieġa. Dawn l-aġġustamenti speċifiċi ġew inkorporati f’leġiżlazzjoni mmodifikata, li l-konformità magħha se titkejjel għall-perjodu affettwat mill-kriżi.
Il-Kummissjoni bħalissa qed taħdem fuq identifikazzjoni dettaljata ta’ dawn ir-riskji u l-isfidi l-ġodda, fuq il-valutazzjoni tal-impatt tagħhom u fuq l-istabbiliment ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni biex jintlaħaq bilanċ bejn il-flessibbiltà meħtieġa sabiex il-fondi jsiru disponibbli għall-Istati Membri u msieħba u benefiċjarji oħrajn inkarigati mill-implimentazzjoni sabiex tiġi miġġielda l-kriżi, u l-ħtieġa li jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.
2.16.L-isforzi biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba jinżammu fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss
Il-Kummissjoni qed tagħmel ħilitha b’mod kostanti biex tiżgura li l-baġit tal-UE jkun ġestit f’konformità mal-ogħla standards ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Fiċ-ċirkostanzi attwali, dan jibqa’ meħtieġ daqs qatt qabel. F’Mejju, il-Kummissjoni adottat il-proposti mġedda tagħha għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. Dawn il-proposti jikkonfermaw mill-ġdid l-impenn tal-Kummissjoni għal ġestjoni finanzjarja tajba, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-massimizzazzjoni tas-simplifikazzjoni, tas-sinerġiji u tal-effiċjenzi, kif ukoll lill-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ kontroll kosteffettivi u differenzjati bejn ir-riskji.
L-għan huwa li jintlaħqu kemm l-objettivi tal-politika / programm kif ukoll dawk ta’ kontroll intern, jiġifieri pagamenti veloċi, livell baxx ta’ żbalji u spejjeż ekonomiċi tal-kontroll. Eżempji li jistgħu jikkontribwixxu għal dawn it-tliet għanijiet huma l-użu akbar ta’ għotjiet b’somma f’daqqa (li jkompli jnaqqas il-ħtieġa għal żamma ta’ rekords dettaljati) u l-possibbiltà ta’ finanzjament fuq il-bażi tal-outputs jew tar-riżultati (li, pereżempju, jelimina l-ħtieġa li jiġu traċċati s-sigħat tax-xogħol permezz ta’ skedi tal-ħin jew li jiġu sottomessi fatturi dettaljati għall-ispejjeż imġarrba).
Il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-UE se tiġi ffaċilitata wkoll billi jiġu pprovduti mudelli għall-att ta’ stabbiliment u l-istrumenti ta’ delega għad-delegazzjonijiet futuri tal-programmi lill-aġenziji eżekuttivi matul il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, kif ukoll linji gwida għall-istabbiliment u l-operat tal-aġenziji eżekuttivi.
2.17.Aktar titjib u tisħiħ tal-kollaborazzjoni mal-Istati Membri
Bħala parti mill-inizjattiva ġenerali mill-Kummissjoni biex ittejjeb u ssaħħaħ il-kollaborazzjoni tagħha mal-Istati Membri, jenħtieġ li n-Network ta’ Nfiq Aħjar (li jinkludi rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni) jgħin fl-iskambju ta’ prattiki tajba, il-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-informazzjoni, l-identifikazzjoni tad-dgħufijiet u s-sejbien ta’ soluzzjonijiet fi stadju bikri dwar kwistjonijiet relatati man-nefqa pubblika, inklużi oqsma bħall-kunflitt tal-interess, l-istat tad-dritt u l-frodi u l-korruzzjoni. L-interazzjonijiet mal-Istati Membri se jseħħu f’livell għoli (konferenza annwali tal-Grupp ta’ Livell Għoli tan-Network ta’ Nfiq Aħjar) u fil-livell tekniku, bl-organizzazzjoni ta’ workshops dwar suġġetti speċifiċi.
Il-kwistjoni tal-kunflitti tal-interess hija importanti fuq l-aġenda tal-Kummissjoni u spiss kienet is-suġġett ta’ diskussjonijiet u sejħiet għal azzjoni, b’mod partikolari mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew. Bħala rispons, u wara r-reviżjoni tar-regoli dwar l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess fir-regolament finanzjarju tal-2018, li espliċitament estendew l-applikazzjoni tagħhom għal ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni qed tħejji nota ta’ gwida dwar l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess li tkopri l-modi ta’ ġestjoni kollha (ġestjoni diretta / indiretta / kondiviża). L-għan tagħha huwa li tiffaċilita l-fehim u żżid is-sensibilizzazzjoni fost id-diversi partijiet interessati li jużaw il-fondi tal-UE, fl-istituzzjonijiet tal-UE u fl-Istati Membri, tar-regoli dwar il-kunflitti ta’ interess. Il-pubblikazzjoni tagħha hija skedata għall-aħħar tas-sena.
Il-Kummissjoni qed tikkunsidra wkoll azzjonijiet oħrajn biex tindirizza t-tħassib speċifiku mqajjem mill-Parlament Ewropew u l-kwistjonijiet jew il-lakuni identifikati fl-aħħar sena. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jinkludu proposti sabiex jittejbu l-kwalità u l-interoperabbiltà tad-data dwar il-benefiċjarji tal-UE li ssir disponibbli għall-Kummissjoni u sabiex jiġi żgurat l-infurzar tal-irkupri tal-fondi tal-UE.
Fuq il-bażi tal-assigurazzjonijiet u tar-riżervi fir-rapporti annwali tal-attività (
), il-Kulleġġ jadotta dan ir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-Baġit tal-UE – Is-sena finanzjarja 2019 u jieħu f’idejh ir-responsabbiltà politika globali għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE.