EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014DC0155

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI It-tabella ta' Valutazzjoni tal-UE għall-Ġustizzja tal-2014

/* COM/2014/0155 final */

52014DC0155

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U L-KUMITAT TAR-REĠJUNI It-tabella ta' Valutazzjoni tal-UE għall-Ġustizzja tal-2014 /* COM/2014/0155 final */


1.           Introduzzjoni

L-edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2014 tal-Ġustizzja tal-UE (“it-Tabella ta’ Valutazzjoni”) hi ppreżentata f’kuntest fejn għadd ta’ Stati Membri huma involuti fi proċess ta’ riforma tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom biex isiru aktar effettivi għaċ-ċittadini u n-negozji. Dawn ir-riformi huma ta’ relevanza diretta għall-UE u jiġu segwiti mill-qrib mill-istituzzjonijiet Ewropej u l-partijiet interessati.

Il-kwalità, l-indipendenza u l-effiċjenza huma l-komponenti ewlenin għal sistema ġudizzjarja effettiva. Is-sistemi ġudizzjarji li jaħdmu sewwa huma kundizzjoni strutturali importanti li fuqha l-Istati Membri jsejsu t-tkabbir sostenibbli u l-politiki tal-istabilità soċjali tagħhom. Għal dawn ir-raġunijiet, mill-2011, ir-riformi ġudizzjarji nazzjonali saru parti integrali tal-komponenti strutturali fl-Istati Membri li huma soġġetti għal Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku[1]. Mill-2012[2], it-titjib fil-kwalità, l-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji kien prijorità għas-Semestru Ewropew ukoll, iċ-ċiklu annwali tal-UE għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, kif indikat fl-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir tal-2014[3]. It-Tabella ta’ Valutazzjoni tagħlef il-proċess tas-Semestru Ewropew billi tipprovdi dejta oġġettiva dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali. Dan jikkontribwixxi biex jiġu identifikati kwistjonijiet li jistħoqqilhom attenzjoni partikolari biex tkun żgurata l-implimentazzjoni tar-riformi.

L-aċċess għal sistema ġudizzjarja effettiva huwa dritt essenzjali li huwu fil-qalba tad-demokraziji Ewropej u rikonoxxut mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali li huma komuni għall-Istati Membri. Għal din ir-raġini, id-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal huwa minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 47). Kull meta qorti nazzjonali tapplika l-leġiżlazzjoni tal-UE, hija taġixxi bħala ‘qorti tal-Unjoni’ u trid tipprovdi protezzjoni ġudizzjarja effettiva lil kulħadd, kemm liċ-ċittadini kif ukoll lin-negozji, li jkunu nkisru d-drittijiet tagħhom, iggarantiti fil-liġi tal-UE. L-effettività tas-sistemi ġudizzjarji hija għalhekk kruċjali għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE u għat-tisħiħ ta’ fiduċja reċiproka.

X’inhi t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE?

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE hija għodda li tassisti lill-UE u 'l-Istati Membri fil-kisba ta’ ġustizzja aktar effettiva billi tipprovdi dejta oġġettiva, affidabbli u paragunabbli dwar il-kwalità, l-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri kollha.

It-Tabella ta' Valutazzjoni tikkontribwixxi biex jiġu identifikati nuqqasijiet potenzjali, titjib u prattiki tajba u għandha l-għan li tippreżenta x-xejriet fuq il-funzjonament tas-sistemi nazzjonali tal-ġustizzja matul iż-żmien. Ma tippreżentax klassifikazzjoni unika globali iżda ħarsa ġenerali lejn il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji kollha bbażati fuq indikaturi varji li huma ta’ interess komuni għall-Istati Membri kollha.

It-Tabella ta’ Valutazzjoni ma tippromwovix xi tip partikolari ta’ sistema ġudizzjarja. Ikun xi jkun il-mudell tas-sistema ġudizzjarja nazzjonali jew it-tradizzjoni legali li tkun imsejsa fuqha, il-puntwalità, l-indipendenza, l-affordabbiltà, u l-aċċess faċli biex wieħed jużaha huma wħud mill-parametri essenzjali ta’ dak li jikkostitwixxi sistema ġudizzjarja effettiva.

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2014 tiffoka fuq każijiet kontenzjużi ċivili u kummerċjali kif ukoll każijiet amministrattivi biex tgħin lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-klima tan-negozju u jegħlbu l-kriżi finanzjarja u tad-dejn sovran. It-Tabella ta’ Valutazzjoni hija strument li jevolvi fi djalogu mal-Istati Membri u l-Parlament Ewropew, bl-għan li jkunu identifikati l-parametri essenzjali ta’ sistema ġudizzjarja effettiva. Il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni biex progressivament jitwessa’ l-ambitu tat-Tabella ta’ Valutazzjoni.

It-tabella ta’ Valutazzjoni tal-UE għall-Ġustizzja kif tagħlef lis-Semestru Ewropew?

Prestazzjoni fqira żvelata mill-indikaturi tat-Tabella ta’ Valutazzjonii dejjem tirrikjedi analiżi aktar profonda tar-raġunijiet wara r-riżultat. Din il-valutazzjoni speċifika għall-pajjiż għandha titwettaq fil-kuntest tal-proċess tas-Semestru Ewropew permezz ta’ djalogu bilaterali mal-awtoritajiet u l-partijiet interessati kkonċernati. Din il-valutazzjoni tieħu inkonsiderazzjoni l-partikolaritajiet tas-sistema legali u l-kuntest tal-Istati Membri kkonċernati. Dan eventwalment jista’ jwassal lill-Kummissjoni biex tipproponi lill-Kunsill rakkomandazzjonijiet speċifiċi skont il-pajjiż dwar il-ħtieġa li jitjiebu s-sistemi ġudizzjarji.[4]

X’inhi l-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE?

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tuża sorsi differenti ta’ informazzjoni. Il-biċċa l-kbira tad-dejta kwantitattiva attwalment tiġi pprovduta mill-Kummissjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Evalwazzjoni tal-Effiċjenza tal-Ġustizzja (CEPEJ) li magħha l-Kummissjoni kkonkludiet kuntratt sabiex twettaq studju speċifiku[5]. Din id-dejta hi tal-2012 u kienet ipprovduta mill-Istati Membri skont il-metodoloġija tal-CEPEJ[6]. L-istudju jipprovdi wkoll l-iskedi tal-pajjiżi li jagħtu aktar kuntest u għandhom jinqraw flimkien ma’ dawn il-grafiki.

Għat-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2014, il-Kummissjoni daret ukoll għal sorsi addizzjonali ta’ tagħrif, partikolarment, il-Eurostat, il-Bank Dinji, il-Forum Ekonomiku Dinji, u n-netwerks ġudizzjarji Ewropej, b’mod partikolari n-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura li pprovdew tweġibiet għal kwestjonarju dwar l-indipendenza ġudizzjarja. Aktar dejta nkisbet ukoll permezz ta’ żewġ studji prattiċi pilota dwar il-funzjonament tal-qrati nazzjonali għall-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni.[7]

L-effettività tas-sistemi nazzjonali tal-ġustizzja bħala komponent strutturali għat-tkabbir

Istituzzjonijiet ta' kwalità għolja, inklużi sistemi tal-ġustizzja nazzjonali effettivi huma fattur determinanti għal prestazzjoni ekonomika. Fi żminijiet ta’ dejn sovran u ta' kriżi finanzjarja u ekonomika huma jaqdu rwol ewlieni fil-kisba mill-ġdid tal-fiduċja u t-trawwim tar-ritorn għat-tkabbir. Deċiżjonijiet ġudizzjarji prevedibbli, f’waqthom u infurzabbli huma komponenti strutturali importanti għal ambjent attraenti għan-negozju. Dawn jikkontribwixxu għal fiduċja u stabbiltà tul iċ-ċiklu tan-negozju kollu billi jmantnu l-fiduċja biex jitwaqqaf negozju, jiġi infurzat kuntratt, jiġi attirat investiment, jiġi riżolt dejn privat jew titħares proprjetà u drittijiet oħra. 

L-impatt ta' sistemi nazzjonali ġudizzjarji fuq l-ekonomija hu enfasizzat mill-Fond Monetarju Internazzjonali[8], il-Bank Ċentrali Ewropew[9], l-OECD[10], il-Forum Ekonomiku Dinji[11] u l-Bank Dinji[12]. L-effettività tas-sistema ġudizzjarja tinċentiva l-investiment f’pajjiż partikolari[13]. Ir-riċerka turi li hemm korrelazzjoni pożittiva bejn id-daqs tal-impriża u s-sistemi ta’ ġustizzja effettivi u n-nuqqas ta’ inċentivi għall-investiment u għall-impjiegi fil-preżenza ta’ nuqqasijiet fil-funzjonament tal-ġustizzja[14]. It-tkabbir f’setturi aktar innovattivi b’mod partikolari, dawk li ta’ spiss jiddependu fuq assi intanġibbli bħal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, huwa dipendenti fuq sistema ta’ infurzar tal-liġi li tiffunzjona tajjeb[15]. Sistemi tal-ġustizzja effettivi jrawmu wkoll il-kompetizzjoni fis-suq. Fejn is-sistemi tal-ġustizzja jiggarantixxu l-infurzar tal-kuntratti, il-kumpaniji huma dissważi minn imġiba opportunistika fir-relazzjonijiet ekonomiċi tagħhom u l-kostijiet tat-tranżazzjoni huma mnaqqsa. Fl-aħħar nett, il-fiduċja f’sistemi li jiffunzjonaw tajjeb tiffaċilita l-intraprenditorija. Nuqqasijiet fis-sistemi ġudizzjarji jwasslu għal aktar kostijiet tas-self[16]. Il-kredituri huma aktar probabbli li jsellfu meta jkunu kunfidenti li l-effettività tas-sistema ġudizzjarja tiggrantixxi li huma jkunu jistgħu jiġbru is-self tagħhom.

Dibattitu wiesa’ dwar l-effettività tas-sistemi ġudizzjarji

Il-preżentazzjoni tal-ewwel edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni kkontribwixxiet għal skambju wiesa' ta’ fehmiet dwar l-effettività tas-sistemi nazzjonali tal-ġustizzja fl-UE. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Frar 2014 dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-UE għall-Ġustizzja[17], il-Parlament Ewropew esprima interess kbir għat-Tabella ta' Valutazzjoni, u talab lill-Kummissjoni sabiex tmexxi dan l-eżerċizzju 'l quddiem. Din enfasizzat l-importanza li tiġi żgurata sistema ta' ġustizzja effiċjenti u indipendenti li tista' tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa u ssaħħaħ il-kompetittività u enfasizzat li sistema ġudizzjarja effettiva u affidabbli tagħti lin-negozju inċentivi biex jiżviluppa u jinvesti f’livell nazzjonali u transfruntier.

Il-Kunsill kellu skambju ta’ fehmiet dwar aspetti relatati mal-ġustizzja fis-Semestru Ewropew tal-2014, inkluża t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2013, fil-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni f’Diċembru. Fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni ppreżentat il-karatteristiċi ewlenin tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE tal-2014. Il-Kunsill u l-Istati Membri adottaw fl-4 ta’ Marzu Konklużjoni dwar is-sistemi ġudizzjarji ċivili u kummerċjali tal-Istati Membri[18].

L-effettività ta’ sistemi nazzjonali tal-ġustizzja u t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2013 ġew diskussi wkoll matul l-“Assises de la Justice”, konferenza ta’ livell għoli organizzata mill-Kummissjoni Ewropea fi Brussell fil-21 u t-22 ta’ Novembru 2013 dwar it-tfassil tal-politika tal-ġustizzja fl-Ewropa fis-snin li ġejjin.[19] Ir-rappreżentanti tal-ġudikatura (pereż. il-Qrati Supremi, il-Kunsilli tal-ġudikatura u l-imħallfin) u tal-prattikanti (pereż. avukati u uffiċjali ġudizzjarji) esprimew l-interess tagħhom u taw suġġerimenti għall-iżvilupp tagħha fil-ġejjieni. Ċerti Stati Membri kkontribwixxew għad-diskussjoni u enfasizzaw aspetti tal-metodoloġija li jistgħu jittejbu iktar. F’din l-okkażjoni, kien ippubblikat stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar “Il-Ġustizzja fl-Unjoni Ewropea” li enfasizza, b’mod partikolari, li l-livell ta’ fiduċja f’sistemi tal-ġustizzja nazzjonali jvarja b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri.[20]

Il-Kummissjoni bdiet djalogu sistematiku mal-esperti tal-Istati Membri biex tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-effikaċja tas-sistemi ġudizzjarji u biex tiġi żviluppata aktar it-Tabella ta' Valutazzjoni. L-Istati Membri ġew mitluba biex jinnominaw żewġ persuni ta’ kuntatt, waħda minn fost il-Ġudikatura u waħda mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Fl-ewwel żewġ laqgħat tal-persuni ta’ kuntatt ġiet diskussa d-disponibbiltà tad-dejta dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji u prattiki tajba dwar il-ġbir tad-dejta.  

2.           Segwitu għat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2013

Is-sejbiet tat-Tabella ta’ Valutazzjoni għenu, flimkien ma’ valutazzjoni speċifika tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri, biex jiġu ddefiniti rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fil-qasam tal-ġustizzja. Wara proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għamel rakkomandazzjonijiet lil għaxar Stati Membri[21] biex itejbu, skont il-pajjiż ikkonċernat, l-indipendenza, il-kwalità u/jew l-effiċjenza tas-sistema tal-ġustizzja tagħhom jew biex isaħħu aktar il-ġudikatura. Minn dawn l-għaxar Stati Membri, sitt Stati Membri [22]kienu diġà ġew identifikati fl-2012 bħala li qed jiffaċċjaw sfidi relatati mal-funzjonament tas-sistema tal-ġustizzja tagħhom.

Dawn l-Istati Membri qed jieħdu miżuri li jikkonċernaw il-funzjonament tal-ġudikatura. Dawn il-miżuri huma mifruxa minn miżuri operattivi, bħall-immodernizzar tal-ġestjoni tal-proċess fil-qorti, l-użu tat-teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni, l-iżvilupp ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim; għal aktar miżuri strutturali, bħar-ristrutturar tal-organizzazzjoni tal-qrati jew is-simplifikazzjoni ta’ regoli proċedurali ċivili li jistgħu jwasslu għal tnaqqis tat-tul tal-proċedimenti. L-intensità u l-istat tar-riformi jvarjaw skont l-Istati Membri. Filwaqt li f’ċerti Stati Membri diġà ġew adottati miżuri u qed jiġu implimentati, fi Stati Membri oħra, il-miżuri għadhom fi stadju bikri. It-Tabella ta' Valutazzjoni tippreżenta dejta mill-2012 u għalhekk għadha ma tistax tirrifletti l-effetti ta’ riformi kurrenti, inkluż għall-Istati Membri li diġà adottaw miżuri ambizzjużi.[23]

Is-sejbiet tat-Tabella ta’ Valutazzjoni jgħinu biex jiġu stabbiliti l-prijoritajiet għal fondi strutturali tal-UE. Esperjenzi preċedenti wrew li l-fondi tal-UE jistgħu jintużaw sabiex itejbu l-effettività tas-sistemi ġudizzjarji. Pereżempju, l-Estonja użat fondi strutturali biex tiżviluppa għodod tal-ġustizzja elettronika u issa hija wieħed mill-aktar pajjiżi avvanzati fl-użu ta’ għodod tal-ICT għall-ġestjoni tal-qrati u għal komunikazzjoni bejn il-qrati u l-partijiet.

Il-Kummissjoni identifikat il-ġustizzja bħala qasam ta’ prijorità għal tnax-il Stat Membru għall-finanzjament fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020[24]. L-Istati Membri qed ifasslu l-istrateġija tagħhom dwar il-mobilizzazzjoni tal-fondi tal-UE biex tiġi appoġġjata l-istrateġija Ewropa 2020 fl-hekk imsejħa “Ftehimiet ta’ Sħubija”. Dawn il-ftehimiet huma opportunità biex tiġi żgurata allokazzjoni adegwata ta’ fondi sabiex tiġi riflessa bis-sħiħ l-importanza li s-sistemi ġudizzjarji jsiru aktar effettivi.

3.           Indikaturi tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2014

L-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji

It-Tabella ta' Valutazzjoni żżomm l-istess indikaturi marbuta mal-effiċjenza tal-proċedimenti li kienu użati fl-2013: it-tul tal-proċedimenti, ir-rata tal-ikklerjar u n-numru ta' każijiet pendenti. Barra minn hekk, it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2014 tippreżenta r-riżultat ta’ żewġ studji pilota[25], immirati lejn l-għoti ta’ dejta aktar mirquma dwar it-tul ta’ proċedimenti ġudizzjarji li għandhom x’jaqsmu mal-liġi tal-kompetizzjoni u l-liġi tal-konsumatur, espressi fi ġranet medji. L-effettività tas-sistemi ġudizzjarji f’dawn iż-żewġ oqsma hija importanti għall-ekonomija. Pereżempju, l-impatt negattiv fuq il-benesseri tal-konsumatur tal-kartelli kollha b’saħħithom, espressi bħala proporzjon tal-prodott domestiku gross tal-UE, jiġi stmat li jvarja minn 0,20 % sa 0,55 % tal-PDG tal-UE fl-2011[26]. Bl-istess mod, l-applikazzjoni tal-liġi tal-konsumatur hija ugwalment importanti għall-ekonomija hekk kif il-konsum finali tal-familji jirrappreżenta 56 % tal-PDG[27].

Il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji

Fir-rigward tal-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2014 tuża l-istess indikaturi bħal fl-2013. Tiffoka fuq ċerti fatturi li jistgħu jgħinu biex itejbu l-kwalità tal-ġustizzja bħat-taħriġ, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-qorti, il-baġit, ir-riżorsi umani, id-disponibbiltà tas-sistemi tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni (ICT) għal qrati (li jiffaċilitaw b’mod partikulari r-relazzjoni bejn il-partijiet u l-qrati) u d-disponibbiltà ta’ metodi ta’ riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR) li jippermettu lill-partijiet isibu metodi oħra biex jirriżolvu t-tilwim tagħhom. Barra minn hekk, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2014 tipprovdi dejta aktar raffinata dwar taħriġ fil-liġi tal-UE, l-użu ta’ stħarriġ tas-sodisfazzjon, baġit għall-qrati u n-numru ta’ mħallfin.

Indipendenza tal-ġudikatura

It-Tabella ta' Valutazzjoni tippreżenta dejta dwar il-perċezzjoni tal-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja kif ipprovdut mill-Forum Ekonomiku Dinji (WEF) fir-Rapport tiegħu dwar il-Kompetittività Globali annwali.

Filwaqt li l-perċezzjoni tal-indipendenza hija importanti, għaliex tista’ tinfluwenza d-deċiżjonijiet dwar l-investiment, dak li huwa aktar importanti hu li l-indipendenza ġudizzjarja tkun protetta b’mod effettiv f’sistema ġudizzjarja permezz ta' salvagwardji legali. Kif imħabbar fit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2013, il-Kummissjoni bdiet kooperazzjoni dwar l-indipendenza strutturali tal-ġudikatura man-netwerks ġudizzjarji Ewropej, b’mod partikolari n-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura. It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2014 tippreżenta, f’anness, l-ewwel ħarsa ġenerali komparattiva dwar is-salvagwardji legali għall-protezzjoni tal-indipendenza strutturali tal-ġudikatura fis-sistemi legali tal-Istati Membri.

4.           Sejbiet ewlenin tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2014

4.1 L-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji

Ġustizzja mtawla hija ġustizzja miċħuda. Id-deċiżjonijiet f’waqthom huma essenzjali għan-negozji u l-investituri. Fid-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-investiment, il-kumpaniji jqisu r-riskju li jkunu involuti f’tilwim kummerċjali, tilwim fuq ix-xogħol jew it-tassazzjoni jew insolvenzi. L-effiċjenza li biha sistema ġudizzjarja fi Stat Membru tindirizza t-tilwim legali hija importanti ħafna. Pereżempju, l-infurzar legali ta’ kuntratt ta’ provvista jew ta’ servizzi jsir jiswa ħafna flus aktar ma t-tilwim ġudizzjarju jieħu żmien, u saħansitra inutli wara ċertu żmien, peress li tonqos il-probabbiltà li jiġu rkuprati l-flus minn ħlasijiet u penali.

4.1.1 It-tul tal-proċeduri

It-tul tal-proċedimenti juri ż-żmien (f’jiem) meħtieġ biex tiġi solvuta kawża l-qorti, jiġifieri ż-żmien li tieħu il-qorti sabiex tieħu deċiżjoni fl-ewwel istanza. L-indikatur taż-'żmien għat-tlestija' huwa n-numru ta’ kawżi mhux solvuti diviż bin-numru ta’ kawżi solvuti sa tmiem is-sena mmultiplikat bi 365 jum[28].

Ħlief il-grafiki 4, 11 u 12 il-grafiki kollha jikkonċernaw proċedimenti fl-ewwel istanza. Minkejja li proċeduri differenti tal-appell jista' jkollhom impatt kbir fuq it-tul tal-proċedimenti, l-effiċjenza ta’ sistema ġudizzjarja diġà għandha tiġi riflessa fl-ewwel istanza, peress li l-ewwel istanza hija fażi obbligatorja għal kull min jiftaħ kawża l-qorti.

Grafika 1: Iż-żmien li hemm bżonn biex jiġu riżolti kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn* (l-1el istanza/f'jiem) (sors: studju tas-CEPEJ[29])

*Skont il-metodoloġija tas-CEPEJ din il-grafika tinkludi l-kawżi kontenzjużi u mhux kontenzjużi ċivili u kummerċjali kollha, kawżi ta’ infurzar, kawżi tar-reġistru tal-artijiet, kawżi tal-liġi amministrattiva (kontenzjużi jew mhux kontenzjużi) u kawżi oħrajn mhux kriminali.

Grafika 2: Żmien meħtieġ biex jiġu riżolti kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi* (l-1el istanza/f’jiem) (sors: studju tas-CEPEJ)

*Il-kawżi ċivili (u kummerċjali) kontenzjużi jikkonċernaw tilwim bejn partijiet, pereżempju tilwim fuq kuntratti, li jsegwu l-metodoloġija tas-CEPEJ. Min-naħa l-oħra, il-kawżi ċivili (u kummerċjali) mhux kontenzjużi jikkonċernaw proċedimenti mhux ikkontestati, pereżempju, ordnijiet ta’ ħlas mhux ikkontestati. Il-kawżi kummerċjali huma indirizzati minn qrati kummerċjali speċjali f’xi pajjiżi, u ttrattati minn qrati (ċivili) ordinarji f’oħrajn.

Grafika 3: Żmien meħtieġ biex jiġu riżolti kawżi amministrattivi* (l-1el istanza/f’jiem) (sors: studju tas-CEPEJ)

*Il-kawżi tal-liġi amministrattiva jikkonċernaw tilwim bejn iċ-ċittadini u awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, li jsegwu l-metodoloġija tas-CEPEJ. Il-kawżi tal-liġi amministrattiva huma indirizzati minn qrati amministrattivi speċjali f’xi pajjiżi, u ttrattati minn qrati (ċivili) ordinarji f’oħrajn.

Grafika 4: Żmien meħtieġ biex jiġu solvuti kawżi ta’ insolvenza* (fi snin) (sors: Il-Bank Dinji: Doing Business)

*Iż-żmien għall-kredituri biex jirkupraw il-kreditu tagħhom. Il-perjodu ta’ żmien mill-inadempjenza tal-kumpanija sal-ħlas ta’ parti mill-flus jew il-flus kollha dovuti lill-bank. Jiġu kkunsidrati t-tattiki ta’ dewmien potenzjali mill-partijiet, bħalma huma l-preżentata ta’ appelli dilatorji jew talbiet għal estensjoni. Id-dejta tinġabar minn tweġibiet għall-kwestjonarju mill-professjonisti ta’ insolvenza lokali u vverifikata permezz ta’ studju tal-liġijiet u r-regolamenti kif ukoll informazzjoni pubblika dwar is-sistemi ta’ falliment.

4.1.2 Rata tal-ikklirjar

Ir-rata tal-ikklirjar hija l-proporzjon tan-numru ta’ kawżi solvuti meta mqabbel man-numru ta’ kawżi li jkunu deħlin. Hija tkejjel jekk qorti hijiex tlaħħaq mal-ammont ta’ kawżi li jkunu qegħdin jidħlulha. It-tul tal-proċedimenti huwa marbut mar-rata li biha l-qrati jistgħu jsolvu l-kawżi, ir-“rata tal-ikklirjar”, u man-numru ta’ kawżi li għadhom jistennew li jiġu solvuti, il-"kawżi pendenti". Meta r-rata tal-ikklirjar tkun madwar 100 % jew aktar, dan ifisser li s-sistema ġudizzjarji għandha l-kapaċità li tal-inqas issolvi kawżi bl-istess rata li jidħlu. Meta r-rata tal-ikklirjar tkun inqas minn 100 %, dan ifisser li l-qrati jkunu qegħdin isolvu inqas kawżi min-numru ta’ kawżi li jkunu deħlin, u b'hekk, fl-aħħar tas-sena n-numru ta’ kawżi mhux solvuti jingħaddu bħala kawżi pendenti. Jekk din is-sitwazzjoni tippersisti għal bosta snin, dan jista’ jkun sinjal ta’ problema sistemika hekk kif ikun hemm xogħol b’lura li jkompli jgħarraq l-ammont ta’ xogħol tal-qrati, u li jwassal sabiex it-tul tal-proċedimenti jkompli jitwal.

Grafika 5: Rata ta’ riżoluzzjoni ta' kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn (l-1el istanza/f’% - valuri ogħla minn 100 % jindikaw li jiġu solvuti iktar kawżi milli jidħlu, filwaqt li valuri inqas minn 100 % jindikaw li jiġu solvuti inqas kawżi milli jidħlu) (sors: studju tas-CEPEJ)

Grafika 6: Rata ta’ riżoluzzjoni ta’ kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi (l-1el istanza/f’%) (sors: studju tas-CEPEJ)

Grafika 7: Rata ta’ riżoluzzjoni ta’ kawżi amministrattivi (l-1el istanza/f’%) (sors: studju tas-CEPEJ)

4.1.3 Kawżi pendenti

In-numru ta’ kawżi pendenti juri n-numru ta’ kawżi li għad iridu jiġu indirizzati fi tmiem perjodu. In-numru ta’ kawżi pendenti jinfluwenza ż-żmien għat-tlestija. Għalhekk, sabiex jitjieb it-tul ta’ żmien tal-proċedimenti hemm bżonn ta' miżuri biex inaqqsu l-għadd ta’ kawżi pendenti.

Grafika 8: Numru ta' kawżi pendenti ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn (l-1el istanza/kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

Grafika 9: Numru ta' kawżi pendenti ċivili u kummerċjali kontenzjużi (l-1el istanza/kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

Grafika 10: Numru ta' kawżi pendenti amministrattivi (l-1el istanza/kull 100 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

4.1.4. Ir-riżultati tal-istudji pilota fil-qasam

Ir-riżultati tal-istudji pilota fil-qasam dwar it-tul tal-proċeduri fil-qasam tal-liġi dwar il-kompetizzjoni u l-konsumatur juru l-għadd medju ta’ jiem li hemm bżonn sabiex tittieħed deċiżjoni dwar is-sustanza f’kawżi li jikkonċernaw dawn iż-żewġ oqsma speċifiċi. It-tul medju f’jiem huwa pprovdut fil-kawżi tal-ewwel, it-tieni u (jekk rilevanti) it-tielet istanza fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli. Minħabba d-diverġenzi fil-mod li din id-dejta tkun ippreżentata għal dawn l-istanzi, l-Istati Membri huma ordnati b’mod alfabetiku fil-lingwi oriġinali tagħhom.

It-tul medju sabiex jiġu solvuti kawżi ta’ rieżami ġudizzjarju fil-liġi tal-kompetizzjoni indikat hawn taħt jidher li huwa ġeneralment ogħla mill-medja tat-tul għall-kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn fil-Grafika 1. Dan jista’ jkun minħabba l-kumplessità involuta f’dan it-tip ta’ litigazzjoni speċjalizzata. Il-grafika ta’ hawn taħt turi wkoll li f’bosta Stati Membri jistgħu jiġu osservati differenzi sinifikanti fit-tul bejn l-ewwel, it-tieni (u fejn teżisti) it-tielet istanza ta' rieżami ġudizzjarju.

Grafika 11: Medja ta’ żmien meħtieġ biex jiġu riżolti kawżi ta’ rieżami ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE* (f’jiem) (sors: studju pilota fil-qasam[30])

*Il-kalkolu fuq it-tul sar fuq il-bażi ta’ studju li fittex li jidentifika l-każijiet kollha tal-appell tad-deċiżjonijiet tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li għalihom inħarġu deċiżjonijiet ġudizzjarji dwar is-sustanza bejn l-2008 u l-2013. Il-grafiki huma pprovduti għall-1el u t-2i istanza u, f'dawk il-każijiet fejn kien relevanti, għat-3et istanza.

Grafika 12: Medja ta’ żmien meħtieġ biex jiġu riżolti kawżi tal-liġi dwar il-konsumatur* (f'jiem) (sors: studju pilota fuq il-post[31])

Filwaqt li t-tul medju jidher li huwa ogħla minn dak ta’ kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi ppreżentati fil-Grafika 2, għandu jitqies il-fatt li t-tul ġie kkalkolat fuq il-bażi ta’ kawżi ppubblikati ta' tilwim tal-konsumaturi, li għandhom it-tendenza li jkunu aktar kumplessi. It-tabella tikkonferma wkoll li għadd ta’ Stati Membri jippreżentaw differenzi sinifikanti ta' tul medju bejn l-ewwel, it-tieni u t-tielet istanza għat-tilwim tal-konsumatur.

*Il-kalkolu fuq it-tul sar fuq il-bażi ta’ kampjuni ta’ kawżi relatati mal-applikazzjoni tad-Direttiva dwar it-Termini Kuntrattwali Inġusti, id-Direttiva dwar Bejgħ mill-Bogħod, id-Direttiva dwar Bejgħ lill-Konsumatur u Garanzija, id-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Żleali u dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħhom fejn id-deċiżjonijiet kienu maħruġa bejn l-2008 u l-2013. Peress li d-daqs tal-kampjun ivarja skont id-disponibbiltà tad-deċiżjonijiet ippubblikati, il-grafiki pprovduti għandhom jiġu affrontati b’ċertu kawtela.[32]

Ø Konklużjonijiet dwar l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji · It-Tabella ta’ Valutazzjoni turi li hemm Stati Membri li jkomplu jiffaċċjaw sfidi partikolari fir-rigward tal-effiċjenzi tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom, jiġifieri proċedimenti tal-ewwel istanza li jdumu flimkien ma’ rati baxxi ta’ kklirjar jew numru kbir ta’ kawżi pendenti. Dawn l-Istati Membri diġà ġew identifikati fis-Semestru Ewropew tal-2013 u l-Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku u huma fil-proċess ta’ definizzjoni, ta' adozzjoni jew ta’ implimentazzjoni ta' miżuri biex itejbu l-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom. Il-grafiki jikkonfermaw l-importanza tal-impenn għar-riformi meħtieġa kollha u biex dawn l-isforzi jkunu segwiti b’determinazzjoni. · Għal xi ftit Stati Membri l-grafiki jindikaw żieda fit-tul tal-proċedimenti. Ir-raġunijiet għal dan jistgħu jkunu differenti. Pereżempju, għal pajjiżi speċjalment affettwati mid-dejn sovran u l-kriżi finanzjarja u ekonomika, iż-żieda ta’ kawżi deħlin kellha impatt fuq il-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja.[33] · L-effetti ta’ riformi ambizzjużi adottati reċentement f’ċerti Stati Membri għadma jistgħux jiġu riflessi peress li d-dejta hi mill-2012. Irid jgħaddi ż-żmien biex wieħed jimplimenta u jaħsad il-frott tar-riformi ġudizzjarji strutturali, b’mod partikolari għall-pajjiżi li huma soġġetti għal programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku[34]. Peress li t-Tabella ta’ Valutazzjoni hija eżerċizzju regolari, ir-riżultat ta' dawn ir-riformi jista' jibda jfeġġ fit-Tabelli ta’ Valutazzjoni tal-ġejjieni.

4.2. Il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji

Ġustizzja effettiva teħtieġ il-kwalità matul il-katina kollha tal-ġustizzja. In-nuqqas ta’ kwalità fid-deċiżjonijiet ġudizzjarji jistgħu jżidu r-riskji ta' negozju għal kumpaniji kbar u SMEs u jaffettwaw l-għażliet tal-konsumaturi. Ċerti indikaturi ta’ input, bħal taħriġ, monitoraġġ u evalwazzjoni ta’ attivitajiet, id-disponibbiltà tas-sistemi tal-ICT u metodi tal-ADR u tal-baġit u r-riżorsi umani jistgħu jgħinu biex itejbu l-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji.

4.2.1 Monitoraġġ u evalwazzjoni biex jgħinu fit-tnaqqis tat-tul tal-proċedimenti

Id-definizzjoni ta’ politiki dwar il-kwalità u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-qrati huma għodod li permezz tagħhom tista’ tiżdied il-kwalità tal-ġustizzja sabiex jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja, il-fiduċja, il-previdibbiltà u l-puntwalità tad-deċiżjonijiet tal-ġustizzja. Dawn l-għodod jistgħu jikkonsistu fil-monitoraġġ tal-attivitajiet ta’ kuljum tal-qrati grazzi għall-ġbir tad-dejta jew l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tal-qorti bl-użu ta’ indikaturi jew bl-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ kwalità fil-qrati. In-nuqqas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni affidabbli jista' jagħmilha aktar diffiċli biex ikun hemm titjib fil-funzjonament ta’ sistema ġudizzjarja. Ġestjoni effettiva taż-żmien fir-rigward tal-kawżi l-qorti teħtieġ li l-qrati, il-ġudikatura u l-utenti aħħarin kollha tal-ġustizzja jkunu jistgħu jiġu infurmati dwar il-funzjonament tal-qrati permezz ta’ sistema ta’ monitoraġġ regolari.

Id-dejta għall-grafiki multipli fuq fatturi ta' kwalità huma mill-2012, peress li jirriflettu indikaturi deskrittivi li għandhom it-tendenza li jibqgħu stabbli. Diverġenzi minn eżerċizzji preċedenti għal ċerti Stati Membri huma spjegati individwalment. L-Istati Membri fuq in-naħa tal-lemin tal-grafiki li ma għandhomx valur huma dawk li ma kienx hemm dejta disponibbli dwarhom. Meta l-indikaturi ma jeżistux jew mhumiex possibbli f’ċerti Stati Membri, dan jidher b'mod espliċitu fuq in-naħa tal-lemin grafiki.

Grafika 13: Disponibbiltà ta’ monitoraġġ tal-attivitajiet tal-qrati fl-2012* (sors: studju tas-CEPEJ)

*Ġiet irraportata żieda tad-disponibbiltà ta’ għodod ta’ monitoraġġ f’CY, EL (rapporti ta’ attività annwali) u SI (elementi oħra ta’ monitoraġġ) u nuqqas f’SK (l-ebda rapport ta’ attività annwali, peress li l-qrati individwali huma mitluba jibagħtu dejta statistika lill-Ministeru tal-Ġustizzja li jippubblika d-dejta għall-ġudikatura kollha).

Grafika 14: Disponibbiltà tal-evelwazzjoni tal-attivitajiet tal-qrati fl-2012* (sors: Studju tas-CEPEJ)

*Ġiet irraportata żieda tad-disponibbiltà ta’ dawn l-għodod f’EE, HU u SI u naqset fi LV.

Grafika 15: Stħarriġ li sar fost l-utenti tal-qorti jew il-professjonisti legali fl-2012* (sors: Studju tas-CEPEJ)

Stħarriġ li sar fost il-professjonisti li jaħdmu fil-qrati u/jew l-utenti tal-qrati jistgħu jipprovdu tagħrif rilevanti dwar il-kwalità tas-sistema ġudizzjarja. Indikatur addizzjonali ġie introdott biex jirrifletti l-gruppi fil-mira u sa fejn stħarriġ bħal dan jintuża fl-Istati Membri.

*Stħarriġ immirat lejn persuni li kienu f’kuntatt dirett ma’ qorti (professjonisti, litiganti u utenti oħra tal-qrati, pereżempju xhieda, esperti, interpreti, eċċ.) li jsegwi l-metodoloġija tas-CEPEJ.

4.2.2 Is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jgħinu biex jonqos it-tul tal-proċedimenti u biex jitħaffef l-aċċess għall-ġustizzja

Is-sistemi tal-ICT għar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-kawżi huma għodod fundamentali għad-dispożizzjoni tal-qrati għal ġestjoni effettiva taż-żmien tal-kawżi, peress li jgħinu sabiex titjieb ir-rata li biha l-qrati jistgħu jindirizzaw kawżi u b’hekk jonqos it-tul ġenerali tal-proċedimenti[35].

Grafika 16: Is-sistemi tal-ICT għar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni tal-kawżi (indikatur peżat-min=0, mass=4)[36] (sors: studju tas-CEPEJ)

Grafika 17: Komunikazzjoni elettronika bejn il-qrati u l-partijiet (indikatur peżat -min=0, mass=4) (sors: studju tas-CEPEJ)

Is-sistemi tal-ICT għall-komunikazzjoni bejn il-qrati u l-partijiet (pereż. sottomissjoni elettronika tal-pretensjonijiet) jistgħu jikkontribwixxu għal tnaqqis fid-dewmien u l-kostijiet għaċ-ċittadini u n-negozji billi jħaffu l-aċċess għall-ġustizzja. Is-sistemi tal-ICT għandhom rwol dejjem aktar importanti fil-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u b’hekk iħaffu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Grafika 18: Ipproċessar elettroniku ta’ pretensjonijiet żgħar* (0 = disponibbli f’0 % tal-qrati; 4 = disponibbli f'100 % tal-qrati) (sors: studju tas-CEPEJ)

*Il-kunċett ta’ “pretensjonijiet żgħar” jindika kawża ċivili li fiha, il-valur monetarju tal-pretensjoni huwa relattivament baxx. Dan il-kunċett ivarja bejn l-Istati Membri u l-Istudju tas-CEPEJ juża definizzjoni nazzjonali f’kull Stat Membru.

Grafika 19: Ipproċessar elettroniku ta’ rkupru ta’ dejn mhux ikkontestat (0 = disponibbli f’0 % tal-qrati; 4 = disponibbli f'100 % tal-qrati) (sors: studju tas-CEPEJ)

Grafika 20: Preżentazzjoni elettronika tal-pretensjonijiet (0 = disponibbli f’0 % tal-qrati; 4 = disponibbli f'100 % tal-qrati) (sors: studju tas-CEPEJ)

4.2.3 Il-metodi ta’ Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (ADR) jgħinu fit-tnaqqis tal-ammont ta’ xogħol tal-qrati

Medjazzjoni effettiva u metodi alternattivi oħrajn ta’ soluzzjoni ta' tilwim iwessgħu l-possibbiltajiet għaċ-ċittadini u n-negozji li jsolvu t-tilwimiet tagħhom u li jikkontribwixxu għal kultura ta’ riżoluzzjoni paċifika ta’ tilwim. L-interess f’dawn il-metodi huwa kkonfermat minn stħarriġ tal-Ewrobarometru li juri li 89 % ta’ dawk li wieġbu jfittxu ftehim barra mill-qorti filwaqt li 8 % jgħidu li huma kieku jmorru l-qorti xorta waħda[37]. L-ADR tikkontribwixxi wkoll għal funzjonament aħjar tal-qrati. Billi tkun iffaċilitata soluzzjoni bikrija bejn il-partijiet fuq bażi volontarja, l-ADR tnaqqas in-numru ta’ kawżi pendenti u għalhekk tista' tħalli impatt pożittiv importanti fuq l-ammont ta' xogħol tal-qrati, li min-naħa tagħhom imbagħad ikunu f’pożizzjoni aħjar biex iżommu ma' perjodi ta’ żmien raġonevoli.

Grafika 21: Disponibbiltà ta’ metodi ta’ soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fl-2012* (sors: studju tas-CEPEJ)

*Kważi l-ebda bidla ma ġiet irrappurtata fuq id-disponibbiltà tal-ADR li dehret li żdiedet f'CY u naqset fil-LV, u li tinsab fi stadju bikri li jistabbilixxi bażi legali ġdida għal medjazzjoni u istitut ta' medjazzjoni.

4.2.4 Promozzjoni tat-taħriġ tal-imħallfin tista’ tgħin biex titjieb l-effettività tal-ġustizzja

It-taħriġ tal-imħallfin huwa element importanti għall-kwalità ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji. Ġie introdott indikatur addizzjonali biex jipprovdi informazzjoni dwar il-persentaġġi attwali ta’ mħallfin li jipparteċipaw f’taħriġ kontinwu fil-liġi tal-UE jew fil-liġi ta’ Stat Membru ieħor.

Grafika 22: Taħriġ obbligatorju għall-imħallfin fl-2012* (sors: studju tas-CEPEJ)

*EL, HU u LT żiedu l-għadd ta’ kategoriji ta’ taħriġ obbligatorju meta mqabbel mal-2010, filwaqt li fil-LU, SE u RO xi kategoriji li kienu obbligatorji saru fakultattivi.

Grafika 23: L-imħallfin li pparteċipaw f'attivitajiet kontinwi ta' taħriġ fil-Liġi tal-UE jew fil-liġi ta' Stat Membru ieħor tal-UE (bħala % tan-numru totali ta' mħallfin)* ( sors: Il-Kummissjoni Ewropea, Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew, 2012[38])

*Fi ftit każijiet irrappurtati mill-Istati Membri l-proporzjon ta’ parteċipanti għall-membri tal-professjoni legali eżistenti jaqbeż il-100 %, li jfisser li l-parteċipanti ħadu sehem f’aktar minn attività waħda ta’ taħriġ dwar il-liġi tal-UE. Xi ċifri eċċezzjonalment għolja jistgħu jissuġġerixxu li, id-dejta mwassla tikkonċerna t-taħriġ fis-suġġetti kollha u mhux biss fil-liġi tal-UE.

4.2.5 Riżorsi

Grafika 24: Baġit għall-qrati (f’EUR għal kull abitant)* (sors: studju tas-CEPEJ)

* Il-Grafika 24 tindika l-baġit annwali approvat allokat għall-funzjonament tal-qrati kollha, ikun xi jkun is-sors u l-livell ta’ dan il-baġit (nazzjonali jew reġjonali). Ma jinkludix is-Servizzi tal-Prosekuzzjoni (minbarra BE, DE, EL, ES (għall-2010), FR, LU u AT) jew għajnuna legali (ħlief f’BE, ES (għall-2010) u AT).[39]

Grafika 25: In-nefqa totali tal-Gvern Ġenerali fuq il-"qrati tal-ġustizzja"* (f'EUR kull abitant) (sors: Eurostat)

Dan l-indikatur addizzjonali fuq ir-riżorsi jibni fuq id-dejta tal-Eurostat fuq in-nefqa tal-gvern. Hu jippreżenta l-baġit li attwalment intefaq, li jikkomplimenta l-indikatur eżistenti fuq il-baġit allokat għall-qrati. Isir tqabbil bejn l-2010, l-2011 u l-2012.

*Filwaqt li l-Grafika 24 tindika l-baġit annwali approvat allokat għall-funzjonament tal-qrati kollha, ikun xi jkun is-sors u l-livell ta’ dan il-baġit (nazzjonali jew reġjonali), il-Grafika 25 tippreżenta n-nefqa totali (reali) tal-gvern ġenerali fuq il-qrati (Dejta tal-Kontijiet Nazzjonali, Klassifikazzjoni tal-Funzjonijiet tal-Gvern, grupp 03.3). Il-Grafika 25 tinkludi wkoll sistemi ta’ probation u għajnuna legali.[40]

Grafika 26: In-nefqa tal-gvern ġenerali fuq il-qrati tal-ġustizzja bħala persentaġġ tal-PDG (sors: Eurostat)[41]

Grafika 27: Numru ta’ mħallfin* (għal kull 100 000 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

Sabiex titjieb il-komparabbiltà u tiġi pprovduta stampa aktar iffukata, l-indikatur ġie rivedut meta tqabbel mat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2013. Ma għadux jinkludi reġistraturi (Rechtspfleger)/skrivani tal-qorti li jeżistu biss f’xi Stati Membri. Huma kkunsidrati esklużivament l-imħallfin full-time.

*Il-kategorija tikkonsisti minn imħallfin li jaħdmu full-time, li jsegwu l-metodoloġija tas-CEPEJ. Ma tinkludix reġistraturi (Rechtspfleger)/skrivani tal-qorti li jeżistu f’xi Stati Membri.

Grafika 28: Numru ta’ avukati* (għal kull 100 000 abitant) (sors: studju tas-CEPEJ)

*Avukat huwa persuna kkwalifikata u awtorizzata skont il-liġi nazzjonali biex tinvoka u taġixxi f’isem il-klijenti tagħha, biex tinvolvi ruħha fil-prattika tal-liġi, biex tidher quddiem il-qrati jew tagħti pariri u tirrappreżenta lill-klijenti tagħha fi kwistjonijiet legali (Rakkomandazzjoni Rec(2000)21 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-libertà ta’ eżerċizzju tal-professjoni ta’ avukat).

Ø Konklużjonijiet dwar il-kwalità tas-sistemi ġudizzjarji · Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-qorti diġà jeżistu fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Ftit pajjiżi biss ma għandhom l-ebda sistema ta’ evalwazzjoni fis-seħħ. Isir stħarriġ fost l-utenti tal-qorti jew il-professjonisti legali f’aktar min-nofs l-Istati Membri. · Metodi alternattivi ta’ soluzzjoni ta' tilwim huma disponibbli fi kważi l-Istati Membri kollha. Dejta aġġornata dwar l-użu ta’ dawn il-metodi mhijiex disponibbli. · Id-disponibbiltà tal-għodod tal-informazzjoni u tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni (ICT) għall-qrati żdiedet. Fil-biċċa l-kbira tagħhom huma disponibbli għall-amministrazzjoni u l-ġestjoni ta’ qrati u sa ċertu punt għal komunikazzjoni elettronika bejn il-qrati u l-partijiet. L-ipproċessar elettroniku ta’ pretensjonijiet żgħar, l-irkupru tad-dejn mhux ikkontestat u s-sottomissjoni elettronika ta’ pretensjonijiet mhuwiex possibbli f’numru sinifikanti ta’ Stati Membri. · Fi kważi terz tal-Istati Membri r-rata ta’ parteċipazzjoni tal-imħallfin f’attivitajiet ta’ taħriġ kontinwu dwar il-liġi tal-UE hija ogħla minn 50 %. Għal nofs l-Istati Membri l-parteċipazzjoni tal-imħallfin f’taħriġ fil-liġi tal-UE tirrappreżenta inqas minn 20 %. · It-taħriġ tal-imħallfin u l-prattikanti legali u l-għodod tal-ICT huma kruċjali għat-tħaddim effettiv tal-Ispazju Ewropew ta' Ġustizzja bbażat fuq fiduċja reċiproka. Is-sejbiet tat-Tabella ta’ Valutazzjoni jikkonfermaw li t-taħriġ u l-ICT għandhom ikunu komponenti ewlenin tal-futur tal-politika tal-Ġustizzja tal-UE u se jgħinu biex jiġi kkonsolidat dak li nkiseb matul l-aħħar 15-il sena f’dan il-qasam.

4.3 Indipendenza

L-indipendenza ġudizzjarja hija importanti għal ambjent tan-negozju attraenti. Hi tassigura l-previdibilità, iċ-ċertezza, il-ġustizzja u l-istabbiltà tas-sistema legali li fiha joperaw in-negozji. Għal din ir-raġuni, it-titjib tal-indipendenza tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali, flimkien mal-kwalità u l-effiċjenza tagħhom, huwa element importanti fis-Semestru Ewropew. L-indipendenza tal-ġudikatura hija wkoll rekwiżit li joħroġ mid-dritt għal rimedju effettiv stabbilit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. L-indipendenza ġudizzjarja hija importanti wkoll għall-ġlieda effettiva kontra l-korruzzjoni, kif enfasizzat fir-Rapport tal-UE dwar il-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni.[42]

Sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-indipendenza tal-ġudikatura fl-Istati Membri it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2013 użat l-indikatur tal-perċezzjoni tal-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja. Il-perċezzjoni tal-indipendenza tal-ġudikatura hija tassew fattur li jsaħħaħ it-tkabbir hekk kif il-perċezzjoni ta' nuqqas ta’ indipendenza tista’ tiskoraġġixxi l-investimenti. Bħala regola ġenerali, il-ġustizzja ma għandhiex biss issir, iżda trid anki tidher li qed issir f'għajnejn dawk involuti.

Filwaqt li l-perċezzjoni tal-indipendenza hija indikatur rilevanti, l-informazzjoni dwar kif l-indipendenza ġudizzjarja hija legalment garantita u sostnuta hija meħtieġa. Għal din ir-raġuni, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-2013 ħabbret li l-Kummissjoni, bin-netwerks ta’ mħallfin u l-awtoritajiet ġudizzjarji, se teżamina kif il-kwalità u d-disponibbiltà ta’ dejta komparabbli dwar l-indipendenza strutturali jistgħu jiġu mtejba.

F’kooperazzjoni man-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (ENCJ) il-Kummissjoni bdiet tiġbor informazzjoni dwar il-protezzjoni legali tal-indipendenza ġudizzjarja fl-Istati Membri. Il-grafiki fl-Anness jippreżentaw l-ewwel ħarsa ġenerali komparattiva dwar kif is-sistemi ġudizzjarji huma organizzati biex jipproteġu l-indipendenza ġudizzjarja f’ċerti tipi ta’ sitwazzjonijiet fejn l-indipendenza tagħhom tista’ tkun f'riskju. Jintużaw ħames indikaturi biex ikopru s-sitwazzjonijiet li ġejjin: (i) is-salvagwardji rigward it-trasferiment ta' mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom, (ii) it-tkeċċija ta' mħallfin, (iii) l-allokazzjoni ta' kawżi li jkunu deħlin il-qorti, (iv) l-irtirar jew ir-rifjut ta' mħallfin u (v) it-theddida kontra l-indipendenza ta' mħallef. Għal sitwazzjonijiet bħal dawn, ir-Rakkomandazzjoni tal-2010 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-imħallfin: l-indipendenza, l-effiċjenza u r-responsabiltajiet (“ir-Rakkomandazzjoni”) tippreżenta standards biex jiġi żgurat li l-indipendenza tal-ġudikatura hija rispettata.[43]

Grafika 29: Perċezzjoni ta' indipendenza ġudizzjarja (perċezzjoni - valur ogħla jfisser perċezzjoni aħjar) (sors: Forum Ekonomiku Dinji - WEF[44])

Ø Konklużjonijiet dwar l-indipendenza ġudizzjarja · F’diversi Stati Membri l-perċezzjoni tal-indipendenza tjiebet filwaqt li f’xi Stati Membri marret għall-agħar. · It-Tabella ta' Valutazzjoni tippreżenta wkoll fl-Anness l-ewwel ħarsa ġenerali komparattiva fattwali tas-salvagwardji legali li għandhom l-għan li jipproteġu l-indipendenza ġudizzjarja f’ċerti sitwazzjonijiet fejn l-indipendenza tista’ tkun f’riskju. Il-Kummissjoni se tkompli teżamina flimkien man-netwerks tal-awtoritajiet ġudizzjarji u l-imħallfin, kif ukoll mal-Istati Membri, kif it-Tabella ta' Valutazzjoni tista’ tiżviluppa aktar dejta komparattiva dwar l-effettività ta’ dawn is-salvagwardji legali u salvagwardji oħra b'rabta mal-indipendenza strutturali.

5.           Passi ulterjuri

Is-sejbiet tat-Tabella ta’ Valutazzjoni ser ikunu kkunsidrati fit-tħejjija tal-analiżi speċifika għall-pajjiż li jmiss tas-Semestru Ewropew għall-2014. Dawn se jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-Programmi ta’ Aġġustamenti Ekonomiċi.

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-2014 tikkonferma li l-ġbir ta’ dejta oġġettiva, komparabbli u affidabbli dwar l-effettività tas-sistemi ġudizzjarji li jkopru l-Istati Membri kollha jibqa’ jikkostitwixxi sfida. Dan jista' jkun għal raġunijiet differenti: in-nuqqas ta' disponibilità ta' dejta minħabba kapaċità statistika insuffiċjenti, nuqqas ta' kumparabilità minħabba proċeduri jew definizzjonijiet li jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti jew in-nuqqas ta' rieda għal kooperazzjoni sħiħa mas-CEPEJ.

Il-Kummissjoni tqis li huwa importanti li jsir progress ta' veru fil-ħila biex tinġabar u tiġi pprovduta d-dejta relevanti dwar il-kwalità, l-effiċjenza u l-indipendenza tas-sistemi ġudizzjarji. Fid-dawl tal-importanza tal-funzjonament tajjeb tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni, l-Istati Membri kollha għandhom jindirizzaw, bi prijorità, il-ġbir ta’ dejta soda, imparzjali, affidabbli, oġġettiva u kumparabbli u jagħmluha disponibbli biex jappoġġjaw dan l-eżerċizzju. Hemm interess reċiproku mill-Istati Membri u l-ġudikaturi nazzjonali biex jiżviluppaw il-ġbir ta’ tali dejta sabiex il-politiki tal-ġustizzja jiġu ddefiniti aħjar.

Il-Kummissjoni fi ħsiebha tintensifika l-ħidma tal-grupp ta’ esperti dwar is-sistemi nazzjonali tal-ġustizzja sabiex ittejjeb id-disponibbiltà, il-kwalità u l-komparabilità tad-dejta rilevanti għall-UE. Minbarra li tikkoopera mas-CEPEJ, il-Kummissjoni qed issaħħaħ kooperazzjoni man-netwerks Ewropej fil-qasam tal-ġustizzja, b’mod partikolari n-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura, in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qorti Ġudizzjarja Suprema tal-Unjoni Ewropea, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u l-Ġuriżdizzjonijiet Amministrattivi Supremi, u mal-assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jeżerċitaw professjoni legali, b’mod partikolari l-avukati. Se tiġi esplorata l-possibbiltà li tinġabar id-dejta dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji f’oqsma oħra ffukati rilevanti għat-tkabbir, bħal reati finanzjarji u ekonomiċi.

6.           Konklużjonijiet

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-UE għall-Ġustizzja tikkontribwixxi lejn l-identifikar, fi djalogu miftuħ mal-Istati Membri, l-eżempji tajbin u n-nuqqasijiet possibbli tas-sistemi nazzjonali tal-ġustizzja. Skont il-prinċipju ta’ trattament ugwali, huwa importanti li l-Istati Membri kollha jkunu koperti mit-Tabella ta’ Valutazzjoni u jipprovdu d-dejta meħtieġa. Din hija kwistjoni ta’ interess komuni għall-funzjonament bla xkiel ta’ spazju komuni Ewropew tal-ġustizzja bbażat fuq fiduċja reċiproka u b’mod aktar ġenerali tal-Unjoni.

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-UE għall-Ġustizzja tal-2014 turi l-importanza li jiġu segwiti b’determinazzjoni l-isforzi magħmula biex tittejjeb l-effikaċja tas-sistemi ġudizzjarji sabiex jitgawdew il-benefiċċji sħaħ ta’ dawn ir-riformi. Abbażi ta’ din it-Tabella ta’ Valutazzjoni, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-partijiet interessati kollha għal djalogu miftuħ u kollaborazzjoni kostruttiva lejn dan l-għan.

ANNESS : INDIPENDENZA ĠUDIZZJARJA STRUTTURALI

Il-grafiki ta' hawn taħt jippreżentaw l-ewwel ħarsa ġenerali lejn is-salvagwardji legali f’ċerti tipi ta’ sitwazzjonijiet mingħajr ma jagħmlu valutazzjoni tal-effettività tagħhom[45]. Il-grafiki huma bbażati fuq it-tweġibiet għal kwestjonarju elaborat mill-Kummissjoni f’assoċjazzjoni mill-qrib mal-ENCJ.[46]

Grafika I Is-salvagwardji dwar it-trasferiment ta’ mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom (il-pożizzjoni fissa tal-imħallfin)

Il-grafika teżamina x-xenarju tat-trasferimenti ta’ mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom u turi jekk tali trasferiment huwiex permess u meta huwa permess: (i) l-awtoritajiet li jiddeċiedu dwar dawn it-trasferimenti, (ii) ir-raġunijiet (pereż. organizzattivi, dixxiplinarji) li għalihom tali trasferiment huwa permess u (iii) jekk appell kontra d-deċiżjoni huwiex possibbli.[47]

Grafika II: It-tkeċċija tal-imħallfin tal-1el u t-2i istanza

Din il-grafika tippreżenta l-awtoritajiet li għandhom is-setgħa li jipproponu u jiddeċiedu dwar it-tkeċċija ta’ mħallef tal-ewwel u tat-tieni istanza fl-Istati Membri differenti[48]. Il-parti ta’ fuq tal-kolonna tindika min jieħu d-deċiżjoni finali[49] u l-parti t’isfel turi – fejn relevanti – min jipproponi t-tkeċċija jew min għandu jiġi kkonsultat qabel ma tittieħed deċiżjoni.

Grafika III: L-allokazzjoni tal-kawżi fi ħdan qorti

Il-grafika tippreżenta f’liema livell il-kriterji għad-distribuzzjoni tal-kawżi fi ħdan qorti huma definiti (pereżempju liġi, prattika stabbilita sew), kif jiġu allokati l-kawżi (pereż. mill-president tal-qorti, mill-persunal tal-qorti, allokazzjoni każwali, ordni definita minn qabel) u liema awtorità tissorvelja l-allokazzjoni[50].

 

Grafika IV: L-irtirar u l-iskwalifika ta’ mħallef

Il-grafika tippreżenta jekk l-imħallfin jistgħux jiġu suġġetti għal sanzjonijiet jekk jonqsu li jirrispettaw l-obbligu tal-irtirar milli jaġġudikaw każ li fih l-imparzjalità tagħhom hija fid-dubju jew tkun kompromessa jew fejn hemm perċezzjoni raġonevoli ta’ preġudizzju. Il-grafika tippreżenta wkoll liema awtorità[51] tiddeċiedi fuq talba għal skwalifika minn parti li tkun immirata biex imħallef jiġi kkontestat[52].

Grafika V: Il-proċeduri f’każ ta’ theddida kontra l-indipendenza ta’ mħallef

Il-grafika tippreżenta liema awtoritajiet jistgħu jaġixxu fi proċeduri speċifiċi biex jipproteġu l-indipendenza ġudizzjarja meta l-imħallfin jikkunsidraw li l-indipendenza tagħhom tkun mhedda[53]. Hi tippreżenta wkoll il-miżuri li jistgħu jadottaw dawn l-awtoritajiet (pereż. li joħorġu dikjarazzjoni formali, iressqu ilmenti jew sanzjonijiet kontra persuni li jippruvaw jinfluwenzaw l-imħallfin b’mod mhux xieraq). Azzjoni meħuda għall-protezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja tirriżulta minn servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jew qorti f’każ ta’ sanzjonijiet, jew mill-Kunsill għall-Ġudikatura f’każ ta’ miżuri oħra.

[1]     Fl-2014, Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku fil-Greċja, il-Portugall u Ċipru jinkludu kondizzjonalità fuq riformi fil-ġustizzja.

[2]     Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2013 COM(2012) 750 finali.

[3]     Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2014 COM(2013) 800 finali.

[4]     Ir-raġunijiet għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż huma ppreżentati mill-Kummissjoni fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/europe2020/europe-2020-in-your-country/index_mt.htm.

[5]     Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/effective-justice/scoreboard/index_en.htm

[6]     Mhux l-Istati Membri kollha pprovdew dejta lis-CEPEJ.

[7]     Studju dwar il-funzjonament tal-qrati nazzjonali għall-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi tal-kompetizzjoni, imwettaq minn ICF GHK, 2014; Studju dwar il-funzjonament tal-qrati nazzjonali għall-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi tal-konsumatur, imwettaq miċ-Ċentru għas-Servizzi tal-Istrateġija u l-Evalwazzjoni LPP, 2014. Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/effective-justice/scoreboard/index_en.htm

[8]     FMI, “Inkattru t-Tkabbir Ekonomiku fl-Ewropa Issa”, it-18 ta’ Ġunju 2012.

[9]     Disponibbli fuq: http://www.ecb.europa.eu/press/key/date/2013/html/sp130516.en.html

[10]    Ara pereżempju “X'jagħmel lill-ġustizzja ċivili effettiva?”, Notamenti tad-Dipartiment tal-Affarijiet Ekonomiċi ta’ Politika tal-OECD, Nru 18, Ġunju 2013 u "L-Ekonomija tal-Ġustizzja Ċivili: Dejta u Empiriċi ġodda transnazzjonali", Dokumenti ta’ Ħidma tad-Dipartiment tal-Ekonomija tal-OECD, Nru 1060.

[11]    Il-Forum Ekonomiku Dinji, "Rapport dwar il-Kompetittività Globali; 2013-2014", disponibbli fuq: http://www3.weforum.org/docs/WEF_GlobalCompetitivenessReport_2013-14.pdf

[12]    Disponibbli fuq: http://www.doingbusiness.org/reports/global-reports/~/media/GIAWB/Doing%20Business/Documents/Annual-Reports/English/DB14-Chapters/DB14-Enforcing-contracts.pdf

[13]    Ara IMF Country Report Nru 13/299.

[14]    Ara Dokument ta' Ħidma tal-Bank ta’ Spanja, Nru 1303; Ara Dokument ta' Ħidma tal-Bank tal-Italja, Nru 898; IMF Country Report Nru 13/299 imsemmi hawn fuq.

[15]    Id-Dipartiment tal-Ekonomija tal-OECD imsemmi hawn fuq.

[16]    IMF Country Report Nru 13/299.

[17]    Ir-Riżoluzzjoni “Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE - ġustizzja ċivili u amministrattiva fl-Istati Membri”.

[18]    Rigward il-Kumitat tar-Reġjuni, il-President tal-Kummissjoni responsabbli għaċ-Ċittadinanza, il-Governanza, l-Affarijiet Istituzzjonali u Esterni (CIVEX) bagħat serje ta’ rimarki li enfasizzaw l-importanza ta’ ġustizzja u t-tkabbir effettivi fil-livell lokali u reġjonali.

[19]    Informazzjoni dwar il-konferenza, diskorsi u l-kontributi bil-miktub, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/events/assises-justice-2013/index_en.htm

[20]    Flash Ewrobarometru 385 Ġustizzja fl-UE, disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/flash_arch_390_375_en.htm#385

[21]    Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2013/C 217/03) tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-2013 tal-Bulgarija u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tal-Bulgarija, 2012-2016 (ara §5); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2013/C 217/20) tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-2013 ta' Spanja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbilità ta' Spanja, 2012-2016 (ara §9); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2013/C 217/10) tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-2013 tal-Ungerija u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tal-Ungerija, 2012-2016 (ara §5); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2013/C 217/11) tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-2013 tal-Italja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbilità tal-Italja, 2012-2017 (ara §2); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2013/C 217/12) tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-2013 tal-Latvja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tal-Latvja, 2012-2016 tad-9 ta' Lulju 2013 (ara §7); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2013/C 217/15) tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-2013 ta' Malta u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbilità ta' Malta, 2012-2016 (ara §5); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2013/C 217/16) tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-2013 tal-Polonja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tal-Polonja, 2012-2016 (ara §7); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2013/C 217/17) tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-2013 tar-Rumanija u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Konverġenza tar-Rumanija, 2012-2016 (ara §7); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2013/C 217/19) tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-2013 għall-Islovenja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà għall-Islovenja, 2012-2016 (ara §7); Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2013/C 217/18) tad- 9 ta’ Lulju 2013 dwar il-Programm Nazzjonali ta' Riforma tal-2013 għall-Islovakkja u li tagħti opinjoni tal-Kunsill dwar il-Programm ta' Stabbiltà għall-Islovakkja, 2012-2016 (ara §6); Disponibbli fuq: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/mt/ALL/?uri=OJ:C:2013:217:TOC

[22]    BG, IT, LV, PT, SI, SK.

[23]    Pereżempju, wara l-iffirmar tal-Programm ta’ Aġġustament Ekonomiku fl- 2011, PT ħadet miżuri biex ittejjeb l-infurzar effettiv u f’waqtu ta’ kuntratti, tirristruttura s-sistema tal-qorti, u telimina każijiet pendenti tal-qorti. Dejta preliminari għall-2013 turi żviluppi pożittivi pereżempju rigward ir-rata tal-ikklirjar ta’ każijiet ta’ infurzar.

[24]    BG, CZ, EL, HR, IT, LV, LT, HU, PL, RO, SI u SK. Pożizzjonijiet tas-Servizzi tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ta’ Ftehim ta’ Sħubija u l-programmi għal dawn il-pajjiżi huma disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/regional_policy/what/future/program/index_mt.cfm

[25]    Studju dwar il-funzjonament tal-qrati nazzjonali għall-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi tal-kompetizzjoni, imwettaq minn ICF GHK, 2014; Studju dwar il-funzjonament tal-qrati nazzjonali għall-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi tal-konsumatur, imwettaq miċ-Ċentru għas-Servizzi tal-Istrateġija u l-Evalwazzjoni LPP, 2014.

[26]    Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt, Azzjonijiet għad-danni għal ksur tar-regoli tal-UE dwar l-antitrust li jakkumpanjaw il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni taħt il-liġi nazzjonali għal ksur ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea, il-11 ta’ Ġunju 2013, SWD 2013 (203) (il-paragrafu 65).

[27]    Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni "Consumer Empowerment in the EU", is-7 ta’ April 2011, SEC (2011) 469, (il-paragrafu 2).

[28]    It-tul tal-proċeduri, ir-rata tal-ikklirjar u n-numru ta’ każijiet pendenti, huma indikaturi standard definiti mis-CEPEJ. Id-definizzjoni tagħhom u l-interrelazzjoni ta' bejniethom huma disponibbli fuq http://www.coe.int/t/dghl/cooperation/cepej/evaluation/default_en.asp

[29]    Rapport dwar il-funzjonament tas-sistemi ġudizzjarji fl-Istati Membri tal-UE, imwettaq mis-Segretarjat tas-CEPEJ għall-Kummissjoni. Il-grafiki kollha jqabblu, fejn disponibbli, id-dejta għall-2010 mad-dejta għall-2012. Id-dejta tal-2010 tinkludi aġġornament li jsir mis-CEPEJ wara l-pubblikazzjoni tal-istudju tagħha tal-2013, kif trażmess lill-Kummissjoni.

[30]    Studju dwar il-funzjonament tal-qrati nazzjonali għall-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi tal-kompetizzjoni mwettaq minn ICF GHK, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/effective-justice/scoreboard/index_en.htm.

[31]    Studju dwar il-funzjonament tal-qrati nazzjonali għall-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi tal-konsumatur imwettaq miċ-Ċentru għas-Servizzi tal-Istrateġija u l-Evalwazzjoni LLP, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/effective-justice/scoreboard/index_en.htm.

[32]    Għal xi Stati Membri (*) hu indikat biss it-tul fl-aħħar istanza, peress li ma kienx hemm dejta suffiċjenti disponibbli għall-istanzi l-oħra. Għal ES (**), it-tul medju tal-proċedimenti fit-3et istanza hu differenti sew bejn l-2008 u l-2012: fl-2008 kien 'il fuq minn 2,600 jum u tnaqqas għal madwar 1,000 jum fl-2012. Fir-Renju Unit (***), id-dejta tirreferi għall-Ingilterra u Wales u tipprovdi t-tul medju tal-proċedimenti fil-qorti tal-kontea fl-1el istanza.

[33]    Pereżempju, f’EL, in-numru ta’ kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi deħlin żdied bi 42 % bejn l-2010 u l-2012.

[34]    Ara n-nota 23.

[35]    CY, IE u SI indikaw lis-CEPEJ li kienu interpretaw xi mistoqsijiet dwar l-ICT b’mod differenti milli fl-2010. Dan jispjega għaliex il-valuri għal ċerti indikaturi tal-ICT huma aktar baxxi fl-2012 milli fl-2010.

[36]    Il-grafiki 16 u 17 juru indikaturi komposti mibnija minn diversi indikaturi tal-ICT li kull wieħed minnhom ikejjel id-disponibbiltà ta’ dawn is-sistemi minn 0 sa 4 (0= disponibbli f’0 % tal-qrati; 4=disponibbli f’100 % tal-qrati).

[37]    Flash Ewrobarometru 385, Novembru 2013, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl_385_en.pdf

[38] Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/criminal/files/european_judicial_training_annual_report_2012.pdf

[39]    Fil-Grafika 24, it-tnaqqis sinifikanti għal ES jirrifletti l-fatt li d-dejta mingħand il-Komunitajiet Awtonomi u mill-Kunsill għall-Ġudikatura ma ġewx inklużi fid-dejta tal-2012.

[40]    Il-valuri li ġejjin huma provviżorji: BG, EL u HU għas-snin kollha, SE għall-2012.

[41]    Il-valuri li ġejjin huma provviżorji: BG, EL u HU għas-snin kollha; għal SE, il-valuri għall-2012 huma provviżorji.

[42]    COM (2014)38 final, 4.2.2014, disponibbli fuq:  http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/e-library/documents/policies/organized-crime-and-human-trafficking/corruption/docs/acr_2014_mt.pdf u http://ec.europa.eu/anti-corruption-report/

[43]    Ir-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)12 tal-Kumitat tal-Ministri lil Stati Membri dwar l-imħallfin: indipendenza, effiċjenza u responsabilitajiet.

[44]    L-indikatur tad-WEF huwa bbażat fuq it-tweġibiet tal-istħarriġ għall-mistoqsija: “Sa liema punt il-ġudikatura f’pajjiżek hija indipendenti mill-influwenzi tal-membri tal-gvern, iċ-ċittadini, jew id-ditti?” L-istħarriġ twieġeb minn kampjun rappreżentattiv ta’ ditti fil-pajjiżi kollha li jirrappreżentaw is-setturi ewlenin tal-ekonomija (l-agrikoltura, l-industrija tal-manifattura, l-industrija mhux tal-manifattura, u s-servizzi). It-twettiq tal-istħarriġ sar f'formati differenti, inklużi intervisti wiċċ imb wiċċ mal-eżekuttivi fin-negozju, intervisti bit-telefon u l-posta, bi stħarriġ onlajn bħala alternattiva. Disponibbli fuq: http://www.weforum.org/reports/global-competitiveness-report-2013-2014

[45]    Din il-ħarsa ġenerali tinkludi biss informazzjoni bażika dwar kif is-sistemi ġudizzjarji huma organizzati u ma għandhiex l-intenzjoni li tirrifletti l-kumplessità u d-dettalji ta’ dawn is-sistemi. L-objettiv ta’ din it-Taqsima huwa li jipprovdi l-ewwel immappjar ta’ salvagwardji għall-indipendenza ġudizzjarja u għalhekk il-grafiki jippreżentaw lill-Istati Membri skont l-ordni alfabetiku tal-ismijiet ġeografiku tagħhom fil-lingwa oriġinali.

[46]    Għal dawk l-Istati Membri fejn il-Kunsilli tal-Ġudikatura ma jeżistux, it-tweġibiet għall-kwestjonarju ġew miksuba b’kooperazzjoni man-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Supremi tal-Unjoni Ewropea.

[47]    § 52 tar-Rakkomandazzjoni fiha garanziji dwar il-pożizzjoni fissa tal-imħallfin, b’mod partikolari li mħallef ma għandux jiġi trasferit lejn uffiċċju ġudizzjarju ieħor mingħajr il-kunsens tiegħu stess, ħlief f’każijiet ta’ sanzjonijiet dixxiplinarji jew ir-riforma tal-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja.

[48] § 46 u 47 tar-Rakkomandazzjoni jirrikjedu li s-sistemi nazzjonali jipprovdu għal salvagwardji rigward it-tkeċċija ta’ mħallfin.

[49]  Jista’ jkun wieħed jew żewġ korpi differenti skont ir-raġuni għat-tkeċċija jew it-tip ta’ mħallef (pereż. president, eċċ.).

[50]    § 24 tar-Rakkomandazzjoni tirrikjedi li s-sistemi għad-distribuzzjoni ta’ kawżi f’qorti jsegwu il-kriterji oġġettivi stabbiliti minn qabel sabiex jiġi ssalvagwardjat id-dritt ta' mħallef indipendenti u imparzjali.

[51]    Xi drabi aktar minn awtorità waħda tista’ tieħu din id-deċiżjoni, skont il-livell tal-qorti fejn jirrisjedi l-imħallef skwalifikat.

[52]    § 59, 60 u 61 tar-Rakkomandazzjoni jipprovdu li l-imħallfin għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u imparzjali fil-każijiet kollha u għandhom jirtiraw minn kawża jew jirrifjutaw li jaġixxu fejn hemm raġunijiet validi definiti mil-liġi, u mhux mod ieħor.

[53]    § 8, 13 u 14 tar-Rakkomandazzjoni jipprovdu li fejn l-imħallfin jikkunsidraw li l-indipendenza tagħhom hija mhedda, għandhom dritt li jkunu jistgħu jirrikorru għal mezzi effettivi ta’ rimedju.

Top